EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0775

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 775/2014 tas- 16 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

OJ L 210, 17.7.2014, p. 1–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/02/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0125

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/775/oj

17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 775/2014

tas-16 ta' Lulju 2014

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tiegħu, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tar- Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (2),

Billi:

(1)

ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jistabbilixxi projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti li m'għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-iskop tal-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll kontrolli fuq l-esportazzjonijiet ta' ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għal finijiet bħal dawn. Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari r-rispett u l-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja u l-projbizzjoni ta' tortura u trattament jew kastig inuman jew degradanti.

(2)

Il-listi ta' prodotti soġġetti għall-kontrolli u għall-projbizzjoni ġew rieżaminati b'konsultazzjoni ma' grupp ta' esperti.

(3)

Huwa ġeneralment aċċettat li manetti ordinarji jistgħu jintużaw bħala strumenti ta' trażżin fl-infurzar tal-liġi u tali manetti huma tagħmir regolari għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Ir-Regoli Minimi Standard tan-NU dwar it-Trattament tal-Priġunieri jipprojbixxu l-użu ta' ħadid jew ktajjen bħala strumenti ta' trażżin u jipprovdu li manetti u strumenti ta' trażżin oħra m'għandhom qatt jiġu applikati bħala kastig. L-użu ta' strumenti ta' trażżin minbarra ktajjen u manetti huwa permess biss għal ċerti għanijiet speċifiċi, b'mod partikolari bħala prekawzjoni kontra l-ħrib ta' priġunier matul trasferimenti, jew sabiex jipprevjenu li priġunier iweġġa' lilu nnifsu jew lil oħrajn.

(4)

Is-saba' l-kbir u manetti tas-swaba' u l-istrumenti ta' trażżin tal-għonq mhumiex meqjusa ammissibbli għall-użu fl-infurzar tal-liġi, filwaqt li l-użu tal-istrumenti ta' trażżin tar-riġlejn għall-infurzar tal-liġi normalment mhuwiex meqjus bħala ammissibbli. Manetti bis-snien tas-saba' l-kbir u s-swaba', skrejjen tas-saba' l-kbir u s-swaba', felq bl-iżbarra u strumenti ta' trażżin tar-riġlejn bil-piż, x'aktarx jikkawżaw uġigħ sever jew tbatija aktar minn manetti oħra tas-saba' l-kbir u s-swaba' minħabba l-karatteristiċi tagħhom.

(5)

L-użu ta' kombinazzjoni ta' restrizzjonijiet mekkaniċi huwa aktar probabbli li jikkawża uġigħ kbir jew tbatija, eż. jekk il-manetti u l-manetti tal-għaksa jkunu marbuta flimkien wara d-dahar. Dawn it-tekniki ta' strumenti ta' trażżin ta' spiss jinvolvu riskju ta' qtugħ ta' nifs, speċjalment jekk jintużaw strumenti ta' trażżin tal-għonq.

(6)

Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi pprojbit il-kummerċ tal-manetti tas-saba' l-kbir u s-swaba', l-iskrejjen tas-saba' l-kbir u s-swaba', felq bl-iżbarra u strumenti ta' trażżin tar-riġeljn bil-piż. Filwaqt li jitqies li l-użu tagħhom jista' jiġi eċċezzjonalment ġustifikat, l-esportazzjoni ta' qajd u manetti oħra li mhumiex manetti normali għandha tiġi kkontrollata.

(7)

Dawn il-kontrolli huma xierqa wkoll għall-esportazzjonijiet ta' manetti individwali jew ċrieki, bħal trażżin tal-għonq jew ċrieki ta' strumenti ta' trażżin tar-riġlejn.

(8)

Id-definizzjoni ta' manetti ordinarji għandha tipprovdi aktar ċarezza dwar il-firxa ta' manetti li l-esportazzjoni tagħhom mhijiex soġġetta għal kontroll billi jiġi definit id-daqs tal-manetti individwali.

(9)

L-użu ta' strumenti ta' trażżin mekkaniċi bħal manetti sabiex priġunier jintrabat ma' oġġett fiss ankrat jew mal-art, mal-ħajt jew mas-saqaf mhuwiex teknika aċċettabbli bħala strument ta' trażżin. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi pprojbit il-kummerċ ta' manetti mfassla biex ikunu ankrati b'dal-mod.

