EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0932

Regolament ta' delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 tad- 29 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għal produtturi ta' ċertu frott u ħaxix u li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 913/2014

OJ L 259, 30.8.2014, p. 2–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/932/oj

30.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/2


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 932/2014

tad-29 ta’ Awwissu 2014

li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għal produtturi ta' ċertu frott u ħaxix u li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 913/2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) b'mod konġunt mal-Artikolu 228 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta' Awwissu l-gvern Russu introduċa projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti mill-Unjoni lejn ir-Russja, inklużi l-frott u l-ħaxix. Din il-projbizzjoni ħolqot theddida serja ta' xkiel fis-suq ikkawżat minn tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet minħabba l-fatt li suq tal-esportazzjoni importanti f'daqqa waħda ma baqax disponibbli.

(2)

Din it-theddida ta' xkiel fis-suq hija ta' rilevanza partikolari għas-settur tal-frott u l-ħaxix billi kwantitajiet kbar ta' prodotti li jistgħu jitħassru jinħasdu f'dan iż-żmien tas-sena.

(3)

Għaldaqstant, jidher li l-miżuri normali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw is-sitwazzjoni li tfaċċat fis-suq.

(4)

Sabiex jiġi evitat li s-sitwazzjoni eżistenti tas-suq tinbidel fi xkiel aktar sever jew imtawwal fis-suq, jeħtieġ li tittieħed azzjoni urġenti biex jiġu pprovduti miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għall-produtturi ta' frott u ħaxix li jitħassar li ntlaqtu l-aktar mit-telf f'daqqa tas-suq tal-esportazzjoni, f'dan l-istadju tal-ħsad. Dawk il-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ temporanji għandhom ikopru l-perjodu mit-18 ta' Awwissu sat-30 ta' Novembru 2014 u għandhom jieħdu l-forma ta' assistenza finanzjarja mill-Unjoni għat-tadam, il-karrotti, il-kaboċċi, il-bżar ħelu, il-pastard u l-brokkli bir-ras, il-ħjar u l-gherkins, il-faqqiegħ, it-tuffieħ, il-lanġas, l-għanbaqar, il-frott artab, l-għeneb tal-mejda frisk u l-frott tal-kiwi.

(5)

Skont il-kwantitajiet stmati affettwati mill-projbizzjoni, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata għall-ammont massimu ta' EUR 125 miljun. Dan l-ammont massimu totali għandu jinqasam f'żewġ komponenti, wieħed li huwa allokat għat-tuffieħ u l-lanġas, u wieħed għall-prodotti l-oħra kollha koperti mill-miżuri ta' appoġġ. B'din l-allokazzjoni għandha tiġi evitata distribuzzjoni żbilanċjata bejn il-produtturi ta' prodotti differenti u għandha tirrifletti d-differenza fiż-żmien tal-ħsad u s-sehem tal-kwantitajiet ta' prodotti milquta mill-projbizzjoni dwar l-importazzjoni tar-Russja.

(6)

L-irtirar mis–suq, in-nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri huma miżuri effettivi ta' mmaniġġjar ta' kriżijiet fil-każ ta' eċċess ta' frott u ħaxix minħabba ċirkostanzi temporanji u imprevedibbli.

(7)

Sabiex jittaffa l-impatt ta' tnaqqis f'daqqa fil-prezzijiet, ir-restrizzjoni eżistenti ta' 5 % bħala proporzjon tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għall-irtirar mis-suq appoġġat għandha titneħħa b'mod temporanju. Għalhekk, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata anki meta l-irtirar jaqbeż il-limitu ta' 5 %.

(8)

L-assistenza finanzjarja mogħtija għall-irtirar mis-suq għandha tkun ibbażata fuq l-ammonti rispettivi stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2) għall-irtirar għal distribuzzjoni b'xejn u għall-irtirar għal destinazzjonijiet oħra, sakemm l-ebda ammont ma ġie stabbilit f'dan ir-Regolament. Għal dawk il-prodotti li għalihom l-ebda ammont ma ġie ffissat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-ammonti massimi għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(9)

Filwaqt li jitqies li l-ammonti għat-tadam stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jirreferu għal sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' tadam għall-ipproċessar u tadam għall-konsum frisk, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-ammont massimu applikabbli għal tadam għall-konsum frisk għall-iskop ta' dan ir-Regolament huwa dak dwar il-perjodu mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju.

(10)

Fid-dawl tax-xkiel eċċezzjonali fis-suq u biex jiġi żgurat li l-produtturi kollha tal-frott u l-ħaxix jirċievu appoġġ mill-Unjoni, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-irtirar mis-suq għandha tiġi estiża għall-produtturi tal-frott u l-ħaxix li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta.

