EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1232

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1232/2014 tat- 18 ta' Novembru 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 sabiex jiġu adattati r-referenzi li hemm fiha mar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u biex ikun ikkoreġut ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014

OJ L 332, 19.11.2014, p. 5–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1232/oj

19.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1232/2014

tat-18 ta' Novembru 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 sabiex jiġu adattati r-referenzi li hemm fiha mar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u biex ikun ikkoreġut ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8 u l-ħames subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni meħtieġa għall-ipprogrammar tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (“fondi tal-ESIF”) tkun fis-seħħ u biex tkun tista' ssir l-adozzjoni f'waqtha tal-programmi operattivi rilevanti, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 (2) kien adottat qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, ċerti referenzi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 għall-att ġuridiku futur tal-Unjoni dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”) għandhom jiġu sostitwiti b'referenzi għar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

(3)

Sa fejn għandu x'jaqsam il-FEMS, ponderazzjonijiet għal miżuri stabbiliti fl-att ġuridiku futur tal-Unjoni dwar il-FEMS fir-rigward tal-livell ta' appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima għal kull wieħed mill-ħames fondi tal-ESIF kif adottati mir-Regolament (UE) Nru 215/2014 kienu marbuta b'mod provviżorju. Ir-referenzi fl-Anness III mar-Regolament (UE) Nru 215/2014 għandhom għalhekk jiġu allinjati mal-aħħar numerazzjoni tad-dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 508/2014.

(4)

Sabiex jiżguraw li fil-kuntest tal-qafas ta' prestazzjoni l-kisba tal-istadju importanti u l-mira għall-indikatur finanzjarju jistgħu jkunu ivvalutati fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet tal-pagamenti ppreżentati lill-Kummissjoni, ir-referenza inkorretta fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 għall-punt (c) tal-Artikolu 126 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandha tiġi kkoreġuta f'referenza għal punt (a) tal-Artikolu 126 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Koordinament għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment,

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 215/2014 għandu jiġi emendat u kkoreġut skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punti (c) u (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) jinbidlu b'dan li ġej:

“(c)

rappurtar mill-Istati Membri dwar l-approprjazzjonijiet finanzjarji u n-nefqa skont il-miżura f'rapporti annwali ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 50(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014;

(d)

l-informazzjoni u d-dejta pprovduta mill-Istati Membri dwar operazzjonijiet magħżula għal finanzjament skont l-Artikolu 97(1)(a) u 107(3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.”

;

(2)

L-Anness III jinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 huwa emendat kif ġej:

 

Fil-paġna 68, fl-Artikolu 5(2),

flok

:

“2.   Għall-Fondi ESI kollha, ħlief għall-fondi tal-FAEŻR, l-istadju importanti u l-mira għal indikatur finanzjarju jirreferu għall-ammont totali ta' nefqa eliġibbli rreġistrat fis-sistema tal-kontabbiltà tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni u ċċertifikat mill-Awtorità skont il-punt (c) tal-Artikolu 126 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Għall-FAEŻR, huma jirreferu għan-nefqa pubblika totali rrealizzata mdaħħla f'sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni komuni.”

aqra

:

“2.   Għall-Fondi ESI kollha, ħlief għall-fondi tal-FAEŻR, l-istadju importanti u l-mira għal indikatur finanzjarju jirreferu għall-ammont totali ta' nefqa eliġibbli rreġistrat fis-sistema tal-kontabbiltà tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni u ċċertifikat mill-Awtorità skont il-punt (a) tal-Artikolu 126 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Għall-FAEŻR, huma jirreferu għan-nefqa pubblika totali rrealizzata mdaħħla f'sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni komuni.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta' metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta' kategoriji ta' intervent għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 65).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).