(10)

Kombinazzjonijiet ta' strumenti ta' trażżin mekkaniċi simili, apparat ta' strumenti ta' trażżin b'ħafna punti huma aktar probabbli li jikkawżaw uġigħ sever jew tbatija minn, pereżempju manetti ordinarji. Siġġijiet tat-trażżin, twavel tal-qajd u sodod tal-qajd jirrestrinġu ċ-ċaqliq ta' priġunier ħafna aktar mill-applikazzjoni simultanja ta' pereżempju manetti u manetti tal-għaksa. Ir-riskju inerenti ta' tortura jew trattament inuman jiżdied meta din teknika ta' strumenti ta' trażżin tiġi applikata għal perjodi itwal. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi pprojbit il-kummerċ ta' siġġijiet tat-trażżin, twavel tal-qajd u sodod tal-qajd.

(11)

Siġġijiet, twavel u sodod mgħammra esklużivament b'ċineg jew ċinturini għandhom ikunu eżentati minn din il-projbizzjoni billi f'ċerti ċirkostanzi l-użu tagħhom jista' jiġi ġġustifikat għal perijodi qosra, pereżempju biex iwaqqaf pazjenti fi stat ta' aġitazzjoni milli jikkawżaw dannu għalihom infushom jew għal persuni oħra. Madankollu, l-applikazzjoni ta' ċineg, ċinturini jew kwalunkwe strument ta' trażżin ieħor fuq il-pazjenti m'għandu l-ebda ġustifikazzjoni terapewtika jew medika.

(12)

Sodod bil-gaġġa jew bix-xibka mhumiex mezzi xierqa biex irażżnu pazjenti jew priġunieri. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi pprojbit il-kummerċ tas-sodod bil-gaġġa jew bix-xibka.

(13)

Sabiex il-persunal u persuni oħra jkunu protetti kontra min jobżoq, il-priġunieri xi kultant ikunu mġegħla jilbsu l-hekk imsejħa barnuża tal-bżieq. Peress li tali barnuża tkopri l-ħalq u ta' spiss ukoll l-imnieħer, tippreżenta riskju inerenti ta' qtugħ ta' nifs. Jekk tkun ikkombinata ma' strument ta' trażżin, bħal manetti, hemm ukoll riskju ta' korriment fl-għonq. Għalhekk l-esportazzjonijiet ta' barnużi tal-bżieq għandha tiġi kkontrollata.

(14)

Huwa ġeneralment aċċettat li lembubi jew lembubi qosra huma tagħmir regolari għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u li tarki huma tagħmir regolari ta' difiża. Il-kummerċ fl-hekk imsejħa lembubi ppuntati huwa diġà pprojbit minħabba li huwa iktar probabbli li jikkawżaw uġigħ kbir jew tbatija minn lembubi ordinarji. Bl-istess mod huwa meħtieġ li jiġi projbit il-kummerċ ta' tarki ppuntati.

(15)

Pieni fuq il-persna bħas-swat bil-frosta jikkostitwixxu tortura jew pieni oħra krudili, inuman jew degradanti. Sawwatiet u frosti oħra b'aktar minn siegla jew strixxa waħda huma ddisinjati għal swat bil-frosta tal-bnedmin bħala piena u ma għandhom l-ebda użu leġittimu. Frosti b'siegla jew strixxa waħda bl-imsiemer, ganċijiet jew tagħmir simili jippreżentaw riskju inerenti li jikkawża uġigħ u tbatija u m'għandhom l-ebda użu leġittimu lanqas. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi projbit il-kummerċ ta' frosti bħal dawn. Madankollu, frosti li jkollhom siegla jew strixxa lixxa waħda għandhom użi kemm leġittimi u kemm mhumiex u għalhekk il-kummerċ tagħhom m'għandux ikun ipprojbit.

(16)

Fir-rigward ta' armi u apparat ta' xokkijiet tal-elettriku tal-partiti 2.1 tal-Anness II u 2.1 tal-Anness III tar- Regolament (KE) Nru 1236/2005, huwa xieraq li jitneħħa r-rekwiżit ta' skariku ta' 10 000 V bi sforz biex jiġi evitat li l-projbizzjoni tal-kummerċ u l-kontrolli tal-esportazzjoni tiġi evitata permezz ta' armi u apparat li huma kapaċi li jamministraw xokk elettriku iżda jkollhom vultaġġ ta' mingħajr piż ftit iżgħar.