(11)

Sabiex titħeġġeġ id-distribuzzjoni b'xejn ta' frott u ħaxix irtirat għal ċerti organizzazzjonijiet, bħall-organizzazzjonijiet tal-karità u l-iskejjel u kwalunkwe destinazzjonijiet oħra ekwivalenti approvati mill-Istati Membri, 100 % tal-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jew fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli wkoll għall-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. Fil-każ ta' rtirar għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni b'xejn, għandhom jirċievu 50 % tal-ammonti massimi fissi. F'dan il-kuntest, il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom jissodisfaw kundizzjonijiet identiċi jew simili għal dawk tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Għaldaqstant, dawn għandhom ikunu suġġetti, bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

(12)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-atturi bażiċi tas-settur tal-frott u l-ħaxix u huma l-entitajiet l-aktar adattati biex jiżguraw li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq titħallas lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. Huma għandhom jiżguraw li din l-assistenza titħallas lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta permezz ta' kuntratt konkluż. Billi l-Istati Membri ma għandhomx l-istess grad ta' organizzazzjoni min-naħa tal-forniment tas-suq tal-frott u l-ħaxix, huwa xieraq li l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri tħallas l-appoġġ direttament lill-produtturi meta dan huwa ġġustifikat kif jixraq.

(13)

Sabiex jittaffa l-effett tat-tnaqqis fil-prezzijiet, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata wkoll fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri.

(14)

L-ammonti tal-appoġġ għan-nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri għandhom ikunu ffissati mill-Istati Membri għal kull ettaru f'livell li jkopri mhux aktar minn 90 % tal-ammonti massimi għall-irtirar mis-suq applikabbli għall-irtirar għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni b'xejn kif stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jew, għal prodotti li għalihom l-ebda ammont ma ġie ffissat f'dak l-Anness, f'dan ir-Regolament. Għal tadam għall-konsum frisk l-ammont li għandu jitqies mill-Istati Membri għandu jkun dak stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għall-perjodu mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju. In-nuqqas ta' ħsad għandu jingħata appoġġ anki fejn il-produzzjoni kummerċjali ttieħdet miż-żona tal-produzzjoni kkonċernata matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali.

(15)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkonċentraw il-provvista u huma kapaċi jaġixxu aktar malajr minn produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet bħal dawn meta jkollhom ilaħħqu ma' kwantitajiet ikbar b'impatt immedjat fuq is-suq. Għalhekk, biex l-implimentazzjoni ta' miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ previsti f'dan ir-Regolament tkun aktar effiċjenti u biex titħaffef l-istabilizzazzjoni tas-suq, huwa xieraq, fir-rigward ta' produtturi li huma membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, li tiżdied l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-irtirar għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni b'xejn, għan-nuqqas ta' ħsad u għall-ħsad bikri għal 75 % tal-ammonti massimi rilevanti stabbiliti għall-appoġġ għall-irtirar għal destinazzjonijiet oħra.

(16)

Fir-rigward tal-irtirar, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri għandha tiġi estiża għall-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. L-assistenza finanzjarja għandha tkun 50 % tal-ammonti massimi ta' appoġġ stabbiliti għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

(17)

Minħabba l-għadd kbir ta' produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi u l-ħtieġa li jitwettqu kontrolli li huma affidabbli iżda fattibbli, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni ma għandhiex tingħata għal ħsad bikri tal-frott u l-ħaxix li l-ħsad normali tagħhom ikun diġà beda, u għal miżuri ta' nuqqas ta' ħsad fejn il-produzzjoni kummerċjali ttieħdet miż-żona tal-produzzjoni kkonċernata matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali għal produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi. F'dan il-kuntest, il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom ikunu suġġetti, bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

(18)

Għal produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi, il-ħlas tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri għandu jsir direttament mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Dik l-awtorità kompetenti għandha tħallas l-ammonti rilevanti lill-produtturi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u r-regoli u l-proċeduri nazzjonali rilevanti.

(19)

Sabiex jiġi garantit li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal produtturi ta' ċerti frott u ħaxix tintuża għall-għanijiet maħsuba u biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom iwettqu livell raġonevoli ta' kontrolli. B'mod partikolari, għandhom isiru kontrolli dokumentati, ta' identità u fiżiċi kif ukoll kontrolli fuq il-post li jkopru ammont raġonevoli ta' prodotti, żoni, organizzazzjonijiet tal-produtturi u produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet tal-irtirar, il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad għat-tadam jikkonċernaw biss il-varjetajiet maħsubin għall-konsum frisk.

(20)

Għal raġunijiet ta' ġestjoni soda tal-baġit, jinħtieġ li jkun ikkontrollat il-limitu massimu għall-infiq li se jkun iffinanzjat mill-Unjoni u li titwaqqaf sistema ta' notifika u monitoraġġ biex jiġi evitat li l-ammont totali jinqabeż. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-istat attwali tal-operazzjonijiet notifikati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u produtturi li mhumiex membri darbtejn fil-ġimgħa. L-eliġibbiltà għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tintemm meta jintlaħqu l-ammonti kkonċernati. Jekk l-ammonti notifikati jaqbżu dawk l-ammonti, għandu jkun applikabbli koeffiċjent ta' allokazzjoni.

