EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0821

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 821/2014 tat- 28 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment u l-immaniġġar ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm, ir-rappurtar dwar strumenti finanzjarji, il-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni għal operazzjonijiet u s-sistema biex tiġi rreġistrata u tinħażen id-dejta

OJ L 223, 29.7.2014, p. 7–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 15/02/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/821/oj

29.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 821/2014

tat-28 ta' Lulju 2014

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment u l-immaniġġar ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm, ir-rappurtar dwar strumenti finanzjarji, il-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni għal operazzjonijiet u s-sistema biex tiġi rreġistrata u tinħażen id-dejta

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 38(10), 46(3), 115(4) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 125(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 (2) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għat-tħejjija tal-programmi. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' programmi ffinanzjati mill-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (il-“Fondi ESI”), jeħtieġ li jiġu stabbiliti aktar dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Sabiex jiġu ffaċilitati perspettiva komprensiva u aċċess għal dawk id-dispożizzjonijiet, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti f'att ta' implimentazzjoni wieħed.

(2)

Biex tiżdied il-flessibilità għall-mobilizzazzjoni tal-appoġġ għal strumenti finanzjarji minn sorsi differenti mmaniġġjati mill-awtorità maniġerjali f'wieħed mill-modi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jeħtieġ li jiġi ċċarat kif il-kontribuzzjonijiet tal-programm jiġu trasferiti u mmaniġġjati. B'mod partikolari jeħtieġ li jiġu ċċarati ċ-ċirkustanzi li taħthom strument finanzjarju jkun jista' jirċievi kontribuzzjonijiet minn aktar minn programm wieħed jew minn aktar minn assi prijoritarju wieħed jew miżura tal-istess programm, u l-kundizzjonijiet li taħthom il-kontribuzzjonijiet pubbliċi jew privati nazzjonali għall-istrumenti finanzjarji li jsiru fil-livell tar-riċevituri finali jistgħu jitqiesu bħala riżorsi ta' kofinanzjament nazzjonali.

(3)

Jeħtieġ li jiġi stabbilit mudell għar-rappurtar dwar l-istrumenti finanzjarji lill-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet maniġerjali jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 b'mod konsistenti u komparabbli. Il-mudell għar-rappurtar dwar strumenti finanzjarji huwa meħtieġ ukoll sabiex jippermetti li l-Kummissjoni tipprovdi sommarji tad-dejta dwar il-progress li jkun sar fl-iffinanzjar u fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji.

(4)

Sabiex tiġi żgurata identità viżwali armonizzata għal miżuri ta' informazzjoni u komunikazzjoni għal operazzjonijiet fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti l-istruzzjonijiet għall-ħolqien ta' emblema tal-Unjoni u definizzjoni tal-kuluri standard, kif ukoll karatteristiċi tekniċi għall-wiri tal-emblema tal-Unjoni u r-referenza għall-Fond jew Fondi li jappoġġjaw l-operazzjoni.

(5)

Sabiex tiġi żgurata identità viżwali armonizzata għal miżuri ta' informazzjoni u komunikazzjoni għal operazzjonijiet ta' infrastruttura u ta' kostruzzjoni fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-karatteristiċi tekniċi ta' kartelluni u plakka permanenti għall-operazzjonijiet ta' infrastruttura u ta' kostruzzjoni fejn l-appoġġ pubbliku totali jaqbeż il-EUR 500 000 għal kull operazzjoni.

(6)

Għall-finijiet tal-Artikolu 125(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jeħtieġ li jiġu stipulati speċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema sabiex tirreġistra u taħżen f'forma kompjuterizzata dejta dwar kull operazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, l-immaniġġjar finanzjarju, il-verifika u l-awditjar.

(7)

Għall-finijiet ta' implimentazzjoni effettiva tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 122(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema li tirreġistra u taħżen id-dejta jiggarantixxu l-interoperabilità sħiħa mas-sistema msemmija fl-Artikolu 122(3) ta' dak ir-Regolament, fil-livell arkitettoniku, tekniku u semantiku.

(8)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati tas-sistema li tirreġistra u taħżen id-dejta għandhom ikunu dokumentati biżżejjed sabiex jiżguraw rendikont tal-entrati tal-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi.