(17)

Huwa essenzjali wkoll li jitwessa' l-ambitu tal-kontrolli tal-esportazzjoni biex jiġu inklużi, minbarra armi li jistgħu jinġarru li huma diġà kkontrollati, armi ta' skariku elettriku fissi jew li jistgħu jiġu mmuntati li jkopru firxa kbira u mmirati lejn bosta individwi. Armi bħal dawn huma ta' sikwit ippreżentati bħala armi hekk imsejħa mhux letali, imma jippreżentaw, tal-anqas, l-istess riskju li jikkawżaw uġigħ u tbatija bħal armi ta' skariku elettriku li jistgħu jinġarru.

(18)

Fir-rigward ta' armi jew tagħmir li jistgħu jinġarru li jferrxu sustanzi kimiki inkapaċitanti, huwa xieraq li jitwessa' l-ambitu tal-kontrolli tal-esportazzjoni biex jinkludi armi u apparat li jferrxu sustanzi kimiċi irritanti li jikkwalifikaw bħala aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet.

(19)

Peress li qed jiġi kkumerċjalizzat apparat fiss li jferrex sustanzi kimiki irritanti għall-użu ġewwa bini, u l-użu fuq ġewwa ta' tali sustanzi jippreżenta riskju li jikkawża uġigħ u sofferenza mhux assoċjati mal-użu tradizzjonali fil-beraħ, l-esportazzjoni ta' tagħmir bħal dan għandu jkun ikkontrollat.

(20)

Għandhom jiġu applikati wkoll kontrolli tal-esportazzjoni ta' apparat fiss jew li jista' jiġi mmuntat li jferrex sustanzi inkapaċitanti jew irritanti li jkopru firxa wiesgħa, fejn tagħmir bħal dan ma jkunx għadu soġġett għal kontrolli tal-esportazzjoni skont il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (3). Tagħmir bħal dan huwa ta' sikwit ippreżentat bħala teknoloġija hekk imsejħa mhux letali, imma jippreżenta tal-anqas, l-istess riskju li jikkawża uġigħ u tbatija severa bħal armi u apparat li jistgħu jinġarru. Għalkemm l-ilma mhuwiex wieħed mill-aġenti kimiki li jikkawża inkapaċitazzjoni jew irritazzjoni, kanuni li jisparaw l-ilma jistgħu jintużaw biex jitwasslu aġenti bħal dawn f'forma likwida u l-esportazzjoni tagħhom għandha tkun ikkontrollata.

(21)

Il-kontrolli tal-esportazzjoni rigward il-dwar l-oleoreżina tal-kapsiku (OC) u aċidu pelargoniku vanillilamide (PAVA) għandhom jiġu supplimentati b'kontrolli ta' esportazzjoni fuq ċerti taħlitiet li jkun fihom dawn is-sustanzi li jistgħu jiġu amministrati bħala aġenti inkapaċitanti jew irritanti jew użati għall-manifattura ta' dawn l-aġenti. Huwa xieraq li jiġi kkjarifikat li, fejn xieraq, referenzi għal aġenti kimiki inkapaċitanti jew irritanti għandhom jiġu interpretati bħala li jinkludu oleoreżina tal-kapsiku u t-taħlitiet relevanti li jkun fihom dan.

(22)

Il-kodiċi tal-OC min-Nomenklatura Magħquda għandu jiġi sostitwit b'kodiċi ieħor u għadd ta' kodiċijiet għandhom jiġu miżjuda mal-listi ta' prodotti fl-Annessi II u III tar- Regolament (KE) Nru 1236/2005.

(23)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar ir-regoli komuni għall-esportazzjoni tal-prodotti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa sostitwit bit-test indikat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness III huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1.

(3)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.)


ANNESS I

“ANNESS II

Lista ta' prodotti msemmijin fl-Artikoli 3 u 4

Nota Introduttorja:

Il-'kodiċi tan-NM' f'dan l-Anness jirreferu għall-kodiċi speċifikati fit-Tieni Parti tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1).

Fejn ‘ex’ tippreċedi l-kodiċi tan-NM, il-prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jikkostitwixxu biss parti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f'dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM.

Noti:

1.

Il-punti 1.3 u 1.4 fit-taqsima 1 dwar oġġetti mfasslin għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin ma jkoprux oġġetti tekniċi mediċi.

2.