(21)

Sabiex ikun hemm impatt immedjat fuq is-suq u biex jingħata kontribut għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, il-miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ previsti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw mid-data tat-tħabbir ta' dawk il-miżuri mill-Kummissjoni fit-18 ta' Awwissu 2014.

(22)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2014 (3) ipprovda għal miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għall-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk. Filwaqt li jqisu l-pressjoni li tqiegħdet fuq is-swieq tal-ħawħ u tan-nuċiprisk mill-projbizzjoni fuq l-importazzjoni mħabbra mir-Russja, il-miżuri eċċezzjonali ttieħdu l-aktar biex jindirizzaw is-sitwazzjoni speċifika tas-setturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk. Minħabba żviluppi ulterjuri kien jinħtieġ li s-swieq għal ħawħ u tan-nuċiprisk jiġu indirizzati b'mod simili bħall-prodotti l-oħra koperti minn dan ir-Regolament. Sabiex jittejjeb l-effett tal-miżura ta' appoġġ u l-potenzjal tagħha biex jistabbilizza s-suq, huwa xieraq li jitħalla jsir irtirar għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni b'xejn sa 10 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata. Barra minn hekk, huwa wkoll xieraq li jiżdied il-perċentwal tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni fir-rigward ta' produtturi ta' ħawħ u nuċiprisk li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u jkun possibbli li l-irtirar jiġi mmaniġġjat mill-Istati Membri mingħajr l-intervent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

(23)

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 913/2014 għandu jiġi emendat skont dan. Dawk l-emendi għandhom japplikaw b'mod retroattiv mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 913/2014.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

APPOĠĠ TEMPORANJU EĊĊEZZJONALI GĦAL ĊERTU FROTT U ĦAXIX

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan il-Kapitolu jistipula regoli għal assistenza finanzjarja temporanja eċċezzjonali mill-Unjoni li trid tingħata lil organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix rikonoxxuti skont l-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u lil produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet ta' dan it-tip.

Dawn il-miżuri ta' assistenza finanzjarja temporanja eċċezzjonali mill-Unjoni għandhom ikopru l-operazzjonijiet ta' rtirar, in-nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri.

2.   L-assistenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata fir-rigward tal-prodotti li ġejjin tas-settur tal-frott u l-ħaxix intenzjonati għall-konsum frisk:

(a)

tadam tal-kodiċi NM 0702 00 00;

(b)

karrotti tal-kodiċi NM 0706 10 00;

(c)

kaboċċi tal-kodiċi NM 0704 90 10;

(d)

bżar ħelu tal-kodiċi NM 0709 60 10;

(e)

pastard u brokkli bir-ras tal-kodiċi NM 0704 10 00;

(f)

ħjar tal-kodiċi NM 0707 00 05;

(g)

gherkins tal-kodiċi NM 0707 00 90;

(h)

faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus tal-kodiċi NM 0709 51 00;

(i)

tuffieħ tal-kodiċi NM 0808 10;

(j)

lanġas tal-kodiċi NM 0808 30;

(k)

għanbaqar tal-kodiċi NM 0809 40 05;

(l)

frott artab tal-kodiċijiet NM 0810 20, 0810 30 u 0810 40;

(m)

għeneb tal-mejda frisk tal-kodiċi NM 0806 10 10; kif ukoll

(n)

frott tal-kiwi tal-kodiċi NM 0810 50 00;

3.   L-assistenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri l-attivitajiet imwettqa fil-perjodu bejn it-18 ta' Awwissu u t-30 ta' Novembru 2014.

Artikolu 2

Ammont massimu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

In-nefqa totali tal-Unjoni mġarrba għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu ma għandhiex taqbeż EUR 125 000 000. Fi ħdan dan l-ammont, għandhom jiġu allokati EUR 82 000 000 għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni relatata mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(i) u (j) u EUR 43 000 000 għal assistenza relatata ma' prodotti oħra msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 3

Assistenza finanzjarja għall-irtirar lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata għall-irtirar mis-suq għal distribuzzjoni b'xejn kif imsemmi fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni b'xejn li titwettaq b'rabta mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-limitu massimu ta' 5 % imsemmi fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 79(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandux japplika fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament meta dawn il-prodotti jiġu rtirati matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.

3.   Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, iżda li mhumiex elenkati fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-ammonti massimi għall-assistenza għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

4.   Għat-tadam l-ammont massimu għandu jkun l-ammont stipulat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għall-perjodu bejn l-1 ta' Novembru u l-31 ta' Mejju.

