EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0849

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 849/2014 tal- 4 ta' Awwissu 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Pediococcus acidilactici NCIMB 30005, Lactobacillus paracasei NCIMB 30151 u Lactobacillus plantarum DSMZ 16627 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 232, 5.8.2014, p. 16–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/849/oj

5.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 849/2014

tal-4 ta' Awwissu 2014

dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Pediococcus acidilactici NCIMB 30005, Lactobacillus paracasei NCIMB 30151 u Lactobacillus plantarum DSMZ 16627 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 10(1) sa (4) tiegħu, jistipula d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-prodotti użati fl-Unjoni bħala addittivi li jitħalltu mal-furrajna.

(2)

Skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-preparazzjonijiet tal-Pediococcus acidilactici NCIMB 30005, Lactobacillus paracasei NCIMB 30151 u Lactobacillus plantarum DSMZ 16627 kienu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodotti eżistenti li jiffurmaw parti mill-grupp funzjonali tal-addittivi li jitħalltu mal-furrajna, għall-ispeċi kollha tal-annimali.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu applikazzjonijiet biex dawk il-preparazzjonijiet jiġu awtorizzati bħala addittivi tal-għalf għal kull speċi tal-annimali, u ntalab li dawn l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-'addittivi teknoloġiċi' u fil-grupp funzjonali tal-'addittivi li jitħalltu mal-furrajna'. Dawk l-applikazzjonijiet tressqu flimkien mad-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tas-6 ta' Marzu 2014 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjonijiet ikkonċernati ma għandhom ebda effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent.L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjonijiet tal-Pediococcus acidilactici NCIMB 30005, Lactobacillus paracasei NCIMB 30151 u Lactobacillus plantarum DSMZ 16627 għandhom il-potenzjal li jtejbu l-produzzjoni tal-furrajna billi tiżdied il-konċentrazzjoni tal-aċidu lattiku u jnaqqsu t-telf ta' materja niexfa. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Pediococcus acidilactici NCIMB 30005, Lactobacillus paracasei NCIMB 30151 u Lactobacillus plantarum DSMZ 16627 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawk il-preparazzjonijiet għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Billi r-raġunijiet dwar is-sikurezza ma jeħtiġux applikazzjoni immedjata tal-emendi tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, jixraq li jkun permess perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi tal-'addittivi teknoloġiċi' u mill-grupp funzjonali tal-'addittivi li jitħalltu mal-furrajna', huma awtorizzati biex jintużaw bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri ta' tranżizzjoni

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness u l-għalf li jkun fih dawn il-preparazzjonijiet, li jkunu prodotti u ttikkettati qabel il-25 ta' Frar 2015 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel il-25 ta' Awwissu 2014 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jiġu eżawriti l-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  The EFSA Journal 2014; 12(3):3613; The EFSA Journal 2014; 12(3):3611; The EFSA Journal 2014; 12(3):3612.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' materja friska

Kategorija ta' addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi li jitħalltu mal-furrajna

1k21013

Pediococcus acidilactici

NCIMB 30005

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni tal-Pediococcus acidilactici NCIMB 30005 li fiha minimu ta' 1 × 107 CFU/g ta' addittiv.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli tal-Pediococcus acidilactici NCIMB 30005.

Metodu analitiku  (1)

L-enumerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar MRS (EN 15786).

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet tal-użu tal-addittiv u tat-taħlita minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Il-kontenut minimu rakkomandat tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma' mikroorganiżmi oħra bħala addittivi li jitħalltu mal-furrajna: 5 × 107 CFU/Kg ta' materja friska.

3.

Għas-sikurezza: huwa rrakkomandat li waqt il-maniġġ jintużaw il-protezzjoni għall-imnifsejn u għall-għajnejn u l-ingwanti.

Il-25 ta' Awwissu 2024

1k20748

Lactobacillus paracasei

NCIMB 30151

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta' Lactobacillus paracasei NCIMB 30151 li fiha minimu ta' 1 × 107 CFU/g ta' addittiv.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus paracasei NCIMB 30151.

Metodu analitiku  (1)

L-enumerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar MRS (EN 15787).

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

 

 

 

1.

Fl-istruzzjonijiet tal-użu tal-addittiv u tat-taħlita minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Il-kontenut minimu rakkomandat tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma' mikroorganiżmi oħra bħala addittivi li jitħalltu mal-furrajna: 5 × 107 CFU/Kg ta' materja friska.

3.

Għas-sikurezza: huwa rrakkomandat li waqt il-maniġġ jintużaw il-protezzjoni għall-imnifsejn u għall-għajnejn u l-ingwanti.

 

1k20749

Lactobacillus plantarum

DSMZ 16627

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum DSMZ 16627 li fiha minimu ta' 1 × 107 CFU/g ta' addittiv.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus plantarum DSMZ 16627.

Metodu analitiku  (1)

L-enumerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar MRS (EN 15787).

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet tal-użu tal-addittiv u tat-taħlita minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Il-kontenut minimu rakkomandat tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma' mikroorganiżmi oħra bħala addittivi li jitħalltu mal-furrajna: 5 × 107 CFU/Kg ta' materja friska.

3.

Għas-sikurezza: huwa rrakkomandat li waqt il-maniġġ jintużaw il-protezzjoni għall-imnifsejn u għall-għajnejn u l-ingwanti.

Il-25 ta' Awwissu 2024


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: www.irmm.jrc.be/eurl-feed-additives.


Top