L-għan tal-kontrolli msemmija f'dan l-Anness m'għandux ikun megħlub mill-esportazzjoni ta' oġġetti mhux ikkontrollati (inklużi pjanti) li fihom komponent ikkontrollat wieħed jew aktar meta l-komponent jew il-komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali tal-oġġetti u jistgħu possibbilment jitneħħew jew jintużaw għal skopijiet oħrajn.

NB:

Meta jiġi vvalutat jekk il-komponent jew komponenti kkontrollati għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, hu meħtieġ li jintiżnu l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxi l-komponent jew komponenti kkontrollati bħala l-element prinċipali tal-oġġetti li jkun qed jiġu akkwistati.

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

 

1.

Prodotti maħsubin għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin, kif ġej:

ex 4421 90 97

ex 8208 90 00

1.1.

Forok u giljottini

ex 8543 70 90

ex 9401 79 00

ex 9401 80 00

ex 9402 10 00

1.2.

Siġġijiet elettriċi għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin

ex 9406 00 38

ex 9406 00 80

1.3.

Kmamar mingħajr arja, magħmulin pereżempju mill-azzar u mill-ħġieġ, maħsubin għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin bl-amministrazzjoni ta' gass jew sustanza letali

ex 8413 81 00

ex 9018 90 50

ex 9018 90 60

ex 9018 90 84

1.4.

Sistemi awtomatiċi għall-injezzjoni tad-drogi maħsubin għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin bl-amministrazzjoni ta' sustanza kimika letali

 

2.

Oġġetti li mhumiex xierqa għall-użu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex irażżnu l-bnedmin, kif ġej:

ex 8543 70 90

2.1.

Apparat għax-xokkijiet tal-elettriku li hu maħsub biex jintlibes fuq il-ġisem minn individwu mrażżan, bħal ċintorini, kmiem u manetti, maħsubin biex irażżnu l-bnedmin bl-amministrazzjoni ta' xokkijiet elettriċi

ex 7326 90 98

ex 7616 99 90

ex 8301 50 00

ex 3926 90 97

ex 4203 30 00

ex 4203 40 00

ex 4205 00 90

2.2.

Manetti tas-saba' l-kbir u skrejjen tas-saba' l-kbir, u tas-swaba'

Nota:

Din il-partita tinkludi manetti u skrejjen kemm bis-snien u kemm mingħajrhom

ex 7326 90 98

ex 7616 99 90

ex 8301 50 00

ex 3926 90 97

ex 4203 30 00

ex 4203 40 00

ex 4205 00 90

ex 6217 10 00

ex 6307 90 98

2.3.

Felq bl-iżbarra, strumenti ta' trażżin tar-riġlejn bil-piż u ktajjen tal-gruppi li jkopru felq bl-izbarra jew istrumenti ta' trażżin tar-riġlejn bil-piż

Noti:

1.

Felq bl-iżbarra huma qajd jew ċrieki tal-għaksa b'mekkaniżmu li jsakkar, marbuta ma' żbarra riġida li tipikament hija tal-metall

2.

Dan il-punt jinkludi felq bl-izbarra u strumenti ta' trażżin tar-riġlejn bil-piż li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina

ex 7326 90 98

ex 7616 99 90

ex 8301 50 00

ex 3926 90 97

ex 4203 30 00

ex 4203 40 00

ex 4205 00 90

ex 6217 10 00

ex 6307 90 98

2.4.

Manetti mfassla biex jiġu ankrati mal-ħajt, l-art jew is-saqaf

ex 9401 61 00

ex 9401 69 00

ex 9401 71 00

ex 9401 79 00

ex 9401 80 00

ex 9402 10 00

2.5.

Siġġijiet għat-trażżin mgħammra b'qajd jew apparat ieħor biex irażżan il-bnedmin.

Nota:

Din il-partita ma tipprojbix is-siġġijiet mgħammra biss b'ċineg jew ċintorini

ex 9402 90 00

ex 9403 20 20

ex 9403 20 80

ex 9403 50 00

ex 9403 70 00

ex 9403 81 00

ex 9403 89 00

2.6.

Twavel tal-qajd u sodod tal-qajd: twavel u sodod bil-qajd jew apparat ieħor li jrażżan il-bnedmin

Nota:

Din il-partita ma tipprojbix twavel u sodod mgħammra biss b'ċineg jew ċintorini

ex 9402 90 00

ex 9403 20 20

ex 9403 50 00

ex 9403 70 00

ex 9403 81 00

ex 9403 89 00

2.7.

