Help Print this page 

Document 32015R2229

Title and reference
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2229 tad-29 ta' Settembru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
  • In force
OJ L 317, 3.12.2015, p. 13–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/2229/oj
Languages, formats and link to OJ
BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
HTML html BG html ES html CS html DA html DE html ET html EL html EN html FR html HR html IT html LV html LT html HU html MT html NL html PL html PT html RO html SK html SL html FI html SV
PDF pdf BG pdf ES pdf CS pdf DA pdf DE pdf ET pdf EL pdf EN pdf FR pdf HR pdf IT pdf LV pdf LT pdf HU pdf MT pdf NL pdf PL pdf PT pdf RO pdf SK pdf SL pdf FI pdf SV
Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal
 To see if this document has been published in an e-OJ with legal value, click on the icon above (For OJs published before 1st July 2013, only the paper version has legal value).
Multilingual display
Text

3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/13


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2229

tad-29 ta' Settembru 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 649/2012 tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi (1) perikolużi, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat bil-Quddiem (il-“proċedura PIC”) għal ċerti sustanzi kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, iffirmata fil-11 ta' Settembru 1998 u approvata, f'isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2).

(2)

Huwa xieraq li titqies azzjoni regolatorja fir-rigward ta' ċerti sustanzi kimiċi meħuda skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1907/2006 (3), ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1107/2009 (4), u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 850/2004 (5).

(3)

L-approvazzjoni tas-sustanza ossidu tal-fenbutatin ġiet irtirata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li l-użu tal-ossidu tal-fenbutatin bħala pestiċida ġie pprojbit u għalhekk din is-sustanza għandha tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(4)

Is-sustanzi komposti taċ-ċomb, komposti tad-dibutiltin, komposti tad-dijottiltin, triklorubenżen, pentakloruetan, 1,1,2,2-tetrakloruetan, 1,1,1,2-tetrakloruetan, 1,1,2-trikloruetan u 1,1-diklorueten huma ristretti b'mod intensiv bħala sustanza kimika industrijali għall-użu pubbliku skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-Parti 1 tal-Anness I tar- Regolament (UE) Nru 649/2012.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 ġie emendat mill-Kummissjoni fl-2012 biex tiġi implimentata d-deċiżjoni meħuda skont il-Konvenzjoni ta' Stokkolma biex l-endosulfan jiġi elenkat fil-Parti 1 tal-Anness A tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma billi dik is-sustanza kimika tiżdied mal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Konsegwentement, dik is-sustanza kimika ġiet miżjuda mal-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 u għandha titneħħa mill-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(6)

Fis-sitt laqgħa tagħha li damet sejra mit-28 ta' April sal-10 ta' Mejju 2013, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam iddeċidiet li tinkludi l-etere tal-pentabromodifenil kummerċjali, inklużi l-etere tat-tetrabromodifenil u tal-pentabromodifenil, kif ukoll l-etere tal-ottabromodifenil kummerċjali, inklużi l-etere tal-eżabromodifenil u tal-ettabromodifenil fl-Anness III ta' dik il-Konvenzjoni, bl-effett li dawk is-sustanzi kimiċi saru soġġetti għall-proċedura PIC skont dik il-Konvenzjoni. Għaldaqstant, dawk is-sustanzi kimiċi għandhom jiġu miżjuda mal-lista ta' sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(7)

Il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda (kodiċi NM) huwa importanti għad-determinazzjoni tal-miżuri ta' kontroll li japplikaw għal prodotti kkumerċjati. Biex jitħaffu l-immaniġġjar tal-kodiċijiet tan-NM u l-identifikazzjoni korretta tal-miżuri ta' kontroll li japplikaw għas-sustanzi kimiċi elenkati fl-Anness I tar- Regolament (UE) Nru 649/2012, il-kodiċijiet NM li jkopru aktar sustanzi kimiċi minn dawk elenkati fl-Anness I għandhom jiġu identifikati permezz ta' “ex” qabel il-kodiċi tan-NM.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 għandu jiġi emendat skont dan,

(9)

Huwa xieraq li l-partijiet ikkonċernati kollha jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-konformità ma' dan ir-Regolament u li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Frar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tikkonċerna l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27).

(3)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1907/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1107/2009 tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 850/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni endosulfan titħassar.

