EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0057

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/57 tal- 15 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 dwar ir-regoli għat-tfassil ta' permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97

OJ L 10, 16.1.2015, p. 19–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/57/oj

16.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/19

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/57

tal-15 ta' Jannar 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 dwar ir-regoli għat-tfassil ta' permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu implimentati ċerti riżoluzzjonijiet adottati fis-sittax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (mit-3 — sal-14 ta' Marzu 2013), minn hawn 'il quddiem “il-Konvenzjoni”, ċerti dispożizzjonijiet għandhom jiġu emendati u għandhom jiżdiedu iktar dispożizzjonijiet mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012. (2)

(2)

B'mod partikolari, skont ir-Riżoluzzjoni CITES Conf. 16.8, għandhom jiddaħħlu dispożizzjonijiet biex jippermettu l-ħruġ ta' ċertifikati speċifiċi għal strumenti mużikali sabiex jissimplifikaw iċ-ċaqliq transfruntieri mhux kummerċjali tagħhom, u, skont ir-Riżoluzzjoni CITES Conf. 14.6, għandu jiġi stabbilit kodiċi sors ġdid X għal “kampjuni li ttieħdu mill-ambjent marittimu li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Peress li dan ir-Regolament għandu jintuża flimkien mar-Regolament (KE) Nru 865/2006, huwa importanti li ż-żewġ Regolamenti japplikaw mill-istess ġurnata.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kummerċ tal-Fawna u l-Flora Selvaġġi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt 5a li ġej:

“(5a)

ċertifikati ta' strumenti mużikali;”

;

(b)

il-punt 8 jinbidel b'dan li ġej:

“(8)

folji ta' kontinwazzjoni għal ċertifikati ta' proprejtà personali, għal ċertifikati tal-wirja li tivvjaġġa u għal ċertifikati ta' strumenti mużikali;”

.

(2)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-formoli li fuqhom jimtlew permessi ta' importazzjoni, permessi ta' esportazzjoni, ċertifikati ta' riesportazzjoni, ċertifikati ta' proprjetà personali, ċertifikati tal-kollezzjoni tal-kampjuni u ċertifikati ta' strumenti mużikali u l-applikazzjonijiet għal dokumenti bħal dawn għandhom isiru f'konformità mal-mudell fl-Anness I, ħlief fir-rigward ta' spazji riservati għall-użu nazzjonali.”

.

(3)

L-Annessi huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta' Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta' permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (ĠU L 242, 7.9.2012, p. 13).

ANNESS

L-Annessi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

l-“istruzzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet” li jirreferu għal “1 — Oriġinali” huma emendati kif ġej,

(i)

il-punti 1, 2, u 3 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

‘1.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur/(ri-)esportatur attwali, mhux ta' aġent. Fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' strument mużikali, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-proprjetarju legali. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, jekk l-applikant huwa differenti mill-propjetarju legali, l-isem sħiħ u l-indirizz kemm tal-propjetarju kif ukoll tal-applikant għandhom jiġu inklużi fil-formola u kopja ta' ftehim ta' self bejn il-propjetarju u l-applikant għandha tingħata lill-awtorità li toħroġ il-permessi rilevanti.;

2.

Il-perjodu ta' validità ta' permess ta' esportazzjoni jew ta' ċertifikat ta' riesportazzjoni ma għandux jaqbeż is-sitt xhur u ta' permess ta' importazzjoni ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. Il-perjodu ta' validità ta' ċertifikat ta' proprjetà personali u ta' ċertifikat ta' strument mużikali ma għandux jaqbeż it-tliet snin. Wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu, dan id-dokument ma jibqax jiswa u l-oriġinal u l-kopji kollha għandhom jintbagħtu lura mid-detentur lill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ mingħajr dewmien żejjed. Permess ta' importazzjoni ma jkunx validu meta d-dokument CITES korrispondenti mill-pajjiż (ri-)esportatur ikun intuża għal xi (ri-)esportazzjoni wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu jew jekk id-data tal-introduzzjoni fl-Unjoni hija aktar minn sitt xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu.