Sodod bil-gaġġa: sodod li jinkludu gaġġa (erba' ġnub u saqaf) jew struttura simili li tagħlaq bniedem fil-konfini tas-sodda, bis-saqaf jew ġenb wieħed jew aktar tas-sodda li jkollhom twavel tal-metall jew oħrajn, u li jkunu jistgħu jinfetħu biss minn barra

ex 9402 90 00

ex 9403 20 20

ex 9403 50 00

ex 9403 70 00

ex 9403 81 00

ex 9403 89 00

2.8.

Sodod bix-xibka (erba' ġnub u saqaf) jew struttura simili li tagħlaq bniedem fil-konfini tas-sodda, bis-saqaf jew ġenb wieħed jew aktar tas-sodda li jkollhom xibka, u li jkunu jistgħu jinfetħu biss minn barra

 

3.

Apparat li jista' jinġarr li mhuwiex addattat għall-użu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża, kif ġej:

ex 9304 00 00

3.1.

Lembubi jew bsaten magħmulin mill-metall jew materjal ieħor li jkollhom lasta b'ponot tal-metall

ex 3926 90 97

ex 7326 90 98

3.2.

Tarki b'ponot tal-metall

 

4.

Frosti kif ġej:

ex 6602 00 00

4.1.

Frosti oħra b'aktar minn siegla jew strixxa waħda, bħal sawwatiet jew cats o'nine tails

ex 6602 00 00

4.2.

Frosti li jkollhom siegla jew strixxa waħda jew aktar li magħhom ikollhom snanar, ganċijiet, takki bil-ponta, wajer tal-metall jew oġġetti simili li jsaħħu l-impatt tas-siegla jew ġilda”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.


ANNESS II

“ANNESS III

Lista ta' prodotti msemmijin fl-Artikolu 5

Nota Introduttorja:

Il-‘kodiċi tan-NM’ f'dan l-Anness jirreferu għall-kodiċi speċifikati fit-Tieni Parti tal-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni.

Fejn ‘ex’ tippreċedi l-kodiċi tan-NM, il-prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jikkostitwixxu biss parti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f'dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM.

Noti:

1.

L-għan tal-kontrolli msemmija f'dan l-Anness m'għandux ikun megħlub mill-esportazzjoni ta' oġġetti mhux ikkontrollati (inklużi pjanti) li fihom komponent ikkontrollat wieħed jew aktar meta l-komponent jew il-komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali tal-oġġetti u jistgħu possibbilment jitneħħew jew jintużaw għal skopijiet oħrajn.

NB:

Meta jiġi vvalutat jekk il-komponent jew komponenti kkontrollati għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, hu meħtieġ li jintiżnu l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxi l-komponent jew komponenti kkontrollati bħala l-element prinċipali tal-oġġetti li jkun qed jiġu akkwistati.

2.

F'xi każijiet il-kimiki huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għal kimiki tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru CAS. In-numri CAS huma murija sabiex jassistu fl-identifikazzjoni ta' kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tal-kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li jkollhom kimika elenkata jista' jkollhom ukoll numri CAS differenti.

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

 

1.

Prodotti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej:

ex 7326 90 98

ex 7616 99 90

ex 8301 50 00

ex 3926 90 97

ex 4203 30 00

ex 4203 40 00

ex 4205 00 90

ex 6217 10 00

ex 6307 90 98

1.1.

Qajd u ktajjen tal-gruppi

Noti:

1.

Qajd huma strumenti ta' trażżin li jikkonsistu minn żewġ manetti jew ċrieki b'mekkaniżmuli jsakkar b'katina jew żbarra li tgħaqqadhom

2.

Din il-partita ma tikkontrollax l-istrumenti ta' trażżin tar-riġlejn jew il-ktajjen tal-gruppi pprojbiti bil-partita 2.3 tal-Anness II.

3.

