Help Print this page 

Document 32015L2436

Title and reference
Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
  • In force
OJ L 336, 23.12.2015, p. 1–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/2436/oj
Languages, formats and link to OJ
BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
HTML html BG html ES html CS html DA html DE html ET html EL html EN html FR html HR html IT html LV html LT html HU html MT html NL html PL html PT html RO html SK html SL html FI html SV
PDF pdf BG pdf ES pdf CS pdf DA pdf DE pdf ET pdf EL pdf EN pdf FR pdf HR pdf IT pdf LV pdf LT pdf HU pdf MT pdf NL pdf PL pdf PT pdf RO pdf SK pdf SL pdf FI pdf SV
Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal
 To see if this document has been published in an e-OJ with legal value, click on the icon above (For OJs published before 1st July 2013, only the paper version has legal value).
Multilingual display
Text

23.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/1


DIRETTIVA (UE) 2015/2436 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta' Diċembru 2015

biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks

(Riformulazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Għandhom isiru għadd ta' emendi fid-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għal iktar ċarezza, dik id-Direttiva għandha tiġi riformulata.

(2)

Id-Direttiva 2008/95/KE għandha dispożizzjonijiet ċentrali armonizzati ta' liġi sostantiva dwar it-trade marks li fil-waqt tal-adozzjoni kienu meqjusa li jaffettwaw b'mod l-aktar dirett il-funzjonament tas-suq intern billi jimpedixxu l-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fl-Unjoni.

(3)

Il-protezzjoni tat-trade marks fl-Istati Membri teżisti flimkien mal-protezzjoni disponibbli fil-livell tal-Unjoni permezz ta' trade marks tal-Unjoni Ewropea (“trade marks tal-UE”) li huma ta' karattru unitarju u validi madwar l-Unjoni kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (4). Il-koeżistenza u l-bilanċ tas-sistemi tat-trade marks fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni fil-fatt tikkostitwixxi l-pedament tal-approċċ tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali.

(4)

Bħala segwitu għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar Strateġija għall-Ewropa dwar id-Drittijiet ta' Proprjetà Industrijali, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni komprensiva tal-funzjonament ġenerali tas-sistema tat-trade marks fl-Ewropa kollha, filwaqt li kopriet il-livelli tal-Unjoni u dawk nazzjonali u l-interrelazzjoni bejniethom.

(5)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 ta' Mejju 2010 dwar ir-reviżjoni futura tas-sistema tat-trade marks fl-Unjoni Ewropea, il-Kunsill appella lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti għar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u d-Direttiva 2008/95/KE. Ir-reviżjoni ta' dik id-Direttiva 2008/95/KE għandha tinkludi miżuri biex issir aktar konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 207/2009, u b'hekk jitnaqqsu l-oqsma ta' diverġenzi fis-sistema tat-trade marks fl-Ewropa kollha, filwaqt li l-protezzjoni nazzjonali tat-trade marks tinżamm bħala għażla attraenti għall-applikanti. F'dan il-kuntest, għandha tiġi żgurata r-relazzjoni komplementarja bejn is-sistema tat-trade marks tal-UE u s-sistemi tat-trade marks nazzjonali.

(6)

Fil-komunikazzjoni tagħha tal-24 ta' Mejju 2011 intitolata “Suq Uniku għad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali”, il-Kummissjoni kkonkludiet li sabiex tissodisfa d-domandi li żdiedu mill-partijiet ikkonċernati għal kwalità aktar rapida u aħjar, sistemi aktar sempliċi ta' reġistrazzjoni tat-trade marks, li huma wkoll aktar konsistenti, faċli għall-utent, aċċessibbli għall-pubbliku u teknoloġikament aġġornati, jeħtieġ li s-sistema tat-trade marks tiġi mmodernizzata fl-Unjoni kollha u tiġi adattata għall-era tal-Internet.

(7)

Il-konsultazzjoni u l-evalwazzjoni li saru għall-iskop ta' din id-Direttiva wrew li minkejja l-armonizzazzjoni parzjali preċedenti tal-liġijiet nazzjonali, għad fadal oqsma fejn aktar armonizzazzjoni jista' jkollha impatt pożittiv fuq il-kompetittività u t-tkabbir.

(8)

Sabiex jinkiseb l-objettiv tat-trawwim u l-ħolqien ta' suq intern li jiffunzjona tajjeb u biex ikunu ffaċilitati x-xiri u l-protezzjoni ta' trade marks fl-Unjoni, għall-benefiċċju tat-tkabbir u l-kompetittività tan-negozji Ewropej, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, huwa meħtieġ li wieħed imur lil hinn mill-ambitu limitat ta' approssimazzjoni miksub mid-Direttiva 2008/95/KE u tiġi estiża l-approssimazzjoni għal aspetti oħra tal-liġi sostantiva dwar it-trade marks li tirregola trade marks protetti permezz tar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 207/2009.

(9)

Sabiex ir-reġistrazzjoni tat-trade marks fl-Unjoni tinkiseb u tiġi amministrata b'mod aktar faċli, huwa essenzjali li ssir approssimazzjoni mhux biss tad-dispożizzjonijiet tal-liġi sostantiva iżda wkoll tar-regoli proċedurali. Għaldaqstant, ir-regoli proċedurali prinċipali fil-qasam tar-reġistrazzjoni tat-trade marks fl-Istati Membri u fis-sistema tat-trade marks tal-UE għandhom ikunu allinjati. Fir-rigward tal-proċeduri skont il-liġi nazzjonali, huwa biżżejjed li jiġu stabbiliti prinċipji ġenerali, filwaqt li l-Istati Membri jitħallew liberi sabiex jistabbilixxu regoli aktar speċifiċi.

(10)

Huwa essenzjali li jiġi żgurat li t-trade marks reġistrati jgawdu l-istess protezzjoni taħt is-sistemi legali tal-Istati Membri kollha. F'konformità mal-protezzjoni estensiva mogħtija lit-trade marks tal-UE li għandhom reputazzjoni fl-Unjoni, għandha tingħata protezzjoni estensiva wkoll fil-livell nazzjonali lit-trade marks kollha reġistrati li għandhom reputazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat.

(11)

Id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi d-dritt tal-Istati Membri li jkomplu jipproteġu t-trade marks miksuba permezz ta' użu, iżda għandha tikkunsidrahom biss fir-rigward tar-relazzjoni tagħhom mat-trade marks miksuba mir-reġistrazzjoni.

(12)

Biex jinkisbu l-objettivi ta' din l-approssimazzjoni tal-liġijiet jinħtieġ li l-kondizzjonijiet għall-kisba u ż-żamma ta' trade mark reġistrata jkunu ġeneralment identiċi fl-Istati Membri kollha.

(13)

Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li jiġu elenkati eżempji ta' sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade mark, sakemm dawn is-sinjali jkunu kapaċi jiddistingwu l-oġġetti jew is-servizzi ta' impriża waħda minn dawk ta' impriżi oħra. Sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi tas-sistema ta' reġistrazzjoni għat-trade marks, jiġifieri li jiżguraw ċertezza legali u amministrazzjoni soda, huwa essenzjali wkoll li jkun meħtieġ li s-sinjal ikun kapaċi jiġi rappreżentat b'tali mod li jkun ċar, preċiż, komplut fih innifsu, faċilment aċċessibbli, intelliġibbli, durabbli u oġġettiv. Għaldaqstant għandu jkun permess li sinjal ikun rappreżentat fi kwalunkwe forma xierqa bl-użu ta' teknoloġija ġeneralment disponibbli, u għaldaqstant mhux bilfors permezz ta' mezzi grafiċi, sakemm ir-rappreżentazzjoni toffri garanziji sodisfaċenti għal dak il-għan.

(14)

Barra minn hekk, ir-raġunijiet għal rifjut jew invalidità li jikkonċernaw it-trade mark innifsu, inkluż in-nuqqas ta' kwalunkwe karattru ta' natura distintiva, jew li jikkonċernaw konflitti bejn it-trade mark u d-drittijiet preċedenti, għandhom ikunu elenkati b'mod eżawrjenti, anki jekk ċerti minn dawk ir-raġunijiet huma elenkati bħala għażla għall-Istati Membri li għandhom ikunu jistgħu għalhekk iżommu jew jintroduċuhom fil-leġiżlazzjoni tagħhom.

(15)

Sabiex jiġi żgurat li l-livelli ta' protezzjoni mogħtija lill-indikazzjonijiet ġeografiċi mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mil-liġi nazzjonali jiġu applikati b'mod uniformi u eżawrjenti fl-eżami tar-raġunijiet assoluti u relattivi għar-rifjut fl-Unjoni kollha, din id-Direttiva għandha tinkludi l-istess dispożizzjonijiet relatati mal-indikazzjonijiet ġeografiċi kif jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 207/2009. Addizzjonalment, huwa kunsiljabbli li jiġi żgurat li l-kamp ta' applikazzjoni tar-raġunijiet assoluti jiġi estiż biex ikopri wkoll termini tradizzjonali protetti għall-inbid u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti.

(16)

Il-protezzjoni mogħtija mit-trade marks reġistrati, li l-funzjoni tagħhom hi b'mod partikolari li jiggarantixxu t-trade mark bħala indikazzjoni ta' oriġini, għandha tkun assoluta fil-każ ta' identità bejn il-marka u s-sinjal korrispondenti u l-oġġetti jew is-servizzi. Il-protezzjoni għandha tapplika wkoll fil-każ ta' similarità bejn il-marka u s-sinjal u l-oġġetti jew is-servizzi. Hu indispensabbli li tingħata interpretazzjoni tal-kunċett ta' similarità relatata mal-probabbiltà ta' konfużjoni. Il-probabbiltà ta' konfużjoni, li l-apprezzament tagħha jiddependi fuq ħafna elementi u, b'mod partikolari fuq ir-rikonoxximent tat-trade mark fis-suq, l-assoċjazzjoni li tista' ssir mas-sinjal użat jew reġistrat, il-livell ta' similarità bejn it-trade mark u s-sinjal u bejn l-oġġetti jew is-servizzi identifikati, għandha tikkostitwixxi l-kondizzjoni speċifika għal tali protezzjoni. Il-metodi għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' konfużjoni, u b'mod partikolari l-oneru tal-prova f'dak ir-rigward, għandhom ikunu kwistjoni għar-regoli ta' proċedura nazzjonali li ma għandhomx jiġu preġudikati minn din id-Direttiva.

(17)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u konsistenza sħiħa mal-prinċipju ta' prijorità, li skont dan trade mark preċedenti reġistrata tieħu preċedenza fuq trade marks reġistrati sussegwenti, huwa meħtieġ li jsir provvediment sabiex l-infurzar tad-drittijiet li huma konferiti minn trade mark għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetarji miksuba qabel id-data tad-domanda għat-trade mark jew dik tal-prijorità tat-trade mark. Tali approċ huwa f'konformità mal-Artikolu 16(1) tal-Ftehim tal-15 ta' April 1994 dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (“il-Ftehim TRIPS”).

(18)

Huwa xieraq li jiġi previst li ksur ta' trade mark jista' jiġi stabbilit biss jekk jinsab li l-marka jew is-sinjal ta' ksur jintuża fl-eżerċizzju tal-kummerċ għal skopijiet ta' distinzjoni ta' oġġetti jew servizzi. L-użu tas-sinjal għal skopijiet oħra minbarra d-distinzjoni ta' oġġetti jew servizzi għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali.

(19)

Il-kunċett ta' ksur ta' trade mark għandu jinkludi wkoll l-użu tas-sinjal bħal isem kummerċjali jew isem simili, sakemm tali użu jkun għall-iskopijiet ta' distinzjoni ta' oġġetti jew servizzi.