3.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur attwali, mhux ta' aġent. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.’

(ii)

il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

‘5.

Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.’

;

(iii)

il-punt 8 jinbidel b'dan li ġej:

‘8.

Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista' jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, id-deskrizzjoni tal-istrument għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti li tivverifika li ċ-ċertifikat jikkorrispondi mal-kampjun li jkun qiegħed jiġi importat jew esportat, u d-deskrizzjoni għandha tinkludi elementi bħalma huma l-isem tal-manifattur, in-numru tas-serje jew mezz ta' identifikazzjoni ieħor bħal ritratti.’

;

(iv)

fil-punt 13, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“X

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”

;

(v)

fil-punt 14, l-entrata “Q Ċirkli u wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor” tinbidel b'“Q Wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor (ġbir ta' kampjuni, ċirklu, menagerie, wirja ta' pjanti, orkestra jew wirja f'mużew li tintuża għal wirja kummerċjali għall-pubbliku)”;

(b)

l-“Istruzzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet” li jirreferu għal “2 — Kopja għad-detentur”, huma emendati kif ġej:

(i)

il-punti 1, 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

‘1.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur/(ri-)esportatur attwali, mhux ta' aġent. Fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' strument mużikali, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-proprjetarju legali. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, jekk l-applikant huwa differenti mill-propjetarju legali, fil-formola għandhom jiġu inklużi l-isem u l-indirizz sħiħ kemm tal-propjetarju kif ukoll tal-applikant, u għandha tingħata kopja ta' ftehim ta' self bejn il-propjetarju u l-applikant lill-awtorità tal-ħruġ tal-permess rilevanti.

Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista' jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, id-deskrizzjoni tal-istrument għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti li tivverifika li ċ-ċertifikat jikkorreipondi mal-kampjun li jkun qiegħed jiġi importat jew esportat, u d-deskrizzjoni għandha tinkludi elementi bħalma huma l-isem tal-manifattur, in-numru tas-serje jew mezz ta' identifikazzjoni ieħor bħal ritratti.’

;

(iv)

fil-punt 13, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“X

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”

;

(v)

fil-punt 14, l-entrata “Q Ċirkli u wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor” tinbidel b' “Q Wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor (ġbir ta' kampjuni, ċirklu, menagerie, wirja ta' pjanti, orkestra jew wirja f'mużew li tintuża għal wirja kummerċjali għall-pubbliku)”;

(c)

l-“Istruzzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet” li jirreferu għal “3 — Kopja biex tiġi rritornata mid-dwana lill-awtorità tal-ħruġ”, huma emendati kif ġej:

(i)

il-punti 1, 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

‘1.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur/(ri-)esportatur attwali, mhux ta' aġent. Fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' strument mużikali, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-proprjetarju legali. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, jekk l-applikant huwa differenti mill-propjetarju legali, fil-formola għandhom jiġu inklużi l-isem u l-indirizz sħiħ kemm tal-propjetarju kif ukoll tal-applikant, u għandha tingħata kopja ta' ftehim ta' self bejn il-propjetarju u l-applikant lill-awtorità tal-ħruġ tal-permess rilevanti.

2.

Il-perjodu ta' validità ta' permess ta' esportazzjoni jew ta' ċertifikat ta' riesportazzjoni ma għandux jaqbeż is-sitt xhur u ta' permess ta' importazzjoni ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. Il-perjodu ta' validità ta' ċertifikat ta' proprjetà personali u ta' ċertifikat ta' strument mużikali ma għandux jaqbeż it-tliet snin. Wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu, dan id-dokument ma jibqax jiswa u l-oriġinal u l-kopji kollha għandhom jintbagħtu lura mid-detentur lill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ mingħajr dewmien żejjed. Permess ta' importazzjoni ma jkunx validu meta d-dokument CITES korrispondenti mill-pajjiż (ri-)esportatur ikun intuża għal xi (ri-)esportazzjoni wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu jew jekk id-data tal-introduzzjoni fl-Unjoni hija aktar minn sitt xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu.