(9)

Is-sistema li tirreġistra u taħżen id-dejta għandha tinkludi wkoll għodod ta' tiftix u funzjonijiet ta' rappurtar xierqa sabiex tkun tista' tirkupra u taggrega faċilment informazzjoni maħżuna fiha għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, l-immaniġġjar finanzjarja, il-verifika u għanijiet ta' awditjar.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Koordinament għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

L-ARRANĠAMENTI DETTALJATI GĦAT-TRASFERIMENT U L-IMMANIĠĠJAR TA' KONTRIBUZZJONIJIET TAL-PROGRAMM U RAPPURTAR DWAR STRUMENTI FINANZJARJI

Artikolu 1

Trasferiment u mmaniġġjar ta' kontribuzzjonijiet tal-programm

(L-Artikolu 38(10) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Meta l-kontribuzzjonijiet minn aktar minn programm wieħed jew minn aktar minn assi prijoritarju wieħed jew miżura tal-istess programm isiru għal strument finanzjarju, il-korp li jimplimenta dak l-istrument finanzjarju jżomm kont separat jew iżomm kodiċi ta' kontabbiltà adegwat għall-kontribuzzjoni minn kull programm, minn kull assi prijoritarju jew miżura għall-finijiet ta' rappurtar u ta' awditjar.

2.   Meta jsiru kontribuzzjonijiet nazzjonali pubbliċi u privati għall-istrumenti finanzjarji fil-livell tar-riċevituri finali, kont ir-regoli speċifiċi għall-Fond, il-korpi li jimplimentaw dawk l-istrumenti finanzjarji jimmaniġġjaw kontribuzzjonijiet pubbliċi jew privati nazzjonali li jikkostitwixxu kofinanzjament nazzjonali u jsiru fil-livell ta' riċevituri finali skont il-paragrafi 3 sa 6.

3.   Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jżommu evidenza dokumentata ta':

(a)

ftehimiet ġuridiċi konklużi mal-entitajiet privati jew pubbliċi li jikkonċernaw kontribuzzjonijiet pubbliċi jew privati nazzjonali li jikkostitwixxu kofinanzjament nazzjonali li għandu jiġi pprovdut minn dawn l-entitajiet fil-livell ta' riċevituri finali;

(b)

trasferiment effettiv ta' riżorsi li jikkostitwixxu kofinanzjament nazzjonali minn entitajiet privati jew pubbliċi lir-riċevituri finali;

(c)

kontribuzzjonijiet pubbliċi jew privati nazzjonali li jikkostitwixxu kofinanzjament nazzjonali u li jsiru minn entitajiet privati jew pubbliċi, irrapportat lill-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju.

4.   Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jżommu r-responsabbiltà globali għall-investiment fir-riċevituri finali inkluż il-monitoraġġ sussegwenti tal-kontribuzzjonijiet minn programmi skont ftehimiet ta' finanzjament.

5.   Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jiżguraw li n-nefqa koperta mill-kontribuzzjonijiet pubbliċi jew privati nazzjonali li jikkostitwixxu kofinanzjament nazzjonali jkunu eliġibbli qabel ma jiddikjarawhom lill-awtorità maniġerjali.

6.   Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jżommu r-rendikont tal-entrati għall-kontribuzzjonijiet pubbliċi jew privati nazzjonali li jikkostitwixxu kofinanzjament nazzjonali sal-livell tar-riċevitur finali.

Artikolu 2

Mudell għar-rappurtar dwar strumenti finanzjarji

(L-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Għar-rapport speċifiku msemmi fl-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awtoritajiet maniġerjali jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

IL-KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TA' MIŻURI TA' INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI GĦALL-OPERAZZJONIJIET U STRUZZJONIJIET GĦALL-ĦOLQIEN TAL-EMBLEMA TAL-UNJONI U DEFINIZZJONI TAL-KULURI STANDARD

(L-Artikolu 115(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Artikolu 3

Struzzjonijiet għall-ħolqien tal-emblema u definizzjoni tal-kuluri standard

L-emblema tal-Unjoni tinħoloq skont l-istandards grafiċi stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 4

Karatteristiċi tekniċi għall-wiri tal-emblema tal-Unjoni u r-referenza għall-Fond jew Fondi li jappoġġjaw l-operazzjoni

1.   L-emblema tal-Unjoni msemmija fil-punt 1(a) tat-Taqsima 2.2 tal-Anness XII għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tintwera bil-kulur fuq il-websajts. Fil-midja l-oħra kollha, il-kulur jintuża kull meta jkun possibbli u verżjoni monokromatika tista' tintuża biss f'każijiet ġustifikati.

2.   L-emblema tal-Unjoni dejjem tkun tidher ċar u titpoġġa f'pożizzjoni prominenti. Il-pożizzjoni u d-daqs tagħha jkunu xierqa għall-iskala tal-materjal jew tad-dokument li jkun qed jiġi użat. Għal oġġetti promozzjonali żgħar ma japplikax l-obbligu li ssir referenza għall-Fond.

