Help Print this page 

Document 32014R0600

Title and reference
Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 Test b’relevanza għaż-ŻEE
  • In force
OJ L 173, 12.6.2014, p. 84–148 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/600/oj
Languages, formats and link to OJ
BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
HTML html BG html ES html CS html DA html DE html ET html EL html EN html FR html GA html HR html IT html LV html LT html HU html MT html NL html PL html PT html RO html SK html SL html FI html SV
PDF pdf BG pdf ES pdf CS pdf DA pdf DE pdf ET pdf EL pdf EN pdf FR pdf GA pdf HR pdf IT pdf LV pdf LT pdf HU pdf MT pdf NL pdf PL pdf PT pdf RO pdf SK pdf SL pdf FI pdf SV
Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal
 To see if this document has been published in an e-OJ with legal value, click on the icon above (For OJs published before 1st July 2013, only the paper version has legal value).
Multilingual display
Text

12.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/84


REGOLAMENT (UE) Nru 600/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Mejju 2014

dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-kriżi finanzjarja esponiet dgħjufijiet fit-trasparenza tas-swieq finanzjarji. It-tisħiħ tat-trasparenza huwa wieħed mill-prinċipji kondiviżi għat-tisħiħ tas-sistema finanzjarja kif ikkonfermat bl-istqarrija tal-Mexxejja tal-G20 f’Londra fit-2 ta’ April 2009. Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza u jitjieb il-funzjonament tas-suq intern għall-istrumenti finanzjarji, għandu jiġi implimentat qafas ġdid li jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għat-trasparenza tat-tranżazzjonijiet fis-swieq għall-istrumenti finanzjarji. Il-qafas għandu jistabbilixxi regoli komprensivi għal firxa wiesgħa ta’ strumenti finanzjarji. Għandu jikkumplimenta r-rekwiżiti għat-trasparenza tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-ishma stabbiliti fid-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(2)

Il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-UE ppresedut minn Jacques de Larosière stieden lill-Unjoni sabiex tiżviluppa sett aktar armonizzat ta’ regolamenti finanzjarji. Fil-kuntest tal-arkitettura tas-superviżjoni Ewropea tal-ġejjieni, il-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2009 enfasizza l-ħtieġa li tiġi stabbilita ġabra Ewropea waħda tar-regoli applikabbli għall-istitzzjonijiet finanzjarji kollha fis-suq intern.

(3)

Konsegwentement, il-leġiżlazzjoni l-ġdida għandha tikkonsisti f’żewġ strumenti legali differenti, Direttiva u dan ir-Regolament. Flimkien, iż-żewġ strumenti legali għandhom jifformaw il-qafas legali li jikkontrolla r-rekwiżiti applikabbli għad-ditti tal-investiment, is-swieq regolati u l-fornituri tas-servizzi ta’ rapportar tad-dejta. Għaldaqstant dan ir-Regolament għandu jinqara flimkien mad-Direttiva. Il-ħtieġa li tiġi stabbilita ġabra waħda ta’ regoli għall-istituzzjonijiet kollha fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti u li jiġi evitat il-potenzjal tal-arbitraġġ regolatorju kif ukoll li tiġi pprovduta aktar ċertezza legali u anqas kumplessità regolatorja għall-parteċipanti tas-suq tiġġustifika l-użu ta’ bażi legali li tippermetti għall-ħolqien ta’ Regolament. Sabiex jitneħħew l-ostakli li fadal għan-negozju u d-distorzjonijiet sinifikanti fil-kompetizzjoni li jirrizultaw mid-diverġenzi bejn il-liġijiet nazzjonali u jiġi prevenut kwalunkwe ostaklu ulterjuri probabbli għan-negozju u distorzjonijiet sinifikanti fil-kompetizzjoni milli jinħolqu, huwa meħtieġ li jiġi adottat Regolament li jistabbilixxi regoli uniformi applikabbli fl-Istati Membri kollha. Dan l-att applikabbli direttament jimmira biex jikkontribwixxi b’mod effettiv lejn il-funzjonament bla intoppi tas-suq intern u għandu, konsegwentament, ikun ibbażat fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif interpretat skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Id-Direttiva 2004/39/KE tistabbilixxi regoli sabiex in-negozjar fl-ishma ammessi għan-negozjar isir f’suq regolat qabel in-negozjar u wara n-negozjar ikun trasparenti u għar-rapportar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar f’suq regolat; Id-Direttiva teħtieġ tiġi riformulata sabiex tirrefletti kif xieraq l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tindirizza d-dgħjufijiet u tagħlaq il-lakuni li kienu fost l-oħrajn esposti matul il-kriżi tas-suq finanzjarju.

(5)

Id-dispożizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżiti tan-negozjar u tat-trasparenza regolatorja jeħtieġ li jieħdu l-forma ta’ liġi applikabbli direttament applikata għad-ditti tal-investiment kollha li għandhom isegwu regoli uniformi fis-swieq kollha tal-Unjoni, sabiex ikun hemm applikazzjoni uniformi ta’ qafas regolatorju wieħed, sabiex isaħħu l-fiduċja fit-trasparenza tas-swieq madwar l-Unjoni, biex inaqqsu l-kumplessità regolatorja u l-ispejjeż tal-konformità tad-ditti ta’ investiment, speċjalment għall-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fuq bażi transkonfinali, u biex jikkontribwixxu għat-tneħħija tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. L-adozzjoni ta’ regolament li jiżgura applikabbiltà diretta hija l-aktar adattata biex tilħaq dawk l-għanijiet regolatorji u tiżgura kundizzjonijiet uniformi billi tipprevjeni rekwiżiti nazzjonali diverġenti bħala konsegwenza ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva.

(6)

Importanti li jiġi żgurat li l-kummerċ fi strumenti finanzjarji kemm jista’ jkun iseħħ f’postijiet organizzati u li dawn il-postijiet kollha jkunu regolati b’mod xieraq. Skont id-Direttiva 2004/39/KE, ġew żviluppati xi sistemi tan-negozjar li ma nqabdux b’mod adegwat mir-reġim regolatorju. Kwalunkwe sistema tan-negozjar, bħalma huma entitajiet magħrufa attwalment bħala broker crossing networks, għandha, fil-futur, tkun regolata b’mod xieraq u tkun awtorizzata skont wieħed mit-tipi ta’ postijiet tan-negozjar multilaterali jew bħala internalizzatur sistematiku skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2014/65/UE (5).

(7)

Id-definizzjonijiet ta’ suq regolat u ta’ faċilità ta’ kummerċ multilaterali (MTF) għandhom jiġu kkjarifikati u għandhom jibqgħu allenjati ma’ xulxin mill-qrib biex jirriflettu l-fatt li jirrappreżentaw effettivament l-istess funzjonalità organizzata ta’ negozjar. Id-definizzjonijiet għandhom jeskludu sistemi bilaterali fejn ditta tal-investiment tidħol għal kull biċċa negozju f’isimha stess, anki bħala kontraparti bla riskju interposta bejn il-bejjiegħ u x-xerrej. Is-swieq regolati u l-MTFs m’għandhomx jitħallew jeżegwixxu l-ordnijiet tal-klijenti b’kapital proprjetarju. It-terminu ‘sistema’ jinkludi dawk is-swieq kollha li huma magħmula minn sett ta’ regoli u pjattaforma tan-negozjar kif ukoll dawk li jiffunzjonaw biss abbażi ta’ sett ta’ regoli. Swieq regolati u MTFs mhumiex obbligati joperaw sistema ‘teknika’ għal ordinijiet li jaqblu u għandhom ikunu jistgħu joperaw protokolli oħrajn ta’ negozju, inklużi sistemi fejn l-utenti jkunu jistgħu jinnegozjaw kontra kwotazzjonijiet li jitolbu mingħand fornituri multipli. Suq li huwa magħmul biss minn sett ta’ regoli li jirregolaw aspetti relatati mas-sħubija, ammissjoni ta’ strumenti għan-negozjar, negozjar bejn il-membri, rappurtar u fejn applikabbli obbligi ta’ trasparenza huwa suq regolat jew MTF skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament u tranżazzjonijiet li jsiru skont dawn ir-regoli jitqiesu li saru skont is-sistemi ta’ suq regolat jew MTF. It-terminu ‘interessi ta’ xiri u bejgħ’ għandu jinftiehem f’sens wiesa’ u jinkludi ordnijiet, kwotazzjonijiet u indikazzjonijiet ta’ interess.

Wieħed mir-rekwiżiti importanti jikkonċerna l-obbligu li l-interessi jinġiebu flimkien fis-sistema permezz ta’ regoli nondiskriminatorji stipulati mill-operatur tas-sistema. Dak ir-rekwiżit ifisser li jinġiebu flimkien skont ir-regoli tas-sistema jew permezz tal-protokolli jew il-proċeduri operazzjonali interni tas-sistema, fosthom proċeduri integrati f’softwer tal-kompjuter). It-terminu ‘regoli nondiskriminatorji’ ifisser regoli li ma jħallu l-ebda diskrezzjoni lis-suq regolat jew lill-operatur tas-suq jew lil ditta tal-investiment li topera MTF dwar kif l-interessi jistgħu jinteraġixxu. Id-definizzjonijiet jeħtieġu li l-interessi jinġiebu flimkien b’mod li jwasslu għal kuntratt, biex b’hekk l-eżekuzzjoni sseħħ skont ir-regoli tas-sistema jew permezz tal-protokolli jew il-proċeduri operazzjonali interni tas-sistema.

(8)

Sabiex is-swieq finanzjarji tal-Unjoni jsiru aktar trasparenti u effiċjenti u biex il-kundizzjonijiet bejn id-diversi ċentri li joffru servizzi ta’ negozjar multilaterali jsiru ekwi huwa neċessarju li tkun introdotta kategorija ġdida ta’ post tan-negozjar ta’ faċilità organizzata tan-negozjar (organised trading facility - OTF) għal bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati u li jiġi żgurat li tkun regolata b’mod xieraq u tkun tapplika regoli nondiskriminatorji fir-rigward tal-aċċess għall-faċilità. Dik il-kategorija ġdida tkun iddefinita b’mod wiesa’ ħalli issa u fil-futur tkun tista’ tkopri t-tipi kollha ta’ eżekuzzjonijiet organizzati u arranġamenti ta’ negozjar li ma jikkorrispondux għall-funzjonalitajiet jew l-ispeċifikazzjonijiet regolatorji taċ-ċentri eżistenti. Konsegwentament jeħtieġ li jiġu applikati rekwiżiti organizzazzjonali xierqa u regoli trasparenti li jsostnu l-iskoperta effiċjenti tal-prezzijiet. Il-kategorija l-ġdida tinkludi sistemi eleġibbli għan-negozjar ta’ derivati eleġibbli għall-ikklerjar u likwidi biżżejjed.

Ma għandhiex tinkludi faċilitajiet fejn ma tkunx qed isseħħ eżekuzzjoni jew arranġament ġenwin ta’ negozju, bħal bords tal-avviżi użati għar-reklamar ta’ interessi ta’ xiri jew bejgħ, entitajiet oħra li jaggregaw jew jippuljaw interessi potenzjali ta’ xiri jew bejgħ, servizzi elettroniċi ta’ konferma wara n-negozjar, jew kompressjoni tal-portafoll, li tnaqqas ir-riskji mhux tas-suq f’portafolli tad-derivati eżistenti mingħajr ma jinbidel ir-riskju tas-suq tal-portafolli.Il-kompressjoni tal-portafoll tista’ tiġi pprovduta minn firxa ta’ ditti li fil-fatt mhumiex regolati b’dan ir-Regolament jew bid-Direttiva 2014/65/UE, bħal kontropartijiet ċentrali (CCPs), repożitorji kummerċjali kif ukoll minn ditti tal-investiment jew operaturi tas-suq. Huwa xieraq li jiġi ċċarat li meta ditti tal-investiment u operaturi tas-suq jagħmlu kompressjoni tal-portafoll, ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2014/65/UE mhumiex applikabbli fir-rigward tal-kompressjoni tal-portafoll. Peress li d-depożiti tat-titoli ċentrali (CSDs) se jkunu soġġetti għall-istess rekwiżiti bħad-ditti tal-investiment meta jipprovdu ċerti servizzi ta’ investiment jew meta jwettqu ċerti attivitajiet ta’ investiment, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2014/65/UE ma għandhomx ikunu applikabbli għal ditti li mhumiex regolati minnhom meta ssir kompressjoni tal-portafoll.

(9)

Dik il-kategorija ġdida ta’ OTF ser tikkumplimenta t-tipi eżistenti ta’ ċentri tan-negozjar. Filwaqt li swieq regolati u l-MTFs għandhom regoli nondiskriminatorja għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet, l-operatur ta’ OTF għandu jwettaq eżekuzzjoni ta’ ordni fuq bażi diskrezzjonali b’suġġett, fejn applikabbli għar-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozju u l-obbligi tal-aqwa eżekuzzjoni. Konsegwentament, ir-regoli tal-kondotta tan-negozju, l-aħjar eżekuzzjoni u l-maniġġ tal-ordnijiet tal-klijenti għandhom japplikaw għat-tranżazzjonijiet imwettqa f’OTF operata minn ditta tal-investiment jew operatur tas-suq. Barra minn hekk, kwalunkwe operatur tas-suq awtorizzat biex jopera OTF għandu jikkonforma mal-Kapitolu 1 tad-Direttiva 2014/65/UE rigward il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni tad-ditti tal-investiment. Id-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq li joperaw OTF għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw diskrezzjoni f’żewġ livelli differenti: l-ewwel meta jiddeċiedu li jagħmlu ordni fuq OTF jew li terġa’ tirtiraha u t-tieni meta jiddeċiedu li ma jqabblux ordni speċifika mal-ordnijiet disponibbli fis-sistema f’mument speċifiku, sakemm dak ikun konformi mal-istruzzjonijiet speċifiċi mressqa mill-klijenti u mal-obbligi tal-aqwa eżekuzzjoni.

Għas-sistema li tqabbel l-ordnijiet tal-klijenti l-operatur jista’ jiddeċiedi jekk, meta u kemm minn żewġ ordnijiet jew aktar jixtieq li jqabbel fis-sistema. B’konformità mal-Artikolu 20(1), (2), (4) u (5) tad-Direttiva 2014/65/UE u mingħajr preġudizzjoni għall-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditta għandha tkun tista’ tiffaċilita n-negozjati bejn il-klijenti sabiex iġġib flimkien żewġ interessi kummerċjali potenzjalment kompatibbli jew iżjed fi tranżazzjoni. Fiż-żewġ livelli ta’ diskrezzjoni l-operatur tal-OTF għandu jħares l-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 18 u 27 tad-Direttiva 2014/65/UE. L-operatur tas-suq jew id-ditta tal-investiment li joperaw OTF għandhom ikunu ċari mal-utenti tal-post dwar kif se jeżerċitaw id-diskrezzjoni. Minħabba li OTF tikkostitwixxi pjattaforma ġenwina tan-negozjar, l-operatur tal-pjattaforma għandu jkun newtrali. Għalhekk, id-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq li joperaw l-OTF għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti fir-rigward tal-eżekuzzjoni nondiskriminatorja u la d-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq li joperaw l-OTF u lanqas xi entità li tkun parti mill-istess grupp u/jew persuna ġuridika bħad-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq ma għandhom jitħallew jeżekwixxu ordnijiet ta’ klijenti f’OTF bil-kapital proprjetarju tagħhom stess.

Sabiex tiġi ffaċilitata l-eżekuzzjoni ta’ordi waħda jew iżjed ta’ klijent f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati li ma jkunux ġew iddikjarati, b’suġġett għall-obbligu tal-ikklerjar b’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), operatur tal-OTF jitħalla juża negozjar “matched principal” fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2014/65/UE sakemm il-klijent ikun ta l-kunsens tiegħu għal dan il-proċess. B’rabta mal-istrumenti ta’ dejn sovran li fir-rigward tagħhom ma hemm l-ebda suqlikwidu, ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li joperaw OTF għandhom ikunu jistgħu jidħlu f’negozjati f’isimhom stess għajr negozjar “matched principal”. Meta jintuża n-negozjar “matched principal” għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti kollha ta’ trasparenza qabel u wara n-negozju kif ukoll mal-obbligi tal-aqwa eżekuzzjoni. L-operatur ta’ OTF jew kwalunkwe entità li tkun parti mill-istess grupp jew persuna ġuridika bħad-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq m’għandhomx jaġixxu bħala internalizzatur sistematiku fl-OTF operata minnhom. Barra minn hekk, l-operatur ta’ OTF għandu jkun suġġett għall-istess obbligi bħal MTF fir-rigward tal-ġestjoni soda ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali.

(10)

In-negozjar organizzat kollu għandu jitwettaq f’ċentri tan-negozjar regolati u jkunu kompletament trasparenti, kemm qabel kif ukoll wara n-negozjar. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti ta’ trasparenza kkalibrati b’mod xieraq għandhom japplikaw għat-tipi kollha ta’ ċentri tan-negozjar, u għall-istrumenti finanzjarji kollha negozjati fihom.

(11)

Sabiex jiġi żgurat li aktar negozju jsir f’ċentri tan-negozjar regolati u f’internalizzaturi sistematiċi, obbligu tan-negozjar għall-ishma ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew innegozjati f’ċentru tan-negozjar għandu jiddaħħal f’dan ir-Regolament għad-ditti tal-investiment. Dak l-obbligu tan-negozjar jirrikjedi li d-ditti tal-investiment iwettqu n-negozjar kollu tagħhom, inklużi t-tranżazzjonijiet innegozjati għall-kont proprju kif ukoll tranżazzjonijiet innegozjati fit-twettiq tal-ordnijiet tal-klijenti f’suq regolat, MTF, internalizzatur sistematiku jew ċentru ekwivalenti tan-negozjar ta’ pajjiż terz. Madankollu, jekk ma jkunx hemm raġuni leġittima, għandha tiġi prevista esklużjoni minn dak l-obbligu tan-negozjar. Dawk ir-raġunijiet leġittimi huma meta t-tranżazzjonijiet ma jkunux sistematiċi, ad-hoc, irregolari u infrekwenti, jew ikunu tranżazzjonijiet tekniċi bħatl-give-up trades li ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezzijiet. Din l-esklużjoni minn dak l-obbligu tan-negozjar m’għandhiex tintuża biex jiġu evitati r-restrizzjonijiet introdotti fuq l-użu tal-eżenzjoni tal-prezz referenzjarju u l-eżenzjoni tal-prezz innegozjat jew biex jiġi operat netwerk ta’ broker crossing jew sistemi oħrajn ta’ crossing.

L-għażla li t-tranżazzjonijiet jitwettqu fuq internalizzatur sistematiku hija bla ħsara għar-reġim tal-internalizzaturi sistematiċi stabbilit f’dan ir-Regolament. L-intenzjoni hi li jekk id-ditta tal-investiment innifisha tissodisfa l-kriterji rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament li skonthom titqies internalizzatur sistematiku f’dak is-sehem partikulari, it-tranżazzjoni tista’ titwettaq b’dak il-mod; madankollu, jekk ma titqisx internalizzatur sistematiku f’dak is-sehem partikulari, id-ditta tal-investiment tista’ xorta waħda għandha tkun tista’ twettaq it-tranżazzjoni fuq internalizzatur sistematiku ieħor fejn tkun konformi mal-obbligi tal-aħjar twettiq tagħha u l-alternattiva tkun disponibbli għalija. Barra minn hekk, sabiex ikun żgurat li n-negozjar multilaterali fir-rigward tal-ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż (ETFs), ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra jkun regolat kif xieraq, ditta tal-investiment li topera sistema interna ta’ tqabbil fuq bażi multilaterali għandha tkun awtorizzata bħala MTF. Għandu jiġI ċċarat li d-dispożizzjonijiet tal-aħjar twettiq stipulati fid-Direttiva 2014/65/KE għandhom ikunu applikati b’mod li ma jimpedixxux l-obbligi tan-negozjar taħt dan ir-Regolament.

(12)

In-negozjar f’irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati, strumenti finanzjarji simili u ishma għajr dawk ammessi għan-negozjar f’suq regolat ħafna drabi iseħħ bl-istess mod, u jilħaq għan ekonomiku kważi identiku, bħan-negozjar f’ishma ammessi għan-negozjar f’suq regolat. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ta’ trasparenza applikabbli għall-ishma ammessi għan-negozjar fi swieq regolati għandhom jiġu estiżi għal dawk l-istrumenti finanzjarji.

(13)

Filwaqt li, fil-prinċipju, ir-rikonoxximent tal-ħtieġa għal reġim ta’ eżenzjonijiet minn trasparenza ta’ qabel in-negozju sabiex jiġi appoġġjat il-funzjonament effiċjenti tas-swieq, id-dispożizzjonijiet ta’ eżenzjoni attwali għall-ishma applikabbli fuq il-bażi tad-Direttiva 2004/39/KE u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 (7), jeħtieġu li jiġu skrutinizzati rigward l-adegwatezza tagħhom f’termini ta’ ambitu u kundizzjonijiet applikabbli. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-eżenzjonijiet mit-trasparenza ta’ qabel in-negozju f’ishma u eventwalment strumenti finanzjarji simili oħrajn u prodotti mhux tal-ekwità għal mudelli speċifiċi tas-suq u tipi u daqs ta’ ordnijiet, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), stabbilita mir-Regolament 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) (‘ESMA’) għandha tivvaluta l-kompatibbiltà tat-talbiet individwali għall-applikazzjoni ta’ eżenzjoni ma’ regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament u f’atti ddelegati previsti minn dan ir-Regolament. Il-valutazzjoni tal-ESMA għandha tkun fil-format ta’ opinjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Barra minn hekk, l-eżenzjonijiet li jeżistu diġà għall-ishma għandhom jiġu reveduti mill-ESMA f’perjodu ta’ żmien xieraq u għandha ssir valutazzjoni, li ssegwi l-istess proċedura, dwar jekk għadhomx konformi mar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament u f’atti ddelegati futuri previsti f’dan ir-Regolament.

(14)

Il-kriżi finanzjarja esponiet dgħjufijiet speċifiċi fil-mod kif issir disponibbli l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ negozjar u l-prezzijiet fl-istrumenti finanzjarji għajr l-ishma għall-parteċipanti tas-suq, l-aktar f’termini ta’ żmien, granularità, aċċess ekwu, u affidabbiltà. Għaldaqstant, għandhom jiġu introdotti fil-pront rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar u wara n-negozjar li jikkunsidraw il-karatteristiċi differenti u l-istrutturi tas-suq ta’ tipi speċifiċi ta’ strumenti finanzjarji għajr l-ishma, u għandhom jiġu kkalibrati għal tipi differenti ta’ sistemi tan-negozjar, inklużi sistemi tar-reġistru tal-ordnijiet, dawk immotivati mill-kwotazzjonijiet, dawk ibridi, sistemi ta’ nnegozjar b’irkanti perjodiċi u sistemi ta’ negozjar bil-vuċi. Sabiex ikun provdut qafas tat-trasparenza b’sod għall-istrumenti finanzjarji relevanti kollha, dawn għandhom japplikaw għal bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati li huma negozjati f’ċentru tan-negozjar. Għaldaqstant, l-eżenzjonijiet mit-trasparenza ta’ qabel in-negozju u l-adattament tar-rekwiżiti fir-rigward tal-pubblikazzjoni differita għandhom ikunu biss disponibbli f’ċerti każijiet definiti.

(15)

Huwa neċessarju li jiġi introdott livell xieraq ta’ trasparenza tan-negozjar fis-swieq għal bonds, prodotti finanzjarji strutturati u derivati sabiex tiġi megħjuna l-valwazzjoni tal-prodotti kif ukoll l-effiċjenza tal-formazzjoni tal-prezz. Il-prodotti finanzjarji strutturati għandhom, partikularment, jinkludu l-aktar garanziji sostnuti b’assi kif definiti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 (9), li jinkludu fost l-oħrajn obbligi ta’ dejn kollateralizzati.

(16)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet applikabbli uniformi bejn iċ-ċentri tan-negozjar, għandhom japplikaw l-istess rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar u wara n-negozjar għat-tipi differenti ta’ ċentri. Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza għandhom jiġu kalibrati għal tipi differenti ta’ strumenti finanzjarji, inklużi l-ekwitajiet, il-bonds u d-derivati, filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-investituri u tal-emittenti, inklużi l-emittenti tal-bonds tal-gvern, u l-likwidità tas-suq. Ir-rekwiżiti għandhom ikunu kkalibrati għal tipi differenti ta’ negozjar, inkluż ir-reġistru tal-ordnijiet u s-sistemi mmotivati mill-kwotazzjonijiet bħat-talbiet għall-kwotazzjoni kif ukoll sistemi ta’ senserija ibrida u bil-vuċi u jitqiesu d-daqs tat-tranżazzjoni, inkluż il-valur tal-iskambju u kriterji oħrajn rilevanti.

(17)

Sabiex jiġi evitat kull impatt negattiv fuq il-proċess tal-formazzjoni tal-prezzijiet, jeħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu xieraq tal-limitazzjoni tal-volum għall-ordnijiet magħmula f’sistemi bbażati fuq metodoloġija ta’ negozjar li fiha l-prezz huwa ddeterminat skont prezz ta’ riferenza u għal ċerti tranżazzjonijiet negozjati. Dak il-mekkaniżmu għandu jkollu limitazzjoni doppja, fejn limitazzjoni fuq il-volum tiġi applikata għal kull ċentru tan-negozjar li juża dawk l-eżenzjonijiet sabiex ċertu perċentwal biss tan-negozji jkun jista’ jsir fuq kull ċentru tan-negozjar, u, barra minn hekk, tkun applikata limitazzjoni ġenerali fuq il-volum li jekk tinqabeż twassal għas-sospensjoni tal-użu ta’ dawk l-eżenzjonijiet madwar l-Unjoni. Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet negozjati, dan għandu japplika biss għal dawk it-tranżazzjonijiet li jitwettqu fil-firxa ppeżata ta’ volum attwali riflessa fir-reġistru tal-ordnijiet jew fil-kwotazzjonijiet tal-ġeneraturi tas-suq taċ-ċentru tan-negozjar li jopera dik is-sistema. Huwa għandu jeskludi t-tranżazzjonijiet negozjati fi stokks illikwidi, ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra, u għal dawk it-tranżazzjonijiet li huma suġġetti għall-kundizzjonijiet li mhumiex il-prezz attwali tas-suq peress li ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-formazzjoni tal-prezz.

(18)

Sabiex jiġi żgurat li n-negozjar li jitwettaq OTC ma jheddidx l-iskoperta effiċjenti tal-prezzijiet jew kundizzjonijiet ekwi u trasparenti għal kulħadd bejn il-mezzi ta’ negozjar, ir-rekwiżiti ta’ trasparenza xierqa ta’ qabel in-negozjar għandhom japplikaw għad-ditti tal-investiment li jinnegozjaw f’isimhom stess fl-istrumenti finanzjarji OTC sakemm jitwettaq fil-kapaċità tagħhom bħala internalizzaturi sistematiċi relatati mal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, ETFs, iċ-ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħra li għalihom hemm suq likwidu, u bonds, prodotti strutturati ta’ ffinanzjar, kwoti tal-emissjonijiet u derivati li huma nnegozjati f’ċentru tan-negozjar u li għalihom hemm suq likwidu.

(19)

Ditta tal-investimenti li teżekwixxi ordnijiet tal-klijenti bil-kapital prjoprju tagħha għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku, sakemm it-tranżazzjonijiet ma jitwettqux barra ċentru tan-negozjar fuq bażi okkażjonali, ad hoc u irregolari. Għaldaqstant, internalizzaturi sistematiċi għandhom jiġu definiti bħala ditti tal-investiment li, fuq bażi organizzata, frekwenti, sistematika u sostanzjali, jinnegozjaw f’isimhom stess billi jeżekwixxu ordnijiet tal-klijenti barra ċentru tan-negozjar. ir-rekwiżiti għal internalizzaturi sistematiċi f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal ditta tal-investiment biss b’rabta ma’ kull strument finanzjarju uniku, pereżempju fil-livell tal-kodiċi ISIN, li fih tkun internalizzatur sistematiku. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni oġġettiva u effettiva tad-definizzjoni ta’ internalizzatur sistematiku għad-ditti tal-investiment, għandu jkun hemm limitu minimu predeterminat għall-internalizzaturi sistematiċi li jkun fih speċifikazzjoni eżatta ta’ xi tfisser bażi frekwenti, sistematika u sostanzjali.

(20)

Filwaqt li OTF hija kwalunkwe sistema jew faċilità li fiha interessi ta’ partijiet terzi multipli għal xiri u bejgħ jinteraġixxu fis-sistema, l-internalizzatur sistematiku ma għandux jitħalla jiġbor flimkien interessi ta’ partijiet terzi għal xiri u bejgħ. Pereżempju, l-hekk imsejħa pjattaforma ta’ operatur wieħed, fejn in-negozju dejjem isir ma’ ditta tal-investiment waħda, għandha titqies internalizzatur sistematiku jekk hija tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, l-hekk imsejħa pjattaforma ta’ operaturi multipli, b’operaturi multipli li jaġixxu għall-istess strument finanzjarju, m’għandhiex titqies bħala internalizzatur sistematiku.