ANNESS

“ANNESS III

Il-koeffiċjenti biex jiġu kkalkolati l-ammonti ta' appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil- klima fil-każ tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd skont l-Artikolu 3

L-Artikolu tar-Regolament (UE) Nru 508/2014

Titolu tal-Miżura

Koeffiċjent

KAPITOLU I

Żvilupp sostenibbli tas-Sajd

Artikolu 26

Innovazzjoni (+ l-Art. 44(3) Sajd intern)

0 %* (1)

Artikolu 27

Servizzi konsultattivi (+ l-Art. 44(3) Sajd intern)

0 %

Artikolu 28

Sħubiji bejn xjentisti u sajjieda (+ l-Art. 44(3) Sajd intern)

0 %*

Artikolu 29(1) + (2)

Promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — taħriġ, netwerking, djalogu soċjali, appoġġ lil konjuġi u lis-sieħeb/sieħba għall-ħajja (+ l-Art. 44(1)(a) Sajd intern)

0 %*

Artikolu 29(3)

Il-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — apprendisti abbord il-biċċiet tal-baħar SSCF/djalogu soċjali

0 %*

Artikolu 30

Diversifikazzjoni u forom ġodda ta' dħul (+ l-Art. 44(4) Sajd intern)

0 %*

Artikolu 31

Appoġġ fil-bidu għal sajjieda żgħażagħ (+ l-Art. 44(2) Sajd intern)

0 %

Artikolu 32

Saħħa u sikurezza (+ l-Art. 44(1)(b) Sajd intern)

0 %

Artikolu 33

Waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd

40 %

Artikolu 34

Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd

100 %

Artikolu 35

Fondi mutwi għal avvenimenti klimatiċi avversi u inċidenti ambjentali

40 %

Artikolu 36

Appoġġ għal sistemi ta' allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd

40 %

Artikolu 37

Appoġġ għad-disinn u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' kooperazzjoni reġjonali

0 %

Artikolu 38

Limitazzjoni tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u l-adattament ta' sajd għall-protezzjoni tal-ispeċi (+ l-Art. 44(1)(c) Sajd intern)

40 %

Artikolu 39

Innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar (+ l-Art. 44(1)(c) Sajd intern)

40 %

Artikolu 40(1)(a)

Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità marittima — ġbir ta' rkaptu tas-sajd li jintilef u skart marittimu

0 %

Artikolu 40(1)(b)-(g) u (i)

Protezzjoni u rkuprar tal-bijodiversità marittima — kontribut għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar, il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' faċilitajiet statiċi jew mobbli, it-tħejjija ta' pjanijiet ta' protezzjoni u ta' ġestjoni marbutin mas-siti NATURA 2000 u żoni ta' spazji protetti, il-ġestjoni, l-irkupru u l-monitoraġġ ta' żoni protetti tal-baħar, inklużi siti ta' NATURA 2000, għarfien ambjentali, il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet oħra mmirati lejn iż-żamma u t-titjib tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi (+ l-Art. 44(6) Il-fawna u l-flora akkwatika interna)

40 %

Artikolu 40(1)(h)

Protezzjoni u r-restawrazzjoni tal-bijodiversità marittima — skemi ta' kumpens għall-ħsara fil-qbid minn mammiferi u għasafar

0 %

Artikolu 41(1)(a), (b) u (c)

Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima — dwar investimenti abbord; awditi u skemi għall-effiċjenza enerġetika; studji li jivvalutaw il-kontribut ta' sistemi ta' propulsjoni alternattiva u disinji tal-bastimenti (+ Art. 44(1)(d) Sajd intern)

100 %

Artikolu 41(2)

Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima — is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' magni prinċipali jew anċillari

100 %

Artikolu 42

Il-valur miżjud, il-kwalità tal-prodotti u l-użu ta' qabdiet mhux mixtieqa (+ Art. 44(1)(e) Sajd Intern)

0 %

Artikolu 43(1) + (3)