(20)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u l-konsistenza sħiħa ma' leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġi previst li l-proprjetarju ta' trade mark għandu jkun intitolat li jipprojbixxi parti terza milli tuża sinjal f'riklamar komparattiv fejn tali riklamar komparattiv imur kontra d-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(21)

Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tat-trade marks u tiġi miġġielda l-falsifikazzjoni b'mod aktar effettiv u f'konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri skont il-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), b'mod partikolari l-Artikolu V tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ dwar il-libertà ta' transitu u, fir-rigward tal-mediċini ġeneriċi, id-“Dikjarazzjoni dwar il-Ftehim TRIPS u s-Saħħa Pubblika” adottata mill-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Doha fl-14 ta' Novembru 2001, il-proprjetarju ta' trade mark għandu jkun intitolat li jipprevjeni partijiet terzi milli jġibu oġġetti, fl-eżerċizzju tal-kummerċ, fl-Istat Membru fejn hi reġistrata t-trade mark mingħajr ma jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera hemmhekk, fejn tali oġġetti jiġu minn pajjiżi terzi u jkollhom mingħajr awtorizzazzjoni trade mark li tkun identika jew essenzjalment identika għat-trade mark reġistrata fir-rigward ta' tali oġġetti.

(22)

Għaldaqstant, għandu jkun permissibbli għall-proprjetarju ta' trade marks li jimpedixxu d-dħul ta' oġġetti li jikkostitwixxu ksur u t-tqegħid tagħhom fis-sitwazzjonijiet doganali kollha, inkluż, b'mod partikolari, it-transitu, it-trasbord, il-ħżin, iż-żoni liberi, il-ħżin temporanju, l-ipproċessar attiv jew l-ammissjoni temporanja, anke meta tali oġġetti mhumiex maħsuba li jitqiegħdu fis-suq tal-Istat Membru kkonċernat. Fit-twettiq tal-kontrolli doganali, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jagħmlu użu mis-setgħat u l-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), anke fuq talba tad-detenturi tad-dritt. B'mod partikolari, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom iwettqu l-kontrolli rilevanti abbażi tal-kriterji ta' analiżi tar-riskju.

(23)

Sabiex tiġi rikonċiljata l-ħtieġa li jiġi żgurat l-infurzar effettiv tad-drittijiet tat-trade mark mal-ħtieġa li jiġi evitat it-tfixkil għall-fluss ħieles ta' kummerċ f'oġġetti leġittimi, l-intitolament tal-proprjetarju tat-trade mark għandu jiskadi meta, matul il-proċedimenti sussegwenti mibdija quddiem l-awtorità ġudizzjarja jew awtorità kompetenti oħra biex tittieħed deċiżjoni sostantiva dwar jekk it-trade mark reġistrata ġietx miksura, id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jkun jista' jagħti prova li l-proprjetarju tat-trade mark reġistrata mhux intitolat li jipprojbixxi t-tqegħid tal-oġġetti fis-suq fil-pajjiż tad-destinazzjoni finali.

(24)

L-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013 jipprevedi li detentur tad-dritt jinżamm responsabbli għad-danni fil-konfront tad-detentur tal-oġġetti meta, fost l-oħrajn, jinstab sussegwentement li l-oġġetti inkwistjoni ma jkunu qed jiksru l-ebda dritt ta' proprjetà intellettwali.

(25)

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa bil-għan li jiġi żgurat it-tranżitu mingħajr xkiel ta' mediċini ġeneriċi. Fir-rigward ta' denominazzjonijiet internazzjonali komuni (INN) li huma rikonoxxuti globalment bħala ismijiet ġeneriċi għal sustanzi attivi fi preparazzjonijiet farmaċewtiċi, huwa essenzjali li jittieħed kont debitu tal-limitazzjonijiet eżistenti fuq l-effett tad-drittijiet tat-trade marks. Konsegwentement, il-proprjetarju ta' trade mark ma għandux ikun intitolat li jimpedixxi lil parti terza milli ġġib oġġetti fi Stat Membru fejn tkun irreġistrata t-trade mark mingħajr ma jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera hemmhekk abbażi ta' similaritajiet bejn l-INN għall-ingredjent attiv fil-mediċini u t-trade mark.

(26)

Sabiex il-proprjetarji ta' trade marks reġistrati jkunu jistgħu jiġġieldu l-falsifikazzjoni b'mod aktar effettiv, huma għandhom ikunu intitolati li jipprojbixxu t-twaħħil ma' oġġetti ta' trade mark ta' ksur u li jsiru ċerti atti preparatorji qabel it-tali twaħħil.

(27)

Id-drittijiet esklużivi mogħtija minn trade mark ma għandhomx jintitolaw lill-proprjetarju sabiex jipprojbixxi l-użu minn partijiet terzi ta' sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw b'mod ġust u għaldaqstant f'konformità mal-prattiki onesti fi kwistjonijiet industrijali u kummerċjali. Sabiex jinħolqu kondizzjonijiet ugwali għall-ismijiet kummerċjali u t-trade marks fil-kuntest li l-ismijiet kummerċjali ġeneralment jingħataw protezzjoni mingħajr restrizzjoni kontra trade marks sussegwenti, tali użu għandu jitqies biss li jinkludi l-użu tal-isem personali tal-parti terza. Tali użu għandu jippermetti wkoll l-użu ta' sinjali deskrittivi jew mhux ta' natura distintiva jew indikazzjonijiet inġenerali. Barra minn hekk, il-proprjetarju ma għandux ikun intitolat li jipprevjeni l-użu ġust u onest tal-marka għall-iskop ta' identifikazzjoni ta' jew ir-referenza għall-oġġetti jew is-servizzi bħala li huma tal-proprjetarju. L-użu ta' trade mark li jsir minn partijiet terzi biex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumatur għar-rivendita ta' oġġetti ġenwini li oriġinarjament inbiegħu mill-proprjetarju tat-trade mark jew bil-kunsens tiegħu fl-Unjoni għandu jitqies bħala ġust sakemm ikun fl-istess ħin f'konformità ma' prattika onesta fi kwistjonijiet industrijali u kummerċjali. L-użu ta' trade mark li jsir minn partijiet terzi għall-fini ta' espressjoni artistika għandu jitqies bħala ġust sakemm ikun fl-istess ħin f'konformità ma' prattika onesta fi kwistjonijiet industrijali u kummerċjali. Barra minn hekk, din id-Direttiva għandha tiġi applikata b'mod li jiżgura r-rispett sħiħ għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u b'mod partikolari l-libertà ta' espressjoni.

(28)

Mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija jsegwi li l-proprjetarju ta' trade mark ma għandux ikun intitolat jipprojbixxi l-użu tiegħu minn partijiet terzi fir-rigward ta' oġġetti li jkunu tpoġġew fiċ-ċirkulazzjoni fl-Unjoni, taħt it-trade mark, minnu jew bil-kunsens tiegħu, ħlief fejn il-proprjetarju jkollu raġunijiet leġittimi biex jopponi l-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri ta' dawn l-oġġetti.

(29)

Huwa importanti, għal raġunijiet ta' ċertezza legali li jsir provvediment biex, mingħajr preġudizzju għall-interessi tiegħu bħala proprjetarju ta' trade mark preċedenti, huwa ma jkunx jista' jitlob aktar dikjarazzjoni ta' invalidità jew jopponi l-użu ta' trade mark sussegwenti għat-trade mark tiegħu stess li tagħha huwa jkun konsapevolment ittollera l-użu għal tul ta' żmien sostanzjali, sakemm l-applikazzjoni għat-trade mark sussegwenti ma saritx in mala fede.

(30)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u jiġu salvagwardati d-drittijiet tat-trade marks li ġew miksuba b'mod leġittimu, huwa xieraq u meħtieġ li jsir provvediment biex, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li t-trade mark sussegwenti ma tistax tkun infurzata kontra t-trade mark preċedenti, il-proprjetarji ta' trade marks preċedenti ma jkunux intitolati li jiksbu rifjut jew invalidità jew jopponu l-użu ta' trade mark sussegwenti jekk it-trade mark sussegwenti tkun inkisbet fiż-żmien meta t-trade mark preċedenti kienet suxxettibbli biex tkun dikjarata invalida jew revokata, pereżempju minħabba li ma tkunx għada kisbet id-distintività permezz tal-użu, jew jekk it-trade mark preċedenti ma setgħetx tkun infurzata kontra t-trade mark sussegwenti minħabba li l-kondizzjonijiet meħtieġa ma kinux applikabbli, pereżempju meta t-trade mark preċedenti ma kinitx għadha kisbet reputazzjoni.

(31)

It-trade marks jissodisfaw l-għan tagħhom li jiddistingwu oġġetti jew servizzi u jippermettu lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet infurmati biss meta dawn jintużaw verament fis-suq. Huwa meħtieġ ukoll rekwiżit tal-użu sabiex jitnaqqas l-għadd totali ta' trade marks reġistrati u protetti fl-Unjoni u, konsegwentement, l-għadd ta' kunflitti li jirriżultaw bejniethom. Għaldaqstant huwa essenzjali li jkun meħtieġ li trade marks reġistrati verament jintużaw b'konnessjoni mal-oġġetti jew servizzi li għalihom huma reġistrati, jew, jekk ma jintużawx f'dik il-konnessjoni fi żmien ħames snin mid-data tat-tlestija tal-proċedura tar-reġistrazzjoni, li jkunu suxxettibbli għal revoka.

(32)

Konsegwentement, trade mark reġistrata għandha tkun protetta biss sa fejn din tintuża fil-verità u trade mark preċedenti reġistrata ma għandhiex tippermetti lill-proprjetarju jopponi jew jinvalida trade mark sussegwenti jekk dak il-proprjetarju ma kienx ġenwinament uża t-trade mark tiegħu. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li trade mark ma tistax tiġi invokata b'suċċess fi proċedimenti ta' ksur jekk jiġi stabbilit bħala riżultat ta' eċċezzjoni li t-trade mark setgħet tiġi revokata jew, meta r-rikors isir kontra dritt sussegwenti, setgħet ġiet revokata fil-mument meta nkiseb id-dritt sussegwenti.

(33)

Huwa xieraq li jiġi previst li, meta l-preċedenza ta' marka nazzjonali jew trade mark irreġistrata skont arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fl-Istat Membru tkun intalbet għal trade mark tal-UE u l-marka li tipprovdi l-bażi għat-talba ta' preċedenza wara tkun ġiet ċeduta jew tħalliet tiskadi, il-validità ta' dik il-marka xorta tista' tiġi kkontestata. Tali kontestazzjoni għandha tkun limitata għal sitwazzjonijiet fejn il-marka setgħet ġiet dikjarata invalida jew revokata fil-mument li hija tneħħiet mir-reġistru.

(34)

Għal raġunijiet ta' koerenza u sabiex tiġi ffaċilitata l-isfruttament kummerċjali tat-trade marks fl-Unjoni, ir-regoli applikabbli għat-trade marks bħala oġġetti ta' proprjetà għandhom ikunu allinjati safejn xieraq ma' dawk li diġà huma fis-seħħ għat-trade marks tal-UE, u għandhom jinkludu regoli dwar l-assenjazzjoni u t-trasferiment, l-għoti ta' liċenzji, id-drittijiet in rem u l-imposta fuq l-eżekuzzjoni.

(35)

It-trade marks kollettivi wrew li huma strument utli għall-promozzjoni ta' oġġetti jew ta' servizzi bi proprjetajiet komuni speċifiċi. Għaldaqstant huwa xieraq li t-trade marks kollettivi nazzjonali jkunu soġġetti għal regoli simili għar-regoli applikabbli għall-marki kollettivi tal-UE.

(36)

Sabiex jittejjeb u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-protezzjoni tat-trade marks u biex tiżdied iċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà, il-proċedura għar-reġistrazzjoni tat-trade marks fl-Istati Membri għandha tkun effiċjenti u trasparenti u għandha ssegwi regoli simili għal dawk applikabbli għat-trade marks tal-UE.

(37)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet tat-trade marks u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-protezzjoni tat-trade marks, id-denominazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-oġġetti u s-servizzi koperti minn applikazzjoni ta' trade mark għandhom isegwu l-istess regoli fl-Istati Membri kollha u għandhom ikunu allinjati ma' dawk applikabbli għat-trade marks tal-UE. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jiddeterminaw kemm qed tintalab protezzjoni tat-trade mark abbażi tal-applikazzjoni waħedha, id-denominazzjoni tal-oġġetti u s-servizzi għandha tkun suffiċjentement ċara u preċiża. L-użu ta' termini ġenerali għandu jkun interpretat bħala li jinkludi biss oġġetti u servizzi koperti b'mod ċar mit-tifsira litterali ta' terminu. Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, l-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali għandhom jagħmlu dak li jistgħu, f'kooperazzjoni ma' xulxin, biex jiġbru lista li tirrifletti l-prattiki amministrattivi rispettivi tagħhom fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-oġġetti u s-servizzi.