(b)

jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Sustanza Kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi tan-NM (***)

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“1,1-Dikloroeten

75-35-4

200-864-0

ex 2903 29 00

i(2)

sr

 

1,1,2-Trikloroetan

79-00-5

201-166-9

ex 2903 19 80

i(2)

sr

 

1,1,1,2-Tetrakloroetan

630-20-6

211-135-1

ex 2903 19 80

i(2)

sr

 

1,1,2,2-Tetrakloroetan

79-34-5

201-197-8

ex 2903 19 80

i(2)

sr

 

Komposti tat-Dibutiltin

683-18-1

77-58-7

1067-33-0

u oħrajn

211-670-0

201-039-8

213-928-8

u oħrajn

ex 2931 90 80

i(2)

sr

 

Komposti tat-Dijottiltin

3542-36-7

870-08-6

16091-18-2

u oħrajn

222-583-2

212-791-1

240-253-6

u oħrajn

ex 2931 90 80

i(2)

sr

 

Ossidu tal-fenbutatin

13356-08-6

236-407-7

ex 2931 90 80

p(1)

b

 

Komposti taċ-Ċomb

598-63-0

1319-46-6

7446-14-2

7784-40-9

7758-97-6

1344-37-2

25808-74-6

13424-46-9

301-04-2

7446-27-7

15245-44-0

u oħrajn

209-943-4

215-290-6

231-198-9

232-064-2

231-846-0

215-693-7

247-278-1

236-542-1

206-104-4

231-205-5

239-290-0

u oħrajn

ex 2836 99 17

ex 3206 49 70

ex 2833 29 60

ex 2842 90 80

ex 2841 50 00

ex 3206 20 00

ex 2826 90 80

ex 2850 00 60

ex 2915 29 00

ex 2835 29 90

ex 2908 99 00

i(2)

sr

 

Pentakloroetan

76-01-7

200-925-1

ex 2903 19 80

i(2)

sr

 

Triklorobenżen

120-82-1

204-428-0

ex 2903 99 90

i(2)

sr”

 

(c)

It-terminu “Kodiċi tan-NM” fl-intestatura tal-kolonna jinbidel u jsir “Kodiċi NM (***)”.

(d)

Tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna kif ġej:

“(***)

Meta quddiem kodiċi jkun hemm ‘ex’ dan jimplika li sustanzi kimiċi għajr dawk imsemmija fil-kolonna ‘Sustanza Kimika’ jistgħu wkoll jinsabu f'dik is-subintestatura.”

(2)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Sustanza Kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi tan-NM (***)

Kategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

“Ossidu tal-fenbutatin

13356-08-6

236-407-7

ex 2931 90 80

p

b”

(b)

It-terminu “Kodiċi tan-NM” fl-intestatura tal-kolonna jinbidel u jsir “Kodiċi NM (***)”.

(c)

Tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna kif ġej:

“(***)

Meta quddiem kodiċi jkun hemm ‘ex’ dan jimplika li sustanzi kimiċi għajr dawk imsemmija fil-kolonna ‘Sustanza Kimika’ jistgħu wkoll jinsabu f'dik is-subintestatura.”

(3)

Il-Parti 3 hija emendata kif ġej:

(a)

jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Sustanza Kimika

Numru(i) CAS rilevanti

Kodiċi tal-HS

Sustanza pura (**)

Kodiċi tal-HS

Taħlitiet li jkun fihom is-sustanza (**)

Kategorija

“Etere tal-pentabromodifenil kummerċjali, inkluż

 

ex ex 3824.90

ex ex 3824.90

Industrijali

l-etere tat-tetrabromodifenil

40088-47-9

l-etere tal-pentabromodifenil

32534-81-9

Etere tal-ottabromodifenil kummerċjali, inkluż

 

ex ex 3824.90

ex ex 3824.90

Industrijali”

l-etere tal-eżabromodifenil

36483-60-0

l-etere tal-ettabromodifenil

68928-80-3

(b)

It-terminu “Kodiċi tal-HS Sustanza pura” fl-intestatura tal-kolonna jinbidel u jsir “Kodiċi HS Sustanza pura (**)”.

(c)

It-terminu “Kodiċi tal-HS Taħlitiet li jkun fihom is-sustanza” fl-intestatura tal-kolonna jinbidel u jsir “Kodiċi HS Taħlitiet li fihom is-sustanza (**)”.

(d)

Tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna kif ġej:

“(***)

Meta quddiem kodiċi jkun hemm ‘ex’ dan jimplika li sustanzi kimiċi għajr dawk imsemmija fil-kolonna ‘Sustanza Kimika’ jistgħu wkoll jinsabu f'dik is-subintestatura.”


Top