EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0961

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 961/2014 tat- 8 ta' Settembru 2014 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

OJ L 271, 12.9.2014, p. 8–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/961/oj

12.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 961/2014

tat-8 ta' Settembru 2014

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li għandhom jinżdiedu persuni u entitajiet addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jinżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Alexander ZAKHARCHENKO

Александр Владимирович Захарченко

Imwieled fl-1976 f'Donetsk

Mis-7 t'Awwissu 'l hawn, ħa post Alexander Borodai bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fit-teħid u t-tħaddim ta' din il-kapaċità, Zakharchenko appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

2.

Vladimir KONONOV/magħruf ukoll bħala “Tsar”

Image

Imwieled fl-14.10.1974 f'Gorsky

Mill-14 t'Awwissu 'l hawn, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tad-Difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Hu maħsub li kkmanda diviżjoni ta' ġellieda separatisti f'Donetsk minn April 'l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukraina. Konokov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

3.

Miroslav Vladimirovich RUDENKO

Мирослав Владимирович Руденко

21.1.1983 f'Debalcevo

Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu ta' Donbass. Huwa stqarr fost l-oħrajn li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

4.

Gennadiy Nikolaiovych TSYPKALOV

Геннадий Николаевич Цыпкалов.

Imwieled fis-6.21.1973

Ħa post Marat Bashirov bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Qabel, kien attiv fl-Armata tal-milizzja tax-Xlokk. Tsyplakov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

5.

Andrey Yurevich PINCHUK

Андрей Юрьевич ПИНЧУК

 

“Ministru tas-Sigurtà Statali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet 'governattivi' separatisti tal-hekk imsejjaħ 'gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk'. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

6.

Oleg BEREZA

Олег БЕРЕЗА

 

“Ministru tal-Affarijiet Interni” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet 'governattivi' separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

7.

Andrei Nikolaevich RODKIN

Андрей Николаевич Родкин

 

Rapprezentant f'Moska tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, tkellem fost l-oħrajn dwar kif il-milizzji jinsabu lesti jmorru għal gwerra tal-gwerillieri u s-sekwestru ta' sistemi ta' armi mill-forzi armati Ukraini. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

8.

Aleksandr KARAMAN

Александр караман

 

“Viċi Prim Ministru għall-Kwistjonijiet Soċjali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet 'governattivi' separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Protett tal-Viċi Prim Ministru tar-Russja Dmitry Rogozin.

12.9.2014

9.

Georgiy L'vovich MURADOV

Георгий Львович Мурадов

Imwieled fid-19.11.1954

L-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru” tal-Krimea u Rapprezentant Plenipotenzjarju tal-Krimea għall-President Putin. Muradov qeda rwol importanti fil-konsolidazzjoni tal-kontroll istituzzjonali Russu fuq il-Krimea minn mindu saret l-annessjoni illegali. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

10.

Mikhail Sergeyevich SHEREMET

Михаил Сергеевич Шеремет

Imwieled fit-23.5.1971f'Dzhankoy

L-hekk imsejjaħ “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-Krimea. Sheremet qeda rwol ewlieni fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tar-referendum tas-16 ta' Marzu fil-Krimea dwar l-unifikazzjoni mar-Russja. Fi żmien ir-referendum, kien hemm rapporti li Sheremet ikkmanda lill-“forzi ta' awtodifiża” favur Moska fil-Krimea. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

11.

Yuri Leonidovich VOROBIOV

Юрий Леонидович Воробьев

Imwieled fit-2.2.1948 fi Krasnoyarsk

Viċi Speaker tal-Kunsill tal-Federazzjoni tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Vorobiov appoġġa pubblikament fil-Kunsill tal-Federazzjoni l-iskjerament ta' forzi Russi fl-Ukraina. Wara huwa vvota favur id-digriet relatat.

12.9.2014

12.

Vladimir Volfovich ZHIRINOVSKY

Владимир Вольфович Жириновски

Imwieled fl-10.6.1964 f'Eidelshtein, il-Kazakistan

Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; mexxej tal-partit tal-LDPR. Huwa appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea. Appella b'mod attiv biex l-Ukraina tinqasam. Iffirma f'isem il-partit tal-LDPR li jippresiedi ftehim mal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.9.2014

13.