3.   Meta l-emblema tal-Unjoni, ir-referenza għall-Unjoni u l-Fond rilevanti jintwerew fuq websajt:

(a)

l-emblema tal-Unjoni u r-referenza għall-Unjoni jkunu jidhru, meta tasal fuq il-websajt, fil-parti viżwali tal-apparat diġitali, mingħajr ma l-utent ikollu jiskrollja 'l isfel fil-paġna;

(b)

ir-referenza għall-Fond rilevanti tkun tidher fuq l-istess websajt.

4.   L-isem tal-“Unjoni Ewropea” dejjem jiġi miktub b'mod sħiħ. L-isem ta' strument finanzjarju jinkludi referenza għall-fatt li huwa appoġġjat mill-Fondi ESI. It-tipografija li tintuża flimkien mal-emblema tal-Unjoni tista' tkun kwalunkwe waħda minn dawn il-fonts: Arial, Auto, Calibri, Garamond, Trebuchet, Tahoma, Verdana, Ubuntu. Varjazzjonijiet bis-sottolinja jew bit-tipa korsiva, jew effetti tal-fonts ma jintużawx. Il-pożizzjoni tat-test fir-rigward tal-emblema tal-Unjoni ma tfixkel l-emblema tal-Unjoni bl-ebda mod. Id-daqs tat-tipa użata jkun proporzjonat għad-daqs tal-emblema. Il-kulur tat-tipa jkun blu reflex, iswed jew abjad skont l-isfond.

5.   Jekk jintwerew logos oħrajn apparti l-emblema tal-Unjoni, l-emblema tal-Unjoni jkollha mill-inqas l-istess daqs, imkejjel f'għoli u wisgħa, daqs l-akbar wieħed mill-logos l-oħrajn.

Artikolu 5

Karatteristiċi tekniċi tal-plakek permanenti u l-kartelluni temporanji jew permanenti

1.   L-isem tal-operazzjoni, l-objettiv ewlieni tal-operazzjoni, l-emblema tal-Unjoni flimkien mar-referenza għall-Unjoni u r-referenza għall-Fond jew il-Fondi li għandhom jintwerew fuq il-kartellun temporanju msemmi fil-punt 4 tat-Taqsima 2.2 tal-Anness XII tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jieħdu mill-inqas 25 % ta' dak il-kartellun.

2.   L-isem tal-operazzjoni u l-objettiv ewlieni tal-attività appoġġjata mill-operazzjoni, l-emblema tal-Unjoni flimkien mar-referenza għall-Unjoni u r-referenza għall-Fond jew il-Fondi li għandhom jintwerew fuq il-plakka permanenti jew il-kartellun permanenti msemmi fil-punt 5 tat-Taqsima 2.2 tal-Anness XII tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jieħdu mill-inqas 25 % ta' dik il-plakka jew kartellun.

KAPITOLU III

IS-SISTEMA LI TIRREĠISTRA U TAĦŻEN ID-DEJTA

(L-Artikolu 125(8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet ġenerali

Is-sistema li tirreġistra u taħżen id-dejta dwar l-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 125(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Artikoli 7 sa 11.

Artikolu 7

Protezzjoni u preżervazzjoni tad-dejta u tad-dokumenti u l-integrità tagħhom

1.   L-aċċess għas-sistema jkun ibbażat fuq id-drittijiet predefiniti għat-tipi differenti ta' utenti u jitrażżan fejn ma jkunx għadu meħtieġ.

2.   Is-sistema żżomm rekord ta' kull reġistrazzjoni, modifika u tħassir ta' dokumenti u dejta.

3.   Is-sistema ma tippermettix modifikar tal-kontenut ta' dokumenti li jkollhom firma elettronika. Timbru tal-ħin li jiċċertifika d-depożitu tad-dokument mehmuż b'firma elettronika jiġi ġġenerat u assoċjat mad-dokument u ma jkunx jista' jinbidel. It-tħassir ta' dawn id-dokumenti jiġi rreġistrat skont il-paragrafu 2.

4.   Id-dejta għandha tkun soġġetta għal backups regolari. Il-backup b'replika tal-kontenut kollu tar-repożitorju tal-fajl elettroniku jkun lest għall-użu f'każ ta' emerġenza.

5.   Il-faċilità ta' ħżin elettroniku tkun protetta kontra kull periklu ta' telf jew modifikazzjoni tal-integrità tagħha. Din il-protezzjoni tinkludi protezzjoni fiżika kontra t-temperatura u l-livelli ta' umdità mhux xierqa, u sistemi ta' detezzjoni tan-nar u s-serq, sistemi ta' protezzjoni xierqa kontra attakki tal-vajrusijiet, hackers u kull aċċess ieħor mhux awtorizzat.