(38)

Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva ta' trade mark, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni proċedura ta' oppożizzjoni amministrattiva effiċjenti, li jippermetti tal-inqas lill-proprjetarju tad-drittijiet ta' trade mark preċedenti u kwalunkwe persuna awtorizzata skont il-liġi rilevanti li teżerċita d-drittijiet li jirriżultaw minn denominazzjoni ta' oriġini protetta jew minn indikazzjoni ġeografika li jopponu r-reġistrazzjoni ta' applikazzjoni ta' trade mark. Barra minn hekk, sabiex jiġu offruti mezzi effiċjenti ta' revoka ta' trade marks jew li jiġu ddikjarati invalidi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu proċedura amministrattiva għal revoka jew dikjarazzjoni ta' invalidità fil-perijodu ta' traspożizzjoni itwal ta' seba' snin, wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(39)

Huwa kunsiljabbli li l-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jikkooperaw flimkien u mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma kollha ta' reġistrazzjoni u amministrazzjoni tat-trade marks sabiex tiġi promossal-konverġenza ta' prattiki u għodod, bħall-ħolqien u l-aġġornament ta' bażijiet ta' data komuni jew konnessi u portali għal finijiet ta' konsultazzjoni u tfittxija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-uffiċċji tagħhom jikkooperaw flimkien u mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma l-oħra kollha tal-attivitajiet tagħhom li huma rilevanti għall-protezzjoni tat-trade marks fl-Unjoni.

(40)

Din id-Direttiva ma għandhiex teskludi li jkunu japplikaw għat-trade marks id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Istati Membri li jkunu diversi mil-liġi tat-trade marks, bħal dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni inġusta, ir-responsabbiltà ċivili jew il-protezzjoni tal-konsumatur.

(41)

L-Istati Membri kollha huma marbuta mill-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali (“il-Konvenzjoni ta' Pariġi”) u l-Ftehim TRIPS. Huwa meħtieġ li din id-Direttiva jkunu għalkollox konsistenti ma' dik il-Konvenzjoni u dak il-Ftehim. L-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn dik il-Konvenzjoni u Ftehim ma għandhomx jiġu affettwati minn din id-Direttiva. Fejn xieraq, għandu jkun applikabbli t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 351 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(42)

Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri biex jitrawwem u jinħoloq suq intern li jiffunzjona tajjeb u biex ikunu ffaċilitati r-reġistrazzjoni, l-amministrazzjoni u l-protezzjoni ta' trade marks fl-Unjoni għall-benefiċċju tat-tkabbir u l-kompetittività, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(43)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) tirregola l-ipproċessar tad-data personali li jsir fl-Istati Membri fil-kuntest ta' din id-Direttiva.

(44)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u ta opinjoni fil-11 ta' Lulju 2013.

(45)

L-obbligu li tiġi trasposta din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jiġi limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej mid-Direttiva preċedenti.

(46)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri taħt id-Direttiva 2008/95/KE relatati mal-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (9) fil-liġi nazzjonali kif stabbilit fil-Parti B tal-Anness I għad-Direttiva 2008/95/KE,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva tapplika għal kull trade mark fir-rigward ta' oġġetti jew servizzi li hija s-suġġett ta' reġistrazzjoni jew ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fi Stat Membru bħala trade mark individwali, garanzija jew marka ta' ċertifikazzjoni jew marka kollettiva, jew li hija s-suġġett ta' reġistrazzjoni jew ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jew ta' reġistrazzjoni internazzjonali li jkollha effett fi Stat Membru.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“uffiċċju” tfisser l-uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istat Membru jew tal-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali inkarigat mir-reġistrazzjoni tat-trade marks;

(b)

“reġistru” tfisser ir-reġistru ta' trade marks miżmum minn uffiċċju.

KAPITOLU 2

LIĠI SOSTANTIVA DWAR TRADE MARKS

TAQSIMA 1

Sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade mark

Artikolu 3

Sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade mark

Trade mark tista' tikkonsisti minn kwalunkwe sinjal, b'mod partikolari kliem, inklużi ismijiet personali, jew disinji, ittri, ċifri, kuluri, l-għamla ta' oġġetti jew l-imballaġġ ta' oġġetti, jew ħsejjes sakemm dawn is-sinjali jkunu jistgħu:

(a)

jiddistingwu l-oġġetti jew is-servizzi ta' impriża waħda minn dawk ta' impriżi oħra; u

(b)

jiġu rrappreżentati fuq ir-reġistru b'mod li jippermetti li l-awtoritajiet kompetenti u l-pubbliku jiddeterminaw is-suġġett ċar u preċiż tal-protezzjoni mogħtija lill-proprjetarju tagħha.

TAQSIMA 2

Raġunijiet għal rifjut jew invalidità

Artikolu 4

Raġunijiet assoluti għal rifjut jew invalidità

1.   Dawn li ġejjin ma għandhomx jiġu rreġistrati jew, jekk jiġu rreġistrati, għandhom ikunu suxxettibbli li jiġu ddikjarati invalidi:

(a)

sinjali li ma jistgħux jikkostitwixxu trade mark;

(b)

trade marks li ma għandhom l-ebda karattru ta' natura distintiva;

(c)

trade marks li jikkonsistu esklużivament f'sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw it-tip, kwalità, kwantità, skop intiż, valur, oriġini ġeografika, jew iż-żmien ta' produzzjoni tal-oġġetti jew tal-għoti tas-servizz, jew karatteristiċi oħra tal-oġġetti jew tas-servizzi;

(d)

trade marks li jikkonsistu esklużivament minn sinjali jew indikazzjonijiet li saru konswetudinarji fil-lingwa kurrenti jew fil-prattika bona fide u stabbilita tal-kummerċ;

(e)

sinjali li jikkonsistu esklużivament minn:

(i)

l-għamla, jew karatteristika oħra, li tirriżulta min-natura tal-oġġetti stess;

(ii)

l-għamla, jew karatteristika oħra, ta' oġġetti li tkun meħtieġa sabiex jinkiseb riżultat tekniku;

(iii)

l-għamla, jew karatteristika oħra, li tagħti valur sostanzjali lill-oġġetti;

(f)

trade marks li jkunu kuntrarji għall-ordni pubbliku jew għal prinċipji aċċettati ta' moralità;

(g)

trade marks li jkunu ta' tali natura li jqarrqu l-pubbliku, pereżempju dwar in-natura, kwalità jew oriġini ġeografika tal-oġġetti jew tas-servizz;

(h)

trade marks li ma ġewx awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jiġu rifjutati jew iddikjarati invalidi skont l-Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta' Pariġi;

(i)

trade marks li huma esklużi mir-reġistrazzjoni f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, jew ma' ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni jew l-Istat Membru kkonċernat ikunu partijiet, għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi;

(j)

trade marks li huma esklużi mir-reġistrazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni hija parti, għall-protezzjoni ta' termini tradizzjonali għall-inbid;

(k)

trade marks li huma esklużi mir-reġistrazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni hija parti, għall-protezzjoni ta' speċjalitajiet tradizzjonali garantiti;

(l)

trade marks li jikkonsistu fi, jew jirriproduċu fl-elementi essenzjali tagħhom, denominazzjoni preċedenti ta' varjetà ta' pjanta rreġistrata f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, jew ma' ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni jew l-Istat Membru kkonċernat ikunu partijiet, li jipprovdu protezzjoni għad-drittijiet fuq varjetajiet ta' pjanti, u li huma, fir-rigward ta' varjetajiet ta' pjanti, tal-istess speċi jew ta' speċi relatati mill-qrib.

2.   Trade mark għandha tkun suxxettibbli li tiġi ddikjarata invalida meta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tkun saret in mala fede mill-applikant. Kwalunkwe Stat Membru jista' jipprevedi wkoll li tali trade mark ma għandhiex tiġi rreġistrata.

3.   Kwalunkwe Stat Membru jista' jipprevedi li trade mark ma għandhiex tiġi rreġistrata jew, jekk irreġistrata, li għandha tkun suxxettibbli li tiġi ddikjarata invalida jekk u sa fejn:

(a)

l-użu ta' dik it-trade mark jista' jkun projbit skont dispożizzjonijiet ta' liġi diversa mil-liġi tat-trade marks tal-Istat Membru kkonċernat jew tal-Unjoni;

(b)

it-trade mark tinkludi sinjal ta' valur simboliku kbir, b'mod partikolari simbolu reliġjuż;

(c)

it-trade mark tinkludi badges, emblemi u tarki li jkunu diversi minn dawk koperti mill-Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta' Pariġi u li jkunu ta' interess pubbliku, sakemm ma ngħatax il-kunsens tal-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tagħha f'konformità mal-liġi tal-Istat Membru.

4.   Trade mark ma għandhiex tiġi rrifjutata r-reġistrazzjoni skont il-paragrafu 1(b), (c) jew (d) jekk, qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, wara l-użu li jkun sar minnha, hi tkun akkwistat karattru ta' natura distintiva. Trade mark ma għandhiex tkun iddikjarata bħala invalida għall-istess raġunijiet jekk, qabel id-data tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità, wara l-użu li jkun sar minnha, hi tkun akkwistat karattru ta' natura distintiva.

5.   Kwalunkwe Stat Membru jista' jipprovdi li l-paragrafu 4 għandu japplika wkoll fejn il-karattru ta' natura distintiva kienet akkwistata wara d-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni iżda qabel id-data tar-reġistrazzjoni.

Artikolu 5

Raġunijiet relattivi għal rifjut jew invalidità

1.   Trade mark ma għandhiex tiġi rreġistrata jew, jekk irreġistrata, għandha tkun suxxettibbli li tiġi ddikjarata invalida fejn:

(a)

hija tkun identika għal trade mark preċedenti, u l-oġġetti jew is-servizzi li għalihom qed issir l-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ikunu identiċi għall-oġġetti jew is-servizzi li għalihom it-trade mark preċedenti hi protetta;

(b)

minħabba l-identità tagħha ma', jew similarità ma', it-trade mark preċedenti u l-identità jew is-similarità tal-oġġetti jew is-servizzi koperti mit-trade marks, teżisti l-probabbiltà ta' konfużjoni min-naħa tal-pubbliku; il-probabbiltà ta' konfużjoni tinkludi l-probabbiltà ta' assoċjazzjoni mat-trade mark preċedenti.

2.   “Trade marks preċedenti” skont it-tifsira tal-paragrafu 1 tfisser:

(a)

trade marks tat-tipi li ġejjin b'data ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni li tkun preċedenti għad-data ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark, b'kont meħud, fejn xieraq, tal-prijoritajiet pretiżi fir-rigward ta' dawk it-trade marks:

(i)

trade marks tal-UE;

(ii)

trade marks reġistrati fl-Istat Membru kkonċernat jew, fil-każ tal-Belġju, il-Lussemburgu jew in-Netherlands, fl-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali;

(iii)

trade marks reġistrati taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fl-Istat Membru kkonċernat;

(b)

trade marks tal-UE li fir-rigward tagħhom tiġi ġustifikament invokata preċedenza, skont ir-Regolament (KE) Nru 207/2009, ta' trade mark imsemmija fil-punti (a)(ii) u (iii), anke jekk din it-trade mark tal-aħħar ġiet ċeduta jew tħalliet tiskadi;

(c)

applikazzjonijiet għat-trade marks imsemmija fil-punti (a) u (b), soġġett għar-reġistrazzjoni tagħhom;

(d)

trade marks li, fid-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark, jew, fejn xieraq, tal-prijorità pretiża fir-rigward tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark, huma magħrufa sew fl-Istat Membru kkonċernat, fis-sens li fih il-kliem “magħrufa sew” huma użati fl-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta' Pariġi.