(21)

L-internalizzaturi sistematiċi għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu, abbażi tal-politika kummerċjali tagħhom u b’mod oġġettiv u nondiskriminatorju l-klijenti li lilhom jagħtu aċċess għall-kwotazzjonijiet tagħhom, billi jkunu intitolati jiddistingwu bejn kategoriji ta’ klijenti, u għandhom ikunu wkoll intitolati li jqisu distinzjonijiet bejn il-klijenti, pereżempju fir-rigward tar-riskju tal-kreditu. L-internalizzaturi sistematiċi m’għandhomx ikunu obbligati jippubblikaw il-kwotazzjonijiet vinkolanti, jesegwixxu ordnijiet tal-klijenti u jagħtu aċċess għall-kwotazzjonijiet tagħhom fir-rigward tat-tranżazzjonijiet mhux ta’ ekwità akbar mid-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju. Il-konformità tal-internalizzaturi sistematiċi mal-obbligi tagħhom għandha tiġi kkontrollata mill-awtoritajiet kompetenti u lil dawn l-awtoritajiet għandha tingħata l-informazzjoni li tippermettilhom jagħmlu dan.

(22)

Mhijiex l-intenzjoni ta’ dan ir-Regolament li jobbliga l-applikazzjoni tar-regoli ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għal tranżazzjonijiet imwettaq fuq bażi OTC, ħlief għal dawk f’internalizzatur sistematiku.

(23)

Id-dejta tas-suq għandha tkun disponibbli faċilment u minnufih għall-utenti f’format diżaggregat kemm jista’ jkun sabiex tippermetti lill-investituri, u lill-fornituri tas-servizz tad-dejta li jaqdu l-bżonnijiet tagħhom, sabiex jadattaw soluzzjonijiet tad-dejta sal-ogħla grad possibbli. Għaldaqstant, id-dejta tat-trasparenza ta’ qabel in-negozjar u wara n-negozjar għandha ssir disponibbli għall-pubbliku b’mod “diżaggregat” sabiex jonqsu l-ispejjeż għall-parteċipanti tas-suq meta jixtru d-dejta.

(24)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) għandhom ikunu kompletament applikabbli għall-iskambju, it-trażmissjoni u l-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għat-Titolu IV, mill-Istati Membri u l-ESMA.

(25)

Meta wieħed jikkunsidra li l-ftehim milħuq mill-partijiet fis-summit ta’ Pittsburgh tal-G20 fil-25 ta’ Settembru 2009 sabiex fejn ikun xieraq in-negozjar f’kuntratti ta’ derivati OTC standardizzati jibda’ jsir f’boroż jew pjattaformi elettroniċi ta’ negozjar, għandha tiġi definita proċedura regolatorja formali sabiex jiġi obbligat in-negozjar bejn kontropartijiet finanzjarji u kontropartijiet mhux finanzjarji kbar fid-derivati kollha li ġew ikkunsidrati bħala eliġibbli għall-ikklerjar u li huma likwidi biżżejjed sabiex jitwettqu f’firxa ta’ ċentri tan-negozjar soġġetti għal regolament komparabbli u li jippermettu lill-parteċipanti jinnegozjaw ma’ kontropartijiet multipli. Il-valutazzjoni tal-likwidità suffiċjenti għandha tqis il-karatteristiċi tas-suq fil-livell nazzjonali fosthom elementi bħal l-għadd u t-tip ta’ parteċipanti tas-suq f’suq partikolari, u l-karatteristiċi tat-tranżazzjonijiet, bħad-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet f’dak is-suq.

Suq likwidu fi klassi ta’ prodott tad-derivati se jkun karatterizzat minn għadd kbir ta’ parteċipanti attivi tas-suq, inkluża taħlita adegwata ta’ fornituri u assorbituri ta’ likwidità, meta mqabbel mal-għadd ta’ prodotti nnegozjati, li sikwit jesegwixxu tranżazzjonijiet f’dawk il-prodotti f’daqsijiet iżgħar minn daqs li huwa kbir fl-iskala. Din l-attività fis-suq għandha tiġi indikata b’għadd kbir ta’ offerti ta’ stennija ta’ xiri u bejgħ fid-derivat rilevanti, li jwassal għal spread dejjaq għal tranżazzjoni ta’ daqs normali tas-suq. Il-valutazzjoni ta’ likwidità suffiċjenti għandha tirrikonoxxi li l-likwidità ta’ derivat tista’ tvarja b’mod sinifikanti skont il-kundizzjonijiet tas-suq u taċ-ċiklu tal-ħajja.

(26)

Meta wieħed jikkunsidra l-ftehim milħuq mill-partijiet fil-G20 f’Pittsburgh fil-25 ta’ Settembru 2009 sabiex minn naħa waħda, fejn ikun xieraq, in-negozjar f’kuntratti ta’ derivati OTC standardizzati jibda’ jsir fil-boroż jew pjattaformi elettroniċi ta’ negozjar, u min-naħa l-oħra, il-likwidità relattivament aktar baxxa ta’ diversi derivati OTC, ikun xieraq li tiġi fornita firxa adegwata ta’ ċentri eliġibbli li fihom ikun jista’ jseħħ negozjar skont dak l-impenn. Iċ-ċentri eliġibbli kollha għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti regolatorji allinjati mill-qrib f’termini ta’ aspetti organizzazzjonali u operattivi, l-arranġamenti sabiex jiġu mitigati kunflitti ta’ interess, sorveljanza tal-attività kollha ta’ negozjar, it-trasparenza ta’ qabel in-negozjar u wara n-negozjar ikkalibrata mill-istrument finanzjarju u t-tipi ta’ sistema tan-negozjar, u biex interessi ta’ negozjar ta’ partijiet terzi multipli jkunu jistgħu jinteraġixxu flimkien. Madanakollu l-possibbiltà li l-operaturi ta’ ċentri jirranġaw tranżazzjonijiet skont dak l-impenn bejn partijiet terzi multipli b’mod diskrizzjonali għandha tiġi prevista sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni u l-likwidità.

(27)

L-obbligu li jiġu konklużi tranżazzjonijiet f’derivati li jappartjenu għal klassi ta’ derivati li ġiet iddikjarata suġġetta għall-obbligu tan-negozjar f’suq regolat, MTF, OTF jew ċentru tan-negozjar ta’ pajjiż terz m’għandux japplika għall-komponenti tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar li jnaqqsu r-riskji mhux tas-suq f’portafolli ta’ derivati inklużi portafolli ta’ derivati ta’ OTC eżistenti skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 mingħajr ma jibdlu r-riksju tas-suq tal-portafolli. Barra minn hekk, filwaqt li ma jkunx xieraq li ssir dispożizzjoni speċifika għall-kompressjoni tal-portafolli, dan ir-Regolament mhux maħsub bix jipprevjeni l-użu ta’ servizzi oħrajn ta’ tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar.

(28)

L-obbligi ta’ negozjar stabbiliti għal dawk id-derivati għandhom jippermettu għal kompetizzjoni effiċjenti bejn iċ-ċentri tan-negozjar eliġibbli. Għaldaqstant, dawk iċ-ċentri tan-negozjar ma għandhomx ikunu jistgħu jkollhom il-pretensjoni għal drittijiet esklussivi relatati ma’ kwalunkwe derivat soġġett għal dak l-obbligu ta’ negozjar u b’hekk jipprevjeni ċentri tan-negozjar oħra milli joffru negozjar f’dawk l-istrumenti finanzjarji. Minħabba l-kompetizzjoni effettiva bejn iċ-ċentri tan-negozjar għad-derivati, huwa essenzjali li ċ-ċentri tan-negozjar ikollhom aċċess nondiskriminatorju u trasparenti għall-CCPs. Aċċess nondiskriminatorju għal CCP għandu jfisser li ċentru tan-negozjar għandu d-dritt għal trattament nondiskriminatorju f’termini ta’ kif kuntratti nnegozjati fil-pjattaforma tiegħu jkunu trattati f’termini ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u n-netting ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti u l-kontromarġinazzjoni ma’ kuntratti korrelati kklerjati mill-istess CCP, u tariffi tal-ikklerjar nondiskriminatorji.

(29)

Is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu komplimentati b’mekkaniżmu espliċitu li jipprojbixxi jew jillimita l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ ta’ kwalunkwe strument finanzjarju jew depożitu strutturat li jġib miegħu tħassib serju rigward il-protezzjoni tal-investitur, il-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji, jew suq tal-komoditajiet, jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha, flimkien ma’ setgħat ta’ koordinazzjoni u kontinġenza xierqa għall-ESMA jew, għal depożiti strutturati, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). L-eżerċizzju ta’ setgħat bħal dawn mill-awtoritajiet kompetenti u, f’każijiet eċċezzjonali, mill-ESMA jew l-EBA, għandu jkun soġġett għall-ħtieġa li jiġu ssodifati għadd ta’ kundizzjonijiet speċifiċi. Meta dawk il-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, l-awtorità kompetenti jew, f’każijiet eċċezzjonali, l-ESMA jew l-EBA, għandha tkun tista’ timponi projbizzjoni jew restrizzjoni fuq bażi prekawzjonarja qabel ma strument finanzjarju jew depożitu strutturali jiġi kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti.

Dawk is-setgħat ma jimplikaw l-ebda obbligu fuq awtorità kompetenti, fuq l-ESMA jew fuq l-EBA, li jintroduċu jew japplikaw proċess ta’ approvazzjoni jew ta’ liċenzjar ta’ prodott, u lanqas ma jeħilsu lid-ditti tal-investiment mir-responsabilità tagħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2014/65/UE. Il-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq tal-komoditajiet għandhom jiddaħħlu bħala kriterji għall-intervent mall-awtoritajiet kompetenti sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni li tagħmel tajjeb għall-esternalitajiet negattivi possibbli fis-swieq tal-komoditajiet mill-attivitajiet fuq is-swieq finanzjarji. Dan huwa veru, b’mod partikulari, għas-swieq tal-komoditajiet agrikoli li l-għan tagħhom huwa li jassiguraw provvista sikura ta’ ikel għall-popolazzjoni. F’dawk il-każijiet, il-miżuri għandhom jiġu kkordinati mal-awtoritajiet kompetenti għas-swieq tal-komoditajiet ikkonċernati.

(30)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA dwar id-dettalji ta’ kwalunkwe talba tagħhom sabiex inaqqsu pożizzjoni relatata ma’ kuntratt derivattiv, dwar kwalunkwe limitu ta’ darba, kif ukoll dwar kwalunkwe limitu ta’ pożizzjonijiet ex-ante sabiex titjieb il-koordinazzjoni u l-konverġenza ta’ kif ikunu applikati dawk is-setgħat. Id-dettalji essenzjali ta’ kwalunkwe limitu ta’ pożizzjonijiet ex-ante applikat minn awtorità kompetenti għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-ESMA.

(31)

L-ESMA għandha tkun tista’ titlob informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna rigward il-pożizzjoni tagħhom relatata ma’ kuntratt derivat, titlob li dik il-pożizzjoni titnaqqas, kif ukoll tillimita l-abbiltà ta’ persuni li jwettqu tranżazzjonijiet individwali relatati mad-derivati ta’ komoditajiet. Imbagħad, l-ESMA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti relevanti bil-miżuri li tipproponi li jitwettqu u għandha tippubblika dawk il-miżuri.

(32)

Id-dettalji tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jippermettulhom jidentifikaw u jinvestigaw każijiet potenzjali ta’ abbuż tas-suq, sabiex jimmonitorjaw li jkun hemm funzjonament ġust u ordinat tas-swieq, kif ukoll jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment. L-ambitu ta’ dik is-sorveljanza jinkludi l-istrumenti finanzjarji kollha li huma nnegozjati f’ċentru tan-negozjar u strumenti finanzjarji meta s-sottostanti jkun strument finanzjarju nnegozjat f’ċentru tan-negozjar jew meta s-sottostanti jkun indiċi jew basket kompost minn strumenti finanzjarji nnegozjati f’ċentru tan-negozjar. L-obbligu għandu japplika irrispettivament jekk dawn it-tranżazzjonijiet fi kwalukwe minn dawk l-istrumenti finanzjarji twettqux f’ċentru tan-negozjar jew le. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed fuq id-ditti tal-investiment, l-istrumenti finanzjarji li mhumiex suxxettibbli għall-abbuż tas-suq għandhom jiġu esklużi mill-obbligu ta’ rapportar. Ir-rapporti għandhom jużaw identifikatur ta’ entità legali konformi mal-impenji tal-G-20. L-ESMA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament ta’ tali rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandha tieħu passi biex tipproponi xi tibdil fejn xieraq.

(33)

L-operatur ta’ ċentru tan-negozjar għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tiegħu dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarji rilevanti. Dawk in-notifiki għandhom jiġu trażmessi mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien lill-ESMA, li għandha tippubblikahom minnufih fuq il-websajt tagħha sabiex tippermetti lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti jużaw, janalizzaw u jiskambjaw rapporti tat-tranżazzjonijiet.

(34)

Sabiex jaqdu l-għan tagħhom bħala għodda tal-monitoraġġ tas-suq, ir-rapporti ta’ tranżazzjonijiet għandhom jidentifikaw il-persuna li tkun ħadet id-deċiżjoni tal-investiment, kif ukoll dawk responsabbli mill-eżekuzzjoni tagħha. Apparti r-reġim ta’ trasparenza previst fir-regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), l-immarkar ta’ bejgħ bin-nieqes jipprovdi informazzjoni supplementari siewja li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw il-livelli ta’ bejgħ bin-nieqes. Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess sħiħ għar-rekords fl-istadji kollha fl-eżekuzzjoni tal-ordni, mid-deċiżjoni inizjali għan-negozjar, sat-twettiq tagħha. Għaldaqstant, id-ditti tal-investiment għandhom iżommu rekords tal-ordnijiet u tat-tranżazzjonijiet kollha tagħhom fl-istrumenti finanzjarji, u l-operaturi tal-pjattaformi huma meħtieġa jżommu r-rekords tal-ordinijiet kollha sottomessi fis-sistemi tagħhom. L-ESMA għandha tikkoordina l-iskambju tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti sabiex tiżgura li jkollhom aċċess għar-rekords tat-tranżazzjonijiet u l-ordinijiet kollha, inklużi dawk imdaħħla fi pjattaformi li joperaw barra mit-territorju tagħhom, fl-istrumenti finanzjarji taħt is-superviżjoni tagħhom.

(35)

Għandu jiġi evitat ir-rapportar doppju tal-istess informazzjoni. Ir-rapporti sottomessi fir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet reġistrati jew rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-istrumenti finanzjarji relevanti li fihom l-informazzjoni meħtieġa kollha għall-finijiet ta’ rapportar tat-tranżazzjonijiet ma għandhomx ikunu meħtieġa jiġu rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti, iżda għandhom jiġu trażmessi lilhom permezz tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandu jiġi emendat skont dak.

(36)

Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għandhom isiru skont ir-regoli dwar it-trasferiment ta’ dejta personali kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-ESMA għandhom isiru skont ir-regoli dwar it-trasferiment tad-dejta personali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001, li għandu jkun applikabbli bis-sħiħ għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(37)

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistabbilixxi l-kriterji li skonthom klassijiet ta’ derivati OTC għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta’ kklerjar. Jipprevjeni d-distorsjonijiet fil-kompetittività billi jeżiġi aċċess nondiskriminatorju għas-CCPs li joffru kklerjar ta’ derivati OTC lil ċentri tan-negozjar u aċċess nondiskrimatorju għat-taqsimiet tan-negozjar taċ-ċentri tan-negozjar lis-CCPs li joffru kklerjar ta’ derivati OTC. Peress li d-derivati OTC huma definiti bħala kuntratti derivati li l-eżekuzzjoni tagħhom ma jsirx f’suq regolat, hemm bżonn li jiġu introdotti rekwiżiti simili għas-swieq regolati taħt dan ir-Regolament. Id-derivati negozjati fi swieq regolati għandhom ukoll ikunu kklerjati ċentralment.

(38)

Minbarra r-rekwiżiti fid-Direttiva 2004/39/KE u fid-Direttiva 2014/65/UE li jipprevjenu lill-Istati Membri milli jillimitaw l-aċċess mingħajr raġuni għall-infrastruttura ta’ wara n-negozjar, bħal CCP u arranġamenti ta’ saldi, huwa neċessarju li dan ir-Regolament ineħħi diversi ostakoli kummerċjali oħrajn li jistgħu jintużaw sabiex jipprevjenu l-kompetizzjoni fl-ikklerjar tal-istrumenti finanzjarji. Sabiex jiġu evitati prattiki diskriminatorji, is-CCPs għandhom jaċċettaw li jikklerjaw it-tranżazzjonijiet imwettqa f’ċentri tan-negozjar differenti, sakemm dawn iċ-ċentri jikkonformaw mar-rekwiżiti operattivi u tekniċi stabbiliti mis-CCP, inklużi r-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riksju. L-aċċess għandu jingħata minn CCP jekk ċerti kriterji ta’ aċċess speċifikati fl-istandards tekniċi regolatorji jiġu sodisfatti. Fir-rigward tas-CCPs stabbiliti ġodda li ġew awtorizzati jew rikonoxxuti għal perjodu ta’ anqas minn tliet snin meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, fir-rigward ta’ titoli trasferibbli u strumenti tas-swieq tal-flus, għandu jkun hemm il-possibilità li l-awtoritajiet kompetenti japprovaw perjodu tranżizzjonali ta’ mhux aktar minn sentejn u nofs qabel ma jkunu esposti għal aċċess nondiskriminatorju sħiħ fir-rigward tat-titoli trasferibbli u strumenti tas-swieq tal-flus. Madankollu, jekk CCP tagħżel li tuża l-arranġament tranżizzjonali, hija ma għandhiex tkun tista’ tibbenefika mid-drittijiet ta’ aċċess għal ċentru tan-negozjar skont dan ir-Regolament għal kemm idum fis-seħħ l-arranġament tranżizzjonali. Barra minn hekk, l-ebda ċentru tan-negozjar b’rabta mill-qrib ma’ dik is-CCP ma għandu jkun jista’ jibbenefika mid-drittijiet tal-aċċess għal CCP skont dan ir-regolament għal kemm idum fis-seħħ l-arranġament tranżizzjonali.

(39)

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom għandu jingħata l-aċċess nondiskriminatorju bejn CCPs u ċ-ċentri tan-negozju għad-derivat OTC. Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiddefinixxi d-derivati OTC bħala derivati li l-eżekuzzjoni tagħhom ma sseħħx f’suq regolat jew f’suq ta’ pajjiż terz meqjus bħala ekwivalenti għal suq regolat skont l-Artikolu 19(6) tad-Direttiva 2004/39/KE. Sabiex jiġi evitat li jkun hemm lakuni jew dupplikazzjonijiet u sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konsistenza bejn ir-regolament (UE) Nru 648/2012 u dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament dwar l-aċċess nondiskriminatorju bejn is-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar japplikaw għal derivati nnegozjati f’ċentri tan-negozjar jew f’suq ta’ pajjiż terz meqjus bħala ekwivalenti għal suq regolat skont id-Direttiva 2014/65/UE u l-istrumenti finanzjarji kollha mhux derivati.

(40)

Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom ikunu meħtieġa wkoll jipprovdu aċċess, inkluż il-forniment ta’ dejta, fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja lis-CCPs li jixtiequ jikklerjaw tranżazzjonijiet imwettqa f’ċentri tan-negozjar. Madankollu, dan m’għandux jirrikjedi l-użu ta’ arranġamenti ta’ interoperabilità għall-ikklerjar ta’ tranżazzjonijiet f’derivati jew joħloq frammentazzjoni tal-likwidità b’mod li jhedded il-funzjonament bla xkiel u ordinat tas-swieq. L-aċċess għandu jiġi miċħud biss minn ċentru tan-negozjar jekk ċerti kriterji għall-aċċess speċifikati fl-istandards tekniċi regolatorji ma jiġux sodisfatti. Fir-rigward tad-derivati nnegozjati fil-boroż, ikun sproporzjonat li ċ-ċentri tan-negozjar iż-żgħar, b’mod partikolari dawk marbuta mill-qrib mas-CCPs, ikunu mitluba jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-aċċess mhux diskriminatorji minnufih jekk ikunu għadhom ma kisbux il-kapaċità teknoloġika li jaħdmu f’kundizzjonijiet ugwali mail-maġġoranza tas-suq tal-infrastruttura ta’ wara n-negozju. Għaldaqstant, iċ-ċentri tan-negozjar taħt il-limitu minimu relevanti għandu jkollhom l-għażla li jeżentaw ruħhom, u għalhekk is-CCPs assoċjati tagħhom, minn rekwiżiti ta’ aċċess mhux diskriminatorji fir-rigward ta’ derivati nnegozjati fil-boroż għal perjodu ta’ tletin xahar, bil-possibbiltà ta’ tiġdid sussegwenti. Madankollu, jekk ċentru tan-negozjar jagħżel li jeżenta lilu nnifsu, huwa ma għandux ikun jista’ jibbenefika mid-drittijiet ta’ aċċess għal CCP skont dan ir-Regolament għal kemm iddum l-eżenzjoni.

Barra minn hekk, l-ebda CCP b’rabta mill-qrib ma’ dak iċ-ċentru tan-negozjar ma għandha tkun tista’ tibbenefika mid-drittijiet ta’ aċċess għal ċentru tan-negozjar skont dan ir-Regolament għal kemm iddum l-eżenzjoni. Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jidentifika li fejn drittijiet ta’ proprjetà kummerċjali u intellettwali jirrigwardaw servizzi finanzjarji relatati ma’ kuntratti ta’ derivati, il-liċenzi għandhom ikunu disponibbli fuq termini proporzjonati, ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji. Għaldaqstant, l-aċċess għall-liċenzjar ta’ punti referenzjarji, u għall-informazzjoni dwarhom, li jintużaw sabiex jiġi determinat il-valur tal-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu forniti lis-CCPs u liċ-ċentri tan-negozjar l-oħra fuq bażi proporzjonata, ġusta, raġonevoli u nondiskriminatorja u kull liċenzja għandha tkun fuq bażi kummerċjali raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni, fejn xi punt referenzjarju ġdid jiġi żviluppat wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament l-obbligu ta’ liċenzja għandu jibda 30 xahar wara li strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-punt referenzjarju jkun beda l-kummerċ jew ġie ammess għall-kummerċ. L-aċċess għal-liċenzji huwa kritiku biex jiffaċilita l-aċċess bejn iċ-ċentri tan-negozjar u s-CCPs skont l-Artikoli 35 u 36, billi inkella l-arranġamenti ta’ liċenzjar jistgħu xorta jipprevjenu l-aċċess bejn iċ-ċentru tan-negozju u s-CCPs li hemm jkunu talbu l-aċċess għalihom.

It-tneħħija ta’ ostakoli u prattiki diskriminatorji għandha l-ħsieb li żżid il-kompetizzjoni għall-ikklerjar u n-negozjar ta’ strumenti finanzjarji sabiex tnaqqas l-ispejjeż tal-investiment u tat-teħid ta’ self, telimina l-ineffiċjenzi u trawwem l-innovazzjoni fis-swieq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tkompli timmonitorja mill-viċin l-evoluzzjoni tal-infrastruttura ta’ wara n-negozjar u għandha, fejn ikun meħtieġ, tintervjeni sabiex tipprevjeni distorsjonijiet fil-kompetizzjoni milli jseħħu fis-Suq Intern, b’mod partikulari fejn ir-rifjut tal-aċċess għall-infrastruttura jew għall-punti referenzjarji jikser l-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE. Id-dmirijiet ta’ liċenzjar skont dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligu ġenerali ta’ sidien proprjetarji ta’ punti referenzjarji skont il-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u l-Artikoli 101 u 102 TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għal punti referenzjarji li huma indispensabbli għad-dħul f’suq ġdid. L-approvazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti sabiex ma japplikawx id-drittijiet ta’ aċċess għal perjodi tranżitorji mhumiex awtorizzazzjonijiet jew emendi ta’ awtorizzazzjonijiet.

(41)

Il-forniment ta’ servizzi minn ditti minn pajjiżi terzi fl-Unjoni huwa soġġett għar-reġimi u r-rekwiżiti nazzjonali. Dawk ir-reġimi huma ddifferenzjati ħafna u d-ditti awtorizzati skonthom ma jgawdux il-libertà li jipprovdu servizzi u d-dritt ta’ stabbiliment f’Stati Membri oħra għajr dak fejn huma stabbililti. Huwa xieraq li jiġi introdott qafas regolatorju komuni fil-livell tal-Unjoni. Ir-reġim għandu jarmonizza l-qafas frammentat eżistenti, jiżgura ċ-ċertezza u t-trattament uniformi tad-ditti minn pajjiżi terzi li jaċċessaw l-Unjoni, jiżgura li tkun twettqet valutazzjoni tal-ekwivalenza effettiva mill-Kummissjoni fir-rigward tal-qafas prudenzjali u ta’ kondotta tan-negozju tal-pajjiżi terzi u għandu jipprovdi għal livell paragunabbli ta’ protezzjoni għall-klijenti fl-Unjoni li jirċievu servizzi minn ditti minn pajjiżi terzi.

Fl-applikazzjoni tar-reġim, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-oqsma koperti mill-impenji tal-G-20 u l-ftehimiet mal-akbar sħab ta’ negozjar tal-Unjoni u għandhom jagħtu każ ir-rwol ċentrali li għandha l-Unjoni fis-swieq finanzjarji dinjin u jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ pajjiżi terzi ma tipprevenix lill-investituri u l-emittenti tal-Unjoni milli jinvestu f’finanzjament jew jakkwistawh minn pajjiżi terzi jew investituri u emittenti ta’ pajjiżi terzi milli jinvestu, jiġġeneraw kapital jew jakkwistaw servizzi finanzjarji oħra fis-swieq tal-Unjoni sakemm dak mhuwiex meħtieġ għal raġunijiet prudenzjali oġġettivi u msejsa fuq l-evidenza. Fit-twettiq tal-valutazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tqis l-Objettivi u l-Prinċipji tar-regolament dwar it-Titoli tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) u tar-rakkomandazzjonijiet tagħha, kif emendati u interpretati mill-IOSCO.

Fejn ma tista’ tittieħed deċiżjoni li tiddetermina l-ekwivalenza effettiva, il-provvista ta’ servizzi minn ditti minn pajjiżi terzi fl-Unjoni tibqa’ suġġetta għar-reġimi nazzjonali. Il-kummissjoni għandha tniedi il-valutazzjoni tal-ekwivalenza fuq inizjattiva tagħha. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jindikaw l-interess tagħhom li ċertu pajjiż terz jew ċerti pajjiżi terzi jkunu suġġetti għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza mwettqa mill-Kummissjoni, mingħajr ma dawn l-indikazzjonijiet jkunu jorbtu lill-Kummissjoni li tibda l-proċess ta’ ekwivalenza. Il-valutazzjoni tal-ekwivalenza għandha tkun ibbażata fuq l-eżitu; hija għandha tivvaluta sa liema punt il-qafas regolatorju u superviżorju rispettiv ta’ pajjiżi terzi jikseb effetti regolatorji simili u adegwati u sa liema punt dan jissodisfa l-istess għanijiet bħal-liġi tal-Unjoni. Meta tibda dawk il-valutazzjonijiet ta’ ekwivalenza, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tipprijoritizza fost il-ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi billi tqis ir-relevanza tal-eżitu tal-ekwivalenza għad-ditti u l-klijenti tal-Unjoni, l-eżistenza ta’ ftehimiet ta’ superviżjoni u ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiż terz u l-Istati Membri, l-eżistenza ta’ sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent tad-ditti tal-investiment awtorizzati skont reġimi barranin, kif ukoll l-interess u r-rieda tal-pajjiż terz li jieħdu sehem fil-proċess ta’ valutazzjoni tal-ekwivalenza. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja kwalunkwe tibdil sinifikanti fil-qafas regolatorju u superviżorju tal-pajjiż terz u tirrivedi d-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza, meta jkun il-każ.

(42)

Taħt dan ir-Regolament, il-forniment ta’ servizzi mingħajr fergħat għandu jkun limitat għal kontropartijiet eliġibbli u għall-klijenti professjonali per se. Għandu jkun soġġett għal reġistrazzjoni mill-ESMA u superviżjoni fil-pajjiż terz. Għandu jkun hemm arranġamenti xierqa ta’ kooperazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz.