3.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur attwali, mhux ta' aġent. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.’

(ii)

il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

‘5.

Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.’

(iii)

il-punt 8 jinbidel b'dan li ġej:

‘8.

Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista' jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, id-deskrizzjoni tal-istrument għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti li tivverifika li ċ-ċertifikat jikkorrispondi mal-kampjun li jkun qiegħed jiġi importat jew esportat, u d-deskrizzjoni għandha tinkludi elementi bħalma huma l-isem tal-manifattur, in-numru tas-serje jew mezz ta' identifikazzjoni ieħor bħal ritratti.’

;

(iv)

fil-punt 13, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“X

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”

;

(v)

fil-punt 14, l-entrata “Q Ċirkli u wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor” tinbidel b' “Q Wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor (ġbir ta' kampjuni, ċirklu, menagerie, wirja ta' pjanti, orkestra jew wirja f'mużew li tintuża għal wirja kummerċjali għall-pubbliku)”;

(d)

l-“Istruzzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet” li jirreferu għal “5 — Applikazzjoni” huma emendati kif ġej,

(i)

il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

‘1.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur/(ri-)esportatur attwali, mhux ta' aġent. Fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' strument mużikali, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-proprjetarju legali. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, jekk l-applikant huwa differenti mill-propjetarju legali, fil-formola għandhom jiġu inklużi l-isem u l-indirizz sħiħ kemm tal-propjetarju kif ukoll tal-applikant, u għandha tingħata kopja ta' ftehim ta' self bejn il-propjetarju u l-applikant lill-awtorità tal-ħruġ tal-permess rilevanti.’

;

(ii)

il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

‘3.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur attwali, mhux ta' aġent. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.’

;

(iii)

il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

‘5.

Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.’

;

(iv)

il-punt 8 jinbidel b'dan li ġej:

‘8.

Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista' jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, id-deskrizzjoni tal-istrument għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti li tivverifika li ċ-ċertifikat jikkorrespondi mal-kampjun li jkun qiegħed jiġi importat jew esportat, u d-deskrizzjoni għandha tinkludi elementi bħalma huma l-isem tal-manifattur, in-numru tas-serje jew mezz ta' identifikazzjoni ieħor bħal ritratti.’

;

(v)

fil-punt 13, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“X

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”

;

(vi)

fil-punt 14, l-entrata “Q Ċirkli u wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor” tinbidel b'“Q Wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor (ġbir ta' kampjuni, ċirklu, menagerie, wirja ta' pjanti, orkestra jew wirja f'mużew li tintuża għal wirja kummerċjali għall-pubbliku)”;

(2)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

fi “Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet” li tirreferi għal “Oriġinali”, tiżdied ir-ringiela li ġejja mal-punt 14:

“X

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”

;

(b)

fi “Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet” li tirreferi għal “Applikazzjoni”, tiżdied ir-ringiela li ġejja mal-punt 14:

“X

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”

;

(3)

fl-Anness IV, l-intestatura fil-parti ta' fuq, fuq il-lemin tinbidel b'dan li ġej

“ĊERTIFIKAT TA' WIRJA LI TIVVJAĠĠA

ĊERTIFIKAT TA' PROPJETÀ PERSONALI

ĊERTIFIKAT TA' STRUMENT MUŻIKALI

FOLJA TA' KONTINWAZZJONI”

.

(4)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fi “Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet” li tirreferi għal “1 — Oriġinali”, tiżdied ir-ringiela li ġejja mal-punt 9:

“X

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”

;

(b)

fi “Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet” li tirreferi għal “3 — applikazzjoni”, tiżdied ir-ringiela li ġejja mal-punt 9:

“X

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”

;

Top