3.   Barra minn hekk, trade mark ma għandhiex tiġi rreġistrata jew, jekk irreġistrata, għandha tkun suxxettibbli li tiġi ddikjarata invalida fejn:

(a)

hija tkun identika, jew simili, għal trade mark preċedenti irrispettivament minn jekk l-oġġetti jew is-servizzi li għalihom hija applikata jew reġistrata huma identiċi ma', jew simili jew mhumiex simili għal dawk li għalihom it-trade mark preċedenti hija reġistrata, fejn it-trade mark preċedenti jkollha reputazzjoni fl-Istat Membru li fir-rigward tiegħu qed issir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew li fih hija rreġistrata t-trade mark jew, fil-każ ta' trade mark tal-UE, għandha reputazzjoni fl-Unjoni u l-użu tat-trade mark sussegwenti, mingħajr raġuni valida, jieħu vantaġġ inġust mill-karattru ta' natura distintiva jew ir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti jew ikun ta' detriment għalihom;

(b)

aġent jew rappreżentant tal-proprjetarju tat-trade mark japplika għar-reġistrazzjoni tagħha f'ismu stess mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju, sakemm l-aġent jew ir-rappreżentant ma jiġġustifikax l-azzjoni tiegħu;

(c)

sa fejn, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew tal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat li qed tipprevedi l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi:

(i)

applikazzjoni għal denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika kienet diġà ġiet ippreżentata skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat qabel id-data ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark jew id-data tal-prijorità pretiża għall-applikazzjoni, soġġetta għar-reġistrazzjoni sussegwenti tagħha;

(ii)

dik id-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tikkonferixxi fuq il-persuna awtorizzata skont il-liġi rilevanti, li teżerċita d-drittijiet li jirriżultaw minn dan id-dritt li tipprojbixxi l-użu ta' trade mark sussegwenti.

4.   Kwalunkwe Stat Membru jista' jipprovdi li trade mark ma għandhiex tiġi rreġistrata jew li, jekk irreġistrata, għandha tkun suxxettibbli li tiġi ddikjarata invalida jekk, u sa fejn:

(a)

id-drittijiet għal trade mark mhux reġistrata jew għal sinjal ieħor użat fl-eżerċizzju tal-kummerċ ġew miksuba qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark sussegwenti, jew id-data tal-prijorità pretiża għall-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-trade mark sussegwenti, u dik it-trade mark mhix reġistrata jew sinjal ieħor jagħtu lill-proprjetarju tagħhom id-dritt li jipprojbixxi l-użu tat-trade mark sussegwenti;

(b)

l-użu tat-trade mark jista' jkun projbit permezz ta' dritt preċedenti divers mid-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, u b'mod partikolari:

(i)

xi dritt għal isem;

(ii)

xi dritt għal immaġini personali;

(iii)

xi dritt tal-awtur;

(iv)

xi dritt ta' proprjetà industrijali;

(c)

fejn it-trade mark hija suxxettibbli li tkun konfuża ma' trade mark preċedenti protetta barra l-Unjoni, dment li, fid-data tal-applikazzjoni, l-applikant kien qed jaġixxi in mala fede;

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'ċirkostanzi xierqa, ma jkunux hemm l-obbligu ta' rifjut tar-reġistrazzjoni jew ta' dikjarazzjoni ta' invalidità ta' trade mark fejn il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti jew ta' dritt preċedenti ieħor jagħti l-kunsens tiegħu għar-reġistrazzjoni tat-trade mark sussegwenti.

6.   Kwalunkwe Stat Membru jista' jipprovdi li, bħala deroga mill-paragrafi 1 sa 5, ir-raġunijiet għar-rifjut ta' reġistrazzjoni jew invalidità fis-seħħ f'dak l-Istat Membru qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet meħtieġa għal konformità mad-Direttiva 89/104/KEE, għandhom japplikaw għal trade marks li għalihom saret applikazzjoni qabel dik id-data.

Artikolu 6

Stabbiliment a posteriori ta' invalidità jew revoka ta' trade mark

Fejn il-preċedenza ta' trade mark nazzjonali jew ta' trade mark reġistrata taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fl-Istat Membru, li ġiet ċeduta jew li tħalliet tiskadi, tiġi invokata għal trade mark tal-UE, l-invalidità jew ir-revoka tat-trade mark li tipprovdi l-bażi għat-talba ta' preċedenza tista' tiġi stabbilita a posteriori, sakemm l-invalidità jew ir-revoka tkun setgħet ġiet iddikjarata fil-ħin li l-marka ġiet ċeduta jew tħalliet tiskadi. F'każ bħal dan il-preċedenza għandha tieqaf milli tipproduċi l-effetti tagħha.

Artikolu 7

Raġunijiet għal rifjut jew invalidità fir-rigward ta' xi wħud biss mill-oġġetti jew is-servizzi

Fejn jeżistu raġunijiet għar-rifjut ta' reġistrazzjoni jew l-invalidità ta' trade mark fir-rigward xi wħud biss mill-oġġetti jew is-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta' dik it-trade mark, ir-rifjut tar-reġistrazzjoni jew l-invalidità għandhom ikopru biss dawk l-oġġetti jew dawk is-servizzi.

Artikolu 8

Nuqqas ta' karattru distintiv jew ta' reputazzjoni ta' trade mark preċedenti li tipprekludi dikjarazzjoni ta' invalidità ta' trade mark reġistrata

Applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità abbażi ta' trade mark preċedenti ma għandhiex tintlaqa' fid-data tal-applikazzjoni għall-invalidità jekk ma kinitx milqugħa fid-data tad-domanda għat-trade mark jew fid-data ta' prijorità tat-trade mark sussegwenti għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

it-trade mark preċedenti, suxxettibbli li tiġi dikjarata invalida skont l-Artikolu 4(1)(b), (c) jew (d), kienet għadha ma kisbitx karattru ta' natura distintiva kif imsemmi fl-Artikolu 4(4);

(b)

l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità hija bbażata fuq l-Artikolu 5(1)(b) u t-trade mark preċedenti kienet għadha ma saritx biżżejjed distinta biex tappoġġa sejba ta' probabbiltà ta' konfużjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1)(b);

(c)

l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità hija bbażata fuq l-Artikolu 5(3)(a) u t-trade mark preċedenti kienet għadha ma kisbitx reputazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 5(3)(a).

Artikolu 9

Preklużjoni ta' dikjarazzjoni ta' invalidità minħabba tolleranza

1.   Fejn, fi Stat Membru, il-proprjetarju ta' trade mark preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) jew fl-Artikolu 5(3)(a) ikun ittollera, għal perijodu ta' ħames snin suċċessivi, l-użu ta' trade mark sussegwenti reġistrata f'dak l-Istat Membru filwaqt li kien konxju ta' tali użu, dak il-proprjetarju ma għandux ikun aktar intitolat, abbażi tat-trade mark preċedenti, li japplika għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark sussegwenti fir-rigward tal-oġġetti jew servizzi li għalihom ġiet użata t-trade mark sussegwenti, sakemm l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark sussegwenti ma kinitx saret in mala fede.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika għall-proprjetarju ta' kwalunkwe dritt ieħor preċedenti msemmi fl-Artikolu 5(4)(a) jew (b).

3.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-proprjetarju ta' trade mark sussegwenti reġistrata ma għandux ikun intitolat jopponi għall-użu tad-dritt preċedenti, anki jekk dak id-dritt ma jistax jiġi aktar invokat kontra t-trade mark sussegwenti.

TAQSIMA 3

Drittijiet mogħtija u limitazzjonijiet

Artikolu 10

Drittijiet mogħtija minn trade mark

1.   Ir-reġistrazzjoni ta' trade mark għandha tagħti lill-proprjetarju drittijiet esklużivi b'rabta magħha.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetarji li jkunu nkisbu qabel id-data tad-domanda jew id-data ta' prijorità tat-trade mark reġistrata, il-proprjetarju dik it-trade mark reġistrata għandu jkun intitolat li jimpedixxi li kull parti terza li ma jkollhiex il-kunsens tiegħu milli tuża fl-eżerċizzju tal-kummerċ, b'rabta ma' oġġetti jew servizzi, kwalunkwe sinjal fejn:

(a)

is-sinjal ikun identiku għat-trade mark u jintuża b'rabta ma' oġġetti jew servizzi li huma identiċi għal dawk li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark;

(b)

is-sinjal ikun identiku, jew simili, għat-trade mark u jintuża relattivament għal oġġetti jew servizzi li huma identiċi jew simili għall-oġġetti jew is-servizzi li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark, jekk teżisti l-probabbiltà ta' konfużjoni min-naħa tal-pubbliku; il-probabbiltà ta' konfużjoni tinkludi l-probabbiltà li ssir assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t-trade mark;

(c)

is-sinjal ikun identiku, jew simili, għat-trade mark irrispettivament minn jekk jintużax b'rabta ma' oġġetti jew servizzi li huma identiċi, simili jew mhux simili għal dawk li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark, fejn din tal-aħħar ikollha reputazzjoni fl-Istat Membru u fejn l-użu ta' dak is-sinjal mingħajr raġuni valida jikkostitwixxi vantaġġ inġust min-natura distintiva jew ir-reputazzjoni tat-trade mark jew huwa ta' detriment għalihom.

3.   Dawn li ġejjin, b'mod partikolari, jistgħu jiġu pprojbiti taħt il-paragrafu 2:

(a)

it-twaħħil tas-sinjal fuq l-oġġetti jew l-imballaġġ tagħhom;

(b)

l-offerta tal-oġġetti jew it-tqegħid tagħhom fis-suq, jew il-ħażna tagħhom għal dawk l-għanijiet taħt is-sinjal, jew l-offerta jew il-provvista ta' servizzi taħt dan is-sinjal;

(c)

l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-oġġetti taħt is-sinjal;

(d)

l-użu tas-sinjal bħala l-isem tal-kummerċ jew tal-kumpannija jew bħala parti mill-isem tal-kummerċ jew tal-kumpannija;

(e)

l-użu tas-sinjal fuq il-karti tan-negozju u fir-riklamar;

(f)

l-użu tas-sinjal f'riklamar komparattiv b'tali mod li jmur kontra d-Direttiva 2006/114/KE.

4.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetarji li jkunu nkisbu qabel id-data tad-domanda jew id-data ta' prijorità tat-trade mark reġistrata, il-proprjetarju ta' trade mark reġistrata għandu jkun ukoll intitolat li jimpedixxi li kwalunkwe parti terza ddaħħal fl-eżerċizzju tal-kummerċ oġġetti fl-Istat Membru fejn it-trade mark tkun reġistrata, mingħajr ma dawn ikunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera hemmhekk, fejn tali oġġetti, inkluż l-imballaġġ tagħhom, jiġu minn pajjiżi terzi u jkollhom trade mark mingħajr awtorizzazzjoni li tkun identika għat-trade mark reġistrata fir-rigward ta' tali oġġetti, jew li ma tkunx tista' tingħaraf fl-aspetti essenzjali tagħha minn dik it-trade mark.

Id-dritt tal-proprjetarju tat-trade mark skont l-ewwel subparagrafu għandu jiskadi jekk matul il-proċedimenti biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm ksur għat-trade mark reġistrata, mibdija f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tingħata evidenza mid-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti li l-proprjetarju tat-trade mark reġistrata mhuwiex intitolat li jipprojbixxi t-tqegħid tal-oġġetti fis-suq fil-pajjiż tad-destinazzjoni finali.

5.   Fejn, skont il-liġi ta' Stat Membru, l-użu ta' sinjal skont il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2(b) jew (c) ma jistax jiġi pprojbit qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità mad-Direttiva 89/104/KEE fl-Istat Membru kkonċernat, id-drittijiet mogħtija mit-trade mark ma jistgħux jiġu invokati biex jiġi impedit l-użu kontinwu tas-sinjal.