6.   Is-sistema tipprovdi għall-migrazzjoni tad-dejta, il-format u l-ambjent tal-kompjuter f'intervalli suffiċjenti sabiex tiġi garantita l-leġibbiltà u l-aċċessibbiltà tad-dokumenti u d-dejta sa tmiem il-perjodu rilevanti msemmi fl-Artikolu 140(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Artikolu 8

Interoperabbiltà

1.   Is-sistema tkun interoperabbli mas-sistemi għall-iskambju tad-dejta elettronika mal-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 122(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Fejn xieraq, is-sistema tiffaċilita l-verifika tal-veraċità u l-kompletezza tad-dejta pprovduta mill-benefiċjarji qabel ma tinħażen b'mod sikur.

2.   Is-sistema tkun interoperabbli ma' sistemi kompjuterizzati rilevanti oħrajn skont il-Qafas Nazzjonali għall-Interoperabbiltà u tal-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (QEI) stabbilit skont id-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

3.   Is-sistema tkun interoperabbli fil-livell tekniku u semantiku. L-ispeċifikazzjonijiet jappoġġjaw formati standard għall-iskambju tad-dejta u jiżguraw li dawn il-formati jistgħu jiġu rikonoxxuti u skambjati bejn sistemi eteroġenji.

Artikolu 9

Funzjonijiet ta' tiftix u rappurtar

Is-sistema tinkludi:

(a)

għodod ta' tiftix xierqa li jippermettu l-irkupru faċli tad-dokumenti, id-dejta u l-metadejta tagħhom;

(b)

funzjoni ta' rappurtar li tippermetti l-ġenerazzjoni ta' rapporti fuq il-bażi ta' kriterji predefiniti, b'mod partikolari għad-dejta stipulata fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (4);

(c)

possibbiltà ta' rapporti ta' ssejvjar, esportazzjoni jew stampar imsemmija fil-punt (b), jew link għal ta' applikazzjoni esterna li tipprovdi din il-possibbiltà.

Artikolu 10

Dokumentazzjoni tas-sistema

L-awtorità maniġerjali tipprovdi dokumentazzjoni teknika dettaljata u funzjonali aġġornata dwar l-operazzjoni u l-karatteristiċi tas-sistema, aċċessibbli fuq talba minn entitajiet rilevanti responsabbli għall-immaniġġjar tal-programm, mill-Kummissjoni u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Id-dokumentazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tagħti evidenza tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 11

Sigurtà tal-iskambju ta' informazzjoni

Is-sistema użata tkun protetta b'miżuri ta' sigurtà xierqa rigward il-klassifikazzjoni ta' dokumenti, il-protezzjoni tas-sistemi ta' informazzjoni u l-protezzjoni tad-dejta personali. Dawn il-miżuri jkunu konformi mal-istandards internazzjonali u r-rekwiżiti ġuridiċi nazzjonali.

Il-miżuri ta' sigurtà msemmija fl-ewwel paragrafu jipproteġu n-netwerks u l-faċilitajiet ta' trażmissjoni meta s-sistema tinteraġixxi ma' moduli u sistemi oħrajn.

Artikolu 12

Dћul fis-seћћ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegћu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta' metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta' kategoriji ta' intervent għall-Fondi ta' Investiment Strutturali Ewropej (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 65).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) (ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20).

(4)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat- 3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).


ANNESS I

Mudell għar-rappurtar dwar strumenti finanzjarji

Nru

Informazzjoni meħtieġa għal kull strument finanzjarju

I.   Identifikazzjoni tal-programm u l-prijorità jew il-miżura li minnhom jiġi pprovdut l-appoġġ mill-fondi ESI (l-Artikolu 46(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1

Assi prijoritarji jew miżuri li jappoġġjaw l-istrument finanzjarju, inkluż fond ta' fondi, skont il-programm ta' Fond ESI

1.1

Referenza (numru u titolu) ta' kull ass prijoritarju jew miżura li jappoġġjaw l-istrument finanzjarju skont il-programm ta' Fondi ESI

2

Isem il-Fond(i) ESI li jappoġġja(w) l-istrument finanzjarju skont l-ass prijoritarju jew il-miżura

3

Objettiv(i) tematiku/tematiċi msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 appoġġjat(i) mill-istrument finanzjarju

4

Programmi oħrajn tal-Fond ESI li jipprovdu kontribuzzjonijiet għall-istrument finanzjarju