Portijiet tas-sajd, siti ta' żbark, swali tal-irkant u postijiet ta' kenn — investimenti li jtejbu l-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd, is-swali tal-irkant jew is-siti ta' żbark u l-postijiet ta' kenn, il-bini ta' postijit ta' kenn sabiex tittejjeb is-sikurezza tas-sajjieda (+ Art. 44(1)(f) Sajd intern)

40 %

Artikolu 43(2)

Il-portijiet tas-sajd, is-siti ta' żbark, is-swali tal-irkant u l-postijiet ta' kenn — investimenti biex tiġi faċilitata l-konformità mal-obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha

0 %

KAPITOLU II

Żvilupp sostenibbli fl-Akkwakultura

Artikolu 47

Innovazzjoni

0 %*

Artikolu 48(1)(a)-(d), (f), (g) u (h)

Investimenti produttivi fl-akkwakultura

0 %*

Artikolu 48(1)(e), (i) u (j)

Investimenti produttivi fl-akkwakultura — l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, it-tnaqqis fl-użu tal-ilma u l-kimiċi, sistemi ta' riċirkulazzjoni sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-użu tal-ilma

0 %*

Artikolu 48(1)(k)

Investimenti produttivi fl-akkwakultura — żieda fl-effiċjenza enerġetika, enerġija rinnovabbli

40 %

Artikolu 49

Servizzi ta' ġestjoni, ta' għajnuna u konsulenza għall-farms tal-akkwakultura

0 %*

Artikolu 50

Il-promozzjoni tal-kapital uman u tan-netwerking

0 %*

Artikolu 51

Potenzjal akbar għas-siti tal-akkwakultura

40 %

Artikolu 52

Inħeġġu akkwakulturisti ġodda li jipprattikaw akkwakultura sostenibbli

0 %

Artikolu 53

Konverżjoni għal skemi tal-immaniġġar u l-awditjar tal-ambjent u l-akkwakultura organika

0 %*

Artikolu 54

Akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali

0 %*

Artikolu 55

Miżuri tas-saħħa pubblika

0 %

Artikolu 56

Miżuri għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali

0 %

Artikolu 57

Assigurazzjoni tal-istokkijiet fis-settur tal-akkwakultura

40 %

KAPITOLU III

Żvilupp sostenibbli taż-Żoni tas-Sajd

Artikolu 62(1)(a)

Appoġġ preparatorju

0 %

Artikolu 63

Implimentazzjoni ta' strateġiji għall-iżvilupp lokali (inklużi spejjeż operattivi u animazzjoni)

40 %

Artikolu 64

Attivitajiet ta' kooperazzjoni

0 %*

KAPITOLU IV

Miżuri relatati mal-Kummerċjalizzazzjoni u l-Ipproċessar

Artikolu 66

Pjanijiet dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni

0 %*

Artikolu 67

Għajnuna għall-ħażna

0 %

Artikolu 68

Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni

0 %*

Artikolu 69

L-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

0 %*

KAPITOLU V

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

Artikolu 70

Reġim ta' kumpens

0 %

KAPITOLU VI

Miżuri ta' akkumpanjament għall-Politika Komuni tas-Sajd b'ġestjoni konġunta

Artikolu 76

Kontroll u infurzar

0 %

Artikolu 77

Ġbir ta' dejta

0 %*

KAPITOLU VII

Għajnuna teknika bl-inizjattiva tal-Istati Membri

Artikolu 78

Għajnuna teknika bl-inizjattiva tal-Istati Membri

0 %

KAPITOLU VIII

Miżuri dwar politika marittima integrata ffinanzjata b'ġestjoni konġunta

Artikolu 80(1)(a)

Is-Sorveljanza Marittima Integrata

0*%

Artikolu 80(1)(b)

Promozzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u kostali

40 %

Artikolu 80(1)(c)

Jittejjeb l-għarfien dwar il-qagħda tal-ambjent tal-baħar

40 %


(1)  Jista' jiġi assenjat piż sa 40 % tal-miżuri mmarkati bl-* fit-Tabella, skont l-Artikolu 3(2).”


Top