EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1294
Commission Implementing Regulation (EU) No 1294/2014 of 4 December 2014 amending Regulation (EC) No 1238/95 as regards the level of the application fee and of the examination fee payable to the Community Plant Variety Office
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1294/2014 tal- 4 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 rigward il-livell tat-tariffa fuq l-applikazzjoni u tat-tariffa fuq l-eżami li jridu jitħallsu lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1294/2014 tal- 4 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 rigward il-livell tat-tariffa fuq l-applikazzjoni u tat-tariffa fuq l-eżami li jridu jitħallsu lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti
OJ L 349, 5.12.2014, p. 30–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 349/30 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1294/2014
tal-4 ta' Diċembru 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 rigward il-livell tat-tariffa fuq l-applikazzjoni u tat-tariffa fuq l-eżami li jridu jitħallsu lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/95 (2) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-livell tat-tariffa fuq l-applikazzjoni li trid titħallas lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (“l-Uffiċċju”) għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal għotja ta' dritt ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità. |
(2) |
Fuq l-esperjenza li għandu l-Uffiċċju dwar l-ispiża marbuta mal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-għotja ta' drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità li ma jkunux validi, jixraq li jitnaqqas l-ammont tat-tariffa fuq l-applikazzjoni li jżomm l-Uffiċċju. |
(3) |
L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 u l-Anness I tiegħu jistabbilixxu l-livell tat-tariffi li jridu jitħallsu lill-Uffiċċju, “il-piż tal-eżami”, għall-arranġament u t-twettiq tal-eżami tekniku ta' varjetà li tkun is-suġġett ta' applikazzjoni għal dritt ta' Varjetà tal-Pjanti fil-Komunità. |
(4) |
Rigward l-eżami tekniku tal-varjetajiet li għalihom irid jintuża ripetutament materjal b'komponenti speċifiċi għall-produzzjoni ta' materjal, l-esperjenza turi li l-ispiża fuq dan l-eżami tista' tvarja ħafna minn każ għal ieħor. It-tariffa fuq l-eżami tekniku għandha tkopri l-ispiża tal-eżami tekniku tal-varjetà u tal-eżami ta' kull komponent speċifiku tal-varjetà. Għaldaqstant ma għandux jiġi stabbilit ammont fiss għat-tariffa fuq l-eżami tekniku f'dawn il-każijiet. |
(5) |
L-esperjenza miksuba dwar l-eżami tekniku turi wkoll li l-ammont totali tat-tariffi fuq l-eżami li jitlob l-Uffiċċju ma jkoprix l-ammont totali tat-tariffi li jridu jitħallsu mill-Uffiċċju lill-Uffiċċji tal-Eżami. Iżda fil-prinċipju, it-tariffi li jitlob l-Uffiċċju għandhom ikopru t-tariffi li dan iħallas. Għaldaqstant, għandhom jiżdiedu t-tariffi stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1238/95. Fl-istess ħin, il-gruppi ta' spejjeż stabbiliti f'dak l-Anness għandhom jiġu ssimplifikati. |
(6) |
Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar id-Drittijiet Komunitarji tal-Varjetajiet tal-Pjanti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej: “7. Fejn titħallas it-tariffa fuq l-applikazzjoni iżda l-applikazzjoni ma tkunx valida skont l-Artikolu 50 tar-Regolament bażiku, l-Uffiċċju għandu jżomm EUR 200 mit-tariffa fuq l-applikazzjoni u jagħti rifużjoni tal-bqija meta javża lill-applikant bin-nuqqasijiet li jkunu nstabu fl-applikazzjoni.” |
(2) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. It-tariffi fuq l-arranġament u t-twettiq tal-eżami tekniku ta' varjetà li tkun is-suġġett ta' applikazzjoni għal (tariffa fuq l-eżami) għad-dritt ta' varjetà tal-pjanti fil-Komunità, għandhom jitħallsu skont l-Anness I għal kull perjodu ta' tkabbir li jinbeda. Fil-kaz tal-varjetajiet li għalihom irid jintuża ripetutament materjal b'komponenti speċifiċi għall-produzzjoni tal-materjal, għandha titħallas it-tariffa fuq l-eżami stabbilita fl-Anness I rigward din il-varjetà u għal kull komponent li dwaru ma jkunx hemm deskrizzjoni uffiċjali u li jrid jiġi eżaminat ukoll.” |
(3) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/95 tal-31 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi r-regoli tal-implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-piżijiet pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (ĠU L 121, 1.6.1995, p. 31).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 għandu jiġi sostitwit bl-Anness li ġej:
“ANNESS I
It-tariffi fuq l-eżamijiet tekniċi kif imsemmija fl-Artikolu 8
It-tariffa li trid titħallas fuq l-eżami tekniku ta' varjetà skont l-Artikolu 8 għandha tiġi determinata skont it-tabella:
(f'EUR) |
||
|
Grupp ta' spiża |
Tariffa |
Grupp agrikolu |
||
1 |
Patata |
1 960 |
2 |
Kolza |
1 860 |
3 |
Ħaxix |
2 210 |
4 |
Speċijiet agrikoli oħrajn |
1 430 |
Grupp tal-frott |
||
5 |
Tuffieħ |
3 210 |
6 |
Frawli |
2 740 |
7 |
Speċijiet ta' frott oħrajn |
2 550 |
Grupp ornamentali |
||
8 |
Pjanti ornamentali b'kollezzjoni ta' referenza ħajja, test fis-serra |
2 140 |
9 |
Pjanti ornamentali b'kollezzjoni ta' referenza ħajja, test fil-beraħ |
1 960 |
10 |
Pjanti ornamentali mingħajr kollezzjoni ta' referenza ħajja, test fis-serra |
1 770 |
11 |
Pjanti ornamentali mingħajr kollezzjoni ta' referenza ħajja, test fil-beraħ |
1 570 |
12 |
Pjanti ornamentali, kundizzjonijiet fitosanitarji speċjali |
3 040 |
Grupp tal-ħxejjex agrikoli |
||
13 |
Ħxejjex agrikoli, test fis-serra |
2 150 |
14 |
Ħxejjex agrikoli, test fil-beraħ |
1 960 ” |