4.1

Numru CCI ta' kull Fond ESI ieħor li jipprovdi kontribuzzjonijiet għall-istrument finanzjarju

II.   Deskrizzjoni tal-istrument finanzjarju u l-arranġamenti ta' implimentazzjoni (l-Artikolu 46(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

5

Isem l-istrument finanzjarju

6

Indirizz uffiċjali/post tan-negozju tal-istrument finanzjarju (isem tal-pajjiż u l-belt)

7

Arranġamenti ta' implimentazzjoni

7.1

Strument finanzjarju stabbilit fil-livell tal-Unjoni, immaniġġjat direttament jew indirettament mill-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 38(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, appoġġjat minn kontribuzzjonijiet tal-programm tal-Fond ESI

7.1.1

Isem l-istrument finanzjarju fil-livell tal-Unjoni

7.2

Strument finanzjarju stabbilit fil-livell nazzjonali, reġjonali, tranżnazzjonali jew transfruntier, immaniġġjat mill-awtorità maniġerjali, jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, imsemmi fl-Artikolu 38(1)(b), appoġġjat mill-kontribuzzjonijiet tal-programm tal-Fond ESI taħt il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

8

Tip tal-istrument finanzjarju

8.1

Strumenti mfassla apposta jew finanzjarji li jikkonformaw mat-termini u kundizzjonijiet standard

8.2

Strument finanzjarju organizzat permezz ta' fond ta' fondi jew mingħajr fond ta' fondi

8.2.1

Isem il-fond ta' fondi mwaqqaf biex jimplimenta strumenti finanzjarji

9

Tip ta' prodotti pprovduti mill-istrument finanzjarju: krediti, mikrokrediti, garanziji, investimenti ta' ekwità jew kważi ekwità, prodotti finanzjarji oħrajn jew appoġġ ieħor magħqud mal-istrument finanzjarju skont l-Artikolu 37(7) ta-Regolament (UE) Nru 1303/2013

9.1

Deskrizzjoni ta' prodotti finanzjarji oħrajn

9.2

Appoġġ ieħor magħqud mal-istrument finanzjarju: għotja, sussidju tar-rata tal-imgħax, sussidju ta' tariffa għal garanzija skont l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

10

Status ġuridiku tal-istrument finanzjarju, skont l-Artikolu 38(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (għal strumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 38(1)(b) biss): kont fiduċjarju miftuħ f'isem l-organu eżekuttiv u f'isem l-awtorità maniġerjali jew blokk separat ta' finanzi fl-istituzzjoni finanzjarja

III.   Identifikazzjoni tal-entità li teżegwixxi l-istrument finanzjarju kif imsemmi fl-Artikoli 38 (1)(a), 38(4)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u l-intermedjarji finanzjarji msemmija fl-Artikolu 38(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (l-Artikolu 46(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

11

Entità li teżegwixxi l-istrument finanzjarju

11.1

Tip ta' organu eżekuttiv skont l-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013: entità ġuridika eżistenti jew ġdida ddedikata għall-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji; il-Bank Ewropew tal-Investiment; il-Fond Ewropew tal-Investiment; istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li Stat Membru jkun azzjonist fiha; istituzzjoni finanzjarja stabbilita fi Stat Membru bl-għan li jitħares l-interess pubbliku taħt il-kontroll ta' awtorità pubblika; korp regolat mil-liġi pubblika jew privata; awtorità maniġerjali li twettaq kompiti ta' implimentazzjoni direttament (għal self jew garanziji biss)

11.1.1

Isem l-entita li teżegwixxi l-istrument finanzjarju

11.1.2

Indirizz uffiċjali/post tan-negozju (isem il-pajjiż u l-belt) tal-entità li teżegwixxi l-istrument finanzjarju

12

Proċedura li tintgħażel l-entità li teżegwixxi l-istrument finanzjarju: għoti ta' kuntratt pubbliku proċedura oħra

12.1

Deskrizzjoni ta' proċedura oħra biex tintgħażel l-entità li teżegwixxi l-istrument finanzjarju

13

Data tal-firma tal-ftehim ta' finanzjament mal-entità li teżegwixxi l-istrument finanzjarju

IV.   L-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm, bi prijorità jew miżura, imħallas lill-istrument finanzjarju u l-ispejjeż tal-immaniġġjar imġarrba jew il-ħlasijiet tal-immaniġġjar imħallsa (l-Artikolu 46(2)(d) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

14

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm impenjati fil-ftehim ta' finanzjament (f'EUR)

14.1

li minnhom kontribuzzjonijiet għall-Fondi ESI (f'EUR)

15

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm imħallsa fl-istrument finanzjarju (f'EUR)

