Help Print this page 

Document 32015R0240

Title and reference
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/240 tad- 9 ta' Frar 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
  • In force
OJ L 40, 16.2.2015, p. 7–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/240/oj
Languages, formats and link to OJ
BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
HTML html BG html ES html CS html DA html DE html ET html EL html EN html FR html HR html IT html LV html LT html HU html MT html NL html PL html PT html RO html SK html SL html FI html SV
PDF pdf BG pdf ES pdf CS pdf DA pdf DE pdf ET pdf EL pdf EN pdf FR pdf HR pdf IT pdf LV pdf LT pdf HU pdf MT pdf NL pdf PL pdf PT pdf RO pdf SK pdf SL pdf FI pdf SV
Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal
 To see if this document has been published in an e-OJ with legal value, click on the icon above (For OJs published before 1st July 2013, only the paper version has legal value).
Multilingual display
Text

16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/240

tad-9 ta' Frar 2015

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fid-dawl tal-gravità kontinwata tas-sitwazzjoni fuq il-post fl-Ukraina, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni u entitajiet addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 269/2014.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta' Frar 2015.

Għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Lista ta ' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

I.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

133.

Pavel DREMOV magħruf ukoll bħala Batya

Павел ДРЁМОВ

Imwieled fl-1976, Stakhanov

Kmandant tal- “First Cossack Regiment”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukraina.

F'din il-kapaċità huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina

16.2.2015

134.

Alexey MILCHAKOV magħruf ukoll bħala Fritz, Serb

Алексей МИЛЬЧАКОВ

Imwieled fl-1991, San Pietruburgu

Kmandant tal-unità “Rusich”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukraina.

F'din il-kapaċità huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

16.2.2015

135.

Arseny PAVLOV magħruf ukoll bħala Motorola

Арсéний Сергéевич ПÁВЛОВ (magħruf ukoll bħala Моторóла)

Imwieled fit-2.2.1983, Ukhta, Komi

Kmandant tal-“Sparta Battalion”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukraina

F'din il-kapaċità huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

16.2.2015

136.

Mikhail TOLSTYKH magħruf ukoll bħala Givi

Михаил Толстых

Imwieled fl-1980, Ilovaisk

Kmandant tal-battaljun “Somali”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukraina

F'din il-kapaċità huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina

16.2.2015

137.

Eduard BASURIN

Image

 

Hekk imsejjaħ “Viċi Kmandant” tal-Ministeru għad-Difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

16.2.2015

138.

Alexandr SHUBIN

Александр Васильевич ШУБИН

 

Hekk imsejjaħ “Ministru tal-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” illegali.

Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-pajjiż.

16.2.2015

139.

Sergey LITVIN

Сергей Анатольевич ЛИТВИН

 

Hekk imsejjaħ “Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

16.2.2015

140.

Sergey IGNATOV

Сергей Юрьевич ИГНАТОВ

 

Hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja Popolari tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk.”.

Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-pajjiż.

16.2.2015

141.

Ekaterina FILIPPOVA

Екатерина Владимировна ФИЛИППОВА

Imwielda fl-20.11.1988 f' Krasnoarmëisk

Hekk imsejħa “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Peress li assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

16.2.2015

142.

Aleksandr TIMOFEEV

Александр ТИМОФЕЕВ

Imwieled fis-27.1.1974

Hekk imsejjaħ “Ministru għall-Baġit” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-pajjiż.

16.2.2015

143.

Evgeny MANUILOV

Евгений Владимирович МАНУЙЛОВ

 

Hekk imsejjaħ “Ministru għall-Baġit” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

16.2.2015

144.

Viktor YATSENKO

Виктор ЯЦЕНКО

Imwieled fit-22.4.1985 f'Kherson

Hekk imsejjaħ “Ministru għall-Kommunikazzjoni” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

16.2.2015

145.

Olga BESEDINA

Ольга Игорева БЕСЕДИНА

 

Hekk imsejħa “Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Peress li assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

16.2.2015

146.