(43)

Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament li jirregolaw il-forniment ta’ servizzi jew twettiq ta’ attivitajiet minn ditti minn pajjiżi terzi ma għandux jaffettwa l-possibbiltà li persuni stabbiliti fl-Unjoni jirċievu servizzi ta’ investiment minn ditta minn pajjiż terz fuq inizjattiva esklussiva tagħhom jew li ditti tal-investiment tal-Unjoni jew istituzzjonijiet ta’ kreditu jirċievu servizzi jew attivitajiet ta’ investiment minn ditta minn pajjiż terz fuq inizjattiva esklussiva tagħhom stess jew li klijent jirċievi servizzi ta’ investiment minn ditta minn pajjiż terz fuq inizjattiva esklussiva tiegħu stess permezz tal-medjazzjoni ta’ tali istituzzjoni tal-kreditu jew ditta tal-investiment. Meta ditta minn pajjiż terz tipprovdi servizzi fuq inizjattiva esklussiva ta’ persuna stabbilita fl-Unjoni, is-servizzi m’għandhomx jitqiesu li ngħataw fit-territorju tal-Unjoni. Meta ditta minn pajjiż terz tissolleċita klijenti jew klijenti potenzjali fl-Unjoni jew tippromwovi jew tirriklama servizzi jew attivitajiet ta’ investiment flimkien ma servizzi anċillari fl-Unjoni, dawn ma għandhomx jitqiesu bħala servizz pprovdut fuq l-inizjattiva esklussiva tal-klijent.

(44)

Fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ditti minn pajjiżi terzi, u f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni skont ir-regolament li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, inkluż il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, deċiżjonijiet li jiddeterminaw li l-oqsfa regolatorji u superviżorji ta’ pajjiżi terzi jkunu ekwivalenti għall-qafas regolatorji u superviżorji tal-Unjoni għandhom jiġu adottati biss jekk il-qafas ġuridiku u superviżorju tal-pajjiż terz tipprevedi sistema ekwivalenti effikaċi għar-rikonoxximent ta’ ditti tal-investimentkontropartijiet taħt sistemi legali barranin f’konformità, fost l-oħrajn, mal-objettivi u mal-istandards regolatorji ġenerali stabbiliti mill-G-20 f’Settembru 2009 għat-titjib tat-trasparenza fis-swieq tad-derivati, għat-taffija tar-riskji sistemiċi u l-protezzjoni kontra l-abbuż tas-suq. Tali sistema għandha titqies bħala ekwivalenti jekk tiżgura li r-riżultat sostanzjali tal-qafas regolatorju applikabbli jkun simili għar-rekwiżiti tal-Unjoni, u għandha titqies bħala effikaċi jekk dawk ir-regoli jkunu qed jiġu applikati b’mod konsistenti.

(45)

Seħħet firxa ta’ prattiki frawdalenti fis-swieq sekondarji spot tal-kwoti tal-emissjonijiet (EUA) li tista’ thedded il-fiduċja fl-iskemi ta’ negozjar tal-emissjonijiet, stabbiliti mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u ta-Kunsill (14), u qed jittieħdu miżuri sabiex tissaħħaħ is-sistema tar-reġistri tal-EUA u l-kondizzjonijiet biex jinfetaħ kont fil-kummerċ tal-EUAs. Sabiex tissaħħaħ l-integrità u jitħares il-funzjonament effiċjenti ta’ dawk is-swieq, fosthom superviżjoni komprensiva tal-attività tan-negozjar, huwa xieraq li l-miżuri meħuda skont id-Direttiva 2003/87/KE jiġu komplimentati billi l-kwoti tal-emissjonijiet jinġiebu kompletament taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u d-Direttiva 2014/65/UE, kif ukoll tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u tad-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) billi jiġu kklassifikati bħala strumenti finanzjarji.

(46)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE. B’mod partikolari, l-atti ddelegati għandhom jiġu adottati fir-rigward tal-estensjoni tal-ambitu ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għall-banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi, dettalji speċifiċi rigward id-definizzjonijiet, id-dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-ispejjeż għad-disponibbiltà tad-dejta tas-suq, aċċess għall-kwotazzjonijiet, id-daqsijiet li għalihom jew għal inqas minnhom ditta għandha tidħol fi tranżazzjonijiet ma’ kwalunkwe klijent ieħor li lilu tkun disponibbli kwotazzjoni, kompressjoni tal-portafollu d-determinazzjoni ulterjuri ta’ meta jkun jeżisti tħassib sinifikanti rigward il-protezzjoni tal-investitur jew theddid għall-protezzjoni tal-investitur, għall-funzjonament ordinat u għall-integrità tas-swieq finanzjarji, jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni jew parti minnha jistgħu jiġġustifikaw azzjoni mill-ESMA, mill-EBA jew mill-awtoritajiet kompetenti, l-estensjoni tal-perjodu transitorju ta’ dan ir-Regolament għal ċertu perjodu ta’ żmien u fir-rigward tal-esklużjoni ta’ skambju ta’ derivattivi ta’ kummerċ mill-ambitu ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għal ċertu perjodu ta’ żmien. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(47)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, lill-Kummissjoni għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ekwivalenza fir-rigward ta’ oqfsa legali u ta’ superviżjoni ta’ pajjiżi terzi għall-forniment ta’ servizzi minn ditti minn pajjiżi terzi jew ċentri tan-negozjar ta’ pajjiż terz, għall-iskop li tiġi determinata l-eliġibbiltà bħala ċentri tan-negozjar għad-derivati soġġetti għall-obbligu tan-negozjar, u ta’ aċċess għal CCPs ta’ pajjiżi terzi u ċentri tan-negozjar ta’ pajjiżi terzi għal ċentri tan-negozjar u CCPs stabbiliti fl-Unjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

(48)

Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbilit rekwiżiti uniformi relatati ma’ strumenti finanzjarji rigward l-iżvelar ta’ dejta tan-negozju, ir-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti, in-negozjar ta’ dervivati f’ċentri organizzati, l-aċċess non-diskriminatorju għas-CCPs, għaċ-ċentri tan-negozjar u lpunti referenzjarji, is-setgħat ta’ intervenzjoni tal-prodott u s-setgħat dwar il-ġestjoni tal-pożizzjoni u l-limiti tal-pożizzjoni, il-provvista ta’ servizzi jew attivitajiet ta’ investiment minn ditti minn terzi pajjiżi ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri, għax, minkejja li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali qegħdin f’pożizzjoni aħjar sabiex jimmonitorjaw l-iżviluppi tas-suq, l-impatt kumplessiv tal-problemi relatati mat-trasparenza tan-negozjar, ir-rapportar tat-tranżazzjonijiet, in-negozjar tad-derivati, u l-projbizzjonijiet ta’ prodotti u prattiki jista’ jiġi stmat kompletament biss fil-kuntest tal-Unjoni sħiħa, iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell tal-Unjoni; l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jikseb dawn l-għanijiet.

(49)

L-ebda azzjoni meħuda minn xi awtorità kompetenti jew l-ESMA fit-twettiq tad-doveri tagħhom m’għandha, direttament jew indirettament, tiddiskrimina kontra xi Stat Membru jew grupp ta’ Stati Membri bħala ċentru għall-provvista ta’ servizzi u attivitajiet ta’ investiment fi kwalunkwe munita. L-ebda azzjoni meħuda mill-ABE fit-twettiq tad-doveri tagħha m’għandha, direttament jew indirettament, tiddiskrimina kontra xi Stat Membru jew grupp ta’ Stati Membri.

(50)

L-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw protezzjoni adegwata għad-depożitaturi, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Unjoni. Bħala korp b’kompetenzi speċjalizzati ferm, ikun effiċjenti u xieraq li tiġi fdata l-ESMA, bl-elaborazzjoni ta’ abbozz ta’ standards regolatorji u standards tekniċi li ma jinvolvux għażliet politiċi, għas-sottomissjoni għand il-Kummissjoni.

(51)

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ESMA rigward il-karatteristiċi preċiżi tar-rekwiżiti ta’ trasparenza tal-kummerċ, rigward l-operazzjonijiet ta’ politika monetarja, tal-kambju u ta’ stabbilita’ finazjarja u t-tipi ta’ dawk it-tranżazzjonijiet li huma rilevanti taħt dan ir-Regolament, rigward il-kundizzjonijiet dettaljati għall-eżenzjonijiet mit-trasparenza qabel in-negozju, rigward l-arranġamenti ta’ pubblikazzjoni differiti ta’ wara n-negozjar, rigward l-obbligu li d-dejta ta’ qabel in-negozjar u wara n-negozjar issir disponibbli għall-pubbliku b’mod separat, rigward il-kriterji għall-applikazzjoni tal-obbligi ta’ trasparenza qabel in-negozjar għall-internalizzaturi sistematiċi, rigward id-divulgazzjoni ta’ wara n-negozjar, rigward il-kontenut u l-frekwenza tat-talbiet ta’ dejta għall-għoti ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ trasparenza u kalkoli oħra, rigward it-tranżazzjonijiet li ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezzijiet, rigward id-dejta tal-ordnijiet li tridu tinżamm, rigward il-kontenut u l-ispeċifikazzjonijiet tar-rapporti ta’ tranżazzjoni, rigward il-kontenut u l-ispeċifikazzjoni ta’ dejta ta’ referenza tal-istrument, l-Artikolu 28 rigward it-tipi ta’ kuntratti li għandhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni u l-każijiet fejn huwa meħtieġ l-obbligu tan-negozjar tad-derivati, rigward il-ħtiġiet għall-sistemi u proċeduri biex jiġi żgurat li tranżazzjonijiet f’derivati ikklerjati jiġu ppreżentati u aċċettati għall-ikklerjar, li jispeċifikaw it-tipi ta’ arranġamenti indiretti ta’ servizz ta’ kklerjar„ u rigward direttivi li huma soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar f’ċentri organizzati tan-negozjar, fir-rigward tal-aċċess mhux diskriminatorju għal CCP u għal ċentru tan-negozjar, rigward l-aċċess mhux diskriminatorju għal punti referenzjarji u l-obbligu li jingħataw liċenzja, u dwar l-informazzjoni li d-ditta applikanti minn pajjiż terz għandha tipprovdi lill-ESMA fl-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(52)

L-Artikolu 95 tad-Direttiva 2014/65/UE jipprevedi eżenzjoni temporanja għal ċerti kuntratti ta’ derivati fuq prodotti tal-enerġija C6. Huwa għalhekk meħtieġ li l-istandards tekniċi li jispeċifikaw l-obbligu tal-ikklerjar żviluppati mill-ESMA u skont l-Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 iqisu dan u ma jimponux obbligu tal-ikklerjar fuq kuntratti ta’ derivati li sussegwentement ikunu suġġett għal eżenzjoni tranżizzjonali għal kuntratti ta’ derivati fuq prodotti tal-enerġija C6.

(53)

L-applikazzjoni tar-rekwiżiti f’dan ir-Regolament għandha tiġi differita sabiex tallinja l-applikabbiltà mal-applikazzjoni tar-regoli trasposti tad-Direttiva riformulata u sabiex jiġu stabbiliti l-miżuri ta’ implimentazzjoni essenzjali kollha. Imbagħad, il-pakkett regolatorju sħiħ għandu jiġi applikat mill-istess mument. L-applikazzjoni tas-setgħat għall-miżuri ta’ implimentazzjoni biss ma għandhiex tiġi differita sabiex il-passi neċessarji għall-abbozzar u l-adozzjoni ta’ dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni jkunu jistgħu jibdew malajr kemm jista’ jkun.

(54)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonnoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8), il-libertà li jitwettaq negozju (l-Artikolu 16), id-dritt għall-protezzjoni tal-konsumaturi (l-Artikolu 38), id-dritt għal rimedju effettiv u smigħ ġust (l-Artikolu 47), u d-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn għall-istess reat (l-Artikolu 50), u għandu jiġi applikat skont dawn dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(55)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u wassal opinjoni fl-10 ta’ Frar 2012 (18),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti unifirmi rigward dawn li ġejjin:

(a)

divulgazzjoni ta’ dejta tan-negozjar lill-pubbliku;

(b)

rapportar ta’ tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti;

(c)

negozjar ta’ derivati f’ċentri organizzati;

(d)

aċċess nondiskriminatorju għall-ikklerjar u aċċess nondiskriminatorju għan-negozjar f’punti referenzjarji;

(e)

setgħat ta’ intervent fil-prodott mill-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-EBA u setgħat tal-ESMA fuq il-kontrolli tal-ġestjoni tal-pożizzjonijiet u l-limiti tal-pożizzjonijiet;

(f)

forniment ta’ servizzi jew attivitajiet ta’ investiment minn ditti minn pajjiż terzi wara deċiżjoni ta’ ekwivalenza applikabbli mill-Kummissjoni b’fergħa jew mingħajrha.

2.   Dan ir-Regolament japplika għad-ditti tal-investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) meta jipprovdu servizzi ta’ investiment wieħed jew aktar u/jew meta jwettqu attivitajiet ta’ investimenti u operaturi tas-swieq inkluż kwalunkwe ċentru tan-negozjar li joperaw.

3.   It-Titolu V ta’ dan ir-Regolament japplika wkoll għall-kontropartijiet finanzjarji kollha kif speċifikat fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u għall-kontropartijiet mhux finanzjarji kollha li jaqgħu taħt l-Artikolu 10(1)(b) ta’ dak ir-Regolament.

4.   It-Titolu VI ta’ dan ir-Regolament japplika wkoll għal CCPs u l-persuni bi drittijiet propretarji għall-punti ta’ referiment.

5.   It-Titolu VIII ta’ dan ir-Regolament japplika għal ditti ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi ta’ investiment jew attivitajiet fl-Unjoni b’segwitu għal deċiżjoni tal-ekwivalenza mill-Kummissjoni b’fergħa jew mingħajr fergħa.

6.   L-Artikoli 8, 10, 18 u 21 m’għandhomx japplikaw għal swieq regolati, operaturi tas-suq u diiti tal-investiment fir-rigward ta’ tranżazzjoni meta l-kontroparti tkun membru tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u fejn dik it-tranżazzjoni tkun imdaħħla fit-twettiq ta’ politika monetarja, tal-kambju u ta’ stabilità finanzjarja li dak il-membru tas-SEBĊ ikollu s-setgħa legali li jsegwi u fejn dak il-membru jkun ta notifika minn qabel lil dik il-kontroparti li t-trażazzjoni hija eżentata.

7.   Il-paragrafu 6 m’għandux japplika fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li jkunu saru minn kwalunkwe membru tas-SEBĊ fit-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ investiment tagħhom.

8.   L-ESMA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, tfassal abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji fejn jiġu speċifikati l-operazzjonijiet ta’ politika monetarja, tal-kambju u ta’ stabilità finanzjarja u t-tipi ta’ tranżazzjonijiet li għalihom japplikaw il-paragrafi 6 u 7.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015:

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

9.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 biex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 6 għal banek ċentrali oħrajn.

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Ġunju 2015, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn jiġi vvalutat it-trattament tat-tranżazzjonijiet minn banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi, li għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu jinkludu l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali. Ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-kompiti statitorji tagħhom u l-volumi ta’ kummerċ tagħhom fl-Unjoni. Ir-rapport għandu:

(a)

jidentifika dispożizzjonijiet applikabbli fil-pajjiżi terzi rilevanti rigward id-divulgazzjoni regolatorja ta’ tranżazzjonijiet ta’ bank ċentrali, inklużi tranżazzjonijiet magħmula minn membri tas-SEBĊ f’dawk il-pajjiżi terzi, u

(b)

jevalwaw l-impatt potenzjali li r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni regolatorha fl-Unjoni jista’ jkollhom fuq it-tranżazzjonijiet ta’ bank ċentrali ta’ pajjiż terz.

Jekk ir-rapport jikkonkludi li l-eżenzjoni pprovduta fil-paragrafu 6 mhijiex neċessarja fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fejn il-kontroparti tkun bank ċentrali ta’ pajjiż terz li jkun qed iwettaq politika monetarja, skambju u operazzjonijiet ta’ stabilità finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tipprovdi li dik l-eżenzjoni tapplika għal dak il-bank ċentrali ta’ pajjiż terz.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ditti tal-investiment” tfisser ditta ta’ investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(2)

‘servizzi u attivitajiet ta’investiment’ tfisser servizzi ta’ investiment u attivitajiet definiti fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(3)

‘servizzi anċillari’ tfisser is-servizzi anċillari kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(3) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(4)

‘eżekuzzjoni tal-ordnijiet f’isem il-klijenti’ tfisser eżekuzzjoni f’isem il-klijenti kif definit fl-Artikolu 4(1)(5) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(5)

‘in-negozjar akkont tagħhom infushom’ ifisser jitratta fuq kont tiegħu kif definit fl-Artikolu 4(1)(6) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(6)

‘ġeneratur tas-suq’ tfisser ġeneratur tas-suq kif definit fl-Artikolu 4(1)(7) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(7)

‘klijent’ tfisser klijent kif definit fl-Artikolu 4(1)(9) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(8)

‘klijent professjonali’ ifisser klijent professjonali kif definit fl-Artikolu 4(1)(10) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(9)

‘strument finanzjarju’ tfisser strument finanzjarju kif definit fl-Artikolu 4(1)(15) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(10)

‘operatur tas-suq’ tfisser operatur tas-suq kif definit fl-Artikolu 4(1)(18) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(11)

‘sistema multilaterali’ tfisser sistema multilaterali kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(19) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(12)

‘internalizzatur sistematiku’ ifisser internalizzatur sistematiku kif definit fl-Artikolu 4(1) u (20) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(13)

‘suq regolat’ tfisser suq regolat kif definit fl-Artikolu 4(1)(21) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(14)

‘facilità multilaterali tan-negozjar’ jew ‘MTF’ tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar kif definit fl-Artikolu 4 (1)(22) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(15)

‘faċilità organizzata tan-negozjar’ jew ‘OTF’ tfisser faċilità organizzata tan-negozjar kif definit fl-Artikolu 4(1)(23) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(16)

‘ċentru tan-negozjar’ tfisser post tal-kummerċ kif definit fl-Artikolu 4(1)(24) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(17)

‘suq likwidu’ jfisser:

(a)

għall-finijiet tal-Artikoli 9, 11u 18, suq għal strument finanzjarju jew klassi ta’ strumenti finanzjarji, fejn ikun hemm xerrejja u bejjiegħa lesti u lesti fuq bażi kontinwa, u fejn is-suq jiġi valutat skont il-kriterji li ġejjin, b’kont konsiderazzjoni l-istrutturi speċifiċi tas-suq tal-istrument finanzjarju partikolari jew tal-klassi partikolari ta’ strumenti finanzjarji:

(i)

il-frekwenza medja u d-daqs ta’ tranżazzjonijiet fuq firxa ta’ kundizzjonijiet tas-suq, b’kont meħud tan-natura u l- ħajja tal-prodotti fil- klassi ta’ strument finanzjarju;

(ii)

in-numru u tip ta’ parteċipanti tas-suq, inkluż il-proporzjon ta’ parteċipanti fis-suq nnegozjati strumenti finanzjarji fi prodott partikolari;

(iii)

id-daqs medju ta’ spreads, fejn disponibbli;

(b)

għall-finijiet tal-Artikoli 4, 5 u 14, suq għal -istrument finanzjarju li jkun innegozjat kuljum u fejn is-suq ikun ivvalutat skont il-kriterji li ġejjin:

(i)

il-flotazzjoni libera;

(ii)

l-għadd medju ta’ tranżazzjonijiet ta’ kuljum f’dawk l-istrumenti finanzjarji;

(iii)

il-fatturat medju ta’ kuljum għal dawk l-istrumenti finanzjarji;

(18)

‘awtorità kompetenti’ tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 2(1)(26) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(19)

‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (20);

(20)

‘fergħa’ tfisser fergħa kif definita fl-Artikolu 4(1)(30) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(21)

‘rabtiet mill-qrib’ tfisser rabtiet mill-qrib kif definiti fl-Artikolu 4(1)(35) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(22)

‘korp maniġerjali’ tfisser korp maniġerjali kif definit fl-Artikolu 4(1)(36) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(23)

‘depożitu strutturat’ tfisser depożitu strutturat kif definit fl-Artikolu 4(1)(43) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(24)

‘titoli trasferibbli’ tfisser titoli trasferibbli kif definiti fl-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(25)

‘ċertifikati ta’ depożitu’ tfisser l-irċevuti depożitarji kif definit fl-Artikolu 4(1)(45) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(26)

‘fond innegozjat bi skambju’ jew ‘ETF’ tfisser fond innegozjat fil-boroż kif definit fl-Artikolu 4(1)(46) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(27)

‘ċertifikati’ tfisser dawk it-titoli li huma negozjabbli fis-suq kapitali u li fil-każ ta’ ħlas lura ta’ investiment mill-emittent huma kklassifikati fuq ishma iżda taħt strumenti tal-bonds mhux garantiti u strumenti simili oħra;

(28)

‘prodotti strutturati ta’ finanzjar’ tfisser dawk it-titoli maħluqa sabiex jittitolizzaw u jittrasferixxu r-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ pula ta’ assi finanzjarji li jintitolaw lid-detentur tat-titoli biex jirċievi ħlasijiet regolari li jiddependu fuq il-fluss tal-flus mill-assi sottostanti;

(29)

‘derivati’ tfisser dawk l-istrumenti finanzjarji definiti fil-punt (44)(c) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, u msemmija fl-Anness I, Taqsima C (4) sa (10) tagħha;

(30)

‘derivati ta’ komoditajiet’ tfisser dawk l-istrumenti finanzjarji definiti fil-punt (44)(c) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE relatati ma’ komodità jew sottostanti msemmija fit-Taqsima C(10) tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, jew fil-punti (5), (6), (7) u (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tagħha;

(31)

‘CCP’ tfisser CCP fis-sens tal-punt (1) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(32)

‘derivat negozjat fil-borża’ tfisser derivat negozjat f’suq regolat jew f’suq ta’ pajjiż terz meqjus bħala ekwivalenti għal suq regolat b’konformità mal-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament, u li għaldaqstant ma jaqax fid-definizzjoni ta’ derivat OTC kif definit fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(33)

‘indikazzjoni azzjonabbli tal-interess’ tfisser messaġġ minn membru jew parteċipant għal ieħor fi ħdan sistema ta’ negozjar fir-rigward ta’ interess ta’ negozjar disponibbli li fih l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex isir ftehim fuq negozjar;

(34)

‘arranġament approvat għall-pubblikazzjoni’ jew ‘APA’ tfisser arranġament approvat għall-pubblikazzjoni kif definit fl-Artikolu 4 (1)(52) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(35)

‘fornitur ta’ tape konsolidat’ jew ‘CTP’ tfisser fornitur ta’ tape konsolidat kif imfisser fl-Artikolu 4(1)(53) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(36)

‘mekkaniżmu ta’ rapportar approvat’ jew ‘ARM’ tfisser mekkaniżmu rapportar approvati kif definit fl-Artikolu 4(1)(54) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(37)

‘Stat Membru tad-domiċilju’ tfisser Stat Membru tad-domiċilju kif definit fl-Artikolu 4(1)(55) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(38)

‘Stat Membru ospitanti’ tfisser Stat Membru ospitanti kif definit fl-Artikolu 4(1)(56) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(39)

‘punt ta’ referenza’ tfisser kwalunkwe rata, indiċi jew figura, disponibbli għall- pubbliku jew ippubblikati li huwa perjodikament jew regolarment determinata mill- applikazzjoni ta’ formula għal, jew fuq il- bażi tal-valur ta’ wieħed jew aktar sottostanti assi jew prezzijiet, inklużi prezzijiet stimati, rati attwali jew stmati ta’ imgħax jew valuri oħra, jew stħarriġ u li b’referenza għalihom tiġi determinata l-ammont pagabbli skont strument finanzjarju jew il-valur ta’ strument finanzjarju.

(40)

‘arranġament tal-interoperabilità’ tfisser arranġament tal-interoperabilità kif definiti fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(41)

“istituzzjoni finanzjarja’ pajjiż terz’ tfisser entità, l-uffiċċju prinċipali tagħhom hija stabbilita f’pajjiż terz, li hija awtorizzata jew liċenzjata taħt il- liġi ta’ dak il-pajjiż terz biex iwettaq kwalunkwe mis-servizzi jew l-attivitajiet elenkati fid-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva2014/65/UE, id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) jew id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (24);

(42)

‘ditta ta’ pajjiż terz’ tfisser ditta ta’ pajjiż terz kif definit fl -Artikolu 4(1)(57) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(43)

‘prodott tal-enerġija bl-ingrossa’ tfisser prodotti tal-enerġija bl-ingrossa kif definit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (25);

(44)

‘derivattivi tal-komoditajiet agrikoli’ tfisser kuntratti derivattivi relatati ma’ prodotti elenkati fl-Artikolu 1 ta’, u l-Anness I, Partijiet I sa XX u XXIV/1, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26);

(45)

‘frammentazzjoni tal-likwidità’ tfisser sitwazzjoni li fiha:

(a)

parteċipanti f’ċentru tan-negozju ma jkunux jistgħu jikkonkludu tranżazzjoni ma’ parteċipant wieħed jew iżjed f’dak iċ-ċentru minħabba n-nuqqas ta’ arranġamenti tal-ikklerjar li jkollhom aċċess għalihom il-parteċipant kollha; jew

(b)

membru tal-ikklerjar jew il-klijenti tiegħu jkunu mġiegħla jżommu l-pożizzjonijiet tagħhom fi strument finanzjarju f’iktar minn CCP waħda u dan ikun jillimita l-potenzjal għan-netting ta’ skoperturi finanzjarji

(46)

‘dejn sovran’ tfisser dejn sovran kif definit fl-Artikolu 4(1)(61) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(47)

‘kompressjoni tal-portafoll’ tfisser servizz ta’ tnaqqis ta’ riskju fejn żewġ kontopartijiet jew iktar jitterminaw totalment jew parzjalment uħud mid-derivati jew id-derivati kollha ppreżentati minn dawk il-kontropartijiet għal inklużjoni fil-kompressjoni tal-portafoll u jissostitwixxu d-derivati tterminati b’derivat ieħor li l-valur nozzjonali kkombinat tiegħu jkun inqas mill-valur nozzjonali kkombinat tad-derivati tterminati.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 li j jispeċifikaw ċerti elementi tekniċi tad-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 biex taġġusthom għall-iżviluppi tas-suq;

TITOLU II

TRASPARENZA GĦAĊ-ĊENTRI TAN-NEGOZJAR

KAPITOLU 1

Trasparenza għas-strumenti ta’ ekwità

Artikolu 3

Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għaċ-ċentri ta’ negozjar fir-rigward tal-ishma, l-irċevuti ta’ depożiti, ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra

1.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw il-prezzijiet attwali tal-offerti u l-intensità tal-interessi għan-negozjar b’dawk il-prezzijiet li huma reklamati permezz tas-sistemi tagħhom għall-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra negozjati f’ċentru tan-negozjar. Dak ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għall-indikazzjoni azzjonabbli tal-interessi. L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu dik l-disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar.

2.   Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kkalibrati għal tipi differenti ta’ sistemi ta’ negozjar inklużi s-sistemi tar-reġistru tal-ordnijiet, dawk immotivati mill-kwotazzjonijiet, dawk ibridi u s-sistemi ta’ nnegozjar b’irkanti perjodiċi.

3.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħtu aċċess, b’termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja, għall-arranġamenti li jużaw sabiex irendu pubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lid-ditti tal-investiment li huma obbligati jippubblikaw il-kwotazzjonijiet tagħhom f’ishma, l-irċevuti ta’ depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra skont l-Artikolu 14.

Artikolu 4

Eżenzjonijiet għall-istrumenti tal-ekwità

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lill-operaturi tas-suq u lid-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar mill-obbligu li jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) għal:

(a)

sistemi ta’ tqabbil tal-ordnijiet ibbażati fuq metodoloġija ta’ negozjar li bihom il-prezz tal-istrument finanzjarju msemmi fl-Artikolu 3(1) jiġi dderivat miċ-ċentru tan-negozjar fejn dak l-istrument finanzjarju kien għall-ewwel darba ammess għan-negozjar jew l-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità, fejn dak il-prezz referenzjarju huwa ppubblikat fil-wisa’ u huwa meqjus mill-parteċipanti tas-suq bħala prezz referenzjarju affidabbli. L-użu kontinwu ta’ dik l-eżenzjoni għandu jkun suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5.

(b)

sistemi li jifformalizzaw tranżazzjonijiet negozjati li:

(i)

jitwettqu fil-firxa ppeżata ta’ volum attwali riflessa fir-reġistru tal-ordnijiet jew fil-kwotazzjonijiet tal-ġeneraturi tas-suq taċ-ċentru tan-negozjar li jopera dik is-sistema. Dawn huma suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5; jew

(ii)

ikunu f’ishma, irċevuti tad-depożitu, ETF, ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħra illikwidi li ma jaqgħux fit-tifsira ta’ suq likwidu, u li jkunu nnegozjati f’perċentwal ta’ prezz referenzjarju adegwat, liema perċentwal u prezz referenzjarju huma ddeterminati minn qabel mill-operatur tas-sistema; jew

(iii)

huma soġġetti għal kondizzjonijiet barra minn dak tal-prezz tas-suq attwali ta’ dak l-istrument finanzjarju;

(c)

ordnijiet ta’ skala kbira meta pparagunati mad-daqs normali tas-suq;

(d)

ordnijiet miżmuma f’faċilità tal-ġestjoni tal-ordnijiet taċ-ċentru tan-negozjar sakemm jiġu ddivulgati.