15.1

li minnhom ammonti ta' kontribuzzjonijiet għall-Fondi ESI (f'EUR)

15.1.1

li minnhom il-FEŻR (f'EUR)

15.1.2

li minnhom il-Fond ta' Koeżjoni (f'EUR)

15.1.3

li minnhom il-FSE (f'EUR)

15.1.4

li minnhom il-FAEŻR (f'EUR)

15.1.5

li minnhom il-FEMS (f'EUR)

15.2

li minnhom l-ammont totali ta' kofinanzjament nazzjonali (f'EUR)

15.2.1

li minnhom l-ammont totali ta' finanzjament pubbliku nazzjonali (f'EUR)

15.2.2

li minnhom l-ammont totali ta' finanzjament privat nazzjonali (f'EUR)

16

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm imħallsa fl-istrument finanzjarju skont l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) (1) (f'EUR)

17

L-ammont totali ta' spejjeż u tariffi ta' mmaniġġjar imħallsa minn kontribuzzjonijiet tal-Programm (f'EUR)

17.1

li minnhom ir-remunerazzjoni bażi (f'EUR)

17.2

li minnhom ir-remunerazzjoni abbażi tal-prestazzjoni (f'EUR)

18

Kostijiet tal-immaniġġjar kapitalizzati jew ħlasijiet skont l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (relevanti biss għal rapport finali) (f'EUR)

19

Sussidju tar-rata tal-imgħax jew sussidji ta' tariffa għal garanzija kapitalizzati skont l-Artikolu 42(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (relevanti għar-rapport finali biss) (f'EUR)

20

Ammont ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm għal investimenti ta' segwitu f'riċevituri finali skont l-Artikolu 42(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (relevanti għar-rapport finali biss) (f'EUR)

21

Kontribuzzjonijiet ta' art u/jew proprjetà immobbli fl-istrument finanzjarju skont l-Artikolu 37(10) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (relevanti għar-rapport finali biss) (f'EUR)

V.   Ammont totali ta' appoġġ imħallas lir-riċevituri finali, jew għall-benefiċċju ta' riċevituri finali, jew impenjat f'kuntratti ta' garanzija mill-istrument finanzjarju għall-investimenti f'riċevituri finali, mill-Programm ta' Fondi ESI u l-prijorità jew il-miżura (l-Artikolu 46(2)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

22

Isem kull prodott finanzjarju offrut mill-istrument finanzjarju

23

Data tal-firma tal-ftehim ta' finanzjament għall-istrument finanzjarju

24

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm impenjati f'self, garanzija, kuntratti ta' ekwità, kważi ekwità jew kuntratti oħrajn ta' prodotti finanzjarji mar-riċevituri finali (f'EUR)

24.1

li minnhom l-ammont totali ta' Fondi ESI għall-kontribuzzjonijiet tal-Fondi ESI (f'EUR)

25

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm imħallas lir-riċevituri finali permezz ta' self, mikrokrediti, ekwità jew prodotti oħrajn, jew, fil-każ ta' garanziji, impenjati għal self imħallas lir-riċevituri finali, skont il-prodott (f'EUR)

25.1

li minnhom l-ammont totali ta' Fondi ESI għall-kontribuzzjonijiet tal-Fondi ESI (f'EUR)

25.1.1

li minnhom il-FEŻR (f'EUR)

25.1.2

li minnhom il-Fond ta' Koeżjoni (f'EUR)

25.1.3

li minnhom il-FSE (f'EUR)

25.1.4

li minnhom il-FAEŻR (f'EUR)

25.1.5

li minnhom il-FEMS (f'EUR)

25.2

li minnhom l-ammont totali ta' kofinanzjament pubbliku nazzjonali (f'EUR)

25.3

li minnhom l-ammont totali ta' kofinanzjament privat nazzjonali (f'EUR)

26

Il-valur totali ta' self li fil-fatt tħallas lir-riċevituri finali fir-rigward tal-kuntratti ta' garanzija ffirmati (f'EUR)

27

Numru ta' self/garanzija/kuntratti ta' ekwità jew ta' kważi ekwità/prodotti finanzjarji oħrajn iffirmati ma' riċevituri finali, skont il-prodott

28

Numru ta' self/garanziji/investimenti ta' ekwità jew ta' kważi ekwità/prodotti finanzjarji oħrajn magħmula fir-riċevituri finali, skont il-prodott

