EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0480

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/480 tal- 20 ta' Marzu 2015 li jemenda għal-227 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti mizuri speċifiċi restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet marbuta man-netwerk Al-Qaida

OJ L 77, 21.3.2015, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/480/oj

21.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/480

tal-20 ta' Marzu 2015

li jemenda għal-227 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti mizuri speċifiċi restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet marbuta man-netwerk Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li qieset it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), u 7a(1) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

I-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-13 ta' Marzu 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti approva ż-żieda ta' tliet persuni fiżiċi u entità waħda mal-lista tal-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet fuq l-Al-Qaida ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. Fis-16 ta' Marzu 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-UNSC iddeċieda li jneħħi erba' persuni mil-lista. Barra minn hekk, fid-19 ta' Frar 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet l-UNSC ddeċieda li jemenda annotazzjoni waħda mil-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

I-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

(a)

“Angga Dimas Pershada (alias: (a) Angga Dimas Persada, (b) Angga Dimas Persadha, (c) Angga Dimas Prasondha). Titlu: Segretarju Ġenerali (sa minn nofs l-2014). Data tat-twelid: 4.3.1985. Post tat-twelid: Jakarta, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Numru tal-Passaport: Passaport Indoneżjan numru W344982 (maħruġ taħt l-isem Angga Dimas Peshada). Informazzjoni oħra: (a) Membru ta' Jemaah Islamiyah; (b) Mexxej ta' Hilal Ahmar tas-Soċjetà tal-Indoneżja (HASI). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 13.3.2015.”

(b)

“Bambang Sukirno (alias: (a) Pak Zahra, (b) Abu Zahra). Data tat-twelid: 5.4.1975. Post tat-twelid: l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Nru tal-passaport: Passaport Indoneżjan numru A2062513. Informazzjoni oħra: Mexxej anzjan ta' Jemaah Islamiyah li kellu pożizzjonijiet ta' tmexxija f'Hilal Ahmar tas-Soċjetà tal-Indoneżja (HASI). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 13.3.2015.”

(c)

“Wiji Joko Santoso (alias: (a) Wijijoko Santoso, (b) Abu Seif al-Jawi, (c) Abu Seif). Data tat-twelid: 14.7.1975. Post tat-twelid: Rembang, Jawa Tengah, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Nru tal-passaport: Numru tal-passaport Indoneżjani A2823222 (maħruġ fit-28.5.2012, jiskadi fit-28.5.2017 taħt l-isem Wiji Joko Santoso). Informazzjoni oħra: Kap tad-diviżjoni għall-affarijiet barranin ta' Jemaah Islamiyah. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 13.3.2015.”

(2)

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”:

“Hilal Ahmar Society Indonesia (HASI) (alias: (a) Yayasan Hilal Ahmar, (b) Indonesia Hilal Ahmar Society for Syria). Tagħrif ieħor: (a) Fergħa umanitarja ostensibbli ta' Jemaah Islamiyah; (b) Topera f'Lampung, Jakarta, Semarang, Yogyakarta, Solo, Surabaya u Makassar, l-Indoneżja; (c) Mhux affiljata mal-grupp umanitarju tal-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar (IFRC). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 13.3.2015.”

(3)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” jitħassru:

(a)

“Mustafa Mohamed Fadhil (alias (a) Al Masri, Abd Al Wakil, (b) Ali, Hassan, (c) Anis, Abu, (d) Elbishy, Moustafa Ali, (e) Fadil, Mustafa Muhamad, (f) Fazul, Mustafa, (g) Mohammed, Mustafa, (h) Mustafa Ali Elbishy, (i) Al-Nubi, Abu, (j) Hussein, (k) Jihad, Abu, (l) Khalid, (m) Man, Nu, (n) Yussrr, Abu). Data tat-twelid: (a) 23.6.1976, (b) 1.1.1976. Post tat-twelid: Il-Kajr, l-Eġittu. Nazzjonalità: Kenjana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 12773667 (karta tal-identità tal-Kenja); Numru tas-serje 201735161. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001.”