5.   B'deroga mill-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijet għajr id-distribuzzjoni b'xejn għandha tkun 75 % tal-ammonti massimi ta' assistenza għal destinazzjonijiet oħra msemmija fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

6.   L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi anki jekk dawn ma jipprevedux dawn l-operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq fil-programmi operazzjonali tagħhom. L-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandux japplika għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mogħtija skont dan l-Artikolu.

7.   L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex titqies għall-iskop tal-kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

8.   Il-limitu ta' terz tan-nefqa msemmi fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-limitu massimu ta' 25 % għaż-żieda tal-fond operattiv imsemmi fl-Artikolu 66(3(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tan-nefqa mġarrba għall-operazzjonijiet tal-irtirar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament meta dawn il-prodotti jiġu rtirati matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.

9.   In-nefqa mġarrba skont dan l-Artikolu għandha tifforma parti mill-fond operattiv tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Artikolu 4

Assistenza finanzjarja għall-irtirar lill-produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata lil produtturi tal-frott u l-ħaxix li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta skont dan l-Artikolu għal:

(a)

irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn kif imsemmi fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni b'xejn.

Għall-irtirar mis-suq imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-ammonti massimi ta' assistenza finanzjarja għandhom ikunu l-ammonti stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Għat-tadam dak l-ammont massimu għandu jkun l-ammont stipulat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għall-perjodu bejn l-1 ta' Novembru u l-31 ta' Mejju.

Għall-irtirar mis-suq imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-ammonti massimi ta' assistenza finanzjarja għandhom ikunu 50 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Għat-tadam dak l-ammont massimu għandu jkun 50 % tal-ammont stipulat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għall-perjodu bejn l-1 ta' Novembru u l-31 ta' Mejju.

2.   L-assistenza finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli għall-irtirar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) meta dawn il-prodotti jiġu rtirati matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3).

3.   Il-produtturi għandhom jikkonkludu kuntratt ma' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għall-kwantità kollha li trid titwassal skont dan l-Artikolu. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jaċċettaw it-talbiet raġonevoli kollha magħmula minn produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. Il-kwantitajiet li jaslu minn produtturi li ma jkunux membri għandhom ikunu konsistenti mar-rendimenti u l-uċuħ reġjonali kkonċernati.

4.   L-assistenza finanzjarja għandha titħallas lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta mill-organizzazzjoni tal-produtturi li magħha huma ffirmaw tali kuntratt.

L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha żżomm l-ammonti li jikkorrispondu għall-kostijiet reali li hija tkun ġarrbet biex tirtira l-prodotti rispettivi mis-suq. L-evidenza ta' dawn il-kostijiet għandha tiġi pprovduta permezz ta' fatturi.

5.   Għal raġunijiet ġustifikati kif suppost, bħal grad limitat ta' organizzazzjoni tal-produtturi fl-Istat Membru kkonċernat, u b'mod mhux diskriminatorju, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li produttur mhux membru ta' organizzazzjoni ta' produtturi jagħmel notifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, minflok ma jiffirma l-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 3. Għal dan it-tip ta' notifika, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 78 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Il-kwantitajiet li jaslu minn produtturi li ma jkunux membri għandhom ikunu konsistenti mar-rendimenti u l-uċuħ reġjonali kkonċernati.

F'dawn il-każijiet, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tħallas l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni direttament lill-produttur. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli ġodda jew japplikaw ir-regoli jew il-proċeduri nazzjonali eżistenti għal dan l-għan.

6.   Fejn ir-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi jkun ġie sospiż skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-membri tagħha għandhom jitqiesu bħala produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

7.   Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, kif ukoll l-Artikolu 3(6) sa (9) ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Assistenza finanzjarja għal nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   Għandha tingħata assistenza finanzjarja mill-Unjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri li jsiru f'rabta mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3).

2.   L-assistenza għall-ħsad bikri għandha tkopri biss il-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li huma effettivament maħsuda kmieni. B'deroga mill-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammonti tal-appoġġ, li jinkludu kemm l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni u l-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi, għal nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri, għal kull ettaru f'livell li jkopri mhux aktar minn 90 % tal-ammonti ffissati għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni bla ħlas fl-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 543/2011 u fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Għat-tadam dak l-ammont għandu jkun 90 % tal-ammont stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għall-perjodu bejn l-1 ta' Novembru u l-31 ta' Mejju għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni b'xejn.

B'deroga mill-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għan-nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri għandha tkun 75 % tal-ammonti stabbiliti mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu.

3.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 85(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-miżuri tan-nuqqas ta' ħsad imsemmija fl-Artikolu 84(1)(b) ta' dar ir-Regolament jistgħu, fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artiklu 1(2) ta' dan ir-Regolament u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament, jitwettqu anke meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona tal-produzzjoni kkonċernata matul iċ-ċiklu normali tal-produzzjoni. F'każijiet bħal dawn, l-ammonti ta' appoġġ imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jitnaqqsu b'mod proporzjonali, filwaqt li titqies il-produzzjoni diġà maħsuda, kif stabbilit abbażi ta' rekords tal-istokkijiet u l-kontijiet finanzjarji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati.