Dan il-punt ma jikkontrollax ‘manetti ordinarji’. Il-manetti ordinarji huma manetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

id-dimensjoni globali tagħhom inkluża l-katina, imkejla mix-xifer ta' barra ta' manetta waħda sax-xifer ta' barra tal-manetta l-oħra, bejn 150 u 280 mm meta ż-żewġ manetti jkunu msakkra;

iċ-ċirkonferenza ta' ġewwa ta' kull manetta hija massimu ta' 165 mm meta r-rota bis-snien tkun issikkata sal-aħħar sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar;

iċ-ċirkonferenza ta' ġewwa ta' kull manetta hija minimu ta' 200 mm meta r-rota bis-snien tkun issikkata fuq l-ewwel sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar; kif ukoll

il-manetti ma jkunux ġew modifikati biex jikkawżaw uġigħ jew tbatija fiżika.

ex 7326 90 98

ex 7616 99 90

ex 8301 50 00

ex 3926 90 97

ex 4203 30 00

ex 4203 40 00

ex 4205 00 90

ex 6217 10 00

ex 6307 90 98

1.2.

Manetti individwali jew ċrieki b'mekkaniżmu li jsakkar li għandhom ċirkonferenza li taqbeż il-massimu ta' 165 mm meta r-rota bis-snien tkun issakkata fuq l-aħħar sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar

Nota:

Dan il-partita tinkludi strumenti ta' trażżin tal-għonq u manetti jew ċrieki individwali oħra b'mekkaniżmu li jsakkar li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina

ex 6505 00 10

ex 6505 00 90

ex 6506 91 00

ex 6506 99 10

ex 6506 99 90

1.3.

Barnużi tal-bżieq: inklużi barnużi magħmula minn xibka, li għandhom għata għall-ħalq li tipprevjeni li wieħed jobżoq

Nota:

Din il-partita tinkludi barnużi tal-bżieq li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina

 

2.

Armi u apparat maħsuba għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża, kif ġej:

ex 8543 70 90

ex 9304 00 00

2.1.

Armi ta' skariku elettriku li jistgħu jinġarru li jistgħu jimmiraw biss lejn individwu wieħed kull darba li jkun amministrat xokk elettriku, inkluż iżda mhux limitat għal-lembubi tax-xokkijiet elettriċi, tarki tax-xokkijiet elettriċi, pistoli tax-xokkijiet u pistoli tad-darts tax-xokkijiet

Noti:

1.

Dan il-punt ma jikkontrollax ċinturini tax-xokkijiet elettriċi skont il-partita 2.1 tal-Anness II.

2.

Dan il-punt ma jikkontrollax it-tagħmir individwali tax-xokkijiet elettroniċi meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess

ex 8543 90 00

ex 9305 99 00

2.2.

Kits li fihom il-komponenti essenzjali kollha għall-armar ta' armi tal-iskariku elettriku li jinġarru, ikkontrollati minn punt 2.1

Nota:

L-oġġetti li ġejjin huma meqjusa li jkunu komponenti essenzjali:

l-unità li tipproduċi xokk elettriku,

l-iswiċċ, kemm jekk fuq remote control kemm jekk le, u

l-elettrodi jew, fejn applikabbli, il-wajers li permezz tagħhom għandhom jiġu amministrati x-xokkijiet elettriċi

ex 8543 70 90

ex 9304 00 00

2.3.

Armi tal-iskariku elettriku fissi jew li jiġu mmuntati li jkopru żona wiesgħa u jistgħu jimmiraw lejn individwi multipli b'xokkijiet elettriċi

 

3.

Armi u apparat għat-tferrix ta' sustanzi kimiċi inkapaċitanti u irritanti għall-finijiet tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża u sustanzi relatati, kif ġej:

ex 8424 20 00

ex 8424 89 00

ex 9304 00 00

3.1.

Armi u tagħmir li jistgħu jinġarru li jew jamministraw doża ta' sustanza kimika inkapaċitanti jew irritanti li jimmiraw lejn individwu wieħed jew iferrxu doża ta' tali sustanza fil-forma ta' daħna ta' sprej ċpar jew sħaba li taffettwa żona żgħira, meta s-sustanza kimika hija amministrata jew imferrxa.

Noti:

1.

Din il-partita ma tikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partita ML7(e) tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (1)

2.

Dan il-punt ma jikkontrollax tagħmir individwali li jista' jinġarr, anki jekk ikun fih sustanza kimika, meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

3.

Minbarra sustanzi kimiċi rilevanti, bħal aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet jew PAVA, l-oġġetti kkontrollati bil-partiti 3.3 u 3.4 għandhom jitqiesu li huma sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti

ex 2924 29 98

3.2.

