EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0851

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 851/2014 tat- 23 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata tal-kambju għall-euro għal-Litwanja

OJ L 233, 6.8.2014, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/851/oj

6.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/21


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 851/2014

tat-23 ta' Lulju 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata tal-kambju għall-euro għal-Litwanja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 140(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2866/98 tal-31 ta' Diċembru 1998 dwar ir-rati tal-kambju bejn l-euro u l-muniti tal-Istati Membri li jadottaw l-euro (1) jiddetermina dawk ir-rati tal-kambju mill-1 ta' Jannar 1999.

(2)

Skont l-Artikolu 4 tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003, il-Litwanja hija Stat Membru b'deroga kif definit fl-Artikolu 139(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/509/UE tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-adozzjoni mil-Litwanja tal-euro fl-1 ta' Jannar 2015 (2), il-Litwanja tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga tal-Litwanja hija abrogata mill-1 ta' Jannar 2015.

(4)

L-introduzzjoni tal-euro fil-Litwanja teħtieġ l-adozzjoni tar-rata ta' konverżjoni bejn l-euro u l-litas Litwan. Din ir-rata ta' konverżjoni għandha tkun iffissata għal 3,45280 litas għal kull 1 euro, li tikkorrispondi għar-rata ċentrali preżenti tal-litas fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II).

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 2866/98 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2866/98, għandu jiddaħħal dan li ġej bejn ir-rati ta' konverżjoni applikabbli għal-lats Latvjan u l-frank tal-Lussemburgu:

“= 3,45280 litas Litwani”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 359, 31.12.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 228, 31.7.2014, p. 29.


Top