4.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata anki jekk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma jipprovdux għal dawk l-operazzjonijiet fil-qafas tal-programmi operazzjonali tagħhom. L-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandux japplika għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mogħtija skont dan l-Artikolu.

5.   Il-limitu ta' terz tan-nefqa msemmi fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-limitu massimu ta' 25 % għaż-żieda tal-fond operattiv imsemmi fl-Artikolu 66(3(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tan-nefqa mġarrba għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u relatati mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.

6.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni ma għandhiex titqies għall-fini tal-kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

7.   In-nefqa mġarrba skont dan l-Artikolu għandha tifforma parti mill-fond operattiv tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Artikolu 6

Assistenza finanzjarja għal nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri lill-produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta biex iwettqu operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3).

B'deroga mill-Artikolu 85(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandu japplika dan li ġej:

(a)

l-appoġġ għall-ħsad bikri għandu jkopri biss il-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li effettivament inħasdu kmieni u li għalihom ma jkunx beda l-ħsad normali;

(b)

miżuri ta' nuqqas ta' ħsad ma għandhomx isiru fejn il-produzzjoni kummerċjali ttieħdet miż-żona kkonċernata matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali;

(c)

il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad fl-ebda ċirkostanza ma għandhom ikunu applikati t-tnejn għall-istess prodott u fl-istess żona partikolari.

2.   L-ammonti ta' assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri għandhom ikunu 50 % tal-ammonti ffissati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5(2).

3.   Il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni ta' produtturi rikonoxxuta għandhom jagħmlu notifika xierqa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet dettaljati adottati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 85(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

F'dawn il-każijiet, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tħallas l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni direttament lill-produttur. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli ġodda jew japplikaw ir-regoli jew il-proċeduri nazzjonali eżistenti għal dan l-għan.

4.   Fejn ir-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi jkun ġie sospiż skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-membri tagħha għandhom jitqiesu bħala produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

5.   Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Kontrolli matul l-operazzjonijiet tal-irtirar, in-nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri

1.   L-operazzjonijiet tal-irtirar imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tal-ewwel livell skont l-Artikolu 108 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Madankollu, dawk il-kontrolli għandhom ikopru tal-anqas 10 % tal-kwantità ta' prodotti rtirati mis-suq u tal-inqas 10 % tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi li jibbenefikaw mill-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

Madankollu, għall-operazzjonijiet ta' rtirar imsemmija fl-Artikolu 4(5), il-kontrolli tal-ewwel livell għandhom ikopru 100 % tal-kwantità tal-prodotti rtirati.

2.   L-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri msemmija fl-Artikoli 5 u 6 għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli u l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, ħlief fir-rigward tar-rekwiżit li ma jkun sar l-ebda ħsad parzjali fejn tiġi applikata d-deroga prevista fl-Artikolu 5(3) ta' dan ir-Regolament. Il-kontrolli għandhom ikopru tal-anqas 25 % taż-żoni tal-produzzjoni kkonċernati.

Għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri msemmija fl-Artikolu 6, il-kontrolli għandhom ikopru 100 % taż-żoni tal-produzzjoni kkonċernati.

3.   L-operazzjonijiet tal-irtirar imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tat-tieni livell skont l-Artikolu 109 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Madankollu, il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru tal-inqas 40 % tal-entitajiet suġġetti għal kontrolli tal-ewwel livell, u tal-inqas 5 % tal-kwantità ta' prodotti rtirati mis-suq.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa ta' kontroll biex jiżguraw li l-operazzjonijiet ta' rtirar, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri għat-tadam ikopru biss il-varjetajiet maħsuba għall-konsum frisk.

Artikolu 8

Notifiki lill-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet maħsuba

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament:

(a)

kull nhar ta' Tnejn (qabel nofsinhar, ħin ta' Brussell) in-notifiki riċevuti skont l-Artikoli 78(1) u 85(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 mit-Tnejn sal-Erbgħa tal-ġimgħa preċedenti; kif ukoll

(b)

kull nhar ta' Ħamis (qabel nofsinhar, ħin ta' Brussell) in-notifiki riċevuti skont l-Artikoli 78(1) u 85(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 mill-Ħamis sal-Ħadd tal-ġimgħa preċedenti.

Dawn in-notifiki għandhom ikunu relatati mal-operazzjonijiet li jridu jitwettqu għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, f'termini ta' kwantitajiet, uċuħ u n-nefqa massima tal-Unjoni għal kull wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2).