6.   Il-paragrafi 1, 2, 3 u 5 ma għandhom jaffettwaw id-dispożizzjonijiet applikabbli fl-ebda Stat Membru rigward il-protezzjoni kontra l-użu ta' sinjal ħlief għal użu għal finijiet li jiddistingwu oġġetti jew servizzi, fejn l-użu ta' dak is-sinjal mingħajr raġuni valida, jieħu vantaġġ inġust min-natura distintiva jew ir-reputazzjoni tat-trade mark jew huwa ta' detriment għalihom.

Artikolu 11

Id-dritt ta' projbizzjoni ta' atti preparatorji fir-rigward tal-użu tal-imballaġġ jew ta' mezzi oħra

Fejn ikun jeżisti r-riskju li l-imballaġġ, it-tikketti, it-tabelli, il-karatteristiċi jew l-apparat ta' sigurtà jew ta' awtentiċità, jew kwalunkwe mezz ieħor li fuqu hi mwaħħla t-trade mark, jistgħu jintużaw fir-rigward ta' oġġetti jew servizzi u li dak l-użu ikun jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-proprjetarju ta' trade mark taħt l-Artikolu 10(2) u (3), il-proprjetarju għandu jkollu d-dritt li jipprojbixxi l-azzjonijiet li ġejjin jekk dawn jitwettqu fl-eżerċizzju tal-kummerċ:

(a)

it-twaħħil ta' sinjal identiku jew simili għat-trade mark fuq l-imballaġġ, it-tikketti, it-tabelli, il-karatteristiċi jew l-apparat ta' sigurtà jew ta' awtentiċità jew kwalunkwe mezz ieħor li fuqu tista' titwaħħal il-marka;

(b)

l-offerta jew it-tqegħid fis-suq, jew il-ħażna għal dawn l-għanijiet, jew l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' imballaġġ, tikketti, tabelli, karatteristiċi jew apparat ta' sigurtà jew ta' awtentiċità jew kwalunkwe mezz ieħor li fuqu hi mwaħħla l-marka.

Artikolu 12

Riproduzzjoni ta' trade marks fid-dizzjunarji

Jekk ir-riproduzzjoni ta' trade mark f'dizzjunarju, enċiklopedija jew xogħol ta' referenza simili f'forma stampata jew elettronika tagħti l-impressjoni li din tikkostitwixxi l-isem ġeneriku tal-oġġetti jew is-servizzi li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark, il-pubblikatur tax-xogħol għandu, fuq it-talba tal-proprjetarju tat-trade mark, jiżgura li r-riproduzzjoni tat-trade mark tiġi akkumpanjata, mingħajr dewmien, u fil-każ ta' xogħlijiet f'forma stampata sa mhux iktar tard mill-edizzjoni sussegwenti tal-pubblikazzjoni, minn indikazzjoni li din hija trade mark reġistrata.

Artikolu 13

Projbizzjoni tal-użu ta' trade mark reġistrata f'isem aġent jew rappreżentant

1.   Meta trade mark tkun reġistrata fl-isem ta' aġent jew ta' rappreżentant ta' persuna li hija l-proprjetarju ta' dik it-trade mark, mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju, dan tal-aħħar għandu jkun intitolat għal waħda mill-azzjonijiet li ġejjin jew għat-tnejn li huma:

(a)

oppożizzjoni għall-użu tat-trade mark mill-aġent jew ir-rappreżentant tiegħu;

(b)

talba għall-assenjazzjoni tat-trade mark favurih.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-aġent jew ir-rappreżentant jiġġustifika l-azzjoni tiegħu.

Artikolu 14

Limitazzjoni tal-effetti ta' trade mark

1.   Trade mark ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi li parti terza tuża, fl-eżerċizzju tal-kummerċ:

(a)

l-isem jew l-indirizz tal-parti terza, fejn dik il-parti terza tkun persuna fiżika;

(b)

sinjali jew indikazzjonijiet li mhumiex distinti jew li jirrigwardaw it-tip, il-kwalità, il-kwantità, l-iskop intiż, il-valur, l-oriġini ġeografika, iż-żmien għall-produzzjoni tal-oġġetti jew għall-għoti tas-servizz, jew xi karatteristika oħra tal-oġġetti jew is-servizzi;

(c)

it-trade mark bil-għan li tidentifika jew tagħmel referenza għal oġġetti jew servizzi bħala l-oġġetti jew is-servizzi tal-proprjetarju ta' dik it-trade mark, b'mod partikolari, fejn l-użu tat-trade mark ikun meħtieġ sabiex wieħed jindika l-iskop intiż ta' prodott jew servizz, b'mod partikolari fir-rigward ta' aċċessorji jew partijiet ta' sostituzzjoni.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika biss meta l-użu li jsir mill-parti terza jkun f'konformità mal-prattiki onesti f'kwistjonijiet industrijali jew kummerċjali.

3.   Trade mark ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi parti terza milli tuża, fl-eżerċizzju tal-kummerċ, dritt preċedenti li japplika biss f'lokalità partikolari jekk dak id-dritt ikun rikonoxxut mil-liġi tal-Istat Membru inkwistjoni u l-użu ta' dak id-dritt ikun fil-limiti tat-territorju li fih ikun rikonoxxut.

Artikolu 15

Eżawriment tad-drittijiet mogħtija minn trade mark

1.   Trade mark ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi l-użu tagħha fir-rigward ta' oġġetti li tqiegħdu fis-suq fl-Unjoni taħt dik it-trade mark mill-proprjetarju jew bil-kunsens tal-proprjetarju.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-proprjetarju jkollu raġunijiet leġittimi biex jopponi l-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri tal-oġġetti, speċjalment meta l-kondizzjoni tal-oġġetti tinbidel jew issirilha l-ħsara wara li t-tqegħid tal-oġġetti fis-suq.

Artikolu 16

Użu ta' trade marks

1.   Jekk, fi żmien ħames snin wara d-data li fiha titlesta l-proċedura tar-reġistrazzjoni, il-proprjetarju ma jkunx għamel użu ġenwin mit-trade mark fl-Istat Membru f'konnessjoni mal-oġġetti jew is-servizzi li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark, jew jekk dan l-użu ġie sospiż għal perijodu kontinwu ta' ħames snin, it-trade mark għandha tkun soġġetta għal-limitazzjonijiet u s-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 17, l-Artikolu 19(1), l-Artikolu 44(1) u (2) u l-Artikolu 46(3) u (4), sakemm ma jkunx hemm raġunijiet tajbin għal dan in-nuqqas ta' użu.

2.   Fejn Stat Membru jipprovdi għal proċedimenti ta' oppożizzjoni konsegwentement għal reġistrazzjoni, il-perijodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat mid-data meta l-marka ma tistax tiġi opposta aktar jew, f'każ li ġiet ippreżentata oppożizzjoni, mid-data meta deċiżjoni li ttemm il-proċedimenti ta' oppożizzjoni saret finali jew l-oppożizzjoni ġiet irtirata.

3.   Fir-rigward tat-trade marks irreġistrati skont arranġamenti internazzjonali u li għandhom effett fl-Istat Membru, il-perijodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat mid-data meta l-marka ma tistax tiġi rrifjutata jew opposta aktar. Jekk ġiet ippreżentata oppożizzjoni jew jekk ġiet innotifikata oġġezzjoni abbażi ta' raġunijiet assoluti jew relattivi, il-perijodu għandu jiġi kkalkulat mid-data meta deċiżjoni li ttemm il-proċedimenti ta' oppożizzjoni jew deċiżjoni li tirregola abbażi ta' raġunijiet assoluti jew relattivi għar-rifjut saret finali jew l-oppożizzjoni ġiet irtirata.

4.   Id-data tal-bidu tal-perijodu ta' ħames snin, kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, għandha tiddaħħal fir-reġistru.

5.   Dawn li ġejjin għandhom ukoll jikkostitwixxu użu fis-sens tal-paragrafu 1:

(a)

l-użu tat-trade mark f'forma li hija differenti fir-rigward tal-elementi li ma jbiddlux in-natura distintiva tal-marka fil-forma li fiha ġiet irreġistrata, irrilevanti minn jekk it-trade mark, fil-forma użata, hijiex ukoll reġistrata fl-isem tal-proprjetarju;

(b)

it-twaħħil tat-trade mark fuq oġġetti jew mal-imballaġġ tagħhom fl-Istat Membru konċernat, għall-finijiet ta' esportazzjoni biss.

6.   L-użu tat-trade mark bil-kunsens tal-proprjetarju għandu jitqies bħala użu mill-proprjetarju.

Artikolu 17

Nuqqas ta' użu bħala difiża fil-proċedimenti ta' ksur

Il-proprjetarju ta' trade mark għandu jkun intitolat li jipprojbixxi l-użu ta' sinjal biss sal-punt li d-drittijiet tal-proprjetarju ma jkunux soġġetti għal revoka skont l-Artikolu 19 meta jsir ir-rikors għal ksur. Jekk il-konvenut jitlob dan, il-proprjetarju tat-trade mark għandu jagħti prova li, matul il-perijodu ta' ħames snin qabel id-data meta jsir ir-rikors, it-trade mark intużat b'mod ġenwin kif previst fl-Artikolu 16 b'rabta mal-oġġetti jew is-servizzi li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark u li huma kkwotati bħala ġustifikazzjoni għar-rikors, jew li hemm raġunijiet tajbin għan-nuqqas ta' użu, dment li fid-data meta jsir ir-rikors l-proċedura tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tkun ilha li tlestiet tal-inqas ħames snin.

Artikolu 18

Dritt ta' intervent tal-proprjetarju ta' trade mark reġistrata sussegwenti bħala difiża fi proċedimenti ta' ksur

1.   Fil-proċedimenti ta' ksur, il-proprjetarju ta' trade mark ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxi l-użu ta' marka reġistrata sussegwenti meta dik it-trade mark sussegwenti ma tiġix iddikjarata invalida skont l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(1) jew (2) jew l-Artikolu 46(3).

2.   Fil-proċedimenti ta' ksur, il-proprjetarju ta' trade mark ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxi l-użu ta' trade mark tal-UE reġistrata sussegwenti meta dik it-trade mark sussegwenti ma tiġix iddikjarata invalida skont l-Artikoli 53(1), (3) jew (4), 54(1) jew (2) jew 57(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.

3.   Fejn il-proprjetarju ta' trade mark ma jkunx intitolat li jipprojbixxi l-użu ta' trade mark reġistrata sussegwenti skont il-paragrafi 1 u 2, il-proprjetarju ta' dik it-trade mark reġistrata sussegwenti ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxi l-użu tat-trade mark preċedenti fil-proċedimenti ta' ksur, anke jekk dak id-dritt preċedenti ma jistax jiġix invokat aktar kontra t-trade mark sussegwenti.

TAQSIMA 4

Revoka tad-drittijiet tat-trade mark

Artikolu 19

Nuqqas ta' użu ġenwin bħala raġuni għal revoka

1.   Trade mark għandha tkun soġġetta għal revoka jekk, f'perijodu kontinwu ta' ħames snin, ma tkunx ġiet użata b'mod ġenwin fl-Istat Membru b'rabta mal-oġġetti jew is-servizzi li għalihom ġiet irreġistrata, u ma jkunx hemm raġunijiet tajbin għal dan in-nuqqas ta' użu.

2.   Ħadd ma jista' jitlob ir-revoka tad-drittijiet ta' proprjetarju fi trade mark meta, matul l-intervall bejn l-iskadenza tal-perijodu ta' ħames snin u meta ssir l-applikazzjoni għal revoka, l-użu ġenwin tat-trade mark inbeda jew tkompla mill-ġdid.

3.   Il-bidu jew l-issoktar tal-użu tat-trade mark, fi żmien il-perijodu ta' tliet xhur qabel ma ssir l-applikazzjoni għar-revoka u mhux qabel l-iskadenza tal-perijodu mhux interrott ta' ħames snin ta' nuqqas ta' użu, ma għandhomx jitqiesu meta t-tħejjijiet għall-bidu jew l-issoktar isiru biss wara li l-proprjetarju jsir konxju li tista' ssir l-applikazzjoni għal revoka.