(b)

“Ahmed Mohammed Hamed Ali (alias (a) Abdurehman, Ahmed Mohammed, (b) Ahmed Hamed, (c) Ali, Ahmed Mohammed, (d) Ali, Hamed, (e) Hemed, Ahmed, (f) Shieb, Ahmed, (g) Abu Fatima, (h) Abu Islam, (i) Abu Khadiijah, (j) Ahmed The Egyptian, (k) Ahmed, Ahmed, (l) Al-Masri, Ahmad, (m) Al-Surir, Abu Islam, (n) Shuaib. Data tat-twelid: 13.1.1967. Post tat-twelid: Badari, Asyout, l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Informazzjoni oħra: L-Afganistan. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001.”

(c)

“Said Ali Al-Shihri (alias (a) Sa'id Ali Jabir al-Kathim al-Shihri, (b) Said Ali Al Shahri, (c) Said Ali Jaber Al Khasaam Al Shahri, (d) Said Ali Jaber Al Khassam, (e) Abu-Sayyaf, (f) Abu-Sufyan al-Azidi, (g) Abu-Sayyaf al-Shihri, (h) Abu Sufian Kadhdhaab Matrook, (i) Salahm, (j) Salah Abu Sufyan, (k) Salah al-Din, (l) Abu Osama, (m) Abu Sulaiman, (n) Nur al-Din Afghani Azibk, (o) Alahhaddm, (p) Akhdam, (q) Abu Sufian Al Azadi, (r) Abu Asmaa). Data tat-twelid: 12.9.1973. Post tat-twelid: Riyadh, l-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: Sawdija. Numru tal-Passaport: C102432 (passaport Sawdi maħruġ fil-22.4.2000; skada fis-26.2.2005. Data ta' ħruġ fil-Kalendarju Hijri 17.1.1421; Data ta' skandenza fil-Kalendarju Hijri 17.1.1426; Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1008168450 (l-Arabja Sawdija). Informazzjoni oħra: Miżmum taħt arrest fl-Istati Uniti tal-Amerka, bejn 2001 u 2007. Jinsab fil-Jemen f'Jannar 2010. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 19.1.2010.”

(d)

“Hakimullah Mehsud (alias (a) Hakeemullah Mehsud, (b) Zulfiqar). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1979. Post tat-twelid: Il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Informazzjoni oħra: (a) Imwieled allegament fil-Ważiristan tan-Nofsinhar, il-Pakistan; (b) X'aktarx qed jgħix il-Pakistan; (c) Il-mexxej tat-Tehrik-i-Taliban tal-Pakistan (TTP), organizzazzjoni bbażata fl-inħawi tribali tul il-fruntiera bejn l-Afhanistan u l-Pakistan. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 21.10.2010.”

(4)

L-entrata “Khalifa Muhammad Turki Al-Subaiy (alias (a) Khalifa Mohd Turki Alsubaie, (b) Khalifa Mohd Turki al-Subaie, (c) Khalifa Al-Subayi, (d) Khalifa Turki bin Muhammad bin al-Suaiy). Data tat-twelid: 1.1.1965. Post tat-twelid: Doha, il-Qatar. Nazzjonalità: Qatarija. Numru tal-Passaport: 00685868 (maħruġ f'Doha fil-5.2.2006 u jiskadi fl-4.2.2010). Numru tal-Karta tal-Identità: 26563400140 (Qatar). Indirizz: Doha, il-Qatar. Informazzjoni oħra: Isem l-omm hu Hamdah Ahmad Haidoos. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.10.2008.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Khalifa Muhammad Turki Al-Subaiy (alias: (a) Khalifa Mohd Turki Alsubaie, (b) Khalifa Mohd Turki al-Subaie, (c) Khalifa Al-Subayi, (d) Khalifa Turki bin Muhammad bin al-Suaiy, (e) Abu Mohammed al-Qatari, (f) Katrina). Data tat-twelid: 1.1.1965. Post tat-twelid: Doha, il-Qatar. Nazzjonalità: Qatarija. Numru tal-Passaport: 00685868 (maħruġ f'Doha fil-5.2.2006 u jiskadi fl-4.2.2011). Numru tal-Karta tal-Identità: 26563400140 (Qatar). Indirizz: Doha, il-Qatar. Informazzjoni oħra: Isem l-omm hu Hamdah Ahmad Haidoos. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.10.2008.”


Top