Għal dawk in-notifiki, l-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness II.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fl-ewwel nhar ta' Tnejn jew nhar ta' Ħamis, liema minnhom jaħbat l-aħħar, wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness II, fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' rtirar, in-nuqqas ta' ħsad jew ħsad bikri magħmula mit-18 ta' Awwissu 2014 sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, inkluża. Biex jiġu evitati kalkoli doppji, din l-informazzjoni ma għandhiex tkun inkluża fl-ewwel notifika magħmula lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.

3.   Meta ssir l-ewwel notifika, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti ta' assistenza stabbiliti minnhom skont l-Artikolu 79(1) jew 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikoli 3 u 4 ta' dan ir-Regolament, billi jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 9

Monitoraġġ tar-rispett tal-ammonti massimi

Abbażi tan-notifiki rċevuti skont l-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha tissodisfa ruħha li l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni li tirriżulta minn dawn in-notifiki mhux se taqbeż wieħed jew aktar mill-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 2.

Fejn il-Kummissjoni tiddetermina, abbażi ta' dawk in-notifiki, li l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni li għandha tingħata bħala riżultat ta' dawk in-notifiki se taqbeż wieħed jew aktar mill-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 2, hija għandha tinforma b'mod immedjat lill-Istati Membri kollha li mhi se tirċievi l-ebda notifika ulterjuri dwar il-prodotti kollha jew notifiki ulterjuri rigward prodotti li għalihom inqabeż l-ammont allokat, skont il-każ.

Fejn notifika ma tkunx waslet għand il-Kummissjoni qabel ma din tinforma lill-Istati Membri dwar id-determinazzjoni tagħha skont it-tieni paragrafu, ma għandha tingħata l-ebda assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-operazzjonijiet ikkonċernati ta' rtirar, in-nuqqas ta' ħsad jew il-ħsad bikri.

Artikolu 10

Notifiki lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-produtturi

1.   Meta l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi jkunu ressqu notifiki lill-Istati Membri skont l-Artikoli 78(1) u 85(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, li minnhom l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-produtturi kkonċernati mhux aktar kmieni minn jumejn kalendarji wara n-notifika lill-Kummissjoni, li n-notifiki inkwistjoni ġew irċevuti mill-Kummissjoni u li dawn jistgħu jkunu eliġibbli għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont l-Artikolu 11 fir-rigward ta' dawk in-notifiki.

2.   Meta l-Kummissjoni tkun infurmat lill-Istati Membri li mhi se tirċievi l-ebda notifika ulterjuri dwar il-prodotti kollha jew aktar notifiki rigward prodotti li għalihom l-ammont allokat jinqabeż, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-produtturi f'dan is-sens. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-produtturi dwar il-fatt li n-notifiki dwar l-operazzjonijiet tagħhom mhux se jiġu rċevuti mill-Kummissjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 u li ma jkunux eliġibbli għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont l-Artikolu 11 fir-rigward ta' dawk in-notifiki.

Artikolu 11

Applikazzjoni għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni u l-ħlas tagħha

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 sad-data li trid tiġi determinata mill-Istat Membru. Dik id-data għandha tiġi ffissata mill-Istat Membru għandha tkun tal-inqas ġimgħa qabel l-aħħar data għan-notifika lill-Kummissjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1).

2.   B'deroga mill-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 72 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-ħlas tal-assistenza totali mill-Unjoni msemmija fl-Artikoli 3 u 5 ta' dan ir-Regolament skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 72 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 sad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Ma għandux japplika l-limitu massimu ta' 80 % tal-ammont tal-għajnuna approvat inizjalment għal programm operazzjonali stabbilit fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 72 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

3.   Produtturi li ma jkunux membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta u li ma ffirmawx kuntratt ma' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom, sad-data msemmija fil-paragrafu 1, japplikaw huma stess għand l-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-finijiet tal-Artikoli 4 u 6.

4.   L-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn li jiġġustifikaw l-ammont tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni ikkonċernat u għandu jkun fihom impenn bil-miktub li l-applikant ma rċeviex, u mhux se jirċievi fondi doppji mill-Unjoni jew nazzjonali jew kumpens taħt polza tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet li jikkwalifikaw għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont dan il-Kapitolu.

Artikolu 12

Notifika tal-ammont totali ta' assistenza finanzjarja mill-Unjoni applikata għal u l-koeffiċjent tal-allokazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kwantitajiet totali rtirati, it-total taż-żoni li fuqhom twettqu operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad jew il-ħsad bikri u l-ammonti totali tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-operazzjonijiet ta' rtirar, nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri korrispondenti, abbażi tan-notifiki magħmula lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8. Dik l-informazzjoni għandha tkun notifikata lill-Kummissjoni fi żmien sitt ġimgħat mid-data li fiha l-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri kollha li mhi se tirċievi l-ebda notifika ulterjuri dwar il-prodotti kollha jew aktar notifiki rigward il-prodotti li għalihom l-ammont allokat inqabeż, kif previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 9.

Għal dawk in-notifiki, l-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness II.