Zaur ISMAILOV

Заур Исмаилов

Imwieled fl-1975, Krasny Luch, Voroshilovgrad Luhansk

Hekk imsejjaħ “Aġent Prosekutur Ġenerali” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

16.2.2015

147.

Anatoly Ivanovich ANTONOV

Анатолий Иванович Антонов

Imwieled fil-15.5.1955 f' Omsk

Viċi Ministru għad-Difiża, u f'dik il-kapaċità, involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukraina.

Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

16.2.2015

148.

Arkady Viktorovich BAKHIN

Аркадий Викторович Бахин

Imwieled fit- 8.5.1956 f' Kaunas, il-Litwanja

L-Ewwel Viċi Ministru għad-Difiża, u f'dik il-kapaċità, involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukraina.

Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

16.2.2015

149.

Andrei Valeryevich KARTAPOLOV

Андрей Валерьевич Картaполов

Imwieled fid- 9.11.1963 fid-DDR

Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Prinċipali u viċi kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Fiż-żewġ kapaċitajiet huwa involut b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fl-Ukraina.

Skont l-attivitajiet iddikjarati tal-persunal ġenerali, fl-eżerċizzju tal-kontroll operazzjonali fuq il-forzi armati, huwa involut b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

16.2.2015

150.

Iosif (Joseph) Davydovich KOBZON

Иосиф Дaвыдович Кобзон

Imwieled fil- 11.9.1937 f' Tchassov Yar, l-Ukraina

Membru tad-Duma tal-Istat.

Huwa żar l-hekk imsejħa Repubblika Popolari ta' Donetsk u matul iż-żjara tiegħu għamel dikjarazzjonijiet li jappoġġaw lis-separatisti. Huwa ġie maħtur ukoll Konslu Onorarju tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” fil-Federazzjoni Russa.

Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

16.2.2015

151.

Valery Fedorovich RASHKIN

Валерий Фёдорович Рашкин

Imwieled fl- 14.3.1955 fil-Kaliningrad Oblast, l-Unjoni Sovjetika.

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat dwar kwistjonijiet Etniċi.

Huwa l-fondatur tal-moviment ċiviku “Krassnaya Moskva — Red Moscow Patriotic Front Aid” li organizza dimostrazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw is-separatisti, u b'hekk appoġġa politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar- Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

16.2.2015

II.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

29.

Gwardja Nazzjonali tal-Cossack

Казачья Национальная Гвардия

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Nikolay KOZITSYN

16.2.2015

30.

Battaljun Sparta

Батальон “Спарта”

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Arseny PAVLOV.

16.2.2015

31.

Battaljun Somali

Батальон “Сомали”

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Mikhail TOLSTYKH magħruf ukoll bħala Givi.

16.2.2015

32.

Battaljun Zarya

Батальон “Заря”

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

16.2.2015

33.

Brigata Prizrak

Бригада “Призрак”

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Oleksiy MOZGOVY

16.2.2015

34.

Battaljun Oplot

Батальон “Оплот”

Media soċjali:

http://vk.com/oplot_info

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

16.2.2015

35.

Battaljun Kalmius

Батальон “Кальмиус”

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

16.2.2015

36.

Battaljun tal-Mewt

Батальон “Смерть”

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

16.2.2015

37.

Moviment Pubbliku “NOVOROSSIYA”

Движение Новороссия

 

Il-Moviment Pubbliku “Novorossiya”/“New Russia” ġie stabbilit f'Novembru 2014 fir-Russja u mmexxi mill-uffiċjal Russu Igor Strelkov (identifikat bħala membru tal-persunal tal-Main Intelligence Directorate tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU)).

Skont l-objettivi ddikjarati tiegħu, huwa għandu l-għan li jipprovdi assistenza effettiva komprensiva lin-“Novorossiya”, inkluż billi jgħin lill-milizzja li qed tiġġieled fil-Lvant tal-Ukraina, u b'hekk jappoġġa politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

Assoċjat ma' persuna elenkata li dgħajfet l-integrità territorjali tal-Ukraina.

16.2.2015


Top