Artikolu 20

Trade mark li tkun saret ġenerika jew indikazzjoni qarrieqa bħala raġunijiet għal revoka

Trade mark tista' tiġi rrevokata jekk, wara d-data li fiha tkun ġiet irreġistrata:

(a)

bħala riżultat tal-attività jew in-nuqqas ta' attività tal-proprjetarju, tkun saret l-isem komuni fil-kummerċ għal oġġett jew servizz li għalihom ġiet irreġistrata;

(b)

bħala riżultat tal-użu li jsir minnha mill-proprjetarju tat-trade mark jew bil-kunsens tal-proprjetarju fir-rigward tal-oġġetti jew is-servizzi li għalihom hi ġiet irreġistrata, hija tista' tqarraq bil-pubbliku, partikolarment fir-rigward tan-natura, il-kwalità jew l-oriġini ġeografika ta' dawk l-oġġetti jew servizzi.

Artikolu 21

Revoka li tapplika biss għal uħud mill-oġġetti jew is-servizzi

Jekk ir-raġunijiet għar-revoka ta' trade mark jeżistu fir-rigward ta' wħud biss mill-oġġetti jew is-servizzi li għalihom dik it-trade mark ġiet irreġistrata, ir-revoka għandha tkopri biss dawk l-oġġetti jew servizzi.

TAQSIMA 5

Trade marks bħala oġġetti ta' proprjetà

Artikolu 22

Trasferiment ta' trade marks reġistrati

1.   Trade mark tista', separatament minn kwalunkwe trasferiment tal-impriża, tiġi trasferita fir-rigward tal-oġġetti jew is-servizzi kollha li għalihom ġiet irreġistrata jew fir-rigward ta' wħud minnhom.

2.   It-trasferiment tal-impriża kollha għandu jinkludi t-trasferiment tat-trade mark ħlief meta jkun hemm qbil kuntrarju jew meta ċ-ċirkostanzi jiddettaw biċ-ċar mod ieħor. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-obbligu kuntrattwali biex isir it-trasferiment tal-impriża.

3.   L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri li jippermettu r-reġistrazzjoni tat-trasferimenti fir-reġistri tagħhom.

Artikolu 23

Drittijiet in rem

1.   Trade mark tista', b'mod indipendenti mill-impriża, tingħata bħala garanzija jew tkun is-suġġett ta' drittijiet in rem.

2.   L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri li jippermettu r-reġistrazzjoni tad-drittjiet in rem fir-reġistri tagħhom.

Artikolu 24

Eżekuzzjoni furzata

1.   Trade mark tista' tkun soġġetta għal miżuri ta' eżekuzzjoni furzata.

2.   L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri li jippermettu r-reġistrazzjoni tal-eżekuzzjoni furzata fir-reġistri tagħhom.

Artikolu 25

Għoti ta' liċenzji

1.   Trade mark tista' tingħata liċenzja għall-oġġetti jew is-servizzi kollha li għalihom ġiet irreġistrata jew għal wħud minnhom u għat-territorju kollu tal-Istat Membru konċernat jew għal parti minnu. Liċenzja tista' tkun esklużiva jew nonesklużiva.

2.   Il-proprjetarju ta' trade mark jista' jinvoka d-drittijiet mogħtija minn dik it-trade mark kontra detentur ta' liċenzja li jikser kwalunkwe dispożizzjoni fil-kuntratt tiegħu tal-għoti ta' liċenzja dwar:

(a)

it-tul taż-żmien tagħha;

(b)

il-forma koperta mir-reġistrazzjoni li fiha tista' tintuża t-trade mark;

(c)

in-natura tal-oġġetti jew is-servizzi li għalihom ingħatat il-liċenzja;

(d)

it-territorju fejn it-trademark tista' titwaħħal; jew

(e)

il-kwalità tal-oġġetti manifatturati jew tas-servizzi provduti mid-detentur ta' liċenzja.

3.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt tal-għoti ta' liċenzja, id-detentur ta' liċenzja ma jistax iressaq proċedimenti ta' ksur ta' trade mark ħlief bil-kunsens tal-proprjetarju b'rabta ma' dan. Madanakollu, id-detentur ta' liċenzja esklużiva jista' jressaq tali proċedimenti jekk, b'segwitu għal avviż formali, il-proprjetarju tat-trade mark ma jressaqx huwa stess proċedimenti ta' ksur f'perijodu ta' żmien xieraq.

4.   Id-detentur ta' liċenzja għandu jkun intitolat li jintervjeni fi proċedimenti ta' ksur imressqin mill-proprjetarju tat-trade mark, sabiex jikseb kumpens għad-danni li jkun sofra.

5.   L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri li jippermettu r-reġistrazzjoni ta' liċenzji fir-reġistri tagħhom.

Artikolu 26

Applikazzjonijiet għal trade mark bħala oġġett ta' proprjetà

L-Artikoli 22 sa 25 għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet għal trade marks.

TAQSIMA 6

Marki ta' garanzija jew ta' ċertifikazzjoni u marki kollettivi

Artikolu 27

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“marka ta' garanzija jew ta' ċertifikazzjoni” tfisser trade mark li tiġi deskritta b'dan il-mod meta ssir l-applikazzjoni għaliha u hija kapaċi tagħmel distinzjoni bejn l-oġġetti jew is-servizzi li huma ċċertifikati mill-proprjetarju tal-marka fir-rigward tal-materjal, il-metodu ta' manifattura tal-oġġetti jew il-prestazzjoni tas-servizzi, il-kwalità, il-preċiżjoni jew karatteristiċi oħra u l-oġġetti jew is-servizzi li mhumiex ċċertifikati b'dan il-mod;

(b)

“marka kollettiva” tfisser trade mark li tiġi deskritta b'dan il-mod meta ssir l-applikazzjoni għaliha u hija kapaċi tagħmel distinzjoni bejn l-oġġetti jew is-servizzi tal-membri ta' assoċjazzjoni li hija il-proprjetarja tal-marka u l-oġġetti jew is-servizzi ta' impriżi oħra.

Artikolu 28

Marki ta' garanzija jew ta' ċertifikazzjoni

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għar-reġistrazzjoni ta' marki ta' garanzija jew ta' ċertifikazzjoni.

2.   Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi l-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet u l-korpi rregolati mil-liġi pubblika, tista' tapplika għal marki ta' garanzija jew ta' ċertifikazzjoni dment li tali persuna ma tmexxix negozju li jinvolvi l-forniment ta' oġġetti jew servizzi tat-tip iċċertifikat.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li marka ta' garanzija jew ta' ċertifikazzjoni ma għandhiex tiġi rreġistrata, sakemm l-applikant ma jkunx kompetenti biex jiċċertifika l-oġġetti jew is-servizzi li għalihom għandha tiġi reġistrata l-marka.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-marki ta' garanzija jew ta' ċertifikazzjoni ma għandhomx jiġu rreġistrati, jew għandhom jiġu rrevokati jew iddikjarati invalidi, għal raġunijiet oħra minbarra dawk speċifikati fl-Artikoli 4, 19 u 20 sa fejn meħtieġ mill-funzjoni ta' dawk il-marki.

4.   B'deroga mill-Artikolu 4(1)(c), l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li s-sinjali jew l-indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, biex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-oġġetti jew is-servizzi jistgħu jikkostitwixxu marki ta' garanzija jew ta' ċertifikazzjoni. Marka ta' garanzija jew ta' ċertifikazzjoni bħal din ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi parti terza milli tuża fl-eżerċizzju tal-kummerċ dawn is-sinjali jew indikazzjonijiet, dment li dik il-parti terza tużahom f'konformità mal-prattiki onesti f'kwistjonijiet industrijali jew kummerċjali. B'mod partikolari, tali marka ma tistax tiġi invokata kontra parti terza li hija intitolata tuża isem ġeografiku.

5.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 jiġu sodisfatti meta kwalunkwe persuna li għandha l-awtorità li tuża l-marka ta' garanzija jew ta' ċertifikazzjoni tużaha b'mod ġenwin f'konformità mal-Artikolu 16.

Artikolu 29

Marki kollettivi

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu r-reġistrazzjoni tal-marki kollettivi.

2.   Assoċjazzjonijiet ta' manifatturi, produtturi, fornituri ta' servizzi jew negozjanti li, skont it-termini tal-liġi li tirregolahom, għandhom l-kapaċità li f'isimhom stess ikollhom drittijiet u obbligi, li jagħmlu kuntratti jew iwettqu atti ġuridiċi oħra, u li jħarrku u jiġu mħarrka, kif ukoll persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi pubblika, jistgħu japplikaw għall-marki kollettivi.

3.   B'deroga mill-Artikolu 4(1)(c), l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li s-sinjali jew l-indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, biex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-oġġetti jew is-servizzi jistgħu jikkostitwixxu marki kollettivi. Marka kollettiva bħal din ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi parti terza milli tuża fl-eżerċizzju tal-kummerċ dawn is-sinjali jew indikazzjonijiet, dment li dik il-parti terza tużahom f'konformità mal-prattiki onesti f'kwistjonijiet industrijali jew kummerċjali. B'mod partikolari, tali marka ma tistax tiġi invokata kontra parti terza li hija intitolata tuża isem ġeografiku.

Artikolu 30

Regolamenti dwar l-użu tal-marka kollettiva

1.   Persuna li tapplika għal marka kollettiva għandha tippreżenta lill-uffiċċju, ir-regolamenti li jirregolaw l-użu tagħha.

2.   Ir-regolamenti dwar l-użu għandhom tal-inqas jispeċifikaw il-persuni awtorizzati li jużaw il-marka, il-kondizzjonijiet għall-isħubija tal-assoċjazzjoni u l-kondizzjonijiet għall-użu tal-marka, inklużi s-sanzjonijiet. Ir-regolamenti dwar l-użu ta' marka msemmija fl-Artikolu 29(3) għandhom jawtorizzaw lil kwalunkwe persuna, li l-oġġetti jew is-servizzi tagħha joriġinaw miż-żona ġeografika konċernata, issir membru tal-assoċjazzjoni li hija l-proprjetarja tal-marka, dment li l-persuna tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha l-oħra tar-regolamenti.

Artikolu 31

Rifjut ta' applikazzjoni

1.   Minbarra r-raġunijiet għar-rifjut ta' applikazzjoni għal trade mark stipulati fl-Artikolu 4, fejn xieraq bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 4(1)(c) dwar sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, biex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-oġġetti jew is-servizzi, u fl-Artikolu 5, u mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' uffiċċju li ma jagħmilx eżami ex officio tar-raġunijiet relattivi, applikazzjoni għal marka kollettiva għandha tiġi miċħuda fejn id-dispożizzjonijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 27, l-Artikolu 29 jew l-Artikolu 30 ma jiġux sodisfatti, jew jekk ir-regolamenti dwar l-użu ta' dik il-marka kollettiva jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità.

2.   Applikazzjoni għal marka kollettiva għandha tiġi miċħuda wkoll jekk din tista' tqarraq bil-pubbliku fir-rigward tan-natura jew is-sinifikat tal-marka, b'mod partikolari jekk ikun hemm il-probabbiltà li din tiftiehem bħala xi ħaġa differenti minn marka kollettiva.

3.   L-applikazzjoni ma għandhiex tiġi miċħuda jekk l-applikant, bħala konsegwenza ta' emenda fir-regolamenti dwar l-użu tal-marka kollettiva, jissodisfa r-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 32

Użu ta' marki kollettivi

Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 16 jiġu sodisfatti meta jsir użu ġenwin ta' marka kollettiva f'konformità ma' dak l-Artikolu minn kwalunkwe persuna li għandha l-awtorità li tużaha.

Artikolu 33

Emendi għar-regolamenti dwar l-użu tal-marka kollettiva

1.   Il-proprjetarju ta' marka kollettiva għandu jippreżenta lill-uffiċċju kwalunkwe regolament emendat dwar l-użu.

2.   Emendi għar-regolamenti dwar l-użu għandhom jissemmew fir-reġistru ħlief jekk ir-regolamenti emendati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 30 jew jinvolvu waħda mir-raġunijiet għar-rifjut imsemmi fl-Artikolu 31.

3.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-emendi għar-regolamenti dwar l-użu għandhom isiru effettivi biss mid-data meta titniżżel ir-referenza għal dawk l-emendi fir-reġistru.