2.   Meta l-ammonti notifikati skont il-paragrafu 1 jaqbżu ammont wieħed jew aktar mill-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 2, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent wieħed ta' allokazzjoni jew tnejn għall-għoti ta' assistenza finanzjarja mill-Unjoni, li jillimitaw l-infiq totali tal-Unjoni għal dawk l-ammonti.

Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

L-Istati Membri għandhom japplikaw b'mod uniformi l-koeffiċjent(i) ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet kollha għall-ħlas imsemmija fl-Artikolu 9.

3.   Fejn in-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 ma jaqbżux l-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 2, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri li mhu se jiġi stabbilit l-ebda koeffiċjent ta' allokazzjoni.

Artikolu 13

Ħlas tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma għandhomx iwettqu ħlasijiet qabel ma jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 12(2) jew ikunu ġew infurmati mill-Kummissjoni li l-ebda koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' dan it-tip mhu se jiġi stabbilit. In-nefqa tal-Istati Membri fir-rigward ta' dawk il-ħlasijiet għandha tkun eliġibbli biss għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni jekk tkun ġiet imħallsa sat-30 ta' Ġunju 2015.

KAPITOLU II

EMENDI

Artikolu 14

Emenda fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2014

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 913/2014 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej.

“1.   Għall-operazzjonijiet ta' rtirar imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a) l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun disponibbli kif ġej:

(a)

għall-irtirar mis-suq għal distribuzzjoni b'xejn skont l-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun disponibbli għal massimu ta' 10 % tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' kull organizzazzjoni tal-produtturi;

(b)

b'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 79(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni b'xejn għandha tkun disponibbli għal massimu ta' 10 % tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' ħawħ u nuċiprisk ta' kull organizzazzjoni tal-produtturi. Madankollu, l-ammonti li jitneħħew b'wieħed mill-modi msemmija fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jew bi kwalunkwe mod ieħor approvat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 80(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, ma għandhomx jitqiesu f'dak il-proporzjon.

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 79(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandux japplika għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.”

(b)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   B'deroga mill-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-operazzjonijiiet ta' rtirar imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a) ta' dan ir-Regolament għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni b'xejn għandha tkun ta' 75 % tal-ammonti massimi tal-assistenza għal destinazzjonijiet oħra msemmija fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.”

2.

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata lill-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta skont dan l-Artikolu għal:

(a)

irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn kif imsemmi fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni b'xejn.

Għal irtirar mis-suq imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-ammonti massimi ta' assistenza finanzjarja għandhom ikunu l-ammonti stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

Għall-irtirar mis-suq imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-ammonti massimi ta' assistenza finanzjarja għandhom ikunu 50 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

2.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli għall-produtturi tal-ħawħ u n-nuċiprisk li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta u li sussegwentement jiġu rtirati mis-suq, dejjem jekk jitħares il-limitu massimu li jkun l-iktar baxx minn fost dawk stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.”

(b)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

“4a.   Għal raġunijiet ġustifikati kif suppost, bħal grad limitat ta' organizzazzjoni tal-produtturi fl-Istat Membru kkonċernat, u b'mod mhux diskriminatorju, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li produttur mhux membru ta' organizzazzjoni ta' produtturi jagħmel notifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, minflok ma jiffirma l-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 3. Għal dan it-tip ta' notifika, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 78 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Il-kwantitajiet li jaslu minn produtturi li ma jkunux membri għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

F'dawn il-każijiet, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tħallas l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni direttament lill-produttur. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli ġodda jew japplikaw ir-regoli jew il-proċeduri nazzjonali eżistenti għal dan l-għan.”

3.

Fl-Artikolu 4, għandu jiżdied it-tieni paragrafu li ġej:

“Madankollu, għall-operazzjonijiet ta' rtirar imsemmija fl-Artikolu 3(4a), il-kontrolli tal-ewwel livell għandhom ikopru 100 % tal-kwantità tal-prodotti rtirati.”

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kapitolu I għandu japplika mit-18 ta' Awwissu 2014.

Il-Kapitolu II għandu japplika mill-11 ta' Awwissu 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2014 tal-21 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għall-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk (ĠU L 248, 22.8.2014, p.1)


ANNESS I

Ammonti massimi ta' appoġġ għall-irtirar mis-suq ta' prodotti li mhumiex elenkati fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 kif imsemmi fl-Artikoli 3, 4 u 5 ta' dan ir-Regolament

Prodott

Appoġġ massimu (EUR/100 kg)

Distribuzzjoni b'xejn

Destinazzjonijiet oħrajn

Karrotti

12.81

8.54

Kaboċċi

5.81

3.88

Bżar ħelu

44.4

30

Brokkoli bir-ras

15.69

10.52

Ħjar u gherkins

24

16

Faqqiegħ

43.99

29.33

Għanbaqar

34

20.4

Frott artab

12.76

8.5

Għeneb frisk tal-ikel

39.16

26.11

Frott tal-kiwi

29.69

19.79


ANNESS II

Mudelli għan-notifika kif imsemmi fl-Artikolu 8

NOTIFIKA GĦALL-IRTIRAR — DISTRIBUZZJONI B'XEJN

Stat Membru:

Perjodu kopert:

Data:


Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali

(t)

Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR)

irtirar

trasport

għażla u ppakkjar

TOTAL

irtirar

trasport

għażla u ppakkjar

TOTAL

(a)

(b)

(c)

(d)

(e) = (b) + (c) + (d)

(f)

(g)

(h)

(i)

(j) = (g) + (h) + (i)

(k) = (a) + (f)

(l) = (e) + (j)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL (A)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali

(t)

Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR)

irtirar

trasport

għażla u ppakkjar

TOTAL

irtirar

trasport

għażla u ppakkjar

TOTAL

(a)

(b)

(c)

(d)

(e) = (b) + (c) + (d)

(f)

(g)

(h)

(i)

(j) = (g) + (h) + (i)

(k) = (a) + (f)

(l) = (e) + (j)

Tadam

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Karrotti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pastard u Brokkoli bir-ras

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott artab

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-ikel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL (B)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL (A+B)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

Kull ġimgħa għandha timtela paġna tal-Excel differenti (inkluż notifiki vojta għall-ġimgħat mingħajr ebda operazzjoni, fil-każ tal-Istati Membri li jkunu għamlu notifika preċedenti).

NOTIFIKA GĦALL-IRTIRAR — DESTINAZZJONIJIET OĦRA

Stat Membru:

Perjodu kopert:

Data:


Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali

(t)

Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

(a)

(b)

(c)

(d)

(e) = (a) + (c)

(f) = (b) + (d)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

TOTAL (A)

 

 

 

 

 

 

 

Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali

(t)

Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

(a)

(b)

(c)

(d)

(e) = (a) + (c)

(f) = (b) + (d)

Tadam

 

 

 

 

 

 

Karrotti

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

Pastard u Brokkoli bir-ras

 

 

 

 

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

Frott artab

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-ikel

 

 

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

 

 

TOTAL (B)

 

 

 

 

 

 

TOTAL (A+B)

 

 

 

 

 

 

*

Kull ġimgħa għandha timtela paġna tal-Excel differenti (inkluż notifiki vojta għall-ġimgħat mingħajr ebda operazzjoni, fil-każ tal-Istati Membri li jkunu għamlu notifika preċedenti).

NOTIFIKA TA' NUQQAS TA' ĦSAD U ĦSAD EKOLOĠIKU

Stat Membru:

Perjodu kopert:

Data:


Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Żona totali

(ha)

Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

Żona

(ha)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

Żona

(ha)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

(a)

(b)

(c)

(d)

(e) = (a) + (c)

(f) = (b) + (d)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

TOTAL (A)

 

 

 

 

 

 

 

Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Żona totali

(ha)

Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

Żona

(ha)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

Żona

(ha)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

(a)

(b)

(c)

(d)

(e) = (a) + (c)

(f) = (b) + (d)

Tadam

 

 

 

 

 

 

Karrotti

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

Pastard u Brokkoli bir-ras

 

 

 

 

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

Frott artab

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-ikel

 

 

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

 

 

TOTAL (B)

 

 

 

 

 

 

TOTAL (A+B)

 

 

 

 

 

 

*

Kull ġimgħa għandha timtela paġna tal-Excel (inkluż notifiki vojta għall-ġimgħat mingħajr ebda operazzjoni, fil-każ tal-Istati Membri li jkunu għamlu notifika preċedenti).


ANNESS III

TABELLI LI JRIDU JINTBAGĦTU MAL-EWWEL NOTIFIKA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 8(3)

IRTIRAR — DESTINAZZJONIJIET OĦRA

Ammonti massimi ta' appoġġ fiss mill-Istat Membru skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikoli 3 u 4 ta' dan ir-Regolament

Stat Membru:

Data:


Prodott

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/100 kg)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR/100 kg)

Tuffieħ

 

 

Lanġas

 

 

Tadam

 

 

Karrotti

 

 

Kaboċċi

 

 

Bżar ħelu

 

 

Pastard u Brokkoli bir-ras

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

Faqqiegħ

 

 

Għanbaqar

 

 

Frott artab

 

 

Għeneb frisk tal-ikel

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

NUQQAS TA' ĦSAD U ĦSAD EKOLOĠIKU

Ammonti massimi ta' appoġġ fiss mill-Istat Membru skont l-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament

Stat Membru:

Data:


Prodott

Fil-miftuħ

Serra

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/ha)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR/ha)

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/ha)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR/ha)

Tuffieħ

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

Karrotti

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

Pastard u Brokkoli bir-ras

 

 

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

Frott artab

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-ikel

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 


Top