EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0616

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/616 tat-13 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 rigward referenzi fir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2015/0680

OJ L 102, 21.4.2015, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/616/oj

21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/33


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/616

tat-13 ta' Frar 2015

li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 rigward referenzi fir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 68(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 (2) ġie adottat qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, tliet referenzi provviżorji fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 għall-att ġuridiku futur tal-Unjoni dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”) għandhom jiġu sostitwiti b'referenzi għad-dispożizzjonijiet preċiżi tar-Regolament (UE) Nru 508/2014. L-ewwel referenza fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 tikkonċerna regoli speċifiċi dwar ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji. It-tieni referenza fl-Artikolu 20 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 tikkonċerna tipi ta' operazzjonijiet jew proġetti li jagħmlu parti minn operazzjonijiet li jistgħu jagħmlu użu mill-kalkolu ta' kostijiet indiretti bl-applikazzjoni ta' rata fissa stabbilita skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). It-tielet referenza fl-Artikolu 21 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 tikkonċerna tipi ta' operazzjonijiet jew proġetti li jagħmlu parti minn operazzjonijiet li jistgħu jagħmlu użu tal-kalkolu ta' kostijiet indiretti bl-applikazzjoni ta' rata fissa skont l-Artikolu 124(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(3)

Peress li r-regoli dwar sħubiji pubbliċi-privati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 japplikaw ukoll għall-FEMS, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Anness III tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 sabiex l-informazzjoni rilevanti dwar jekk l-operazzjoni hijiex implimentata taħt struttura ta' sħubija pubblika-privata tiġi wkoll maħżuna f'forma kompjuterizzata fis-sistema ta' monitoraġġ fir-rigward tal-FEMS.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 għandu jkun emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt (b) tal-Artikolu 6(1) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

il-benefiċjarji finali jkunu infurmati li l-finanzjament huwa pprovdut fi programmi kkofinanzjati mill-Fondi ESI, skont ir-rekwiżiti stabbiliti

(i)

fl-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni,

(ii)

fl-Artikolu 66(1)(c)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) għall-FAEŻR,

(iii)

fl-Artikolu 97(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) għall-FEMS.

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487)."

(**)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).”"

(2)

il-punt (d) tal-Artikolu 20 jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEMS u programmati skont l-Artikoli 26, 28, 39 jew 47 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.”

;

(3)

il-punt (d) tal-Artikolu 21 jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

l-operazzjoni appoġġata mill-FEMS u programmata skont l-Artikoli 38, 40(1), 41(1), 44(6), 48(1)(e), (i), (j) jew (k) jew 80(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.”

;

(4)

fl-Anness III, il-każella tad-dejta 17. “Informazzjoni dwar jekk l-operazzjoni hijiex implimentata skont struttura ta' sħubija pubblika-privata”, it-test li ġej fil-kolonna tal-lemin “Indikazzjoni ta' Fondi li għalihom id-dejta mhix meħtieġa” jitħassar:

“Mhux applikabbli għall-FEMS”

.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'“Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni” (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).

(5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


Top