Artikolu 34

Persuni intitolati li jiftħu proċedimenti għal ksur

1.   L-Artikolu 25(3) u (4) għandu japplika għal kull persuna li għandha l-awtorità li tuża marka kollettiva.

2.   Il-proprjetarju ta' marka kollettiva għandu jkun intitolat li jitlob kumpens f'isem il-persuni li għandhom l-awtorità li jużaw il-marka f'każ li dawn il-persuni sofrew danni b'riżultat ta' użu mhux awtorizzat tal-marka.

Artikolu 35

Raġunijiet addizzjonali għal revoka

Minbarra r-raġunijiet għal revoka msemmija fl-Artikoli 19 u 20, id-drittijiet tal-proprjetarju ta' marka kollettiva għandhom jiġu rrevokati għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

il-proprjetarju ma jiħux passi raġonevoli biex jimpedixxi li l-marka tintuża b'mod li huwa inkompatibbli mal-kondizzjonijiet tal-użu stipulati fir-regolamenti dwar l-użu, inkluż kwalunkwe emendi tagħhom imsemmija fir-reġistru;

(b)

il-mod kif il-persuni awtorizzati użaw il-marka wassal biex din tista' tqarraq bil-pubbliku bil-mod imsemmi fl-Artikolu 31(2);

(c)

tkun saret referenza fir-reġistru għal emenda għar-regolamenti dwar l-użu tal-marka bi ksur tal-Artikolu 33(2), sakemm il-proprjetarju tal-marka ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dak l-Artikolu permezz ta' emendi ulterjuri għar-regolamenti dwar l-użu.

Artikolu 36

Raġunijiet addizzjonali għal invalidità

Minbarra r-raġunijiet għal invalidità previsti fl-Artikolu 4, fejn xieraq bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 4(1)(c) dwar sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, biex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-oġġetti jew is-servizzi, u l-Artikolu 5, marka kollettiva, li hija reġistrata bi ksur tal-Artikolu 31, għandha tiġi ddikjarata bħala invalida, sakemm il-proprjetarju tal-marka ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Artikolu 31 permezz ta' emenda tar-regolamenti dwar l-użu.

KAPITOLU 3

PROĊEDURI

TAQSIMA 1

Applikazzjoni u reġistrazzjoni

Artikolu 37

Rekwiżiti relattivi għall-applikazzjonijiet

1.   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark għandha tal-inqas tinkludi dawn kollha li ġejjin:

(a)

talba għar-reġistrazzjoni;

(b)

informazzjoni li tidentifika lill-applikant;

(c)

lista ta' oġġetti jew servizzi li fir-rigward tagħhom tintalab ir-reġistrazzjoni;

(d)

rappreżentazzjoni tat-trade mark li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 3.

2.   L-applikazzjoni għal trade mark għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta' tariffa stabbilita mill-Istat Membru konċernat.

Artikolu 38

Data meta ssir l-applikazzjoni

1.   Id-data meta ssir l-applikazzjoni għal trade mark għandha tkun id-data li fiha d-dokumenti li jinkludu l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 37(1) jiġu ppreżentati mill-applikant lill-uffiċċju.

2.   Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-iffissar tad-data meta ssir l-applikazzjoni għandu jkun soġġett għall-ħlas ta' tariffa kif imsemmija fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 39

Denominazzjoni u klassifikazzjoni ta' oġġetti u servizzi

1.   L-oġġetti u s-servizzi li fir-rigward tagħhom issir applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark għandhom jiġu kklassifikati f'konformità mas-sistema ta' klassifikazzjoni stabbilita mill-Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta' Oġġetti u Servizzi għall-Finijiet tar-Reġistrazzjoni tal-Marki tal-15 ta' Ġunju 1957 (“il-Klassifikazzjoni ta' Nizza”).

2.   L-oġġetti u s-servizzi, li għalihom tintalab il-protezzjoni, għandhom ikunu identifikati mill-applikant b'biżżejjed ċarezza u preċiżjoni sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu, fuq dik il-bażi biss, jiddeterminaw il-livell tal-protezzjoni li qiegħda tintalab.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, jistgħu jintużaw l-indikazzjonijiet ġenerali inklużi fl-intestaturi tal-klassijiet tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza jew termini ġenerali oħra, dment li dawn ikunu f'konformità mal-istandards mitluba ta' ċarezza u preċiżjoni stabbiliti f'dan l-Artikolu.

4.   L-uffiċċju għandu jirrifjuta applikazzjoni fir-rigward ta' indikazzjonijiet jew termini li mhumiex ċari jew preċiżi, fejn l-applikant ma jissuġġerixxix formulazzjoni aċċettabbli f'perijodu stabbilit mill-uffiċċju għal dan il-għan.

5.   L-użu ta' termini ġenerali, inkluż l-indikazzjonijiet ġenerali tal-intestaturi tal-klassijiet tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza, għandu jkun interpretat li jinkludu l-oġġetti u s-servizzi kollha koperti b'mod ċar mis-sens litterali tal-indikazzjoni jew it-terminu. L-użu ta' tali termini jew indikazzjonijiet ma għandux ikun interpretat li jinkludi talba għal oġġetti jew servizzi li ma jistgħux jiġu intiżi bħala tali.

6.   Fejn l-applikant jitlob reġistrazzjoni għal aktar minn klassi waħda, l-applikant għandu jiġbor l-oġġetti u s-servizzi fi grupp skont il-klassijiet tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza, b'kull grupp ippreċedut min-numru tal-klassi li għaliha jkun jappartjeni l-grupp ta' oġġetti jew servizzi, u għandu jippreżentahom fl-ordni tal-klassijiet.

7.   L-oġġetti u s-servizzi ma għandhomx jitqiesu bħala simili għal xulxin abbażi tal-fatt li jidhru fl-istess klassi tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza. L-oġġetti u servizzi ma għandhomx jitqiesu bħala differenti minn xulxin abbażi tal-fatt li jidhru fi klassijiet differenti taħt il-Klassifikazzjoni ta' Nizza.

Artikolu 40

Osservazzjonijiet minn partijiet terzi

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li qabel ir-reġistrazzjoni ta' trade mark, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u kwalunkwe grupp jew korp li jirrappreżenta lill-manifatturi, il-produtturi, il-fornituri ta' servizzi, in-negozjanti jew il-konsumaturi jistgħu jippreżentaw lill-uffiċċju osservazzjonijiet bil-miktub, li jispjegaw għal-liema raġunijiet it-trade mark ma għandhiex tiġi reġistrata ex officio.

Il-persuni u gruppi jew korpi msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu partijiet fil-proċedimenti quddiem l-uffiċċju.

2.   Minbarra r-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u kwalunkwe grupp jew korp li jirrappreżenta lill-manifatturi, il-produtturi, il-fornituri ta' servizzi, in-negozjanti jew il-konsumaturi jistgħu jippreżentaw lill-uffiċċju osservazzjonijiet bil-miktub ibbażati fuq ir-raġunijiet partikolari li għalihom l-applikazzjoni għal marka kollettiva għandha tiġi rrifjutata skont l-Artikolu 31(1) u (2). Din id-dispożizzjoni tista' tiġi estiża biex tkopri marki ta' ċertifikazzjoni u ta' garanzija meta dawn ikunu regolati fl-Istati Membri.

Artikolu 41

Diviżjoni tal-applikazzjonijiet u r-reġistrazzjonijiet

L-applikant jew il-proprjetarju jista' jaqsam applikazzjoni jew reġistrazzjoni ta' trade mark nazzjonali f'żewġ applikazzjonijiet jew reġistrazzjonijiet separati jew aktar billi jibgħat dikjarazzjoni lill-uffiċċju u jindika, għal kull applikazzjoni jew reġistrazzjoni diviżjonali, l-oġġetti jew servizzi koperti mill-applikazzjoni jew reġistrazzjoni oriġinali li għandhom ikunu koperti mill-applikazzjonijiet jew reġistrazzjonijiet diviżjonali.

Artikolu 42

Tariffi tal-klassijiet

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-applikazzjoni u t-tiġdid ta' trade mark għandhom ikunu soġġetti għal tariffa addizzjonali għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi lil hinn mill-ewwel klassi.

TAQSIMA 2

Proċeduri għal oppożizzjoni, revoka u invalidità

Artikolu 43

Proċedura ta' oppożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu proċedura amministrattiva effiċjenti u rapida quddiem l-uffiċċji tagħhom għall-oppożizzjoni tar-reġistrazzjoni ta' applikazzjoni għal trade mark abbażi tar-raġunijiet stipulati fl-Artikolu 5.

2.   Il-proċedura amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tal-inqas tipprevedi li l-proprjetarju ta' trade mark preċedenti kif imsemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 5(3)(a), u l-persuna awtorizzata skont il-liġi rilevanti li teżerċita d-drittijiet li jirriżultaw minn denominazzjoni ta' oriġini protetta jew minn indikazzjoni ġeografika kif imsemmija fl-Artikolu 5(3)(c) għandhom ikunu intitolati li jippreżentaw notifika ta' oppożizzjoni. In-notifika ta' oppożizzjoni tista' tiġi ppreżentata abbażi ta' dritt preċedenti wieħed jew aktar, dment li kollha jappartjenu lill-istess propjetarju, u abbażi ta' parti minn, jew it-totalità ta', l-oġġetti jew servizzi li għalihom ikun ġie protett jew applikat dritt preċedenti, u tista' tiġi diretta kontra parti minn jew it-totalità tal-oġġetti jew is-servizzi li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-marka kontestata.

3.   Il-partijiet għandhom jingħataw, fuq it-talba konġunta tagħhom, minimu ta' xahrejn fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni sabiex ikun hemm il-possibbiltà ta' qbil amikevoli bejn il-parti li qiegħda topponi u l-applikant.

Artikolu 44

Nuqqas ta' użu bħala difiża fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni

1.   Fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni f'konformità mal-Artikolu 43, meta fid-data tad-domanda jew id-data ta' prijorità tat-trade mark sussegwenti, il-perijodu ta' ħames snin li fih it-trade mark preċedenti kellha tintuża b'mod ġenwin kif stipulat fl-Artikolu 16 ikun skada, fuq it-talba tal-applikant, il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti li ta n-notifika ta' oppożizzjoni għandu jagħti prova li t-trade mark preċedenti ntużat b'mod ġenwin kif stipulat fl-Artikolu 16 matul il-perijodu ta' ħames snin qabel id-data tad-domanda jew id-data ta' prijorità tat-trade mark sussegwenti, jew li kien hemm raġunijiet tajbin għan-nuqqas ta' użu. Fin-nuqqas ta' provi ta' din ix-xorta, l-oppożizzjoni għandha tiġi rifjutata.

2.   Jekk it-trade mark preċedenti ntużat b'rabta ma' parti biss mill-oġġetti jew is-servizzi li għalihom ġiet irreġistrata, għall-finijiet tal-eżami tal-oppożizzjoni kif previst fil-paragrafu 1, hija għandha titqies li hija reġistrata biss b'rabta ma' dawk l-oġġetti jew servizzi.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll meta t-trade mark preċedenti tkun trade mark tal-UE. F'tali każ, l-użu ġenwin tat-trade mark tal-UE għandu jkun determinat f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.

Artikolu 45

Proċedura għal revoka jew dikjarazzjoni ta' invalidità

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet li jappellaw quddiem il-qrati, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal proċedura amministrattiva effiċjenti u rapida quddiem l-uffiċċji tagħhom għal revoka jew dikjarazzjoni ta' invalidità ta' trade mark.

2.   Il-proċedura amministrattiva għal revoka għandha tipprevedi li t-trade mark għandha tkun revokata abbażi tar-raġunijiet stipulati fl-Artikoli 19 u 20.