Vladimir Abdualiyevich VASILYEV

Image

Imwieled fil-11.8.1949 fi Klin

Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

14.

Viktor Petrovich VODOLATSKY

Виктор Петрович Водолацкий

Imwieled fid-19.8.1957 fir-Reġjun ta' Azov.

President (“ataman”) tal-Unjoni tal-Forzi Kosakki Russi u Barranin, u deputat tad-Duma tal-Istat. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea u ammetta li l-Kosakki Russi kellhom involviment attiv fil-konflitt Ukrain fuq in-naħa tas-separatisti appoġġati minn Moska. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

15.

Leonid Ivanovich KALASHNIKOV

Леонид Иванович Калашников

Imwieled fis-6.8.1960 fi Stepnoy Dvorets

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

16.

Vladimir Stepanovich NIKITIN

Image

Imwieled fil-5.4.1948 f'Opochka

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar ir-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-asjatika u r-Rabtiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

17.

Oleg Vladimirovich LEBEDEV

Олег Владимирович Лебедев

Imwieled fil-21.3.1964 f'Orel/Rudny

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar ir-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-asjatika u r-Rabtiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

18.

Ivan Ivanovich MELNIKOV

Иван Иванович Мельников

Imwieled fis-7.8.1950 f'Bogoroditsk

L-Ewwel Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

19.

Igor Vladimirovich LEBEDEV

Игорь Владимирович Лебедев

Imwieled fis-27.9.1972 f'Moska

Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

20.

Nikolai Vladimirovich LEVICHEV

Николай Владимирович Левичев

Imwieled fit-28.5.1953 f'Pushkin

Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

21.

Svetlana Sergeevna ZHUROVA

Светлана Сергеевна Журова

Imwielda fis-7.1.1972 f'Pavlov-on-the-Neva

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 hija vvotat favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

22.

Aleksey Vasilevich NAUMETS

Алексей Васильевич Hаумец

Imwieled fil-11.2.1968

Maġġur Ġeneral tal-Armata Russa. Huwa l-kmandant tas-76 diviżjoni tal-ajru li kienet involuta fil-preżenza militari Russa fit-territorju tal-Ukraina, partikolarment waqt l-annessjoni illegali tal-Krimea.

12.9.2014

23.

Sergey Viktorovich CHEMEZOV

Image

Imwieled fl-20.8.1952f'Cheremkhovo

Sergei Chemezov huwa wieħed minn dawk magħrufa bħala assoċjati mill-qrib mal-President Putin, it-tnejn kienu uffiċjali tal-KGB stazzjonati fi Dresden u huwa membru tal-Kunsill Suprem tar-“Russja Magħquda”. Huwa qiegħed igawdi mir-rabtiet tiegħu mal-President Russu billi ġie promoss għal karigi għoljin f'kumpanniji kkontrollati mill-Istat. Huwa jippresiedi l-konglomerat ta' Rostec, il-korporazzjoni tad-difiża u l-manifattura industrijali ewlenija Russa kkontrollata mill-Istat. Wara deċiżjoni tal-gvern Russu, Technopromexport, sussidjarja ta' Rostec, qed tippjana li tibni impjanti tal-enerġija fil-Krimea u b'hekk tappoġġa l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn hekk, Rosoboronexport, sussidjarja ta' Rostec, appoġġat l-integrazzjoni ta' kumpanniji tad-difiża mill-Krimea fl-industrija tad-difiża tar-Russja, u b'hekk ikkonsolidat l-annessjoni illegali tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

12.9.2014

24.

Alexander Mikhailovich BABAKOV

Aлександр Михайлович Бабаков

Imwieled fit-8.2.1963 f'Chisinau

Deputat tad-Duma tal-Istat, President tal-Kummissjoni tad-Duma tal-Istat dwar id-Dispożizzjonijiet Leġislattivi għall-Iżvilupp tal-Kumpless Industrijali Militari tal-Federazzjoni Russa. Huwa membru prominenti tar-“Russja Magħquda” u negozjant b'investimenti kbar fl-Ukraina u l-Krimea.

Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014


Top