29

Numru ta' riċevituri finali appoġġjati mill-prodott finanzjarju

29.1

li minnhom impriżi kbar

29.2

li minnhom SMEs

29.2.1

li minnhom mikrointrapriżi

29.3

li minnhom individwi

29.4

li minnhom tip ieħor ta' riċevituri finali appoġġjati

29.4.1

deskrizzjoni ta' tip ieħor ta' riċevituri finali appoġġjati

VI.   Prestazzjoni tal-istrument finanzjarju inkluż il-progress fit-twaqqif tiegħu u fl-għażla tal-entitajiet li jeżegwixxu l-istrument finanzjarju (inkluża l-entità li teżegwixxi fond ta' fondi (l-Artikolu 46(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

30

Data ta' tlestija tal-valutazzjoni ex-ante

31

Għażla ta' organi li jeżegwixxu l-istrument finanzjarju

31.1

numru ta' ta' proċeduri ta' għażla diġà mnedija

31.2

numru ta' ftehimiet ta' finanzjament diġà ffirmati

32

Informazzjoni dwar jekk l-istrument finanzjarju kienx għadu jopera fi tmiem is-sena ta' rappurtar

32.1

Jekk l-istrument finanzjarju ma kienx jopera fi tmiem is-sena ta' rappurtar, id-data ta' stralċ

33

Numru totali ta' self żburżat inadempjenti jew numru totali ta' garanziji pprovduti u msejħa minħabba l-inadempjenza tas-self

34

Ammont totali ta' self żburżat inadempjenti (f'EUR) jew ammont totali impenjat għall-garanziji pprovduti u msejħa minħabba l-inadempjenza ta' self (f'EUR)

VII.   Imgħax u dħul ieħor iġġenerat b'appoġġ mill-Fondi ESI għall-istrument finanzjarju, riżorsi tal-Programm imħallsa lura lill-istrument finanzjarju minn investimenti kif imsemmi fl-Artikoli 43 u 44, u l-valur tal-investimenti ta' ekwità fir-rigward tas-snin preċedenti (l-Artikolu 46(2)(g) u (i) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

35

Imgħax u dħul ieħor iġġenerat minn pagamenti minn programm ta' Fondi ESI lill-istrument finanzjarju (f'EUR)

36

Ammonti mħallsa mill-ġdid lill-istrument finanzjarju attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi ESI sat-tmiem tas-sena tar-rapportar (f'EUR)

36.1

li minnhom ħlasijiet lura kapitali (f'EUR)

36.2

li minnhom qligħ, qligħ ieħor u renditi (f'EUR)

37

Ammonti ta' riżorsi użati mill-ġdid, li tħallsu lura lill-istrument finanzjarju u huma attribwibbli għall-Fondi ESI.

37.1

li minnhom ammonti mħallsa għar-rimunerazzjoni preferenzjali ta' investituri privati jew investituri pubbliċi li joperaw skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq, li jipprovdu riżorsi tal-kontraparti għall-appoġġ mill-Fondi ESI lill-istrument finanzjarju jew li jikkoinvestu fil-livell ta' riċevitur finali (f'EUR)

37.2

li minnhom ammonti mħallsa għar-rimborż tal-kostijiet ta' maniġment imġarrba u l-ħlas ta' tariffi ta' maniġment tal-istrument finanzjarju (f'EUR)

VIII.   Progress fil-kisba tal-effett ta' lieva mistenni ta' investimenti magħmula mill-istrument finanzjarju u l-valur tal-investimenti u l-parteċipazzjonijiet (l-Artikolu 46(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

38

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet oħrajn, barra fondi ESI, li nġabru mill-istrument finanzjarju (EUR)

38.1

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet oħrajn, barra mill-Fondi ESI, impenjati fil-ftehim ta' finanzjament mal-organu li jeżegwixxi l-istrument finanzjarju (f'EUR)

38.2

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet oħrajn, barra mill-Fondi ESI, imħallsa lill-istrument finanzjarju (f'EUR)

38.2.1

li minnhom kontribuzzjonijiet pubbliċi (EUR)

38.2.2

li minnhom kontribuzzjonijiet privati (EUR)

38.3

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet oħrajn, barra mill-Fondi ESI mobilizzati fil-livell tar-riċevituri finali (f'EUR)

38.3.1

li minnhom kontribuzzjonijiet pubbliċi (EUR)

38.3.2

li minnhom kontribuzzjonijiet privati (EUR)

39

Effett ta' lieva mistenni u miksub, b'referenza għall-ftehim ta' finanzjament

39.1

Effett ta' lieva mistenni għal self/garanzija/investiment ta' ekwità jew kważi ekwità/prodotti finanzjarji oħrajn, b'referenza għall-ftehim ta' finanzjament, skont il-prodott