2.   Il-prezz referenzjarju msemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jiġi stabbilit billi jinkiseb:

(a)

il-punt medju tal-prezzijiet attwali tal-offerti tal-bejgħ u x-xiri taċ-ċentru tan-negozjar fejn dak l-istrument finanzjarju kien għall-ewwel darba ammess għan-negozjar jew l-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità; jew

(b)

meta l-prezz imsemmi fil-punt (a) ma jkunx disponibbli, il-prezz tal-ftuħ u/jew tal-għeluq tas-sessjoni relevanti tan-negozjar.

L-ordnijiet għandhom jirreferu biss għall-prezz imsemmi fil-punt (b) barra l-fażi kontinwa ta’ nnegozjar tas-sessjoni relevanti ta’ negozju.

3.   Meta ċ-ċentri tan-negozjar joperaw sistemi li jifformalizzaw it-tranżazzjonijiet negozjati skont il-paragrafu 1(b)(i):

(a)

dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jitwettqu skont ir-regoli taċ-ċentru tan-negozjar;

(b)

iċ-ċentru tan-negozjar għandu jiżgura li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti, sistemi u proċeduri biex jipprevjenu jew jidentifikaw abbuż tas-suq jew tentattiv ta’ abbuż tas-suq fir-rigward ta’ tali tranżazzjonijiet negozjati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014;

(c)

iċ-ċentru tan-negozjar għandu jistabbilixxi, imantni u jimplimenta sistemi biex jinduna b’kull tentattiv li l-eżenzjoni tintuża biex jiġu evitati rekwiżiti oħrajn ta’ dan ir-Regolament jew Direttiva 2014/65/UE u li jirrapporta dawn it-tentattivi lill-awtorità kompetenti.

Meta awtorità kompetneti tagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 1(b)(i) jew (iii), dik l-awtorità kompetenti għandha timmoniterja l-użu tal-eżenzjoni miċ-ċentru tan-ngeozjar biex tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ din l-eżenzjoni jkunu rispettati.

4.   Qabel ma tingħata eżenzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn dwar l-użu maħsub ta’ kull eżenzjoni individwali u jipprovdu spjegazzjoni rigward il-funzjonament tagħha, inkluż id-dettalji tas-suq regolat fejn il-prezz ta’ referenza huwa stabbilit kif imsemmi fil-paragrafu 1(a). In-notifika tal-intenzjoni li tingħata eżenzjoni għandha ssir mhux inqas minn erba’ xhur qabel id-data maħsuba biex tidħol fis-seħħ l-eżenzjoni. Fi żmien xahrejn wara r-riċevuta tan-notifika, l-ESMA għandha toħroġ opinjoni mhux vinkolanti għall-awtorità kompetenti inkwistjoni li fiha tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ kull eżenzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u speċifikati fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 6. Fejn l-awtorità kompetenti tagħti eżenzjoni u awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx, dik l-Awtorità kompetenti tista’ tirreferi l-kwistjoni lura lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif jiġu applikati fil-prattika.

5.   Awtorità kompetenti tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba minn awtorità kompetenti oħra, tirtira eżenzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1, kif speċifikat taħt il-paragrafu 6, jekk tosserva li l-eżenzjoni qed tintuża b’mod li jiddevja mill-għan oriġinali tagħha jew jekk temmen li l-eżenzjoni qed tintuża sabiex jiġu evitati r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti oħra b’tali rtirar waqt li jagħtu raġunijiet sħaħ għad-deċiżjoni tagħhom.

6.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw dan li ġej:

(a)

il-firxa tal-prezzijiet tal-offerti tal-bejgħ u xiri jew tal-kwotazzjonijiet mingħand ġeneraturi tas-suq magħżula, u l-intensità tal-interess tan-negozjar b’dawk il-prezzijiet, li għandhom jiġu ppubblikati għal kull klassi ta’ strument finanzjarju konċernat skont l-Artikolu 3(1), filwaqt li titqies il-kalibrazzjoni meħtieġa għat-tipi differenti ta’ sistemi ta’ negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 3(2);

(b)

l-aktar suq rilevanti f’termini tal-likwidità ta’ strument finanzjarju skont il-paragrafu 1(a);

(c)

il-karatteristiċi speċifiċi ta’ tranżazzjoni negozjata fir-rigward tal-modi differenti li l-membru jew il-parteċipant ta’ ċentru tan-negozjar jista’ jesegwixxi tali tranżazzjoni;

(d)

it-tranżazzjonijiet negozjati li ma jikkontribwixxux għall-formazzjoni tal-prezzijiet u li jagħmlu użu mill-eżenzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1(b)(iii);

(e)

id-daqs tal-ordnijiet li huma ta’ skala kbira u t-tip u d-daqs minimu tal-ordnijiet miżmuma f’faċilità ta’ ġestjoni tal-ordnijiet ta’ ċentru tan-negozjar sakemm jiġu ddivulgati, li għalihom tista’ ssir eżenzjoni minn divulgazzjoni ta’ qabel in-negozjar skont il-paragrafu 1 għal kull klassi ta’ strument finanzjarju konċernat;

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.   L-eżenzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 29(2) u l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2004/39/KE u l-Artikoli 18, 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 1287/2006 qabel it-3 ta’ Jannar 2017 għandhom jiġu analizzati mill-ESMA sat-3 ta’ Jannar 2019. L-ESMA għandha toħriġ opinjoni għall-awtorità kompetenti inkwistjoni li fiha tivvaluta l-kompatibbiltà kontinwata ta’ kull waħda minn dawn l-eżenzjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u kwalunkwe att delegat u standard tekniku regolatorju bbażat fuq dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Mekkaniżmu għal-Limitazzjoni tal-Volum

1.   Sabiex ikun żgurat li l-użu tal-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(1)(a) u 4(1)(b)(i) ma jagħmilx ħsara mhux dovuta lill-formazzjoni tal-prezzijiet, in-negozju f’dawk l-eżenzjonijiet huwa ristrett kif ġej:

(a)

il-perċentwali ta’ negozju fi strument finanzjarju mwettaq f’ċentru tan-negozjar skont dawk l-eżenzjonijiet għandu jkun limitat għal 4 % tal-volum totali tan-negozju f’dak l-istrument finanzjarju fiċ-ċentri kollha tan-negozjar madwar l-Unjoni matul il-perjodu preċedenti ta’ 12-il xahar.

(b)

in-negozju globali fil-livell tal-Unjoni fi strument finanzjarju mwettaq skont dawk l-eżenzjonijiet għandu jkun limitat għal 8 % tal-volum totali tan-negozju f’dak l-istrument finanzjarju fiċ-ċentri kollha tan-negozjar madwar l-Unjoni matul il-perjodu preċedenti ta’ 12-il xahar.

Dak il-mekkaniżmu ta’ limitazzjoni tal-volum m’għandux japplika għal tranżazzjonijiet innegozjati li jkunu f’sehem, irċevuta tad-depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor li għalihom m’hemmx suq likwidu kif determinat skont l-Artikolu 2(1)(17)(b) u li jkunu nnegozjati f’perċentwal ta’ prezz referenzjarju adegwat kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b)(ii), jew għal tranżazzjonijiet innegozjati li jkunu suġġetti għal kundizzjonijiet li mhumiex il-prezz attwali tas-suq ta’ dak l-istrument finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b)(iii).

2.   Meta l-perċentwal ta’ negozjar fi strument finanzjarju mwettaq f’ċentru tan-negozjar skont l-eżenzjonijiet ikun qabeż il-limitu msemmi fil-paragrafu 1(a), l-awtorità kompetenti li awtorizzat l-użu ta’ dawk l-eżenzjonijiet minn dak iċ-ċentru għandha, fi żmien jumejn tax-xogħol, tissospendi l-użu tagħhom f’dak iċ-ċentru f’dak l-istrument finanzjarju bbażat fuq id-dejta ppubblikata mill-ESMA u msemmija fil-paragrafu 4, għal perjodu ta’ 6 xhur.

3.   Meta l-perċentwal ta’ negozjar fi strument finanzjarju mwettaq fiċ-ċentri kollha tan-negozju madwar l-Unjoni skont dawk l-eżenzjonijiet ikun qabeż il-limitu msemmi fil-paragrafu 1(b), l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom, fi żmien jumejn tax-xogħol, jissospendu l-użu ta’ dawk l-eżenzjonijiet madwar l-Unjoni għal perjodu ta’ 6 xhur.

4.   L-ESMA għandha tippubblika, fi żmien 5 ijiem tax-xogħol fl-aħħar ta’ kull xahar kalendarju, il-volum totali ta’ negozjar fl-Unjoni għal kull strument finanzjarju fit-12-il xahar preċedenti, il-perċentwal tan-negozju fi strument finanzjarju mwettaq madwar l-Unjoni skont dawk l-eżenzjonijiet kif ukoll f’kull ċentru tan-negozjar fit-12-il xahar preċedenti, u l-metodoloġija li tintuża biex jinkisbu dawk il-perċentwali.

5.   F’każ li r-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 jidentifika xi ċentru tan-negozjar fejn in-negozju fi kwalunkwe strument finanzjarju mwettaq skont dawn l-eżenzjonijiet ikun qabeż it-3,75 % tan-negozju totali tal-Unjoni f’ dak l-istrument finanzjarju, abbażi tan-negozju fit-12-il xahar preċedenti, l-ESMA għandha tippubblika rapport addizzjonali fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara l-15-il ġurnata tax-xahar kalendarju li fih ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 jkun ippubblikat. Dak ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 4 fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji fejn it-3,75 % imsemmija hawnhekk ikunu nqabżu.

6.   F’każ li r-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 jidentifika li n-negozju globali fl-UE fi kwalunkwe strument finanzjarju mwettaq skont dawn l-eżenzjonijiet ikun qabeż is-7,75 % tan-negozju totali tal-UE fl-istrument finanzjarju, abbażi tan-negozju fit-12-il xahar preċedenti, l-ESMA għandha tippubblika rapport addizzjonali fi żmien 5 ijiem tax-xogħol wara l-15-il ġurnata tax-xahar kalendarju li fih ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 jkun ippubblikat. Dak ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 4 fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji fejn is-7,75 % imsemmija hawnhekk ikunu nqabżu.

7.   Sabiex tkun żgurata bażi affidabbli għall-monitoraġġ tan-negozju li jitwettaq skont dawk l-eżenzjonijiet u sabiex jiġi ddterminat jekk il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 ikunux inqabżu, l-operaturi taċ-ċentri tan-negozju għandhom ikunu obbligati li jkollhom fis-seħħ sistemi u proċeduri sabiex:

(a)

jippermettu l-identifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet kollha tan-negozju li jkunu twettqu fiċ-ċentri tagħhom skont dawk l-eżenzjonijiet; kif ukoll

(b)

jiggarantixxu li l-perċentwal tat-tranżazzjonijiet tan-negozju awtorizzat skont dawk l-eżenzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1(a) ma jinqabeż fl-ebda ċirkustanza.

8.   Il-perjodu għall-pubblikazzjoni tad-dejta dwar in-negozju mill-ESMA, u li għalih in-negozju fi strument finanzjarju skont dawk l-eżenzjonijiet għandu jiġi mmoniterjat, jibda jgħodd mit-3 ta’ Jannar 2016. Bla ħsara għall-Artikolu 4(5), l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa jissospendu l-użu ta’ dawk l-eżenzjonijiet mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament u minn dakinhar ‘il quddiem fuq bażi ta’ kull xahar.

9.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu, inkluż l-immarkar tat-tranżazzjonijiet, li abbażi tiegħu tiġbor, tikkalkula u tippubblika d-dejta tat-tranżazzjoni, skont l-Artikolu 4, sabiex tipprovdi kejl preċiż tal-volum totali tan-negozju għal kull strument finanzjarju u l-perċentwali tan-negozju li jużaw dawk l-eżenzjonijiet madwar l-Unjoni u għal kull ċentru tan-negozjar.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont -Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 6

Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar għal ċentri tan-negozjar fir-rigward ta’ ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra

1.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw il-prezz, il-volum u l-ħin tat-tranżazzjonijiet imwettqa fir-rigward tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra negozjati f’ċentru tan-negozjar. L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet kollha bħal dawn fl-iktar ħin viċin għall-ħin reali teknikament possibbli.

2.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħtu aċċess, b’termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja, għall-arranġamenti li jużaw sabiex irendu pubblika l-informazzjoni skont l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu lid-ditti tal-investiment li huma obbligati jippubblikaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet tagħhom f’ishma, l-irċevuti ta’ depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra skont l-Artikolu 20.

Artikolu 7

Awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni differita

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw lill-operaturi tas-suq u lid-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar biex jipprovdu pubblikazzjoni differita tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet abbażi tat-tip jew id-daqs tagħhom.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li huma ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal dak is-sehem, l-irċevuta tad-depożitu, l-ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor jew dik il-klassi tas-sehem, tal-irċevuta tad-depożitu, tal-ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor.

L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jiksbu l-approvazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti tal-arranġamenti proposti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita, u għandhom jiddivulgaw b’mod ċar dawk l-arranġamenti lill-parteċipanti tas-suq u lill-pubbliku. L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dawk l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar jiġu applikati fil-prattika.

Fejn l-awtorità kompetenti tawtorizza pubblikazzjoni differita u awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx mad-differiment jew mal-applikazzjoni effettiva tal-awtorizzazzjoni mogħtija, dik l-awtorità kompetenti tista’ tirreferi l-kwestjoni lura lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika dan li ġej b’mod li jippermetti l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 64 tad-Direttiva 2014/65/UE:

(a)

id-dettalji ta’ tranżazzjonijiet li ditti tal-investiment, inkluż l-internalizzaturi sistematiċi u l-operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat f’konformità mal-paragrafu 6(1), inklużi identifikaturi għat-tipi differenti ta’ tranżazzjonijiet ippubblikati taħt l-Artikoli 6(1) u 20, li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi marbuta primarjament mal-valutazzjoni tal-istrumenti u dawk determinati minn fatturi oħra;

(b)

il-limitu taż-żmien li jkun determinat f’konformità mal-obbligu tal-pubblikazzjoni qrib il-ħin reali kemm jista’ jkun, inkluż meta n-negozjar jitwettaq barra l-ħinijiet ordinarji tan-negozju.

(c)

il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ ditti tal-investimenti inklużi internalizzaturi sistematiċi u operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar biex jipprovdu pubblikazzjoni differita tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji kkonċernata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 20(1);

(d)

il-kriterji li jridu jiġu applikati meta jiġu deċiżi t-tranżazzjonijiet li għalihom, minħabba d-daqs tagħhom jew it-tip, inkluż il-profil tal-likwidità, tas-sehem, irċevuta tad-depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor involut, il-pubblikazzjoni differita hija permessa għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU 2

Trasparenza għas-strumenti mhux tal- ekwità

Artikolu 8

Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għal ċentri tan-negozjar fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjari strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati

1.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw il-prezzijiet attwali tad-domanda u l-offerta u l-intensità tal-interessi ta’ negozjar ta’ dawk il-prezzijiet li huma rreklamati permezz tas-sistemi tagħhom għall-bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti ta’ emissjonijiet u derivati negozjati f’ċentru tan-negozjar. Dak ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għall-indikazzjoni azzjonabbli tal-interessi. L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu din l-disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar. Dak l-obbligu tal-pubblikazzjoni ma japplikax għal dawn it-tranżazzjonijiet ta’ derivati ta’ kontropartijiet mhux finanzjarji li jistgħu oġġettivament jitkejlu bħala li jnaqqsu r-riskji li huma relatati direttament mal-attività kummerċjali jew mal-attività tal-iffinanzjar tat-teżor tal-kontroparti nonfinanzjarja jew ta’ dak il-grupp.

2.   Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kkalibrati għal tipi differenti ta’ sistemi ta’ negozjar inklużi s-sistemi tar-reġistru tal-ordnijiet, dawk immotivati mill-kwotazzjonijiet, dawk ibridi sistemi ta’ nnegozjar b’irkanti perjodiċi u sistemi ta’ negozjar bil-vuċi.

3.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħtu aċċess, f’termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja, għall-arranġamenti li jużaw sabiex jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu lid-ditti tal-investiment li huma obbligati jippubblikaw il-kwotazzjonijiet tagħhom f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati skont l-Artikolu 18.

4.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom, meta tingħata eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 9(1)(b), jippubblikaw għall-inqas prezz indikattiv għad-domanda u prezz indikattiv għall-offerta ta’ qabel in-negozjar li huma qrib il-prezz tal-interessi għan-negozjar irreklamati permezz tas-sistemi tagħhom f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti ta’ emissjonijiet u derivati nnegozjati f’ċentru tan-negozjar. L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ mezzi elettroniċi adegwati fuq bażi kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar. Dawk l-arranġamenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni hija pprovduta fuq termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi mhux diskriminatorja.

Artikolu 9

Eżenzjonijiet għall-istrumenti mhux tal-ekwità

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lill-operaturi tas-suq u lid-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar mill-obbligu li jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) għal:

(a)

ordnijiet ta’ skala kbira meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq u ordnijiet miżmuma f’faċilità tal-ġestjoni tal-ordnijiet ta’ ċentru tan-negozjar sakemm jiġu ddivulgati;

(b)

l-indikazzjonijiet azzjonabbli tal-interess fit-talba għal kwotazzjoni u sistemi ta’ negozjar bil-vuċi li huma akbar minn daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju, li jesponi lill-fornituri tal-likwidità għal riskju żejjed u li jieħu kont ta’ jekk il-parteċipanti rilevanti tas-suq humiex investituri tal-bejgħ bl-imnut jew bl-ingrossa;

(c)

derivati li mhumiex soġġetti għall-obbligu tan-negozjar speċifikat fl-Artikolu 28 u strumenti finanzjarji oħra li m’hemmx suq likwidu għalihom.

2.   Qabel ma tingħata eżenzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn dwar l-użu maħsub ta’ kull eżenzjoni individwali u jipprovdu spjegazzjoni rigward il-funzjonament tagħha. In-notifika tal-intenzjoni li tingħata eżenzjoni għandha ssir mhux inqas minn erba’ xhur qabel id-data maħsuba biex tidħol fis-seħħ l-eżenzjoni. Fi żmien xahrejn wara r-riċevuta tan-notifika, l-ESMA għandha toħroġ opinjoni għall-awtorità kompetenti inkwistjoni li fiha tivvaluta l-kompatibbiltà tal-eżenzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u speċifikati fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 5. Fejn l-awtorità kompetenti tagħti eżenzjoni u awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx, dik l-Awtorità kompetenti tista’ tirreferi l-kwistjoni lura lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif jiġu applikati fil-prattika.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, jew fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba minn awtoritajiet kompetenti oħra, jirtiraw eżenzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 jekk huma josservaw li l-eżenzjoni qed tintuża b’tali mod li tiddevja mill-għan oriġinali tagħha jew jekk huma jikkunsidraw li l-eżenzjoni qed tintuża biex jiġu evitati r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti oħra b’tali rtirar mingħajr dewmien u qabel ma jidħol fis-seħħ, waqt li jagħtu raġunijiet sħaħ għad-deċiżjoni tagħhom.

4.   L-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ ċentru ta’ negozjar wieħed jew aktar li fih jiġu nnegozjati klassi ta’ bonds, prodott finanzjarju strutturat, kwoti ta’ emissjoni jew derivati tista’, fejn il-likwidità ta’ dik il-klassi ta’ strumenti finanzjarji taqa’ taħt limitu minimu speċifikat, tissospendi b’mod temporanju l-obbligi msemmija fl-Artikolu 8. Il-limitu speċifikat għandu jiġi ddefinit abbażi ta’ kriterji oġġettivi speċifiċi għas-suq għall-istrument finanzjarju kkonċernat. In-notifika ta’ tali sospensjoni temporanja għandha tiġi ppubblikata fuq il-websajt web tal-awtorità kompetenti rilevanti.

Is-sospensjoni temporanja għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-websajt tal-awtorità kompetenti rilevanti. Tali sospensjoni tista’ tiġġedded għal perjodi ulterjuri ta’ mhux aktar minn tliet xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħu jkunu applikabbli. Meta s-sospensjoni temporanja ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur, din għandha tiskadi awtomatikament.

Qabel ma tissospendi jew iġġedded is-sospensjoni temporanja skont dan il-paragrafu tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 8, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tgħarraf lill-ESMA bl-intenzjoni tagħha u tagħti spjegazzjoni. L-ESMA għandha toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti hekk kif ikun prattikabbli dwar jekk fil-fehma tagħha, is-sospensjoni temporanja jew it-tiġdid tas-sospensjoni temporanja ikunux ġustifikati f’konformità mal-ewwel u t-tieni subparagrafi.

5.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi li jispeċifikaw dan li ġej:

(a)

il-parametri u l-metodi għall-kalkolu tal-limitu massimu tal-likwidità msemmi fil-paragrafu 4 b’rabta mal-istrument finanzjajru. Il-parametri u l-metodi għall-Istati Membri biex jikkalkulaw il-limitu massimu għandhom jiġu stabbiliti b’tali mod li meta jintlaħaq il-limitu massimu, huwa jirrappreżenta tnaqqis sinifikanti fil-likwidità fiċ-ċentri kollha fl-Unjoni għall-istrument finanzjarju kkonċernat ibbażat fuq il-kriterji użati skont l-Artikolu 2(1)(17);

(b)

il-firxa tal-prezzijiet tad-domanda u tal-offerta jew il-kwoti u l-intensità tal-interessi għan-negozjar f’dawk il-prezzijiet, jew offerta jew prezzijiet tal-offerta indikattivi ta’ qabel in-negozjar li huma qrib tal-prezz tal-interess ta’ negozjar, li għandha tiġi ppubblikata għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat f’konformità mal-Artikoli 8(1) u (4), filwaqt li titqies il-kalibrazzjoni meħtieġa għat-tipi differenti ta’ sistemi ta’ negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 8(2);

(c)

id-daqs tal-ordnijiet li huma ta’ skala kbira u t-tip u d-daqs minimu tal-ordnijiet miżmuma f’faċilità ta’ ġestjoni tal-ordnijiet sakemm jiġu ddivulgati, li jistgħu jkunu eżentati mid-divulgazzjoni qabel in-negozjar taħt il-paragrafu 1 għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat;

(d)

id-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1(b) u d-definizzjoni ta’ talba għal kwotazzjoni u sistemi ta’ negozjar bil-vuċi li d-divulgazzjoni tagħhom qabel in-negozjar tista’ tiġi eżentata skont il-paragrafu 1;

Meta tiddetermina d-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju li jesponi lill-fornituri tal-likwidità għal riskju żejjed u li jieħu kont ta’ jekk il-parteċipanti rilevanti tas-suq humiex investituri tal-bejgħ bl-imnut jew bl-ingrossa, f’konformità mal-paragrafu 1(b), l-ESMA għandha tqis il-fatturi li ġejjin:

(i)

jekk, f’daqsijiet bħal dawn, il-fornituri tal-likwidità jkunux jistgħu jkopru r-riskji tagħhom;

(ii)

fejn suq fl-istrument finanzjarju, jew klassi ta’ strumenti finanzjarji, ikun jikkonsisti parzjalment minn investituri tal-bejgħ bl-imnut; il-valur medju tat-transazzjonijiet imwettqa minn dawk l-investituri;

(e)

l-istrumenti finanzjarji jew il-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji li mhemmx suq likwidu għalihom fejn id-divulgazzjoni ta’ qabel in-negozjar tista’ tiġi eżentata skont il-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 10

Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar għal ċentri tan-negozjar fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati

1.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw il-prezz, il-volum u l-ħin tat-transazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati nnegozjati f’ċentru tan-negozjar. L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw id-dettalji tat-transazzjonijiet kollha bħal dawn fl-iktar ħin viċin għall-ħin reali teknikament possibbli.

2.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħtu aċċess, f’termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja, għall-arranġamenti li jużaw sabiex jippubblikaw l-informazzjoni skont il-paragrafu 1 lid-ditti tal-investimenti li huma obbligati jippubblikaw id-dettalji tat-transazzjonijiet tagħhom f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati skont l-Artikolu 21.

Artikolu 11

Awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni differita

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw lill-operaturi tas-suq u lid-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar biex jipprovdu pubblikazzjoni differita tad-dettalji tat-transazzjonijiet abbażi tad-daqs jew it-tip tat-transazzjoni.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’tranżazzjonijiet li:

(a)

huma ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal dak il-bond, prodott finanzjarju strutturat, kwota ta’ emissjoni jew derivat nnegozjati f’ċentru tan-negozjar, jew għal dik il-klassi ta’ bond, prodott finanzjarju strutturat, kwota ta’ emissjoni jew derivat innegozjati f’ċentru tan-negozjar; jew

(b)

huma relatati ma’ bond, prodott finanzjarju strutturat, kwota ta’ emissjoni jew derivat li huwa nnegozjat f’ċentru tan-negozjar, jew klassi ta’ bond, prodott finanzjarju strutturat, kwota ta’ emissjoni jew derivat li huwa nnegozjat f’ċentru tan-negozjar li għalih m’hemmx suq likwidu;

(c)

huma aktar minn daqs speċifiku għal dak il-bond, prodott finanzjarju strutturat, kwota ta’ emissjoni jew derivat nnegozjati f’ċentru tan-negozjar, jew dik il-klassi ta’ bond, prodott finanzjarju strutturat, kwota ta’ emissjoni jew derivat innegozjati f’ċentru tan-negozjar, li jesponi lill-fornituri tal-likwidità għal riskju żejjed u li jieħu kont ta’ jekk il-parteċipanti rilevanti tas-suq humiex investituri tal-bejgħ bl-imnut jew bl-ingrossa.

L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jiksbu l-approvazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti tal-arranġamenti proposti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita, u għandhom jiddivulgaw b’mod ċar dawk l-arranġamenti lill-parteċipanti tas-suq u lill-pubbliku. L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dawk l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif jintużaw fil-prattika.

2.   L-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ ċentru tan-negozjar wieħed jew aktar li fih jiġu nnegozjati klassi ta’ bonds, prodott finanzjarju strutturat, kwoti ta’ emissjoni jew derivati tista’, fejn il-likwidità ta’ dik il-klassi ta’ strumenti finanzjarji taqa’ taħt il-limitu minimu determinat f’konformità mal-metodoloġija kif imsemmija fll-Artikolu 9(5)(a), tissospendi temporanjament l-obbligi msemmija fl-Artikolu 10. Dak il-limitu minimu għandu jiġi ddefinit abbażi ta’ kriterji oġġettivi speċifiċi għas-suq għall-istrument finanzjarju kkonċernat. Tali sospensjoni temporanja għandha tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-awtorità kompetenti rilevanti.

Is-sospensjoni temporanja għandha tkun valida għal perjodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-websajt tal-awtorità kompetenti rilevanti. Tali sospensjoni tista’ tiġġedded għal perjodi ulterjuri ta’ mhux aktar minn tliet xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħu jkunu applikabbli. Fejn is-sospensjoni temporanja ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur, din għandha tiskadi awtomatikament.

Qabel ma s-sospensjoni temporanja tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 10 tiġi sospiża jew imġedda, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-ESMA bl-intenzjoni tagħha u tagħti spjegazzjoni. L-ESMA għandha toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti hekk kif ikun prattikabbli dwar jekk fil-fehma tagħha, is-sospensjoni temporanja jew it-tiġdid tas-sospensjoni temporanja ikunux ġustifikati f’konformità mal-ewwel u t-tieni subparagrafi.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, flimkien ma’ awtorizzazzjoni għal pubblikazzjoni differita:

(a)

jitolbu l-pubblikazzjoni ta’ dettalji limitati ta’tranżazzjoni jew dettalji ta’ diversitranżazzjonijiet f’forma aggregata, jew kombinazzjoni tagħhom, waqt il-perijodu tad-differiment;

(b)

jippermettu n-nonpubblikazzjoni tal-volum ta’ tranżazzjoni individwali waqt perjodu estiż ta’ differiment;

(c)

jippermettu, fir-rigward tal-istrumenti mhux tal-ekwità li mhumiex dejn sovran, il-pubblikazzjoni ta’ diversi tranżazzjonijiet f’forma aggregata waqt perjodu estiż ta’ differiment;

(d)

jippermettu, fir-rigward ta’ strumenti ta’ dejn sovran, il-pubblikazzjoni ta’ diversi tranżazzjonijiet f’forma aggregata għal perjodu indefinit ta’ żmien.

Fir-rigward tal-istrumenti tad-dejn sovran, il-punti (b) u (d) jistgħu jintużaw jew separatament jew konsekuttivament sakemm ladarba l-perjodu estiż tan-nonpubblikazzjoni tal-volum jiskadi, il-volumi jkunu jistgħu mbagħad jiġu ppubblikati f’forma aggregata.

Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji l-oħrajn kollha, meta l-perjodu tad-differiment jiskadi, id-dettalji pendenti tat-tranżazzjoni u d-dettalji kollha tat-tranżazzjonijiet fuq bażi individwali għandhom ikunu ppubblikati.