Vanillilamide tal-aċidu pelargoniku (PAVA) (CAS RN 2444-46-4)

ex 3301 90 30

3.3.

Oleoreżina tal-kapsiku (OC) (CAS RN 8023-77-6)

ex 2924 29 98

ex 2939 99 00

ex 3301 90 30

ex 3302 10 90

ex 3302 90 10

ex 3302 90 90

ex 3824 90 97

3.4.

Taħlitiet li fihom mill-inqas 0.3 % bil-piż ta' PAVA jew OC u solvent (bħall-etanol, 1-propanol jew hexane), li jistgħu jiġu amministrati bħala aġenti inkapaċitanti jew irritanti, b'mod partikolari f'aerosols u f'forma likwida, jew użati għall-manifattura ta' aġenti inkapaċitanti jew irritanti

Noti:

1.

Din il-partita ma tikkontrollax zlazi u preparati għalihom, sopop jew preparati għalihom u kondimenti mħallta jew taħwir, sakemm il-PAVA jew l-OC ma jkunux l-uniku togħma kostitwenti fihom.

2.

Din il-partita ma tikkontrollax prodotti mediċinali li għalihom ingħatat awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq skont il-liġi tal-Unjoni (2)

ex 8424 20 00

ex 8424 89 00

3.5.

Tagħmir fiss għat-tifrix ta' sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti, li jista' jitwaħħal mal-ħajt jew ma' saqaf ġo bini, jinkludi ċilindru tal-landa ta' aġenti kimiċi irritanti jew inkapaċitanti u jiġu attivati permezz ta' sistema ta' kontroll mill-bogħod

Nota:

Minbarra sustanzi kimiċi rilevanti, bħal aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet jew PAVA, l-oġġetti kkontrollati bil-partiti 3.3 u 3.4 għandhom jitqiesu li huma sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti

ex 8424 20 00

ex 8424 89 00

ex 9304 00 00

3.6.

Apparat fiss jew li jiġi mmuntat għat-tifrix ta' aġenti kimiċi inkapaċitanti jew irritanti li jkopri firxa wiesgħa u mhux maħsub biex jitwaħħal ma' ħajt jew ma' saqaf ġewwa bini

Noti:

1.

Din il-partita ma tikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partita ML7(e) tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea

2.

Din il-partita tikkontrolla wkoll kanuni tal-ilma

3.

Minbarra sustanzi kimiċi rilevanti, bħal aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet jew PAVA, l-oġġetti kkontrollati bil-partiti 3.3 u 3.4 għandhom jitqiesu li huma sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti

 

4.

Prodotti li jistgħu jintużaw għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin permezz ta' injezzjoni letali, kif ġej:

ex 2933 53 90

[(a) to (f)]

ex 2933 59 95

[(g) and (h)]

4.1.

Barbiturati qosra u li jaġixxu bħala intermedji inklużi, iżda mhux limitati għal:

(a)

amobarbital (CAS RN 57-43-2

(b)

melħ tas-sodju amobarbital (CAS RN 64-43-7)

(c)

pentobarbital (CAS RN 76-74-4)

(d)

melħ tas-sodju pentobarbital (CAS 57-33-0)

(e)

sekobarbital (CAS RN 76-73-3)

(f)

melħ tas-sodju amobarbital (CAS RN 309-43-3)

(g)

tijopental (CAS RN 76-75-5)

(h)

melħ tas-sodju tijopental (CAS RN 71-73-8), magħruf ukoll bħala sodju tijopentonju

ex 3003 90 00

ex 3004 90 00

ex 3824 90 97

Nota:

Dan il-punt jikkontrolla wkoll il-prodotti li fihom wieħed mill-aġenti anestetiċi mniżżlin taħt l-aġenti anestetiċi barbiturati qosra u li jaġixxu bħala intermedji.

 

5.

Komponenti mfassla għal oġġetti maħsubin għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin, kif ġej:

ex 8208 90 00

5.1.

Xfafar tal-giljottina”


(1)  L-aħħar verżjoni adottata mill-Kunsill fil-11 ta' Marzu 2013 (ĠU C 90, 27.3.2013, p. 1).

(2)  Ara b'mod partikolari r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004 tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1) u d-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 fuq il-kodiċi tal-Komunità marbut mal-prodotti mediċiali għall-użu uman (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67)


Top