39.2

Effett ta' lieva miksub fit-tmiem tas-sena tar-rapportar għal self/garanziji/investimenti ta' ekwità jew kważi ekwità/prodotti finanzjarji oħrajn, skont il-prodott

40

Valur tal-investimenti u l-parteċipazzjonijiet, fir-rigward tas-snin preċedenti (f'EUR)

IX.   Kontribuzzjoni tal-istrument finanzjarju għall-kisba tal-indikaturi tal-prijorità jew miżura kkonċernata (l-Artikolu 46(2)(j) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

41

Indikatur tal-produzzjoni (numru tal-kodiċi u isem) li l-istrument finanzjarju jikkontribwixxi għalih

41.1

Valur fil-mira tal-indikatur tal-prestazzjoni

41.2

Valur miksub mill-istrument finanzjarju fir-rigward tal-valur fil-mira tal-indikatur tal-prestazzjoni


(1)  Dan jinkludi l-allokazzjoni speċifika tal-YEI u l-appoġġ korrispondenti tal-FSE.


ANNESS II

Standards grafiċi għall-ħolqien tal-emblema tal-Unjoni u d-definizzjoni tal-kuluri standard

DESKRIZZJONI SIMBOLIKA

Fuq sfond ta' sema ikħal, tnax-il stilla tad-deheb jiffurmaw ċirku li jirrappreżenta l-unjoni tal-popli tal-Ewropa. In-numru ta' stilel huwa fiss, u tnax huwa s-simbolu tal-perfezzjoni u l-unità.

DESKRIZZJONI ERALDIKA

Fuq sfond ta' ikħal ċar, ċirku ta' tnax-il ħuta tas-sura tal-buras, tad-deheb, u l-ponot tagħhom ma jmissux.

DESKRIZZJONI ĠEOMETRIKA

Image

L-emblema hi forma ta' bandiera rettangolari kaħla bl-ibgħad parti mill-arblu tkun darba u nofs it-tul tal-eqreb pati lejn l-arblu. Tnax-il stilla tad-deheb li jinsabu f'intervalli ndaqs jiffurmaw ċirku inviżibbli li ċ-ċentru tiegħu huwa l-punt ta' intersezzjoni tad-djagonali tar-rettangolu. Ir-raġġ taċ-ċirklu hu daqs terz tat-tul tal-eqreb parti tal-bandiera lejn l-arblu. Kull waħda mill-istilel għandha ħames ponot li jinsabu fiċ-ċirkumferenza ta' ċirku inviżibbli b' raġġ daqs wieħed minn tmintax tat-tul tal-eqreb parti tal-bandiera lejn l-arblu. L-istilel kollha huma rashom 'il fuq, jiġifieri b'ponta vertikali u żewġ ponot f'linja dritta f'angoli retti mal-arblu. Iċ-ċirku hu rranġat sabiex l-istilel ikunu fil-pożizzjoni tas-sigħat fuq il-wiċċ ta' arloġġ. L-għadd tagħhom ma jinbidilx.

IL-KULURI REGOLAMENTARI

L-emblema għandha dawn il-kuluri:

Il-BLU REFLEX PANTONE għall-wiċċ tar-rettangolu:

PANTONE YELLOW għall-istillel.

IL-PROĊESS TA' ERBA' KULURI

Jekk jintuża l-proċess ta' erba' kuluri, erġa' oħloq iż-żewġ kuluri standard billi tuża l-erba' kuluri tal-proċess ta' erba' kuluri.

L-ISFAR PANTONE jinkiseb bl-użu ta' 100 % “Process Yellow”.

IL-BLU REFLEX PANTONE jinkiseb bit-taħlita ta' 100 % “Process Cyan” u 80 % “Process Magenta”.

INTERNET

IL-BLU REFLEX PANTONE jikkorrispondi fil-kulur tal-paletta tal-web RGB:0/51/153 (eżadeċimali: 003399) u L-ISFAR PANTONE jikkorrispondi fil-kulur tal-paletta tal-web RGB: 255/204/0 (eżadeċimali: FFCC00).

IL-PROĊESS TAR-RIPRODUZZJONI MONOKROMJU

Bl-użu tal-iswed, pinġi r-rettangolu bl-iswed u stampa l-istilel bl-iswed fuq l-abjad.

Image

Meta tuża l-blu (Blu Reflex), uża 100 % bl-istilel riprodotti f'abjad negattiv.

Image

RIPRODUZZJONI FUQ SFOND KULURIT

Jekk ma hemmx alternattiva għal sfond ikkulurit, poġġi bordura bajda mar-rettangolu, b'wisa' li hu daqs 1/25 tal-għoli tar-rettangolu.

Image

Top