4.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji b’tali mod li tippermetti l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 64 tad-Direttiva 2014/65/UE biex jiġu speċifikati dawn li ġejjin:

(a)

id-dettalji ta’tranżazzjonijiet li ditti tal-investiment, inkluż internalizzaturi sistematiċi, u l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 10(1), inklużi identifikaturi għat-tipi differenti ta’tranżazzjonijiet ippubblikati taħt l-Artikoli 10(1) u 21(1), li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi marbuta primarjament mal-valutazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u dawk determinati minn fatturi oħra;

(b)

il-limitu taż-żmien li jkun determinat f’konformità mal-obbligu tal-pubblikazzjoni qrib il-ħin reali kemm jista’ jkun, inkluż meta n-negozjar jitwettaq barra l-ħinijiet ordinarji tan-negozju;

(c)

il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ ditti tal-investiment, inkluż internalizzaturi sistematiċi, u operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar, biex jipprovdu pubblikazzjoni differita tad-dettalji tat-transazzjonijiet għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji kkonċernata f’konformità mal-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 21(4);

(d)

il-kriterji li għandhom jiġu applikati meta jkunu qed jiġu ddeterminati d-daqs u t-tip ta’ tranżazzjoni li għaliha l-pubblikazzjoni ddiferita u l-pubblikazzjoni ta’ dettalji limitati ta’ tranżazzjoni, jew il-pubblikazzjoni ta’ dettalji ta’ diversi tranżazzjonijiet f’forma aggregata, jew in-nonpubblikazzjoni tal-volum ta’ tranżazzjoni b’riferenza partikolari l-awtorizzazzjoni għal estensjoni taż-żmien ta’ differiment għal ċerti strumenti finanzjarji skont il-likwidità tagħhom, hija permessa skont il-paragrafu 3.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU 3

Obbligu li tiġi offruta dejta tan-negozjar fuq bażi kummerċjali separata u raġonevoli

Artikolu 12

Obbligu li d-dejta ta’ qabel in-negozjar u wara n-negozjar issir disponibbli b’mod separat

1.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikoli 3, 4 u 6 sa 11 billi joffru d-dejta tat-trasparenza ta’ qabel in-negozjar u wara n-negozjar b’mod separat.

2.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-offerta ta’ dejta tat-trasparenza ta’ qabel in-negozjar u wara n-negozjar, inkluż il-livell ta’ diżaggregazzjoni tad-dejta li għandha ssir disponibbli għall-pubbliku kif imsemmmi fil-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 13

Obbligu sabiex id-dejta ta’ qabel in-negozjar u wara n-negozjar tkun disponibbli fuq bażi kummerċjali raġonevoli

1.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikoli 3, 4 u 6 sa 11 fuq bażi kummerċjali raġonevoli u jiżguraw aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli mingħajr ħlas kwarta (15-il minuta) wara l-pubblikazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 li jiċċaraw x’jikkostittwixxi bażi kummerċjali raġonevoli sabiex l-informazzjoni ssir pubblika kif imsemmi fil-paragrafu 1.

TITOLU III

TRASPARENZA GĦALL-INTERNALIZZATURI SISTEMATIĊI U GĦAD-DITTI TAL-INVESTIMENT LI JINNEGOZJAW OTC

Artikolu 14

Obbligu għall-internalizzaturi sistematiċi li jippubblikaw il-kwotazzjonijiet vinkolanti fir-rigward tal-ishma, l-irċevuti ta’ depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu pubbliku l-kwotazzjonijiet vinkolanti fir-rigward ta’ dawk l-ishma, l-irċevuti ta’ depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u l-istrumenti finanzjajri simili oħra nnegozjati f’ċentru tan-negozjar u li għalihom huma internalizzaturi sistematiċi u dawk li għalihom hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(7a)(b).

Fejn ma jkunx hemm suq likwidu għall-istrumenti finanzjarji msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-internalizzaturi sistematiċi għandhom, fuq talba, jiddivulgaw kwotazzjonijiet lill-klijenti tagħhom.

2.   Dan l-Artikolu u l-Artikoli 15, 16 u 17 għandhom japplikaw għall-internalizzaturi sistematiċi meta jinnegozjaw dwar daqsijiet sad-daqs standard tas-suq. L-internalizzaturi sistematiċi ma għandhomx ikunu soġġetti għal dan l-Artikolu u tal-Artikoli 15, 16 u 17 meta jinnegozjaw dwar daqsijiet akbar mid-daqs standard tas-suq.

3.   L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jiddeċiedu d-daqs jew id-daqsijiet li fihom se jikkwotaw. Id-daqs minimu tal-kwotazzjoni għandu jkun tal-inqas l-ekwivalenti ta’ 10 % tad-daqs standard tas-suq tas-sehem, tal-irċevuta tad-depożitu, ETF, taċ-ċertifikat jew ta’ strument finanzjarju simili ieħor innegozjat f’ċentru tan-negozjar. Għal sehem, irċevuta ta’ depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor partikolari nnegozjat f’ċentru tan-negozjar kull kwotazzjoni għandha tinkludi offerta tad-ditta u prezz tal-offerta jew prezzijiet għal daqs jew daqsijiet li jistgħu jaslu sad-daqs standard tas-suq għall-klassi tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, ETFs, iċ-ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħra li jappartjeni għalihom l-istrument finanzjarju. Il-prezz jew il-prezzijiet għandhom jirreflettu wkoll il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq għal dak is-sehem, l-irċevuti tad-depożiti, ETF, iċ-ċeritifkat jew strument finanzjarju simili ieħor.

4.   L-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, ETFs, iċ-ċertifikati u l-istrumenti finanzjarji simili oħra għandhom jinġabru fi gruppi fi klassijiet fuq il-bażi ta’ valur aritmetiku medju tal-ordnijiet eżekwiti fis-suq għal dak l-istrument finanzjarju. Id-daqs standard għas-suq għal kull klassi ta’ ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra għandu jkun daqs li jirrappreżenta l-valur aritmetiku medju tal-ordnijiet eżekwiti fis-suq għall-istrumenti finanzjarji inklużi f’kull klassi.

5.   Is-suq għal kull sehem, irċevuta tad-depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor għandu jkun magħmul mill-ordnijiet kollha eżekwiti fl-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ dak l-istrument finanzjarju għajr dawk li huma ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq.

6.   L-awtorità kompetenti tas-suq l-aktar relevanti f’termini ta’ likwidità kif definit fl-Artikolu 26 għal kull sehem, irċevuta tad-depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor għandha tiddetermina tal-inqas darba fis-sena, abbażi tal-valur aritmetiku medju tal-ordnijiet eżekwiti fis-suq fir-rigward ta’ dak l-istrument finanzjarju, il-klassi li jappartjeni fiha. Din l-informazzjoni għandha tkun pubblika għall-parteċipanti kollha tas-suq u kkomunikata lill-ESMA, li għandha tippubblika l-informazzjoni fuq il-websajt tagħha.

7.   Sabiex tiġi żgurata l-valwazzjoni effiċjenti tal-ishma, l-irċevuti depożitarji, ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra u tiġi massimizzata l-possibbiltà tad-ditti tal-investiment li jiksbu l-aħjar negozju għall-klijenti tagħhom, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ulterjorment l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni ta’ kwotazzjoni vinkolanti kif imsemmi fil-paragrafu 1, li jiġu ddeterminat jekk il-prezzijiet jirriflettux il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq kif imsemmi fil-paragrafu 3, u tad-daqs standard tas-suq kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 4.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 15

Eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijenti

1.   L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jagħmlu pubbliċi l-kwotazzjonijiet tagħhom fuq bażi regolari u kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar. Huma jistgħu jaġġornaw il-kwotazzjonijiet tagħhom fi kwalunkwe ħin. Għandhom jitħallew ukoll, f’ċerti kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq, jirtiraw il-kwotazzjonijiet tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li d-ditti li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ internalizzatur sistematiku jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tagħhom. Tali notifika għandha tiġi trażmessa lill-ESMA. L-ESMA għandha tistabbilixxi lista tal-internalizzaturi sistematiċi kollha fl-Unjoni.

Il-kwotazzjonijiet għandhom ikunu ppubblikati b’mod li huwa faċilment aċċessibbli għall-parteċipanti l-oħra tas-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli.

2.   L-internalizzaturi sistematiċi għandhom, filwaqt li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/65/UE, jeżegwixxu l-ordnijiet li jirċievu mill-klijenti tagħhom rigward l-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra li għalihom huma l-internalizzaturi sistematiċi bil-prezzijiet kwotati meta tasal tal-ordni.

Madanakollu, f’każijiet ġustifikati, huma jistgħu jeżekwixxu dawk l-ordnijiet bi prezz aħjar sakemm dan il-prezz jaqa’ f’firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq.

3.   L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jwettqu wkoll ordnijiet li jirċievu mill-klijenti professjonisti tagħhom bi prezzijiet differenti minn dawk li jikkwotaw huma mingħajr ma jkollhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet fejn l-eżekuzzjoni f’diversi titoli tkun parti minn tranżazzjoni waħda u fir-rigward ta’ ordnijiet li jkunu soġġetti għal kundizzjonijiet għajr il-prezz attwali tas-suq.

4.   Meta internalizzatur sistematiku li jikkwota biss kwotazzjoni waħda jew li l-ogħla kwotazzjoni tiegħu hija inqas mid-daqs standard tas-suq jirċievi ordni minn klijent ta’ daqs akbar mid-daqs tal-kwotazzjoni tiegħu, iżda inqas mid-daqs standard tas-suq, jista’ jiddeċiedi li jeżekwixxi dik il-parti tal-ordni li taqbeż id-daqs tal-kwotazzjoni tiegħu, sakemm tiġi eżekwita bil-prezz ikkwotat, għajr fejn ikun permess mod ieħor skont il-kundizzjonijiet fiż-żewġ subparagrafi preċedenti. Meta internalizzatur sistematiku ikun qed jikkwota f’daqsijiet differenti u jirċievi ordni bejn dawk id-daqsijiet, li hu jagħżel li jeżekwixxi, għandu jeżekwixxi l-ordni b’wieħed mill-prezzijiet kwotati b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2014/65/UE, għajr fejn huwa permess mod ieħor skont il-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50, li jikkjarifikaw x’jikkostitwixxi bażi kummerċjali raġonevoli sabiex l-informazzjoni ssir pubblika kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 16

Obbligi tal-awtoritajiet kompetenti

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw dan li ġej:

(a)

li d-ditti tal-investiment jaġġornaw regolarment il-prezzijiet tal-offerti ppubblikati skont l-Artikolu 14 u jżommu prezzijiet li jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq;

(b)

li d-ditti tal-investiment jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għat-titjib tal-prezz stabbiliti fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 17

Aċċess għall-kwotazzjonijiet

1.   L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jitħallew jiddeċiedu, abbażi tal-politika kummerċjali tagħhom u b’mod oġġettiv u nondiskriminatorju, lil liema klijenti jagħtu aċċess għall-kwotazzjonijiet tagħhom. Għal dan il-għan, għandu jkun hemm standards ċari li jirregolaw l-aċċess għall-kwotazzjonijiet tagħhom. L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jirrifjutaw li jidħlu jew itemmu r-relazzjonijiet kummerċjali ma’ klijenti fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali bħall-istat tal-kreditu tal-klijent, ir-riskju tal-kontroparti u s-saldu finali tat-tranżazzjoni.

2.   Sabiex jillimitaw ir-riskju tal-esponiment għal tranżazzjonijiet multipli mill-istess klijent, l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jitħallew jillimitaw b’mod nondiskriminatorju l-għadd ta’ tranżazzjonijiet mingħand l-istess klijent li huma jimpenjaw li jdaħħlu għalihom skont il-kundizzjonijiet ippubblikati. Huma jistgħu wkoll, b’mod nondiskriminatorju u skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2014/65/UE, jillimitaw l-għadd totali ta’ tranżazzjonijiet minn klijenti differenti fl-istess waqt sakemm dan ikun jista’ jsir biss meta l-għadd u/jew il-volum ta’ ordnijiet mixtieqa mill-klijenti jaqbeż in-norma b’mod konsiderevoli.

3.   Sabiex tiġi żgurata l-valwazzjoni effiċjenti tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra u tiġi massimizzata l-possibbiltà li d-ditti tal-investiment jiksbu l-aħjar negozju għall-klijenti tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50, li jispeċifikaw:

(a)

il-kriterji li jispeċifikaw meta kwotazzjoni hija ppubblikata b’mod regolari u kontinwu u faċilment aċċessibbli kif imsemmi fl-Artikolu 15(1) kif ukoll il-mezzi li bihom id-ditti tal-investiment jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jagħmlu pubbliki l-kwotazzjonijiet tagħhom, li għandhom jinkludu l-possibbiltajiet li ġejjin:

(i)

permezz tal-faċilitajiet ta’ kwalunkwe suq regolat li jkun aċċetta l-istrument inkwistjoni għan-negozjar;

(ii)

permezz ta’ APA;

(iii)

permezz ta’ arranġamenti proprjetarji;

(b)

il-kriterji li jispeċifikaw dawk it-transazzjonijiet fejn l-eżekuzzjoni f’diversi titoli tkun parti minntranżazzjoni waħda jew dawk l-ordnijiet li huma soġġetti għal kundizzjonijiet għajr il-prezz attwali tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 15(3);

(c)

il-kriterji li jispeċifikaw x’jista’ jiġi kkunsidrat bħala kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq li tippermetti l-irtirar tal-kwotazzjonijiet kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-aġġornament tal-kwotazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 15(1);

(d)

il-kriterji li jispeċifikaw meta l-għadd u/jew il-volum tal-ordnijiet mixtieqa mill-klijenti jaqbeż b’mod konsiderevoli n-norma kif imsemmi fl-paragrafu 2;

(e)

il-kriterji li jispeċifikaw meta l-prezzijiet jaqgħu f’firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 18

Obbligu għall-internalizzaturi sistematiċi li jippubblikaw il-kwotazzjonijiet vinkolanti fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jippubblikaw il-kwotazzjonijiet vinkolanti fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati nnegozjati f’ċentru tan-negozjar li għalihom huma internalizzaturi sistematiċi u li għalihom hemm suq likwidumeta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jintalbu kwotazzjoni minn klijent tal-internalizzatur sistematiku;

(b)

jaqblu li jipprovdu kwotazzjoni.

2.   Fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti ta’ emissjonijiet u derivati nnegozjati f’ċentru tan-negozjar li m’hemmx suq likwidu għalihom, l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiddivulgaw il-kwotazzjonijiet lill-klijenti tagħhom fuq talba jekk jaqblu li jipprovdu kwotazzjoni. Dan l-obbligu jista’ jitneħħa jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 9(1) jiġu sodisfatti.

3.   L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jaġġornaw il-kwotazzjonijiet tagħhom fi kwalunkwe ħin. Huma jistgħu wkoll, f’ċerti kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq, jirtiraw il-kwotazzjonijiet tagħhom.

4.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li d-ditti li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ internalizzatur sistematiku jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tagħhom. Tali notifika għandha tiġi trażmessa lill-ESMA. L-ESMA għandha tistabbilixxi lista tal-internalizzaturi sistematiċi kollha fl-Unjoni.

5.   L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jagħmlu l-kwotazzjonijiet vinkolanti ppubblikati skont il-paragrafu 1 disponibbli lill-klijenti l-oħra tagħhom. Madankollu, huma għandhom ikunu permessi li jiddeċiedu, fuq il-bażi tal-politika kummerċjali tagħhom u f’manjiera oġġettiva u nondiskriminatorja, il-klijenti li lilhom jagħtu aċċess għall-kwotazzonijiet tagħhom. Għal dak il-għan, l-internalizzaturi sistematiċi għandu jkollhom standards ċari li jirregolaw l-aċċess għall-kwotazzjonijiet tagħhom. L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jirrifjutaw li jidħlu jew itemmu r-relazzjonijiet kummerċjali ma’ investituri fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali bħall-istat tal-kreditu tal-investitur, ir-riskju tal-kontroparti u s-saldu finali tat-tranżazzjoni.

6.   L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jimpenjaw ruħhom li jidħlu fi tranżazzjonijiet skont il-kundizzjonijiet ippubblikati ma’ kwalunkwe klijent ieħor li għalih tkun saret disponibbli l-kwotazzjoni skont il-paragrafu 5 meta d-daqs ikkwotat ikun daqs jew inqas mid-daqs speċifiku għall-istrument determinat f’konformità mal-Artikolu 9(5)(d).

L-internalizzaturi sistematiċi m’għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligu li jippubblika kwotazzjoni vinkolanti skont il-paragrafu 1 għall-istrumenti finanzjarji li jaqgħu taħt il-limitu ta’ likwidità determinat f’konformità mal-Artikolu 9(4).

7.   L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jitħallew jistabbilixxu limiti nondiskriminatorji u trasparenti fuq l-għadd ta’ tranżazzjonijiet li huma impenjaw ruħhom li jidħlu għalihom ma’ klijenti skont kwalunkwe kwotazzjoni partikolari.

8.   Il-kwotazzjonijiet ippubblikati skont il-paragrafi 1 u 5 u dawk daqs jew inqas mid-daqs imsemmi fil-paragrafu 6 għandhom isiru pubbliċi b’mod li jkun faċilment aċċessibbli għal parteċipanti oħra tas-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli.

9.   Il-prezz jew il-prezzijiet ikkwotati għandhom ikunu b’tali mod li jiżguraw li l-internalizzatur sistematiku jikkonforma mal-obbligi tiegħu tal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/65/UE, fejn ikun il-każ, u għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq rigward il-prezzijiet li fihom jiġu konklużi t-transazzjonijiet għall-istess strumenti finanzjarji f’ċentru tan-negozjar.

Madanakollu, f’każijiet ġustifikati, huma jistgħu jeżegwixxu ordnijiet bi prezz aħjar dment li dan il-prezz jaqa’ f’firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq.

10.   L-internalizzaturi sistematiċi m’għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu meta t-transazzjonijiet tagħhom ikunu ta’ daqsijiet akbar mid-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju determinat skont l-Artikolu 9(5)(d).

Artikolu 19

Monitoraġġ mill-ESMA

1.   L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jimmonitorjaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 rigward id-daqsijiet li fihom isiru disponibbli l-kwotazzjonijiet għall-klijenti tad-ditta tal-investiment u għal parteċipanti oħra tas-suq skont attivitajiet oħra ta’ negozjar tad-ditta, u l-grad li fih il-kwotazzjonijiet jirreflettu l-kondizzjonijiet prevalenti tas-suq rigward it-transazzjonijiet fl-istess strument jew strumenti finanzjarji simili f’ċentru tan-negozjar. Sat-3 ta’ Jannar 2019, l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu. 18. F’każ ta’ kkwotar sinifikanti u attività ta’ negozjar ftit lil hinn mil-limitu msemmi fl-Artikolu 18(5) jew barra l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq, l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni qabel dik id-data.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 li jispeċifikaw id-daqsijiet imsemmija fl-Artikolu 18(8) li fihom ditta għandha tidħol fit-transazzjonijiet ma’ kwalunkwe klijent ieħor li għalih tkun disponibbli l-kwotazzjoni. Id-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju għandu jiġi determinat f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(6)(d).

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 li jiċċaraw x’jikkostittwixxi bażi kummerċjali raġonevoli biex il-kwotazzjonijiet isiru pubbliċi kif imsemmi fl-Artikolu 18(8).

Artikolu 20

Divulgazzjoni ta’ wara n-negozjar minn ditti tal-investiment, inklużi l-internalizzaturi sistematiċi, fir-rigward ta’ ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili

1.   Ditti tal-investiment li, jew f’isimhom jew f’isem il-klijenti, jikkonkludutranżazzjonijiet f’ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra nnegozjati f’ċentru tan-negozjar, għandhom jippubblikaw il-volum u l-prezz ta’ dawk it-transazzjonijiet u l-ħin meta ġew konklużi. Dik l-informazzjoni għandha ssir pubblika permezz ta’ APA.

2.   L-informazzjoni li ssir pubblika skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-limiti taż-żmien li fihom tiġi ppubblikata għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti adottati skont l-Artikolu 6, inkluż l-istandards tekniċi regolatorji adottati f’konformità mal-Artikolu 7(2)(a). Fejn il-miżuri adottati skont l-Artikolu 7 jipprevedu l-pubblikazzjoni differita għal ċerti kategoriji ta’tranżazzjonijiet f’ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra nnegozjati f’ċentru tan-negozjar, din il-possibbiltà għandha tapplika wkoll għal dawk it-transazzjonijiet meta jitwettqu barra ċ-ċentri tan-negozjar.

3.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw dan li ġej:

(a)

identifikaturi għat-tipi differenti ta’tranżazzjonijiet ippubblikati f’dan l-Artikolu, li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi li huma primarjament marbutin mal-valwazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u dawk determinati minn fatturi oħra;

(b)

l-applikazzjoni tal-obbligu skont l-paragrafu 1 għal tranżazzjonijiet li jinvolvu l-użu ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji għal kollateral, self jew għanijiet oħra fejn l-iskambju tal-istrumenti finanzjarji huwa determinat minn faturi oħra għajr il-valwazzjoni attwali tas-suq tal-istrument finanzjarju;

(c)

il-parti fi tranżazzjoni li trid tagħmel it-tranżazzjoni pubblika skont il-paragrafu 1 jekk iż-żewġ partijiet fi tranżazzjoni jkunu ditti tal-investiment.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 21

Divulgazzjoni ta’ wara n-negozjar minn ditti tal-investiment, inklużi internalizzaturi sistematiċi, fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati

1.   Ditti tal-investiment li, jew f’isimhom jew f’isem il-klijenti, jikkonkludutranżazzjonijiet f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati nnegozjati f’ċentru tan-negozjar, għandhom jagħmlu pubbliku l-volum u l-prezz ta’ dawk it-transazzjonijiet u l-ħin meta ġew konklużi. Dik l-informazzjoni għandha ssir pubblika permezz ta’ APA.

2.   Kull tranżazzjoni individwali għandha ssir pubblika darba permezz ta’ APA wieħed.

3.   L-informazzjoni li tiġi ppubblikata skont il-paragrafu 1 u l-limiti taż-żmien li fihom tiġi ppubblikata għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti adottati skont l-Artikolu 10, inkluż l-istandards tekniċi regolatorji adottati f’konformità mal-Artikolu 11(4)(a) u (b).

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw lid-ditti tal-investiment jipprovdu pubblikazzjoni differita, jew jistgħu jitolbu l-pubblikazzjoni ta’ dettalji limitati ta’ tranżazzjoni jew dettalji ta’ diversi tranżazzjonijiet f’forma aggregata, jew kombinazzjoni tagħhom, waqt il-perijodu tad-differiment jew jistgħu jippermettu n-nonpubblikazzjoni tal-volum ta’ tranżazzjoni individwali waqt perjodu estiż ta’ differiment; jew fil-każ ta’ strumenti finanzjarji mhux ta’ ekwità li mhumiex dejn sovran, jistgħu jippermettu l-pubblikazzjoni ta’ diversi tranżazzjonijiet f’forma aggregata waqt perjodu estiż ta’ differiment, jew fil-każ ta’ strumenti tad-dejn sovran jistgħu jippermettu l-pubblikazzjoni ta’ diversi tranżazzjonijiet f’forma aggregata għal perjodu indefinit ta’ żmien, u jistgħu temporanjament jissospendu l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 fuq l-istess kundizzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 11.

Fejn il-miżuri adottati skont l-Artikolu 11 jipprevedu pubblikazzjoni differita u pubblikazzjoni ta’ dettalji limitati jew dettalji f’forma aggregata, jew kombinazzjoni tagħhom, jew in-nonpubblikazzjoni tal-volum ta’ ċerti kategoriji ta’tranżazzjonijiet f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati negozjati f’ċentru tan-negozjar, dik il-possibbiltà għandha tapplika wkoll għal dawk it-transazzjonijiet meta jitwettqu barra ċentri tan-negozjar.

5.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw dan li ġej b’mod li tkun tista’ ssir il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 64 tad-Direttiva 2014/65/UE:

(a)

l-identifikaturi għat-tipi differenti ta’tranżazzjonijiet ippubblikati f’konformità ma’ dan l-Artikolu, li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi li huma primarjament marbutin mal-valwazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u dawk determinati minn fatturi oħra;

(b)

l-applikazzjoni tal-obbligu skont l-paragrafu 1 għal tranżazzjonijiet li jinvolvu l-użu ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji għal kollateral, self jew għanijiet oħra fejn l-iskambju tal-istrumenti finanzjarji huwa determinat minn faturi oħra għajr il-valwazzjoni attwali tas-suq tal-istrument finanzjarju.

(c)

il-parti fi tranżazzjoni li trid tagħmel it-tranżazzjoni pubblika skont il-paragrafu 1 jekk iż-żewġ partijiet fi tranżazzjoni jkunu ditti tal-investiment.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 22

L-għoti ta’ informazzjoni għall-finijiet tat-trasparenza u kalkoli oħrajn

1.   Sabiex iwettqu kalkoli u biex jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta’ trasparenza qabel in-negozjar u wara n-negozjar u r-reġimi tal-obbligu tan-negozjar imposti mill-Artikoli 3 sa 11, l-Artikoli 14 sa 21 u l-Artikolu 32, li huma applikabbli għall-istrumenti finanzjarji u biex jiddeterminaw jekk ditta ta’ investiment tkunx internalizzatur sistematiku kif definit mill-Artikolu 2(3), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu informazzjoni mingħand:

(a)

iċ-ċentri tan-negozjar;

(b)

l-APAs; kif ukoll

(c)

is-CTPs.

2.   Iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs għandhom jaħżnu d-dejta meħtieġa għal perjodu suffiċjenti ta’ żmien.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu lill-ESMA l-informazzjoni li l-ESMA tkun teħtieġ biex tipproduċi r-rapporti msemmija fl-Artikolu 5(4), (5) u (6).

4.   L-ESMA għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kontenut u l-frekwenza tat-talbiet għal dejta u l-formati u l-kalendarju li skonthom iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs iridu jwieġbu għat-talbiet skont il-paragrafu 1 u t-tip ta’ dejta li trid tiġi maħżuna u l-perjodu minimu ta’ żmien li ċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs iridu jaħżnu d-dejta sabiex ikunu jistgħu jwieġbu għal dawn it-talbiet skont il-paragrafu 2.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qed tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 23

Obbligu tan-negozjar għad-ditti tal-investiment

1.   Ditta tal-investiment għanda tiżgura li n-negozjar li hija twettaq f’ishma ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew innegozjati f’ċentru tan-negozjar, iseħħ f’suq regolat, f’MTF jew permezz ta’ internalizzatur sistematiku, jew ċentru tan-negozjar ta’ pajjiż terz valutat bħala ekwivalenti skont l-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE, kif xieraq, sakemm il-karatteristiċi tagħhom ma jinkludux li huma:

(a)

mhux sistematiċi, ad hoc, irregolari u mhux frekwenti, jew

(b)

jitwettqu bejn kontropartijiet eliġibbli u/jew professjonali u ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezzijiet.

2.   Ditta tal-investiment li topera sistema interna ta’ tqabbil li tesegwixxi l-ordnijiet tal-klijenti f’ishma, riċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra fuq bażi multilaterali għandha tassigura ruħha li tkun awtorizzata bħala MTF skont id-Direttiva 2014/65/UE u li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha marbuta ma’ dawn l-awtorizzazzjonijiet.

3.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-karatteristiċi partikulari ta’ dawk it-tranżazzjonijiet f’ishma li ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezzijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis każijiet bħal:

(a)

negozjar f’likwidità mhux utilizzabbli; or

(b)

fejn l-iskambju ta’ tali strumenti finanzjarji huwa ddeterminat minn fatturi li mhumiex il-valutazzjoni attwali tas-suq tal-istrument finanzjarju.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

TITOLU IV

IR-RAPPORTAR TA’ TRANŻAZZJONIJIET

Artikolu 24

Obbligu li tinżamm l-integrità tas-swieq

Mingħajr ħsara għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet għall-infurzar tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, l-awtoritajiet kompetenti koordinati mill-AETS skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandhom jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment sabiex jiżguraw li jaġixxu b’onestà, b’mod ġust u professjonali u b’manjiera li tippromwovi l-integrità tas-suq.

Artikolu 25

Obbligu għaż-żamma tar-rekords

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, għal 5 snin, id-dejta relevanti relatata mal-ordnijiet kollha u mat-transazzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji li wettqu, kemm jekk f’isimhom kif ukoll jekk f’isem il-klijent. Fil-każ tat-transazzjonijiet imwettqa f’isem klijenti, ir-reġistrazzjonijiet għandu jkun fihom it-tagħrif u d-dettalji kollha dwar l-identità tal-klijent, u t-tagħrif meħtieġ skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27). L-ESMA tista’ titlob aċċess għal dik l-informazzjoni skont il-proċedura u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.   L-operatur ta’ ċentru tan-negozjar għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, għal tal-inqas ħames snin, id-dejta relevanti relatata mal-ordnijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji li huma reklamati permezz tas-sistemi tagħhom. Ir-rekords għandu jkun fihom id-dejta kollha rilevanti li tikkostittiwixxi l-karatteristiċi tal-ordni, inklużi dawk li jorbtu ordni mat-tranżazzjoni jew tranżazzjonijiet imwettqa li joħorġu minn dik l-ordni u li d-dettalji tagħhom għandhom ikunu rrappurtatai skont l-Artikolu 26(1) u (3). L-ESMA għandu jkollha rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

3.   L-ESMA għandha tfassal abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina d-dettalji tad-dejta dwar l-ordni rilevanti li jeħtieġ li tinżamm skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li mhux imsemmija fl-Artikolu 26.

Dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu jinkludi l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-membru jew tal-parteċipant li ttrasmetta l-ordni, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-ordni, id-data u l-ħin meta l-ordni kienet trasmessa, il-karatteristiċi tal-ordni, inkluż it-tip tal-ordni, il-prezz limitu jekk dan ikun applikabbli, il-perjodu ta’ validità, kwalunkwe istruzzjoni speċifika ta’ ordni, dettalji ta’ kwalunkwe modifika, kanċellazzjoni, twettiq parzjali jew sħiħ tal-ordni, l-isem tal-aġenzija jew l-operatur f’kapaċità prinċipali.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 26

Obbligu ta’ rapportar ta’tranżazzjonijiet

1.   Id-ditti tal-investiment li jwettqu tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji għandhom jirrapportaw id-dettalji sħaħ u preċiżi ta’ tali tranżazzjonijiet lill-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard minn tmiem il-ġurnata ta’ xogħol li jkun imiss.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, skont l-Artikolu 85 tad-Direttiva 2014/65/UE, jistabbilixxu l-arranġamenti neċessarji sabiex jiżguraw li l-awtorità kompetenti tal-aktar suq relevanti f’termini ta’ likwidità għal dawk l-istrumenti finanzjarji tirċievi din l-informazzjoni wkoll.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni tal-ESMA, fuq talba tagħha, kull informazzjoni rrappuratata skont dan l-Artikolu.

2.   L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għal:

(a)

strumenti finanzjarji li huma ammessi għan-negozjar jew negozjati f’ċentru tan-negozjar jew li għalihom saret talba għall-ammissjoni għan-negozjar;

(b)

strumenti finanzjarji meta s-sottostanti huwa strument finanzjarju negozjat f’ċentru tan-negozjar; kif ukoll

(c)

strumenti finanzjarji meta s-sottostanti huwa indiċi jew basket kompost minn strumenti finanzjarji nnegozjati f’ċentru tan-negozjar

L-obbligu għandu japplika għat-transazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punti (a) sa (c) irrispettivament minn jekktranżazzjonijiet bħal dawn jitwettqux fiċ-ċentru tan-negozjar jew le.

3.   B’mod partikolari, ir-rapporti għandhom jinkludu d-dettalji tal-ismijiet u l-għadd ta’ strumenti mixtrija jew mibjugħa, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni, il-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet, deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-klijenti li f’isimhom id-ditta tal-investimenti tkun wettqet dik it-tranżazzjoni, deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-persuni u l-algoritmi tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment responsabbli mid-deċiżjoni tal-investiment u t-twettiq tat-tranżazzjoni, u deżinjazzjoni li tidentifika l-eżenzjoni applikabbli li skontha jkun sar in-negozjar, mezzi ta’ identifikazzjoni tad-ditti tal-investimenti konċernati u deżinjazzjoni biex jiġi identifikat bejgħ bin-nieqes kif definit fl-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fir-rigward ta’ kwalunkwe ishma jew dejn sovran fl-ambitu tal-Artikoli 12, 13 u 17 ta’ dak ir-Regolament. Għat-tranżazzjonijiet mhux imwettqa f’ċentru tan-negozjar, ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati t-tipi ta’ tranżazzjonijiet skont il-miżuri li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 20(3)(a) u l-Artikoli 21(5)(a). Rigward id-derivattivi ta’ komodità, ir-rapporti għandhom jindikaw ukoll jekk it-tranżazzjoni tnaqqasx ir-riskju b’mod oġġettivament miżurabbli skont l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/65/UE.

4.   Id-ditti tal-investiment li jittrażmettu ordnijiet għandhom jinkludu fit-trażmissjoni ta’ dik l-ordni d-dettalji kollha kif speċifikat fil-paragrafi 1 u 3. Minflok jiġu tinkludi d-dettalji msemmija meta tittrażmetti l-ordnijiet, ditta tal-investiment tista’ tagħżel li tirrapporta l-ordni trażmessa, jekk tkun twettqet, bħala tranżazzjoni skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1. F’dak il-każ, ir-rapport tat-tranżazzjoni mid-ditta tal-investiment għandu jindika li dan jirreferi għal ordni trażmessa.

5.   L-operatur ta’ ċentru tan-negozjar għandu jirrapporta d-dettalji tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti nnegozjati fuq il-pjattaforma tiegħu li jiġu eżekwiti permezz tas-sistemi tiegħu minn ditta li mhijiex soġġetta għal dan ir-Regolament skont il-paragrafi 1 u 3.

6.   Fir-rappurtar tad-deżinjazzjoni biex jidentifikaw il-klijenti, kif meħtieġ skont il-paragrafi 3 u 4, id-ditti tal-investiment għandhom jużaw identifikatur ta’ entità ġuridika stabbilit biex jidentifika klijenti li huma persuni ġuridiċi.

L-ESMA għandha tiżviluppa, sat-3 ta’ Jannar 2016 linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tiżgura li l-applikazzjoni ta’ identifikaturi ta’ entità legali fi ħdan l-Unjoni tikkonforma mal-istandards internazzjonali, b’mod partikolari dawk stabbiliti mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja.

7.   Ir-rapporti għandhom isiru għand l-awtorità kompetenti jew mid-ditta tal-investiment stess, minn ARM li jaġixxi f’isimha jew miċ-ċentru tan-negozjar li permezz tas-sistema tiegħu tkun ġiet konkluża t-transazzjoni, skont il-paragrafi 1, 3 u 9.

Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom ir-responsabilità għall-kompletezza, il-preċiżjoni u l-preżentazzjoni f’waqtha tar-rapporti li jitressqu quddiem l-awtorità kompetenti’

B’deroga minn dik ir-responsabilità, meta ditta tal-investiment tirrapporta dettalji dwar dawk it-tranżazzjonijiet permezz ta’ ARM li jaġixxi f’isimha jew permezz ta’ ċentru tan-negozjar, id-ditta tal-investiment m’għandhiex tkun responsabbli għal nuqqasijiet għall-kompletezza, il-preċiżjoni jew il-preżentazzjoni f’waqtha tar-rapporti li huma attribwibbli lill-ARM jew liċ-ċentru tan-negozjar. F’dawk il-każijiet, u suġġett għall-Artikolu 66(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-ARM jew iċ-ċentru tan-negozjar għandhom ikunu responsabbli għal dan in-nuqqasijiet.

Id-ditti tal-investiment għandhom, madankollu, jieħdu passi raġonevoli biex jivverifikaw il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-preżentazzjoni f’waqtha tar-rapporti ta’tranżazzjoni li jkunu tressqu f’isimhom.

L-Istat Membru ta’ domiċilju għandu jeżigi li ċ-ċentru tan-negozjar, meta jagħmel rapporti f’isem id-ditta tal-investiment, ikollu fis-seħħ mekkaniżmi ta’ sigurtà tajbin imfasslin biex jiggarantixxu s-sigurtà u l-awtentikazzjoni tal-mezzi tat-trasferiment tal-informazzjoni, biex jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-dejta u aċċess mhux awtorizzat u biex jipprevjenu kxif ta’ informazzjoni filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dejta f’kull ħin. L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li ċ-ċentru tan-negozjar iżżomm riżorsi adegwati u jkollu fis-seħħ faċilitajiet ta’ back-up b’mod li joffri u jżomm għaddejjin is-servizzi tuegħu f’kull ħin.

Sistemi ta’ tqabbil tan-negozju jew ta’ rapportar, inklużi repożitorji tat-transazzjonijiet irreġistrati jew rikonoxxuti f’konformità mat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jistgħu jiġu approvati mill-awtorità kompetenti bħala ARM sabiex jiġu trażmessi rapporti tat-transazzjonijiet lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-paragrafi 1, 3 u 9.

F’każijiet fejn it-tranżazzjonijiet ġew irrapportati f’repożitorju tan-negozjar skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li huwa approvat bħala ARM u fejn dawn ir-rapporti fihom id-dettalji meħtieġa skont il-paragrafi 1, 3 u 9 u huma trażmessi lill-awtorità kompetenti mir-repożitorju tan-negozjar fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-paragrafu 1, għandu jitqies li d-ditta tal-investiment tkun konformi mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1.

Meta jkun hemm żbalji jew nonpubblikazzjonijiet fir-rapporti ta’ tranżazzjoni, l-ARM, id-ditta tal-investiment jew iċ-ċentru tan-negozjar li jirrapporta t-tranżazzjoni għandu jikkoreġi l-informazzjoni u jippreżenta rapport ikkoreġut lill-awtorità kompetenti.

8.   Meta, skont l-Artikolu 35(8) tad-Direttiva 2014/65/UE, ir-rapporti previsti f’dan l-Artikolu jiġu trażmessi għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru Ospitanti, dik l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tad-ditta tal-investiment, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ma jiddeċidux li ma jkunux jixtiequ jirċievu dik l-informazzjoni.

9.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

l-istandards u l-formats tad-dejta sabiex l-informazzjoni tiġi rrappurtata skont il-paragrafu 1 u 3, inklużi l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u l-forma u l-kontenut ta’ tali rapporti;

(b)

il-kriterji għad-definizzjoni ta’ suq relevanti skont il-paragrafu 1;

(c)

ir-referenzi tal-istrumenti finanzjarji mixtrija jew mibjugħa, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni, il-prezzijiet tat-tranżazzjoni, l-informazzjoni u d-dettalji tal-identità tal-klijent, deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-klijenti li f’isimhom il-kumpanija tal-investimenti wettqet dik it-tranżazzjoni, deżinazzjoni sabiex jiġu identifikati l-persuni u l-algoritmi tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment responsabbli mid-deċiżjoni tal-investiment u t-twettiq tat-tranżazzjoni, deżinjazzjoni li tidentifika l-eżenzjoni applikabbli li skontha jkun sar in-negozjar, il-mezzi ta’ identifikazzjoni tad-ditti tal-investimenti konċernati, il-mod li bih twettqet it-tranżazzjoni, it-taqsimiet tad-dejta meħtieġa għall-ipproċessar u l-analiżi tar-rapporti tat-tranżazzjonijiet skont il-paragrafu 3; u

(d)

id-deżinjazzjoni biex jiġi identifikat bejgħ bin-nieqes ta’ ishma u dejn sovran kif imsemmi fil-paragrafu 3;

(e)

il-kategoriji rilevanti ta’ strumenti finanzjarji li għandhom jiġu rrappurtati skont il-paragrafu 2;

(f)

il-kundizzjonijiet li bihom l-identifikaturi ta’ entità ġuridika jiġu żviluppati, attribwiti u miżmuma mill-Istati Membri skont il-paragrafu 6, u l-kundizzjonijiet li bihom jintużaw dawn l-identifikaturi ta’ entità ġuridika minn ditti tal-investiment sabiex jipprovdu, skont il-paragrafi 3, 4 u 5, id-deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-klijenti fir-rapporti tat-tranżazzjonijiet li huma meħtieġa jistabbilixxu skont il-paragrafu 1.

(g)

l-applikazzjoni tal-obbligi tar-rappurtar tat-transazzjonijiet lil fergħat ta’ ditti tal-investiment;

(h)

dak li jikkostitwixxitranżazzjoni u t-twettiq ta’tranżazzjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.

(i)

meta ditta tal-investiment titqies li tkun ittrażmettiet ordni għall-finijiet tal-paragrafu 4.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

10.   Sat-3 ta’ Jannar 2019 l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament ta’ dan l-Artikolu, inkluż l-interazzjoni tagħha mal-obbligi relatati ta’ rappurtar skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, u jekk il-kontenut u l-format tar-rapporti ta’ tranżazzjonijiet riċevuti u skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti komprensivi jippermettux il-monitoraġġ tal-attivitajiet tad-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista’ tieħu passi sabiex tipproponi kwalunkwe bidla, inkluż biex it-tranżazzjonijiet jiġu trażmessi biss f’sistema unika magħżula mill-ESMA minflok għand l-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-AETS lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 27

Obbligu tal-provvista ta’ dejta ta’ referenza ta’ strument

1.   Fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar fi swieq regolati, jew negozjati f’MTFs jew OTFs, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b’dejta ta’ referenza ta’ identifikazzjoni għall-iskop tar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 26.

Rigward strumenti finanzjarji oħrajn koperti mill-Artikolu 26(2), kull internalizzatur sistematiku għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tiegħu dejta ta’ riferenza dwar dawk l-istrumenti finanzjarji nnegozjati fis-sistema tiegħu.

Id-dejta ta’ referenza ta’ identifikazzjoni għandha tkun lesta biex tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti f’format elettroniku u standardizzat qabel ma jibda l-kummerċ fl-istrument finanzjarju li tirreferi għalih. Id-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarji għandha tkun aġġornata kull meta jkun hemm bidliet fid-dejta rigward strument finanzjarju. Dawk in-notifiki għandhom jiġu trażmessi mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien lill-ESMA, li għandha tippubblikahom minnufih fuq il-websajt tagħha. L-ESMA għandha tagħti aċċess lill-awtoritajiet kompetenti għal dik id-dejta ta’ referenza.

2.   Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu, skont l-Artikolu 26, jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment biex jiżguraw li dawn jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u b’mod li jippromwovi l-integrità tas-suq, l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti neċessarji sabiex jiżguraw li:

(a)

l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti effettivament jirċievu d-dejta ta’ referenza tal-istrumenti finanzjarji skont il-paragrafu 1;

(b)

il-kwalità tad-dejta rċevuta b’dan il-mod tkun adegwata għall-iskop tar-rappurtar tat-tranżazzjoni skont l-Artikolu 26;

(c)

id-dejta ta’ referenza tal-istrumenti finanzjarji riċevuta skont il-paragrafu 1 tkun skambjata b’mod effiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti relevanti.

3.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

standards u formats ta’ dejta għad-dejta ta’ referenza tal-istrumenti finanzjarji f’konformità mal-paragrafu 1, inklużi l-metodi u l-arranġamenti għall-provvista tad-dejta u kwalunkwe aġġornament tagħha lill-awtoritajiet kompetenti, u t-trażmissjoni tagħha lill-ESMA skont il-paragrafu 1, u l-forma u l-kontenut ta’ tali dejta;

(b)

il-miżuri tekniċi li huma meħtieġa fir-rigward tal-arranġamenti li jridu jsiru mill-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

TITOLU V

DERIVATI

Artikolu 28

Obbligu għal negozjar fi swieq regolati, MTFs jew OTFs

1.   Kontropartijiet finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u kontropartijiet mhux finanzjarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 10(1)(b) tiegħu għandhom jikkonkludu tranżazzjonijiet li la jkunu tranżazzjonijiet intragrupp kif definit fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament u lanqas ma jkunu tranżazzjonijiet koperti mid-dispożizzjonijiet tranżitorji fl-Artikolu 89 ta’ dak ir-Regolament ma’ kontropartijiet finanzjarji oħra tali jew ma’ tali kontropartijiet mhux finanzjarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 10(1(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 f’derivati li jappartjenu għal klassi ta’ derivati li ġiet ukoll dikjarata soġġetta għall-obbligu ta’ negozjar skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32 u elenkata fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 34 biss fi:

(a)

swieq regolati;

(b)

MTFs;

(c)

OTFs; or

(d)

ċentri tan-negozjar ta’ pajjiżi terzi, dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 4 u sakemm il-pajjiż terz jipprevedi sistema ta’ rikonoxximent effettiva u ekwivalenti liċ-ċentri tan-negozjar awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE għall-ammissjoni għan-negozjar jew għan-negozjar ta’ derivati ddikjarati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar f’dak il-pajjiż terz fuq bażi mhux esklużiva.

2.   L-obbligu ta’ negozjar għandu japplika wkoll għall-kontropartijiet msemmija fil-paragrafu 1 li jdaħħlu fitranżazzjonijiet ta’ derivati li jappartjenu għal klassi ta’ derivati li tkun ġiet iddikjarata soġġetta għall-obbligu ta’ negozjar ma’ istituzzjonijiet finanzjarji ta’ pajjiż terz jew entitajiet ta’ pajjiż terz li jkunu soġġetti għall-obbligu ta’ kklerjar jekk kienu stabbiliti fl-Unjoni. L-obbligu ta’ negozjar għandu japplika wkoll għall-entitajiet ta’ pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għall-obbligu ta’ kklerjar kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, li jwettqutranżazzjonijiet ta’ derivati li jappartjenu għal klassi ta’ derivati li tkun ġiet iddikjarata soġġetta għall-obbligu ta’ negozjar, sakemm il-kuntratt ikollu effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew fejn dan l-obbligu jkun neċessarju jew xieraq sabiex jipprevjeni l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-ESMA għandha timmonitorja regolarment l-attività fid-derivati li ma ġewx dikjarati soġġetti għall-obbligu tan-negozjar kif deskritt fil-paragrafu 1 sabiex jiġu identifikati l-każijiet fejn klassi partikolari ta’ kuntratti tista’ tippreżenta riskju sistemiku u tipprevjeni arbitraġġ regolatorju bejn tranżazzjonijiet derivati soġġetti għall-obbligu tan-negozjar u tranżazzjonijiet derivati mhux soġġetti għall-obbligu tan-negozjar.

3.   Id-derivati ddikjarati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli biex jiġu ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew biex jinnegozjaw fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar kif imsemmi fil-paragrafu 1 fuq bażi mhux esklużiva u nondiskriminatorja.

4.   Skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51(2), il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjonijiet li jiddeterminaw li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jiżgura li ċentru tan-negozjar awtorizzat f’dak il-pajjiż terz jikkonforma mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti għaċ-ċentri tan-negozjar msemmija fil-paragrafi 1(a), (b) jew (c) ta’ dan l-Artikolu, li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, mid-Direttiva 2014/65/UE, u mir-Regolament (UE) Nru 596/2014, u li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz.

Dawk id-deċiżjonijiet għandhom ikunu għall-iskop waħdieni li tiġi determinata l-eliġibbiltà ta’ ċentru tan-negozjar għad-derivati soġġetti għall-obbligu tan-negozjar.

Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jitqies li għandu l-effett ekwivalenti meta dak il-qafas jilħaq il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

iċ-ċentri tan-negozjar f’dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;

(b)

iċ-ċentri tan-negozjar ikollhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar sabiex it-tali strumenti finanzjarji ikunu jistgħu jiġu negozjati b’mod ġust, ordinat u effiċjenti, u jkunu negozjabbli liberament;

(c)

l-emittenti tal-istrumenti finanzjarji jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ informazzjoni perjodiċi u kontinwi li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-investitur;

(d)

jiżgura t-trasparenza u l-integrità tas-suq permezz ta’ regoli li jindirizzaw l-abbuż tas-suq f’forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

Deċiżjoni tal-Kummissjoni skont dan il-paragrafu tista’ tkun limitata għal kategorija jew kategoriji ta’ ċentri tan-negozjar. F’dak il-każ, ċentru tan-negozjar ta’ pajjiż terz huwa inkluż fil-paragrafu 1(3) biss jekk jaqa’ fil-kategorija koperta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

5.   Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tipi ta’ kuntratti msemmija fil-paragrafu 2 li għandhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni u l-każijiet fejn l-obbligu tan-negozjar huwa neċessarju jew xieraq biex tkun prevenuta l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Meta jkun possibbli u xieraq, l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu għandhom ikunu identiċi għal dawk adottati skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 29

Obbligu ta’ kklerjar għad-derivati negozjati fi swieq regolati u ż-żmien ta’ aċċettazzjoni għall-ikklerjar

1.   L-operatur ta’ suq regolat għandu jiżgura li t-tranżazzjonijiet kollha fid-derivati li jiġu konklużi f’dak is-suq regolat jiġu kklerjati minn CCP.

2.   Is-CCPs, iċ-ċentri tan-negozjar u d-ditti tal-investiment li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandu jkollhom sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi fir-rigward ta’ derivati kklerjati biex jiġi żgurat litranżazzjonijiet f’derivati kklerjati jiġu ppreżentati u aċċettati għall-ikklerjar kemm jista’ jkun malajr u sa fejn hu teknoloġikament prattikabbli bl-użu ta’ sistemi awtomatizzati.

F’dan il-paragrafu, “derivati kklerjati” tfisser

(a)

id-derivati kollha li għandhom jiġu kklerjati minħabba l-obbligu ta’ kklerjar skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew minħabba l-obbligu ta’ kklerjar taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b)

id-derivati kollha li b’xi mod ieħor il-partijiet rilevanti jilħqu qbil dwarhom li għandhom jiġu kklerjati.

3.   L-ESMA għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti minimi għal sistemi, proċeduri u arranġamenti, inklużi l-perjodi taż-żmien ta’ aċċettazzjoni taħt dan l-Artikolu filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm ġestjoni xierqa tar-riskji operazzjonali u oħrajn.

L-ESMA għandha l-awtorità kontinwa li tfassal ulterjorment standards tekniċi regolatorji biex taġġorna dawk li jkunu fis-seħħ jekk hija tikkunsidra dan bħala meħtieġ mal-iżvilupp ta’ standards industrijali.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qed tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 30

Arranġamenti indiretti ta’ kklerjar

1.   L-arranġamenti indiretti ta’ kklerjar fir-rigward ta’ derivati negozjati fil-boroż huma permissibbli sakemm dawk l-arranġamenti ma jżidux ir-riskju tal-kontropartijiet u jiżguraw li l-assi u l-pożizzjonijiet tal-kontropartijiet jibbenefikaw minn protezzjoni b’effett ekwivalenti għal dak msemmi fl-Artikoli 39 u 48 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

2.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tipi ta’ arranġamenti indiretti ta’ servizz ta’ kklerjar, fejn dawn ikunu stabbiliti, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jiżguraw il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet stabbiliti għad-derivati OTC skont il-Kapitolu II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 (28).

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qed tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 31

Kompressjoni tal-portafoll

1.   Meta jipprovdu kompressjoni tal-portafoll, id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq m’għandhomx ikunu suġġetti għall-obbligu tal-aħjar twettiq fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/65/UE, l-obbligi tat-trasparenza fl-Artikoli 8, 10, 18 u 21 ta’ dan ir-Regolament u l-obbligu fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2014/65/UE. It-tmiem jew is-sostituzzjoni tad-derivati li jagħmlu parti mill-kompressjoni tal-portafoll m’għandhomx ikunu suġġetti għall-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li jipprovdu kompressjoni tal-portafoll għandhom jagħmlu pubbliċi, permezz ta’ APA, il-volumi ta’ tranżazzjonijiet suġġetti għal-kompressjonijiet tal-portafoll u ż-żmien meta ġew konklużi fil-limiti taż-żmien speċifikati fl-Artikolu 10.

3.   Id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li jipprovdu servizzi ta’ kompressjoni tal-portafoll għandhom iżommu rekords sħaħ u preċiżi tal-kompressjonijiet kollha tal-portafoll li huma jorganizzaw jew jipparteċipaw fihom. Dawk ir-rekords għandhom ikunu disponibbli fil-pront lill-awtorità kompetenti rilevanti jew lill-ESMA, meta jintalbu.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 50, miżuri li jispeċifikaw dan li ġej:

(a)

l-elementi tal-kompressjoni tal-portafoll,

(b)

l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont il-paragrafu 2

b’mod li jsir użu kemm jista’ jkun possibbli minn kwalunkwe rekwiżit eżistenti ta’ żamma tar-rekords, rappurtar jew pubblikazzjoni.

Artikolu 32

Proċedura ta’ obbligu ta’ negozjar

1.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina dan li ġej

(a)

liema mill-klassi ta’ derivati ddikjarata soġġetta għall-obbligu ta’ kklerjar skont l-Artikolu 5(2) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew partita rilevanti minnha għandha tiġi nnegozjata fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

id-data jew dati li fihom jidħol fis-seħħ l-obbligu tan-negozjar, inkluża kwalunkwe introduzzjoni gradwali u l-kategoriji tal-kontropartijiet li għalihom japplika l-obbligu meta din l-introduzzjoni gradwali u dawn il-kategoriji tal-kontropartijiet ġew previsti fl-istandards tekniċi regolatorji f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur wara l-adozzjoni tal-istandards tekniċi skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 mill-Kummissjoni.

Qabel ma tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni, l-ESMA għandha twettaq konsultazzjoni pubblika u, fejn xieraq, tista’ tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.   Sabiex l-obbligu ta’ negozjar ikollu effett:

(a)

il-klassi ta’ derivati b’konformità mal-paragrafu 1(a) jew partita relevanti fiha trid tkun ammessa għal negozjar jew tkun negozjata tal-inqas f’ċentru tan-negozjar wieħed imsemmi fl-Artikolu 28(1), u

(b)

għandu jkun hemm biżżejjed interess ta’ bejgħ u xiri minn partijiet terzi fil-klassi ta’ derivati jew partita relevanti fiha biex jippermetti li tali klassi ta’ derivati titqies likwida biżżejjed sabiex tinnegozjaw biss fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1).

3.   Matul l-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tikkunsidra l-klassi tad-derivati jew partita relevanti fiha bħala likwida biżżejjed skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-frekwenza u d-daqs medji tat-transazzjonijiet fuq firxa ta’ kundizzjonijiet tas-suq, filwaqt li jiġu kkunsidrati n-natura u ċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodotti fil-klassi ta’ derivati;

(b)

l-għadd u t-tip ta’ parteċipanti attivi fis-suq, inkluż il-proporzjon ta’ parteċipanti fis-suq għall-prodotti/kuntratti nnegozjati fi prodott partikolari;

(c)

id-daqs medju tad-differenzjali (spreads).

Fit-tħejjija ta’ dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tikkunsidra l-impatt antiċipat li dak l-obbligu ta’ negozjar jista’ jkollu fuq il-likwidità ta’ klassi ta’ derivati jew partita relevanti tagħha u l-attivitajiet kummerċjali ta’ utenti aħħarin li mhumiex entitajiet finanzjarji.

L-ESMA għandha tiddetermina jekk il-klassi ta’ derivati jew partita relevanti fiha hijiex biss likwida biżżejjed fi tranżazzjonijiet taħt ċertu daqs.

4.   L-ESMA għandha, fuq inizjattiva tagħha stess, skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 u wara li twettaq konsultazzjoni pubblika, tidentifika u tinnotifika lill-Kummissjoni l-klassijiet ta’ derivati jew kuntratti ta’ derivati individwali li għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1), iżda li għalihom l-ebda CCP għadha ma rċiviet awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14 jew 15 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew li mhijiex ammessa għan-negozjar jew mhijiex nnegozjata f’ċentru tan-negozjar imsemmi fl-Artikolu 28(1).

Wara n-notifika mill-ESMA msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ tippubblika sejħa għall-iżvilupp ta’ proposti għan-negozjar ta’ dawn id-derivati fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1).

5.   L-ESMA għandha, skont il-paragrafu 1, tissottometti għand il-Kummissjoni l-abbozz il-ġdid ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex temenda, tissospendi jew tirrevoka l-istandards tekniċi regolatorji eżistenti kull meta jkun hemm bidla materjali fil-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2. Qabel ma tagħmel dan, l-ESMA tista’ tikkonsulta, fejn dan ikun xieraq, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2(b).

L-ESMA għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Is-setgħa hija mogtħija lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 33

Mekkaniżmu biex jiġu evitat regoli duplikattivi jew kunfliġġenti

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-ESMA fil-monitoraġġ u t-tħejjija ta’ rapporti, tal-inqas fuq bażi annwali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni internazzjonali tal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 28 u 29, b’mod partikolari fir-rigward ta’ rekwiżiti potenzjalment duplikattivi jew kunfliġġenti fuq il-parteċipanti fis-suq, u tirrakkomanda azzjonijiet possibbli.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddikjaraw li l-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar tal-pajjiż terz rilevanti:

(a)

ikunu ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikoli 28 u 29;

(b)

jiżguraw protezzjoni tas-sigriet professjonali li tkun ekwivalenti għal dik stipulata f’dan ir-Regolament;

(c)

ikunu qed jiġu applikati u infurzati b’mod effettiv b’mod ekwu u bla distorsjoni sabiex ikunu żgurati s-superviżjoni u l-infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51.

3.   Att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkollu l-effett li l-kontropartijiet li jidħlu fitranżazzjoni soġġetta għal dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkunu wettqu l-obbligu li jinsab fl-Artikoli 28 u 29, fejn għall-inqas waħda mill-kontropartijiet hija stabbilita f’dak il-pajjiż terz u l-kontropartijiet jikkonformaw ma’ dawk l-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar tal-pajjiż terz rilevanti.