3.   Il-proċedura amministrattiva għal invalidità għandha tipprevedi li t-trade mark għandha tkun dikjarata invalida tal-inqas abbażi tar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

it-trade mark ma kellhiex tiġi rreġistrata minħabba li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4;

(b)

it-trade mark ma kellhiex tiġi rreġistrata minħabba l-eżistenza ta' dritt preċedenti skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1) sa (3);

4.   Il-proċedura amministrattiva għandha tipprevedi li tal-inqas dawn li ġejjin għandhom ikunu intitolati li jippreżentaw applikazzjoni għal revoka jew dikjarazzjoni ta' invalidità:

(a)

fil-każ tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3(a), kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u kwalunkwe grupp jew korp li ġie stabbilit bil-għan li jirrappreżenta l-interessi tal-manifatturi, il-produtturi, il-fornituri ta' servizzi, in-negozjanti jew il-konsumaturi, u li, skont it-termini tal-liġi li tirregolah, għandu l-kapaċità li jħarrek f'ismu stess u jiġi mħarrek;

(b)

fil-każ tal-paragrafu 3(b) ta' dan l-Artikolu, il-proprjetarju ta' trade mark preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) u 5(3)(a), u l-persuna awtorizzata skont il-liġi rilevanti li teżerċita d-drittijiet li jirriżultaw minn denominazzjoni ta' oriġini protetta jew minn indikazzjoni ġeografika kif imsemmija fl-Artikolu 5(3)(c).

5.   Applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità tista' tiġi diretta kontra parti mill-oġġetti jew is-servizzi li fir-rigward tagħhom ġiet irreġistrata l-marka kontestata, jew kontra t-totalità tagħhom.

6.   Applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità tista' tiġi ppreżentata abbażi ta' dritt preċedenti wieħed jew aktar, dment li lkoll jappartjenu lill-istess propjetarju.

Artikolu 46

Nuqqas ta' użu bħala difiża fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità

1.   Fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bażata fuq trade mark reġistrata b'data tad-domanda jew data ta' prijorità preċedenti, jekk il-proprjetarju tat-trade mark sussegwenti jitlob dan, il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti għandu jagħti prova li, matul il-perijodu ta' ħames snin qabel id-data tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità, it-trade mark preċedenti ntużat b'mod ġenwin kif stipulat fl-Artikolu 16 b'rabta mal-oġġetti jew servizzi li għalihom ġiet irreġistrata u li huma kwotati bħala ġustifikazzjoni għall-applikazzjoni, jew li hemm raġunijiet tajbin għan-nuqqas ta' użu, dment li fid-data tal-applikazzjoni għad-dikjarazzjoni ta' invalidità, l-proċess tar-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti tlesta tal-inqas ħames snin qabel.

2.   Fejn, fid-data tad-domanda jew id-data ta' prijorità tat-trade mark sussegwenti, il-perijodu ta' ħames snin li fih it-trade mark preċedenti kellha tintuża b'mod ġenwin, kif stipulat fl-Artikolu 16, ikun skada, il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti, minbarra l-prova mitluba taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandu jagħti prova tal-użu ġenwin tat-trade mark matul il-perijodu ta' ħames snin qabel id-data tad-domanda jew id-data ta' prijorità, jew li kien hemm raġunijiet tajbin għan-nuqqas ta' użu.

3.   Fin-nuqqas tal-provi msemmija fil-paragrafu 1 u 2, applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità abbażi ta' trade mark preċedenti għandha tkun rifjutata.

4.   Jekk it-trade mark preċedenti intużat f'konformità mal-Artikolu 16 fir-rigward ta' wħud biss mill-oġġetti jew is-servizzi li għalihom ġiet irreġistrata, din għandha titqies, għall-finijiet tal-eżami tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità, bħala reġistrata fir-rigward ta' dawk l-oġġetti jew is-servizzi biss.

5.   Il-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll meta t-trade mark preċedenti tkun trade mark tal-UE. F'każ bħal dan, użu ġenwin tat-trade mark tal-UE għandu jkun determinat f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.

Artikolu 47

Konsegwenzi ta' revoka u ta' invalidità

1.   Trade mark reġistrata għandha titqies li, mid-data tal-applikazzjoni għal revoka, ma kellhiex l-effetti speċifikati f'din id-Direttiva, sal-punt li d-drittijiet tal-proprjetarju jkunu ġew revokati. Fuq it-talba ta' waħda mill-partijiet, fid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal revoka, tista' tiġi ffissata data aktar kmieni li fiha seħħet waħda mir-raġunijiet għar-revoka.

2.   Trade mark reġistrata għandha titqies li, mill-bidu, ma kellhiex l-effetti speċifikati f'din id-Direttiva, sal-punt li t-trade mark tkun ġiet iddikjarata invalida.

TAQSIMA 3

Tul ta' validità u tiġdid ta' reġistrazzjoni

Artikolu 48

Tul ta' żmien kemm iddum valida r-reġistrazzjoni

1.   It-trade marks għandhom jiġu rreġistrati għal perijodu ta' 10 snin mid-data meta ssir l-applikazzjoni.

2.   Ir-reġistrazzjoni tista' tiġġedded f'konformità mal-Artikolu 49 għal perijodi ulterjuri ta' 10 snin.

Artikolu 49

Tiġdid

1.   Ir-reġistrazzjoni ta' trade mark għandha tiġġedded fuq it-talba tal-proprjetarju tat-trade mark jew ta' kwalunkwe persuna awtorizzata mil-liġi jew minn kuntratt biex tagħmel dan, dment li jkunu tħallsu t-tariffi ta' tiġdid. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-wasla tal-ħlas tat-tariffi ta' tiġdid għandha titqies li tikkostitwixxi din it-talba.

2.   L-uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarju tat-trade mark bl-iskadenza tar-reġistrazzjoni tal-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza msemmija. L-uffiċċju ma għandux jinżamm responsabbli jekk jonqos milli jagħti tali informazzjoni.

3.   It-talba għat-tiġdid għandha tiġi ppreżentata u t-tariffi ta' tiġdid għandhom jitħallsu f'perijodu li huwa tal-inqas sitt xhur li jippreċedu immedjatament l-iskadenza tar-reġistrazzjoni. Fin-nuqqas ta' dak, it-talba tista' tiġi ppreżentata f'perijodu ulterjuri ta' sitt xhur immedjatament wara l-iskadenza tar-reġistrazzjoni jew tat-tiġdid sussegwenti tagħha. It-tariffi ta' tiġdid u tariffa addizzjonali għandhom jitħallsu f'dak il-perijodu ulterjuri.

4.   Fejn it-talba tiġi ppreżentata jew it-tariffi jitħallsu fir-rigward ta' wħud biss mill-oġġetti jew is-servizzi li għalihom it-trade mark ġiet irreġistrata, ir-reġistrazzjoni għandha tiġġedded għal dawk l-oġġetti jew is-servizzi biss.

5.   It-tiġdid issir effettiv mill-jum wara d-data meta r-reġistrazzjoni eżistenti tiskadi. It-tiġdid għandu jiġi reġistrat fir-reġistru.

TAQSIMA 4

Komunikazzjoni mal-uffiċċju

Artikolu 50

Komunikazzjoni mal-uffiċċju

Il-partijiet fil-proċedimenti jew, fejn jinħatru, ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jindikaw indirizz uffiċjali għall-komunikazzjoni uffiċjali kollha mal-uffiċċju. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jitolbu li tali indirizz uffiċjali jkun jinsab fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

KAPITOLU 4

KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 51

Kooperazzjoni fil-qasam tar-reġistrazzjoni u l-amministrazzjoni tat-trade marks

L-uffiċċji għandhom ikunu liberi li jikkooperaw b'mod effettiv ma' xulxin u mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiġi promossal-konverġenza tal-prattiki u l-għodda marbutin mal-eżami u r-reġistrazzjoni tat-trade marks.

Artikolu 52

Kooperazzjoni f'oqsma oħra

L-uffiċċji għandhom ikunu liberi li jikkooperaw b'mod effettiv ma' xulxin u mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma kollha tal-attivitajiet tagħhom ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 51 li huma ta' rilevanza għall-protezzjoni tat-trade marks fl-Unjoni.

KAPITOLU 5

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 53

Protezzjoni tad-data

L-ipproċessar ta' kwalunkwe data personali li jsir fl-Istati Membri fil-qafas ta' din id-Direttiva għandu jkun soġġett għal-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 54

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità mal-Artikoli 3 sa 6, l-Artikoli 8 sa 14, l-Artikoli 16, 17 u 18, l-Artikoli 22 sa 39, l-Artikolu 41, l-Artikoli 43 sa 50 sal-14 ta' Jannar 2019. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-konformità mal-Artikolu 45 sal-14 ta' Jannar 2023. Huma għandhom immedjatament jikkomunikaw it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu stqarrija li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttiva li tħassret minn din id-Direttiva għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din u kif din l-istqarrija għandha tiġi fformulata.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 55

Tħassir

Id-Direttiva 2008/95/KE titħassar b'effett mill-15 ta' Jannar 2019, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 89/104/KEE stipulat fil-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2008/95/KE.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 56

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 1, 7, 15, 19, 20, 21 u 54 sa 57 għandhom japplikaw mill-15 ta' Jannar 2019.

Artikolu 57

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' Diċembru 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU C 327, 12.11.2013, p. 42.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-10 ta' Novembru 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2015.

(3)  Id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15).

(7)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(9)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1).


ANNESS

Tabella ta' korrelazzjoni

Direttiva 2008/95/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3(1)(a) sa (h)

Artikolu 4(1)(a) sa (h)

Artikolu 4(1)(i) sa (l)

Artikolu 3(2)(a) sa (c)

Artikolu 4(3)(a) sa (c)

Artikolu 3(2)(d)

Artikolu 4(2),

Artikolu 3(3), l-ewwel sentenza

Artikolu 4(4), l-ewwel sentenza

Artikolu 4(4), it-tieni sentenza

Artikolu 3(3), it-tieni sentenza

Artikolu 4(5)

Artikolu 3(4)

Artikolu 4(1) u (2)

Artikolu 5(1) u (2)

Artikolu 4(3) u (4)(a)

Artikolu 5(3)(a)

Artikolu 5(3)(b)

Artikolu 5(3)(c)

Artikolu 4(4)(b) u (c)

Artikolu 5(4)(a) u (b)

Artikolu 4(4)(d) sa (f)

Artikolu 4(4)(g)

Artikolu 5(4)(c)

Artikolu 4(5) u (6)

Artikolu 5(5) u (6)

Artikolu 8

Artikolu 5(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 10(1)

Artikolu 5(1), it-tieni sentenza, il-parti introduttiva

Artikolu 10(2), il-parti introduttiva tas-sentenza

Artikolu 5(1)(a) u (b)

Artikolu 10(2)(a) u (b)

Artikolu 5(2)

Artikolu 10(2)(c)

Artikolu 5(3)(a) sa (c)

Artikolu 10(3)(a) sa (c)

Artikolu 10(3)(d)

Artikolu 5(3)(d)

Artikolu 10(3)(e)

Artikolu 10(3)(f)

Artikolu 10(4)

Artikolu 5(4) u (5)

Artikolu 10(5) u (6)

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 6(1)(a) sa (c)

Artikolu 14(1)(a) sa (c), u (2)

Artikolu 6(2)

Artikolu 14(3)

Artikolu 7

Artikolu 15

Artikolu 8(1) u (2)

Artikolu 25(1) u (2)

Artikolu 25(3) sa (5)

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 16(1)

Artikolu 16(2) sa (4)

Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 16(5)

Artikolu 10(2)

Artikolu 16(6)

Artikolu 10(3)

Artikolu 11(1)

Artikolu 46(1) sa (3)

Artikolu 11(2)

Artikolu 44(1)

Artikolu 11(3)

Artikolu 17

Artikolu 11(4)

Artikoli 17, 44(2) u Artikolu 46(4)

Artikolu 18

Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 19(1)

Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 19(2)

Artikolu 12(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 19(3)

Artikolu 12(2)

Artikolu 20

Artikolu 13

Artikolu 7 u Artikolu 21

Artikolu 14

Artikolu 6

Artikoli 22 sa 24

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 15(1)

Artikolu 28(1) u (3)

Artikolu 15(2)

Artikolu 28(4)

Artikolu 28(2) u (5)

Artikoli 29 sa 54(1)

Artikolu 16

Artikolu 54(2)

Artikolu 17

Artikolu 55

Artikolu 18

Artikolu 56

Artikolu 19

Artikolu 57


Top