4.   Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mal-ESMA, tissorvelja l-implimentazzjoni effettiva minn pajjiżi terzi, li għalihom ġie adottat att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza, tar-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk li jinsabu fl-Artikoli 28 u 29 u tirrapporta regolarment, mill-inqas fuq bażi annwali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Fi żmien 30 jum tal-kalendarju mill-preżentazzjoni tar-rapport, fejn ir-rapport jiżvela difett jew inkonsistenza sinifikanti fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti ekwivalenti mill-awtoritajiet ta’ pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’ tirtira r-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-qafas legali tal-pajjiż terz inkwistjoni. Meta att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza jiġi rtirat, it-transazzjonijiet tal-kontropartijiet għandhom awtomatikament jiġu soġġetti mill-ġdid għar-rekwiżiti kollha li jinsabu fl-Artikoli 28 u 29 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 34

Reġistru ta’ derivati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar

L-ESMA għandha tippubblika u żżomm fuq il-websajt tagħha reġistru li jispeċifika, b’mod eżawrenti u inekwivoku, id-derivati li huma soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1), iċ-ċentri fejn huma ammessi għan-negozjar jew fejn huma negozjati, u d-dati li fihom jidħol fis-seħħ l-obbligu.

TITOLU VI

AĊĊESS TA’ KKLERJAR NONDISKRIMINATORJU GĦALL-ISTRUMENTI FINANZJARJI

Artikolu 35

Aċċess nondiskriminatorju għal CCP

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, CCP għandha taċċetta li tikklirja strumenti finanzjarji fuq bażi nondiskriminatorja u trasparenti, anki fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u tariffi relatati mal-aċċess, irrispettivament miċ-ċentru tan-negozjar li fih titwettaqtranżazzjoni. Partikolarment dan għandu jiżgura li ċentru tan-negozjar ikollu d-dritt għal trattament nondiskriminatorju ta’ kuntratti nnegozjati f’dak iċ-ċentru tan-negozjar f’termini ta’:

(a)

rekwiżiti ta’ kollateral u n-netting ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti, fejn l-inklużjoni ta’ dawn il-kuntratti fil-proċeduri ta’ close-up u proċeduri oħrajn ta’ netting ta’ CCP ibbażata fuq il-liġi dwar l-insolvenza applikabbli ma tipperikolax il-funzjonament mingħajr xkiel u ordnat, il-validità jew l-infurzar ta’ dawn il-proċeduri; kif ukoll

(b)

il-kontromarġinazzjoni ma’ kuntratti korrelati kklerjati mill-istess CCP skont mudell ta’ riskju li jikkonforma mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

CCP tista’ teħtieġ li ċ-ċentru tan-negozjar jikkonforma ma’ rekwiżiti operattivi u tekniċi stabbiliti mis-CCP inklużi r-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju. Ir-rekwiżit f’dan il-paragrafu ma japplika għall-ebda kuntratt ta’ derivati li diġà huwa soġġett għall-obbligu ta’ aċċess skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

CCP mhijiex marbuta b’dan l-Artikolu jekk ma tkunx konnessa b’rabtiet sodi ma’ ċentru tan-negozjar li jkun ta notifika skont l-Artikolu 36(5).

2.   Talba għal aċċess għal CCP minn ċentru tan-negozjar għandha tkun formalment sottomessa lil CCP, lill-awtorità kompetenti relevanti tagħha u lill-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar. It-talba għandha tispeċifika għal liema tipi ta’ strumenti finanzjarji huwa mitlub l-aċċess.

3.   Is-CCP għandha tipprovdi tweġiba bil-miktub liċ-ċentru tan-negozjar fi żmien tliet xhur fil-każ ta’ titoli trasferibbli u strumenti tas-suq monetarju, u fi żmien sitt xhur fil-każ ta’ derivati negozjati fil-borża, fejn jew tippermetti l-aċċess, bil-kundizzjoni li awtorità kompetenti rilevanti tat l-aċċess skont il-paragrafu 4, jew tiċħad l-aċċess. Is-CCP tista’ tiċħad talba għal aċċess skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 6(a) biss. Jekk CCP tiċħad l-aċċess, għandha tipprovdi r-raġunijiet sħaħ fit-tweġiba tagħha u tinforma bil-miktub lill-awtorità kompetenti tagħha dwar id-deċiżjoni. Meta ċ-ċentru tan-negozjar ikun stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak tas-CCP, is-CCP għandha tipprovdi wkoll tali notifika u raġunijiet lill-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar. Is-CCP għandha tagħmel l-aċċess possibbli fi żmien tliet xhur minn meta tipprovdi tweġiba pożittiva għat-talba għal aċċess.

4.   L-awtorità kompetenti tas-CCP jew dik taċ-ċentru tan-negozjar għandha tagħti aċċess għal CCP lil ċentru tan-negozjar biss meta tali aċċess:

(a)

ma jirrikjedix arranġament ta’ interoperabbiltà, fil-każ ta’ derivati li mhumiex derivati OTC skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; jew

(b)

ma jheddidx il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-swieq, b’mod partikolari minħabba l-frammentazzjoni tal-likwidità kif definita fl-Artikolu 2(36), jew ma jaffettwax ħażin ir-riskju sistemiku.

Xejn fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu m’għandu jimpedixxi l-għoti tal-aċċess fejn it-talba msemmija fil-paragrafu 2 tirrikjedi l-interoperabbiltà u ċ-ċentru tan-negozjar u s-CCPs kollha parti fl-arranġament propost ta’ interoperabbiltà jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-arranġament u r-riskji li s-CCP riċeventi hija esposta għalihom li joriġinaw minn pożizzjonijiet inter-CCP jkunu kollateralizzati f’parti terza.

Fejn il-ħtieġa għal arranġament ta’ interoperabbiltà hija r-raġuni jew tkun parti tar-raġuni għal ċaħda ta’ talba, iċ-ċentru tan-negozjar javża lis-CCP u jinforma lill-ESMA dwar liema CCPs oħrajn għandhom aċċess għaċ-ċentru tan-negozjar, u l-ESMA tippubblika dik l-informazzjoni biex b’hekk ditti tal-investiment jistgħu jagħżlu li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward ta’ dawk is-CCPs sabiex jiġu ffaċilitati l-arranġamenti alternattivi għall-aċċess.

Jekk awtorità kompetenti tiċħad l-aċċess, għandha toħroġ id-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u tipprovdi r-raġunijiet sħaħ lill-awtorità kompetenti l-oħra, lis-CCP u liċ-ċentru tan-negozjar inklużi l-provi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha.

5.   Fir-rigward tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti tas-suq monetarju, CCP li tkun għadha kif ġiet stabbilita u awtorizzata bħala CCP kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 biex tikklerja skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew awtorizzata skont reġim ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali preeżistenti għal perjodu ta’ anqas minn tliet snin fit-2 ta’ Lulju 2014 tista’, qabel it-3 ta’ Jannar 2017, tapplika mal-awtorità kompetenti tagħha għal permess biex tkun tista’ tuża l-arranġamenti tranżitorji. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li dan l-Artikolu ma japplikax għas-CCP fir-rigward tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti tas-suq monetarju, għal perjodu tranżizzjonali ta’ mhux iktar minn tletin xahar mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sat-3 ta’ Lulju 2019.

Meta tali perjodu tranżizzjonali jkun approvat, is-CCP ma tistax tibbenefika mid-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 36 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti tas-suq monetarju għal kemm idum fis-seħħ dan l-arranġament tranżizzjonali. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-membri tal-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti għas-CCP u l-ESMA meta perjodu tranżizzjonali jiġi approvat. L-ESMA għandha tippubblika lista tan-notifiki kollha li tirċievi.

Meta CCP li tkun ġiet approvata għall-arranġamenti tranżitorji skont dan il-paragrafu tkun konnessa b’rabtiet sodi ma’ ċentru tan-negozjar wieħed jew iktar, dawk iċ-ċentri tan-negozjar m’għandhomx jibbenefikaw minn drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 36 jew dan l-Artikolu fir-rigward tat-titoli trasferibbli jew l-istrumenti tas-suq monetarju għal kemm idum fis-seħħ l-arranġament tranżizzjonali.

CCP li tkun awtorizzata matul il-perjodu ta’ tliet snin qabel id-dħul fis-seħħ, iżda li tkun iffurmata permezz ta’ fużjoni jew akkwiżizzjoni li tinvolvi tal-anqas CCP awtorizzata waħda qabel dan il-perjodu, m’għandhiex titħalla tapplika għall-arranġamenti tranżitorji skont dan il-paragrafu.

6.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)

il-kundizzjonijiet speċifiċi li skonthom talba għal aċċess tista’ tiġi miċħuda minn CCP, inklużi l-volum antiċipat ta’tranżazzjonijiet, l-għadd u t-tip ta’ utenti, l-arranġamenti għal ġestjoni ta’ riskji operazzjonali u l-kumplessità jew fatturi oħra li joħolqu riskji sinifikanti bla ħtieġa.

(b)

il-kundizzjonijiet li skonthom għandu jitħalla l-aċċess minn CCP, fosthom il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji matul il-fażi tal-iżvilupp, il-bażi nondiskriminatorja u trasparenti fir-rigward tat-tariffi tal-ikklerjar, ir-rekwiżit tal-kollateral u r-rekwiżiti operazzjonali fir-rigward tal-marġinazzjoni.

(c)

il-kundizzjonijiet li skonthom l-għoti ta’ aċċess jhedded il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-swieq jew jaffettwaw ħażin ir-riskju sistemiku.

(d)

il-proċedura biex issir notifika skont il-paragrafu 5.

(e)

il-kundizzjonijiet għal trattament nondiskriminatorju f’termini ta’ kif kuntratti nnegozjati f’dak iċ-ċentru tan-negozjar ikunu trattati f’termini ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u n-netting ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti u l-kontromarġinazzjoni ma’ kuntratti korrelatati kklerjati mill-istess CCP.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 36

Aċċess nondiskriminatorju għal ċentru tan-negozjar

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ċentru tan-negozjar għandu jipprovdi informazzjoni dwar in-negozjar fuq bażi nondiskriminatorja u trasparenti, anke fir-rigward ta’ tariffi relatati mal-aċċess, fuq talba lil kwalunkwe CCP awtorizzata jew rikonoxxuta mir-Regolament (UE) Nru 648/2012 li tixtieq tikklerja t-transazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji li huma konklużi f’dak iċ-ċentru tan-negozjar. Dak ir-rekwiżit ma japplika għall-ebda kuntratt ta’ derivati li diġà huwa soġġett għall-obbligi ta’ aċċess skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (EU) Nru 648/2012.

Ċentru tan-negozjar mhuwiex marbut b’dan l-Artikolu jekk ikun konness b’rabtiet sodi ma’ CCP li tkun tat notifika li qed tuża l-arranġamenti tranżitorji skont l-Artikolu 35(5).

2.   Talba għall-aċċess għal ċentru tan-negozjar minn CCP għandha tiġi formalment sottomessa lil ċentru tan-negozjar, lill-awtorità kompetenti relevanti tiegħu u lill-awtorità kompetenti tas-CCP.

3.   Iċ-ċentru tan-negozjar għandu jipprovdi tweġiba bil-miktub lis-CCP fi żmien tliet xhur fil-każ ta’ titoli trasferibbli u strumenti tas-suq monetarju, u fi żmien sitt xhur fil-każ ta’ derivati negozjati fil-borża, fejn jew jippermetti l-aċċess, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti relevanti tat l-aċċess skont il-paragrafu 4, jew tiċħad l-aċċess. Iċ-ċentru tan-negozjar jista’ jiċħad aċċess biss skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 6(a). Jekk l-aċċess jiġi miċħud, iċ-ċentru tan-negozjar għandu jipprovdi r-raġunijiet sħaħ fit-tweġiba tiegħu u jinforma bil-miktub lill-awtorità kompetenti tiegħu dwar id-deċiżjoni. Meta s-CCP tkun stabbilita fi Stat Membru differenti minn dak taċ-ċentru tan-negozjar, iċ-ċentru tan-negozjar għandu jipprovdi wkoll tali notifika u raġunijiet lill-awtorità kompetenti tas-CCP. Iċ-ċentru tan-negozjar għandu jagħmel l-aċċess disponibbli fi żmien tliet xhur minn meta jipprovdi tweġiba pożittiva għat-talba għal aċċess.

4.   L-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar jew dik tas-CCP għandha tagħti aċċess lil CCP għal ċentru tan-negozjar biss meta t-tali aċċess:

(a)

ma jirrikjedix arranġament ta’ interoperabbiltà, fil-każ ta’ derivati li mhumiex derivati OTC skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; jew

(b)

me jheddidx il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-swieq, b’mod partikolari minħabba l-frammentazzjoni tal-likwidità u ċ-ċentru tan-negozjar ikun qiegħed fis-seħħ mekkaniżmi adegwati biex jipprevjeni tali frammentazzjoni, jew ma jaffettwax ħażin ir-riskju sistemiku.

Xejn fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu m’għandu jwaqqaf l-għoti tal-aċċess fejn it-talba msemmija fil-paragrafu 2 tirrikjedi l-interoperabbiltà u ċ-ċentru tan-negozjar u s-CCPs kollha parti fl-arranġament propost ta’ interoperabbiltà jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-arranġament u r-riskji li s-CCP riċeventi hija esposta għalihom li joriġinaw minn pożizzjonijiet inter-CCP jkunu kollateralizzati f’parti terza.

Fejn il-ħtieġa għal arranġament ta’ interoperabbiltà tkun ir-raġuni jew parti minnha għal ċaħda ta’ talba, iċ-ċentru tan-negozjar javża lis-CCP u jinforma lill-ESMA dwar liema CCPs oħrajn għandhom aċċess għaċ-ċentru tan-negozjar u l-ESMA tippubblika dik l-informazzjoni biex b’hekk ditti tal-investiment jistgħu jagħżlu li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward ta’ dawk is-CCPs sabiex jiġu ffaċilitati l-arranġamenti alternattivi għall-aċċess.

Jekk awtorità kompetenti tiċħad l-aċċess, għandha toħroġ id-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u tipprovdi r-raġunijiet sħaħ lill-awtorità kompetenti l-oħra, liċ-ċentru tan-negozjar u lis-CCP inklużi l-provi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha.

5.   Fir-rigward ta’ derivati negozjati fil-borża, ċentru tan-negozjar li ma jilħaqx il-limitu relevanti fis-sena kalendarja li tippreċedi d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jista’, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jinnotifika lill-ESMA u lill-awtorità kompetenti tagħha li ma jixtieqx jintrabat b’dan l-Artikolu għal derivati negozjati fil-borża inklużi f’dak il-limitu, għal perjodu ta’ tletin xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Ċentru tan-negozjar li jibqa’ ma jilħaqx il-limitu relevanti f’kull sena ta’ dak il-perjodu ta’ tletin xahar, jew ta’ kwalunkwe perjodu ieħor, fi tmiem il-perjodu jista’ jinnotifika lill-ESMA u lill-awtorità kompetenti tagħha li jixtieq jibqa’ ma jintrabatx b’dan l-Artikolu għal tletin xahar ieħor. Meta tingħata notifika ċ-ċentru tan-negozjar ma jistax jibbenefika mid-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 35 jew dan l-Artikolu għal derivati negozjati fil-borża inklużi fil-limitu relevanti, għal kemm iddum fis-seħħin-nonparteċipazzjoni. L-ESMA għandha tippubblika lista tan-notifiki kollha li tirċievi.

Il-limitu relevanti għan-nonparteċipazzjoni huwa ammont nozzjonali annwali negozjat ta’ EUR 1 000 000 miljun. L-ammont nozzjonali għandu jkun ‘single-counted’ u għandu jinkludi t-tranżazzjonijiet kollha f’derivati negozjati fil-borża konklużi skont ir-regoli taċ-ċentru tan-negozjar.

Meta ċentru tan-negozjar ikun parti minn grupp li jkun konness b’rabtiet sodi, il-limitu għandu jiġi kkalkulat biż-żieda tal-ammont nozzjonali annwali negozjat taċ-ċentri tan-negozjar kollha fil-grupp kollu kemm hu li huma bbażati fl-Unjoni.

Meta ċentru tan-negozjar li jkun għamel notifika skont dan il-paragrafu jkun konness b’rabtiet sodi ma’ CCP waħda jew aktar, dawk is-CCPs m’għandhomx jibbenefikaw mid-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 35 jew dan l-Artikolu għal derivati negozjati fil-borża fil-limitu relevanti, għad-durata tan-nonparteċipazzjoni.

6.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)

il-kondizzjonijiet speċifiċi li skonthom talba għal aċċess tista’ tiġi miċħuda minn ċentru tan-negozjar, inklużi kundizzjonijiet ibbażati fuq il-volum antiċipat ta’tranżazzjonijiet, l-għadd ta’ utenti, l-arranġamenti għal ġestjoni tar-riskji operazzjonali u l-kumplessità jew fatturi oħra li joħolqu riskji sinifikanti bla ħtieġa,

(b)

il-kundizzjonijiet li skonthom għandu jingħata l-aċċess, fosthom il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji matul il-fażi tal-iżvilupp, il-bażi nondiskriminatorja u trasparenti fir-rigward tat-tariffi relatati mal-aċċess.

(c)

il-kundizzjonijiet li skonthom l-għoti tal-aċċess jhedded il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-swieq, jew jaffettwa ħażin ir-riskju sistemiku;

(d)

il-proċedura biex issir notifika skont il-paragrafu 5, inklużi speċifikazzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tal-ammont nozzjonali u l-metodu li bih l-ESMA tista’ tivverifika l-kalkolu tal-volumi u tapprova n-nonparteċipazzjoni.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 37

Aċċess nondiskriminatorju għal, u l-obbligu ta’ liċenzjar ta’ punti referenzjarji

1.   Meta l-valur ta’ kwalunkwe strument finanzjarju huwa kkalkolat b’referenza għal punt referenzjarju, persuna bid-drittijiet proprjetarji għall-punt referenzjarju għandha tiżgura għall-finijiet ta’ negozjar u kklerjar, li s-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar ikollhom aċċess nondiskriminatorju għal:

(a)

aġġornamenti relevanti dwar il-prezz u d-dejta u informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-metodoloġija u l-ipprezzar ta’ dak il-punt referenzjarju għall-finijiet ta’ kklerjar u negozjar; u

(b)

liċenzji.

Liċenzja li tinkludi l-aċċess għall-informazzjoni għandha tingħata fuq bażi ġusta, raġonevoli u nondiskriminatorja fi żmien tliet xhur minn meta ssir it-talba minn CCP jew ċentru tan-negozjar.

L-aċċess għandu jingħata bi prezz kummerċjali raġonevoli filwaqt li jitqies il-prezz li bih jingħata aċċess għall-punt referenzjarju jew huma liċenzjati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq termini ekwivalenti lil CCP oħra, ċentri tan-negozjar jew kwalunkwe persuna relatata għall-finijiet ta’ kklerjar jew negozjar. Prezzijiet differenti jistgħu jiġu ċċarġjati għal CCPs differenti, ċentri tan-negozjar jew kwalunkwe persuna relatata biss meta dan ikun oġġettivament ġustifikat b’kunsiderazzjoni ta’ raġunijiet kummerċjali raġonevoli bħall-kwantità, l-ambitu jew il-qasam ta’ użu mitluba.

2.   Meta jiġi żviluppat punt referenzjarju ġdid konsegwentement għall-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament wara it-3 ta’ Jannar 2017, l-obbligu ta’ liċenzjar jibda mhux aktar tard minn 30 xahar wara referenza għal strument finanzjarju li l-punt referenzjarju beda n-negozjar jew ġie ammess għan-negozjar. Meta persuna bi drittijiet proprjetarji għal punt referenzjarju ġdid tippossjedi punt referenzjarju eżistenti, dik il-persuna għandha tistabbilixxi li, meta mqabbel ma kwalunkwe tali punt referenzjarju eżistenti, il-punt referenzjarju ġdid jissodisfa l-kriterji kumulattivi li ġejjin:

(a)

il-punt referenzjarju ġdid ma jkunx sempliċement kopja jew adattament ta’ kwalunkwe tali punt referenzjarju eżistenti u l-metodoloġija, inkluża d-dejta sottostanti, tal-punt referenzjarju ġdid tkun sostanzjalment differenti minn kwalunkwe tali punt referenzjarju eżistenti; u

(b)

il-punt referenzjarju l-ġdid ma jkun sostitut għal ebda tali punt referenzjarju eżistenti.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni u b’mod partikolari għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE.

3.   L-ebda CCP, ċentru tan-negozjar jew entità relatata ma jistgħu jidħlu fi ftehim ma’ xi fornitur ta’ punt referenzjarju li l-effett tiegħu jkun wieħed minn dawn:

(a)

il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe CCP oħra jew ċentru tan-negozjar ieħor milli jiksbu aċċess għal tali informazzjoni jew drittijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1; jew

(b)

il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe CCP oħra jew ċentru tan-negozjar ieħor milli jiksbu aċċess għal liċenzja kif imsemmi fil-paragrafu 1;

4.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)

l-informazzjoni permezz tal-liċenzjar li trid issir disponibbli skont il-paragrafu 1(a) għall-użu uniku tas-CCP jew taċ-ċentru tan-negozjar;

(b)

kundizzjonijiet oħra li skonthom jingħata aċċess, inkluża l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta;

(c)

l-istandards rigward kif jista’ jiġi ppruvat li punt referenzjarju huwa ġdid b’konformità mal-paragrafi 2(a) u (b).

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 38

Aċċess għal CCPs u ċentri tan-negozjar ta’ pajjiżi terzi

1.   Ċentru tan-negozjar stabbilit f’pajjiż terz jista’ jitlob aċċess għal CCP stabbilita fl-Unjoni biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni b’konformità mal-Artikolu 28(4) rigward dak il-pajjiż terz. CCP stabbilita f’pajjiż terz tista’ titlob aċċess għal ċentru tan-negozjar fl-Unjoni jekk dik is-CCP tkun rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 tar-Regolametn (UE) Nru 648/2012. CCPs u ċentri tan-negozjar stabbiliti f’pajjiżi terzi għandhom jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet ta’ aċċess fl-Artikoli 35 u 36 biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni b’konformità mal-paragrafu 3 li l-qafas legali u superviżorju tal-pajjiż terz jitqies bħala wieħed li jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva biex CCPs u ċentri tan-negozjar awtorizzati skont reġimi barranin jingħataw aċċess għal CCPs u ċentri tan-negozjar stabbiliti f’dak il-pajjiż terz.

2.   CCPs u ċentri tan-negozjar stabbiliti f’pajjiżi terzi jistgħu jitolbu liċenzja u d-drittijiet ta’ aċċess b’konformità mal-Artikolu 37 biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni b’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li l-qafas legali u superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz jitqies bħala wieħed li jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva skont liema CCPs u ċentri tan-negozjar awtorizzati f’ġuriżdizzjonijiet barranin jingħataw aċċess fuq bażi ġusta, raġonevoli u nondiskriminatorja għal:

(a)

aġġornamenti relevanti dwar il-prezzijiet u d-dejta u informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-metodoloġija u l-ipprezzar ta’ punti referenzjarji għall-finijiet ta’ kklerjar u negozjar; u

(b)

liċenzji,

minn persuni bi drittijiet proprjetarji għal punti referenzjarji stabbiliti f’dak il-pajjiż terz.

3.   Il-Kummissjoni tista’, b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51, tadotta deċiżjonijiet li jiddeterminaw li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jiżgura li ċentru tan-negozjar u CCP awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li jkunu ekwivalenti għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u li jkunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz.

Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jitqies ekwivalenti meta dak il-qafas jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

iċ-ċentri tan-negozjar f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;

(b)

jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva biex is-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar awtorizzati skont reġimi barranin jingħataw aċċess għal CCPs u ċentri tan-negozjar stabbiliti f’dak il-pajjiż terz;

(c)

il-qafas legali u superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva skont liema CCPs u ċentri tan-negozjar awtorizzati f’ġuriżdizzjonijiet barranin jingħataw aċċess fuq bażi ġusta. raġonevoli u nondiskriminatorja għal:

(i)

aġġornamenti relevanti dwar il-prezzijiet u d-dejta u informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-metodoloġija u l-ipprezzar ta’ punti referenzjarji għall-finijiet ta’ kklerjar u negozjar; u

(ii)

liċenzji,

minn persuni bi drittijiet proprjetarji għal punti referenzjarji stabbiliti f’dak il-pajjiż terz.

TITOLU VII

MIŻURI SUPERVIŻORJI DWAR INTERVENTI FUQ IL-PRODOTT U POŻIZZJONIIJET

KAPITOLU 1

Monitoraġġ tal-prodott u intervent fuq il-prodott

Artikolu 39

Monitoraġġ tas-suq

1.   B’konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha timmonitorja s-suq għall-istrumenti finanzjarji li huma kummerċjalizzati, imqassma jew mibjugħa fl-Unjoni.

2.   B’konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA għandha timmonitorja s-suq għad-depożiti strutturati li huma kummerċjalizzati, imqassma jew mibjugħa fl-Unjoni.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw is-suq għal strumenti finanzjarji u depożiti strutturati li huma kumerċjalizzati, imqassma jew mibjugħa fl-Istat Membru tagħhom jew minnu.

Artikolu 40

Setgħat ta’ intervent temporanju tal-ESMA

1.   Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA tista’, meta l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 huma sodisfatti, temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi fl-Unjoni:

(a)

il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti strumenti finanzjarji jew strumenti finanzjarji b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew

(b)

tip ta’ attività jew prassi finanzjarja.

Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eżenzjonijiet, speċifikati mill-ESMA.

2.   L-ESMA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-azzjoni proposta tindirizza tħassib sinifikanti rigward il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni;

(b)

ir-rekwiżiti regolatorji skont il-liġi tal-Unjoni li huma applikabbli għall-istrument jew l-attività finanzjarji relevanti ma jindirizzawx it-theddida;

(c)

awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma ħadux azzjoni sabiex jindirizzaw it-theddida jew l-azzjonijiet li ttieħdu ma jindrizzawx adegwatament it-theddida.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew sodisfatti, l-ESMA tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma strument finanzjarju jkun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti.

3.   Meta tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżgura li l-azzjoni:

(a)

ma jkollhiex effett negattiv fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni;

(b)

ma toħloqx riskju ta’ abritraġġ regolatorju, u

(c)

tkun ittieħdet wara konsultazzjoni mal-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza, l-amministrazzjoni u r-regolamentazzjoni ta’ swieq fiżiċi agrikoli skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007/KE, fejn il-miżura tirrigwarda derivati ta’ komoditajiet agrikoli.

Meta awtorità jew awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 42, l-ESMA tista’ tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma toħroġ l-opinjoni prevista fl-Artikolu 43.

4.   Qabel ma tiddeċiedi li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-azzjoni li tipproponi.

5.   L-ESMA għandha tippubblika fil-websajt tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu. L-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni u jispeċifika żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li minnu se jidħlu fis-seħħ il-miżuri. Projbizzjoni jew restrizzjoni għandha tapplika biss għal azzjonijiet wara li l-miżuri jidħlu fis-seħħ.

6.   L-ESMA għandha tirrivedi projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 f’intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni tiskadi jekk ma tiġix imġedda wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur.

7.   L-azzjoni adottata mill-ESMA skont dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq kwalunkwe azzjoni preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti.

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-ESMA meta tiddetermina meta jkun hemm tħassib sinifikanti għall-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2(a).

Dawk il-kriterji u l-fatturi għandhom jinkludu:

(a)

il-grad ta’ kumplessità ta’ strument finanzjarju u r-relazzjoni għat-tip ta’ klijent li għalih huwa kkummerċjalizzat u mibjugħ;

(b)

id-daqs jew il-valur nozzjonali ta’ ħruġ ta’ strumenti finanzjarji;

(c)

il-grad ta’ innovazzjoni ta’ strument finanzjarju, attività jew prassi;

(d)

il-lieva li strument finanzjarju jew prassi jipprovdu.

Artikolu 41

Setgħat ta’ intervent temporanju tal-EBA

1.   Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA tista’, meta l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 jkunu sodisfatti, temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi fl-Unjoni:

(a)

il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ depożiti strutturati jew depożiti strutturati b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew

(b)

tip ta’ attività jew prassi finanzjarja.

Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet speċifikati mill-EBA.

2.   L-EBA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-azzjoni proposta tindirizza tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddid għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni;

(b)

ir-rekwiżiti regolatorji skont il-liġi tal-Unjoni li huma applikabbli għad-depożitu strutturat jew l-attività rilevanti ma jindirizzawx it-theddida;

(c)

awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma jkunux ħadu azzjoni sabiex jindirizzaw it-theddida jew l-azzjonijiet li ttieħdu ma jindrizzawx adegwatament it-theddida.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew sodisfatti, l-EBA tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma depożitu strutturat ikun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti.

3.   Meta tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu, l-EBA għandha tiżgura li l-azzjoni:

(a)

ma jkollhiex effett negattiv fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni; u

(b)

ma toħloqx riskju ta’ abritraġġ regolatorju.

Meta awtorità jew awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 42, l-EBA tista’ tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma toħroġ l-opinjoni prevista fl-Artikolu 43.

4.   Qabel ma tiddeċiedi li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu, l-EBA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-azzjoni li tipproponi.

5.   L-EBA għandha tippubblika fil-websajt tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu. L-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni u jispeċifika l-mument wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li minnu se jidħlu fis-seħħ il-miżuri. Projbizzjoni jew restrizzjoni għandha tapplika biss għal azzjonijiet wara li l-miżuri jidħlu fis-seħħ.

6.   L-EBA għandha tirrivedi projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 f’intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni tiskadi jekk ma tiġix imġedda wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur.

7.   L-azzjoni adottata mill-EBA skont dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq kwalunkwe azzjoni preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti.

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-EBA meta tiddetermina meta jkun hemm tħassib sinifikanti għall-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2(a).

Dawn il-kriterji u l-fatturi għandhom jinkludu:

(a)

il-grad ta’ kumplessità ta’ depożitu strutturat u r-relazzjoni għat-tip ta’ klijent li għalih huwa kkummerċjalizzat u mibjugħ;

(b)

id-daqs jew il-valur nozzjonali ta’ ħruġ ta’ depożiti strutturati;

(c)

il-grad ta’ innovazzjoni ta’ depożitu strutturat, attività jew prassi;

(d)

il-lieva li prodott jew prassi jipprovdu.

Artikolu 42

Intervent fuq il-prodott mill-awtoritajiet kompetenti

1.   Awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi jew tirrestrinġi dan li ġej f’dak jew minn dak l-Istat Membru:

(a)

il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati jew strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew

(b)

tip ta’ attività jew prassi finanzjarja.

2.   Awtorità kompetenti tista’ tieħu l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jekk tkun sodisfatta fuq bażi raġonevoli li:

(a)

jew

(i)

strument finanzjarju, depożitu strutturat jew attività jew prassi joħolqu tħassib sinifikanti rigward il-protezzjoni tal-investitur jew huma ta’ theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha f’tal-anqas Stat Membru wieħed; jew

(ii)

derivat ikollu effett negattiv fuq il-mekkaniżmu tal-formazzjoni tal-prezzijiet fis-suq sottostanti;

(b)

ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-istrument finanzjarju, id-depożitu strutturat jew l-attività jew il-prassi ma jindirizzawx biżżejjed ir-riskji msemmija fil-punt (a) u l-kwistjoni ma tistax tiġi indirizzata aħjar permezz ta’ superviżjoni jew infurzar imtejba tar-rekwiżiti eżistenti;

(c)

l-azzjoni hija proporzjonata meta tiġi kkunsidrata n-natura tar-riskji identifikati, il-livell ta’ sofistikazzjoni tal-investituri jew tal-parteċipanti tas-suq konċernati u l-effett probabbli li l-azzjoni jista’ jkollha fuq l-investituri u l-parteċipanti tas-suq li jista’ jkollhom, jużaw jew jibbenefikaw mill-istrument finanzjarju, id-depożitu strutturat jew l-attività jew il-prassi;

(d)

l-awtorità kompetenti kkonsultat kif xieraq l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jistgħu jkunu affettwati b’mod sinifikanti mill-azzjoni;

(e)

l-azzjoni ma għandhiex effett diskriminatorju fuq is-servizzi jew l-attivitajiet forniti minn Stat Membru ieħor; u

(f)

tkun ikkonsultat kif xieraq mal-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza, l-amministrazzjoni u r-regolamentazzjoni tas-swieq agrikoli fiżiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007/KE, f’każ li strument finanzjarju, jew attività jew prassi jkunu ta’ theddida serja għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-suq agrikolu fiżiku.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu sodisfatti, l-awtorità kompetenti tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma strument finanzjarju jew depożitu strutturat ikun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti.

Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-awtorità kompetenti.

3.   L-awtorità kompetenti ma għandhiex timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont dan l-Artikolu sakemm, sa mhux inqas minn xahar qabel ma jkun maħsub li l-miżura tidħol fis-seħħ, tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u lill-ESMA bil-miktub jew permezz ta’ mezz ieħor miftiehem bejn l-awtoritajiiet dwar id-dettalji ta’:

(a)

l-istrument jew l-attività jew il-prassi finanzjarja li magħhom hija relatata l-azzjoni proposta;

(b)

in-natura preċiża tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni proposta u meta hija maħsuba li tidħol fis-seħħ; u

(c)

l-evidenza li fuqha bbażat id-deċiżjoni tagħha u li skontha hija sodisfatta li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha fil-paragrafu 2.

4.   F’każijiet straordinarji meta l-awtorità kompetenti tqis li jkun jeħtieġ li tittieħed azzjoni urġenti skont dan l-Artikolu sabiex ikun evitat li jsir dannu minħabba l-istrumenti finanzjarji, id-depożiti strutturati, il-prassi jew l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu azzjoni fuq bażi provviżorja b’avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn 24 siegħa, qabel ma l-miżura għandha tidħol fis-seħħ, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u lill-ESMA jew, għal depożiti strutturati, lill-EBA, sakemm il-kriterji kollha f’dan l-Artikolu jiġu sodisfatti u, barra minn hekk, jiġi stabbilit li perjodu ta’ notifika ta’ xahar ma jindirizzax adegwatament it-tħassib speċifiku jew it-theddida speċifika. L-awtorità kompetenti ma tistax tieħu azzjoni fuq bażi provviżorja għal perjodu li jabeż it-tliet xhur.

5.   L-awtorità kompetenti għandha tippubblika fil-websajt tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li timponi xi projbizzjoni jew restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni, żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li minnu jidħlu fis-seħħ il-miżuri u l-evidenza li skonthom hija sodisfatta li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 2. Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni għandha tapplika biss fir-rigward ta’ azzjonijiet li ttieħdu wara l-pubblikazzjoni tal-avviż.

6.   L-awtorità kompetenti għandha tirrevoka projbizzjoni jew restrizzjoni jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2 ma jibqgħux japplikaw.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti meta jiddeterminaw meta jkun hemm tħassib sinifikanti għall-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a) f’tal-anqas Stat Membru wieħed.

Dawn il-kriterji u l-fatturi għandhom jinkludu:

(a)

il-grad ta’ kumplessità ta’ strument finanzjarju jew ta’ depożitu strutturat u r-relazzjoni għat-tip ta’ klijent li għalih huwa kkummerċjalizzat, distribwit u mibjugħ;

(b)

il-grad ta’ innovazzjoni ta’ strument finanzjarju jew ta’ depożitu strutturat, attività jew prassi;

(c)

il-lieva li strument finanzjarju jew depożitu strutturat jew prassi jipprovdu;

(d)

b’rabta mal-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet, id-daqs jew il-valur nozzjonali ta’ ħruġ ta’ strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati.

Artikolu 43

Koordinazzjoni mill-ESMA u mill-EBA

1.   L-ESMA jew, għal depożiti strutturati, l-EBA għandha tieħu rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 42. B’mod partikolari, l-ESMA jew, għal depożiti strutturati, l-EBA għandha tiżgura li l-azzjoni meħuda minn awtorità kompetenti tkun ġustifikata u proporzjonata u li fejn xieraq jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Wara li tirċievi notifika skont l-Artikolu 42 dwar kwalunkwe azzjoni li se tiġi imposta skont dak l-Artikolu, l-ESMA jew, għal depożiti strutturati, l-EBA għandha tadotta opinjoni dwar jekk il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni hijiex ġustifikata u proporzjonata. Jekk l-ESMA jew, għal depożiti strutturati, l-EBA tikkunsidra li t-teħid ta’ miżuri minn awtoritajiet kompetenti oħra huwa meħtieġ sabiex jiġi indirizzat ir-riskju, għandha tiddikjara dan fl-opinjoni tagħha wkoll. L-opinjoni għandha tkun ippubblikata fil-websajt tal-ESMA jew, għal depożiti strutturati, tal-EBA.

3.   Meta awtorità kompetenti tipproponi li tieħu, jew tieħu, azzjoni li tmur kontra opinjoni adottata mill-ESMA jew mill-EBA skont il-paragrafu 2 jew ma taċċettax li tieħu azzjoni kuntrarjament għal tali opinjoni, għandha tippubblika minnufih fil-websajt tagħha avviż li jispjega bis-sħiħ ir-raġunijiet għalfejn għamlet dan.

KAPITOLU 2

Pożizzjonijiet

Artikolu 44

Koordinazzjoni tal-miżuri nazzjonali tal-immaniġġjar tal-pożizzjonijiet u limiti tal-pożizzjonijiet mill-ESMA

1.   L-ESMA għandha twettaq rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-miżuri meħuda minn awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 69(2)(o) u (p) tad-Direttiva 2014/65/UE. B’mod partikolari, l-ESMA għandha tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti rigward meta jiġu eżerċitati dawn is-setgħat, in-natura u l-ambitu tal-miżuri imposti, u t-tul taż-żmien u s-segwitu ta’ kull miżura.

2.   Wara li tirċievi notifika dwar kwalunkwe miżura skont l-Artikolu 79(5) tad-Direttiva 2014/65/UE l-ESMA għandha tirreġistra l-miżura u r-raġunijiet għaliha. Rigward il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 69(2)(o) jew (p) tad-Direttiva 2014/65/UE, għandha żżomm u tippubblika fil-websajt tagħha bażi ta’ dejta b’sommarji tal-miżuri fis-seħħ inklużi d-dettalji dwar il-persuni konċernati, l-istrumenti finanzjarji applikabbli, kwalunkwe limitu fuq id-daqs tal-pożizzjonijiet li l-persuni jistgħu jżommu f’kull ħin, kwalunkwe eżenzjoni għalihom mogħtija b’konformità mal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/65/UE, u r-raġunijiet għalihom.

Artikolu 45

Setgħat tal-ESMA relatati mal-immaniġġjar tal-pożizzjonijiet

1.   Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha, fejn jiġu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet fil-paragrafu 2, tieħu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(a)

titlob minn kwalunkwe persuna l-informazzjoni relevanti kollha rigward id-daqs u l-għan ta’ pożizzjoni jew skopertura li daħlet għaliha permezz ta’ derivat;

(b)

wara li tanalizza l-informazzjoni miksuba, tobbliga lil tali persuna tieħu passi biex tnaqqas id-daqs ta’ jew telimina l-pożizzjoni jew l-iskopertura b’konformità mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 10(b);

(c)

bħala l-aħħar miżura, tillimita l-abbiltà ta’ persuna li tidħol f’derivat ta’ komodità.

2.   L-ESMA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jiġu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-miżuri elenkati fil-paragrafu 1 jindirizzaw theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji, inklużi s-swieq ta’ derivati ta’ komodità b’konformità mal-objettivi elenkati fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u anki fir-rigward ta’ arranġamenti tal-forniment għal komoditajiet fiżiċi, jew tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni;

(b)

awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma ħadux miżuri sabiex jindirizzaw it-theddida jew il-miżuri li ttieħdu ma jindirizzawx it-theddida b’mod suffiċjenti;

L-ESMA għandha twettaq il-valutazzjoni tagħha dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu b’konformità mal-kriterji u l-fatturi previsti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 10(a) ta’ dan l-Artikolu.

3.   Meta tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżgura li l-miżura:

(a)

tindirizza b’mod sinifikanti t-theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji, inklużi s-swieq tad-derivati ta’ komodità b’konformità mal-objettivi elenkati fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u anke fir-rigward tal-arranġamenti tal-forniment ta’ komoditajiet fiżiċi, jew tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni jew ittejjeb b’mod sinifikanti l-abbiltà tal-awtoritajiet kompetenti biex jimmonitorjaw it-theddida kif imkejla b’konformità mal-kriterji u l-fatturi speċifikati mill-att delegat imsemmi fil-paragrafu 10(a) ta’ dan l-Artikolu.;

(b)

ma toħloqx riskju ta’ arbitraġġ regolatorju kif imkejjel b’konformità mal-paragrafu 10(c) ta’ dan l-Artikolu.;

(c)

ma għandhiex xi wieħed mill-effetti negattivi li ġejjin fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-miżura: it-tnaqqis tal-likwidità f’dawk is-swieq, ir-restrizzjoni tal-kundizzjonijiet għat-tnaqqis tar-riskji marbuta direttament mal-attività kummerċjali ta’ kontroparti mhux finanzjarja, jew il-ħolqien ta’ inċertezza għall-parteċipanti tas-suq.

L-ESMA għandha tikkonsulta lill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) qabel ma tieħu xi miżura relatata mal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa.

L-ESMA għandha tikkonsulta lill-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza, l-amministrazzjoni u r-regolamentazzjoni ta’ swieq fiżiċi agrikoli skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, qabel ma tieħu xi miżura relatata mad-derivati ta’ komoditajiet agrikoli.

4.   Qabel ma tiddeċiedi li tieħu jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti relevanti bil-miżura li tkun qed tipproponi. Fil-każ ta’ talba skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 in-notifika għandha tinkludi l-identità tal-persuna jew tal-persuni li għalihom kienet indirizzata u d-dettalji u r-raġunijiet għal dan. Fil-każ ta’ miżura skont il-paragrafu 1(c) in-notifika għandha tinkludi d-dettalji tal-persuna konċernata, l-istrumenti finanzjarji applikabbli, il-miżuri kwantitattivi relevanti bħad-daqs massimu ta’ pożizzjoni li l-persuna inkwistjoni tista’ tidħol għalih, u r-raġunijiet għal dan.

5.   In-notifika għandha ssir mhux inqas minn 24 siegħa qabel ma l-miżura tkun maħsuba li tidħol fis-seħħ jew tiġġedded. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-ESMA tista’ tagħmel in-notifika inqas minn 24 siegħa qabel ma l-miżura tkun maħsuba li tidħol fis-seħħ, meta ma jkunx possibbli li jingħata avviż minn 24 siegħa qabel.

6.   L-ESMA għandha tippubblika fil-websajt tagħha avviż ta’ kwalunkwe deċiżjoni li timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1(c). L-avviż għandu jinkludi dettalji dwar il-persuna konċernata, l-istrumenti finanzjarji applikabbli, il-miżuri kwantitattivi relevanti bħad-daqs massimu ta’ pożizzjoni li l-persuna inkwistjoni tista’ tidħol għaliha, u r-raġunijiet għal dan.

7.   Miżura msemmija fil-paragrafu 1(c) għandha tidħol fis-seħħ meta n-notifika tiġi ppubblikata jew f’ħin speċifikat fin-notifika li jkun wara l-pubblikazzjoni tagħha u għandha tapplika biss għal tranżazzjoni li titwettaq wara li l-miżura tkun daħlet fis-seħħ.

8.   L-ESMA għandha tirrivedi l-miżuri tagħha msemmija fil-paragrafu 1(c) f’intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. Jekk miżura ma tiġix imġedda wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur, għandha tiskadi awtomatikament. Il-paragrafi 2 sa 8 għandhom japplikaw ukoll għal tiġdid ta’ miżuri.

9.   Miżura adottata mill-ESMA skont dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq kwalunkwe miżura preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti skont l-Artikolu 69(2)(o) jew (p) tad-Direttiva 2014/65/UE.

10.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, b’konformità mal-Artikolu 50, atti delegati li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi sabiex jiġi determinat:

(a)

l-eżistenza ta’ theddida għall-funzjonament ordinat u għall-integrità tas-swieq finanzjarji, inklużi s-swieq tad-derivati ta’ komoditajiet b’konformità mal-objettivi elenkati fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u anki fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ forniment ta’ komoditajiet fiżiċi, jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2(a) filwaqt li jitqies kemm fil-fatt il-pożizzjonijiet jintużaw għall-iħħeġġjar ta’ pożizzjonijiet f’komoditajiet fiżiċi jew kuntratti ta’ komoditajiet u kemm fil-fatt il-prezzijiet fis-swieq sottostanti huma stabbiliti b’referenza għall-prezzijiet ta’ derivati ta’ komodità;

(b)

it-tnaqqis xieraq ta’ pożizzjoni jew skopertura li tkun infetħet permezz ta’ derivat msemmi fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu;

(c)

is-sitwazzjonijiet fejn jista’ jinqala’ riskju ta’ arbitraġġ regolatorju kif imsemmi fil-paragrafu 3(b) ta’ dan l-Artikolu.

Dawk il-kriterji u l-fatturi għandhom iqisu l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandhom jiddifferenzjaw bejn is-sitwazzjonijiet li fihom l-ESMA tieħu azzjoni għaliex awtorità kompetenti tkun naqset li taġixxi u dawk li fihom l-ESMA tindirizza riskju addizzjonali li l-awtorità kompetenti ma tkunx tista’ tindirizza b’mod suffiċjenti skont l-Artikolu 69(2)(j) jew (o) tad-Direttiva 2014/65/UE.

TITOLU VIII

FORNIMENT TA’ SERVIZZI U TWETTIQ TA’ ATTIVITAJIET MINN DITTI MINN PAJJIŻI TERZI WARA DEĊIŻJONI TA’ EKWIVALENZA B’FERGĦA JEW MINGĦAJRHA

Artikolu 46

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Ditta minn pajjiż terz tista’ tipprovdi servizzi ta’ investiment jew twettaq attivitajiet, flimkien ma’ servizzi anċillari jew le, lil kontropartijiet eliġibbli u lil klijenti professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE stabbiliti fl-Unjoni kollha mingħajr l-istabbiliment ta’ fergħa f’każ li tkun reġistrata fir-reġistru tad-ditti minn pajjiżi terzi li żżomm l-ESMA skont l-Artikolu 47.

2.   L-ESMA għandha tirreġistra ditta minn pajjiż terz li tkun applikat biex tforni servizzi ta’ investiment jew biex twettaq attivitajiet fl-Unjoni kollha skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1);

(b)

id-ditta tkun awtorizzata fil-ġuriżdizzjoni fejn ikun stabbilit l-uffiċċju prinċipali tagħha biex tipprovdi servizzi jew attivitajiet ta’ investiment li għandhom jiġu fornuti fl-Unjoni u tkun soġġetta għal superviżjoni u infurzar li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti applikabbli f’dak il-pajjiż terz;

(c)

ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 47(2).

3.   Meta ditta minn pajjiż terz tkun reġistrata skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri m’għandhomx jimponu xi rekwiżiti addizzjonali fuq id-ditta minn pajjiż terz fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament jew mid-Direttiva 2014/65/UE u bl-istess mod m’għandhomx jittrattaw lil ditti minn pajjiżi terzi aktar favorevolment minn ditti mill-Unjoni.

4.   Id-ditta minn pajjiż terz imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tissottometti l-applikazzjoni tagħha lill-ESMA wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 47 li tiddetermina li l-qafas legali u superviżorju tal-pajjiż terz li fih tkun awtorizzata d-ditta minn pajjiż terz tkun ekwivalenti għar-rekwiżiti deskritti fl-Artikolu 47(1).

Id-ditta applikanti minn pajjiż terz għandha tipprovdi lill-ESMA bl-informazzjoni kollha neċessarja għar-reġistrazzjoni tagħha. Fi żmien 30 jum tax-xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni, l-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex sħiħa. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx sħiħa, l-ESMA għandha tistipula skadenza sa meta d-ditta applikanti minn pajjiż terz trid tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali.

Id-deċiżjoni tar-reġistrazzjoni għandha tkun abbażi tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.

Fi żmien 180 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni sħiħa, l-ESMA għandha tinforma bil-miktub lid-ditta applikanti minn pajjiż terz bi spjega sħiħa tar-raġunijiet għalfejn ir-reġistrazzjoni ngħatat jew ġiet miċħuda.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li ditti minn pajjiżi terzi jipprovdu servizzi ta’ investiment jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment flimkien ma’ servizzi anċillari lil kontropartijiet eliġibbli u klijenti professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE fit-territorji tagħhom b’konformità mar-reġimi nazzjonali fin-nuqqas tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 47(1) jew meta tali deċiżjoni ma tkunx għadha fis-seħħ.

5.   Id-ditti minn pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi skont dan l-Artikolu għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom stabbiliti fl-Unjoni, qabel il-forniment ta’ kwalunkwe servizz, li huma ma għandhomx permess jipprovdu servizzi lil klijenti oħra għajr lill-kontropartijiet eliġibbli u lill-klijenti professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE u li huma mhumiex soġġetti għal superviżjoni fl-Unjoni. Għandhom jindikaw l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni fil-pajjiż terz.

L-informazzjoni fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata bil-miktub u b’mod prominenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta kontroparti eliġibbli jew klijent professjonali fis-sens tat-Taqsima II tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE stabbilit jew li jinsab fl-Unjoni jibda fuq l-inizjattiva esklużiva tiegħu l-għoti ta’ servizz jew attività ta’ investiment minn ditta minn pajjiż terz, dan l-Artikolu ma japplikax għall-għoti ta’ dak is-servizz jew ta’ dik l-attività mid-ditta minn pajjiż terz lil dik il-persuna inkluża relazzjoni marbuta speċifikament mal-għoti ta’ dak is-servizz jew ta’ dik l-attività. Inizjattiva minn tali klijenti m’għandhiex tintitola lid-ditta minn pajjiż terz li tikkummerċjalizza kategoriji ġodda ta’ prodott tal-investiment jew servizz tal-investiment lil dak l-individwu.

6.   Ditti minn pajjiż terz li jipprovdu servizzi jew iwettqu attivitajiet skont dan l-Artikolu għandhom, qabel jipprovdu xi servizz jew iwettqu xi attività fir-rigward ta’ klijent stabbilit fl-Unjoni, joffru li jressqu kwalunkwe tilwima rigward dawk is-servizzi jew l-attivitajiet quddiem il-ġuriżdizzjoni ta’ qorti jew tribunal tal-arbitraġġ fi Stat Membru.

7.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li ditta minn pajjiż terz għandha tipprovdi lill-ESMA fl-applikazzjoni tagħha biex tirreġistra skont il-paragrafu 4 u l-format tal-informazzjoni li għandu jintuża skont il-paragrafu 5.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 47

Deċiżjoni tal-ekwivalenza

1.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51(2) fir-rigward ta’ pajjiż terz li tiddikjara li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ dak il-pajjiż terz jiżguraw li d-ditti awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti prudenzjali u ta’ kondotta tan-negozju li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, fid-Direttiva 2013/36/UE u fid-Direttiva 2014/65/UE u fil-miżuri implimentattivi tagħhom adottati skont dan ir-Regolament u skont dawk id-Direttivi KE u li l-qafas legali ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti effikaċi għar-rikonoxximent ta’ ditti tal-investiment awtorizzati skont ir-reġimi ta’ pajjiżi terzi.

Il-qafas prudenzjali u tal-kondotta tan-negozju ta’ pajjiż terz jista’ jiġi kkunsidrat li jkollu effett ekwivalenti meta dak il-qafas jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-ditti li jipprovdu servizzi u attivitajiet ta’ investiment f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni effettiva u infurzar fuq bażi kontinwa;

(b)

id-ditti li jipprovdu servizzi u attivitajiet ta’ investiment f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal rekwiżiti tal-kapital suffiċjenti u rekwiżiti xierqa applikabbli għall-azzjonisti u l-membri tal-korp tal-maniġment tagħhom;

(c)

id-ditti li jipprovdu servizzi u attivitajiet tal-investiment huma soġġetti għal rekwiżiti organizzattivi xierqa fil-qasam tal-funzjonijiet ta’ kontroll interni;

(d)

id-ditti li jipprovdu servizzi u attivitajiet tal-investiment huma soġġetti għal regoli xierqa tal-kondotta tan-negozju;

(e)

jiżgura t-trasparenza u l-integrità tas-suq billi jipprevjeni abbuż tas-suq f’forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

2.   L-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiżi terzi li l-ofqsa ġuridiċi u superviżorji tagħhom ġew rikonoxxuti bħala effettivament ekwivalenti skont il-paragrafu 1. Dawn l-arranġamenti għandhom jispeċifikaw tal-anqas:

(a)

il-mekkaniżmi għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi konċernati, fosthom l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar id-ditti mhux mill-Unjoni awtorizzati f’pajjiżi terzi li tintalab mill-ESMA;

(b)

il-mekkaniżmu għan-notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti minn pajjiż terz tqis li ditta minn pajjiż terz li tkun taħt is-superviżjoni tagħha u li l-ESMA tkun reġistrat fir-reġistru previst fl-Artikolu 48 tkun qed tikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħha jew leġiżlazzjoni oħra li tkun obbligata tirrispetta;

(c)

il-proċeduri dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tas-superviżjoni fosthom, fejn ikun xieraq, spezzjonijiet fuq il-post.

3.   Ditta minn pajjiż terz stabbilita f’pajjiż li l-qafas legali u superviżorju tiegħu jkun ġie rikonoxxut bħala wieħed effettivament ekwivalenti b’konformità mal-paragrafu 1 u huwa awtorizzat b’konformità mal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/65/UE għandha tkun tista’ tipprovdi s-servizzi u l-attivitajiet koperti skont l-awtorizzazjzoni lil kontropartijiet eliġibbli u klijenti professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE fi Stati Membri oħrajn tal-Unjoni mingħajr l-istabbiliment ta’ fergħat ġodda. Għal dan il-għan, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-forniment transfrunier ta’ servizzi u attivitajiet fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/65/UE.

Il-fergħa għandha tibqa’ soġġetta għas-superviżjoni tal-Istat Membru li fih il-fergħa tkun stabbilita b’konformità mal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/65/UE. Madankollu, u mingħajr ħsara għall-obbligi ta’ kooperazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-fergħa tkun stabbilita u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jistabblixxu ftehimiet ta’ kooperazzjoni proporzjonati sabiex jiżguraw li l-fergħa ta’ ditta minn pajjiż terz li tipprovdi servizzi ta’ investiment fl-Unjoni Ewropea tagħti l-livell xieraq ta’ protezzjoni tal-investitur.

4.   Ditta minn pajjiż terz ma tistax tibqa’ teżerċita d-drittijiet skont l-Artikolu 46(1) meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51(2) li tirtira d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz.

Artikolu 48

Reġistru

L-ESMA għandha żżomm reġistru tad-ditti minn pajjiż terz li għandhom permess jipprovdu servizzi ta’ investiment jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment fl-Unjoni skont l-Artikolu 46. Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli pubblikament fil-websajt tal-ESMA u għandu jkun fih informazzjoni dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li d-ditti minn pajjiż terz huma permessi jipprovdu jew iwettqu u referenza għall-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tagħhom fil-pajjiż terz.

Artikolu 49

Irtirar ta’ reġistrazzjoni

1.   L-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ ditta minn pajjiż terz mir-reġistru stabbilit skont l-Artikolu 48 meta:

(a)

L-ESMA jkollha raġunijiet fondati abbażi ta’ evidenza dokumentata biex temmen li, fil-forniment tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment fl-Unjoni, id-ditta minn pajjiż terz qed taġixxi b’manjiera li hija ċarament ta’ preġudizzju għall-interessi tal-investituri jew tal-funzjonament ordinat tas-swieq; jew

(b)

L-ESMA jkollha raġunijiet fondati abbażi ta’ evidenza dokumentata biex temmen li, fil-forniment tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment fl-Unjoni, id-ditta minn pajjiż terz tkun kisret id-dispożizzjonijiet applikabbli għaliha fil-pajjiż terz u li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni tkun adottat id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1);

(c)

L-ESMA tkun irreferiet il-kwistjoni lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz u dik l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ma tkunx ħadet il-miżuri xierqa meħtieġa biex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq fl-Unjoni jew tkun naqset milli turi li d-ditta mill-pajjiż terz konċernat tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għaliha fil-pajjiż terz; u

(d)

L-ESMA tkun infurmat lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz bl-intenzjoni tagħha li tirtira r-reġistrazzjoni tad-ditta mill-pajjiż terz, tal-anqas 30 jum qabel l-irtirar.

2.   L-ESMA għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 1 mingħajr dewmien u għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha fil-websajt tagħha.

3.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet skont liema kienet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1), għadhomx jeżistu fir-rigward tal-pajjiż terz ikkonċernat.

TITOLU IX

ATTI DELEGATI U TA’

KAPITOLU 1

Atti delegati

Artikolu 50

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa sabiex tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fi Artikolu 1(9), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 19(2) u (3), l-Artikolu 31(4), Artikolu 40(8), l-Artikolu 41(8), l-Artikolu 42(7), l-Artikolu 45(10) u l-Artikolu 52 (10) u (12) hija mogħtija għal perjodu ta’ żmien indefinit mit-2 ta’ Lulju 2014.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 1(9), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 19(2) u (3), l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 40(8), l-Artikolu 41(8), l-Artikolu 42(7), l-Artikolu 45(10) u l-Artikolu 52(10) u (12) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(9), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 19(2) u (3), l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 40(8), l-Artikolu 41(8), l-Artikolu 42(7), l-Artikolu 45(10) u l-Artikolu 52(10) jew (12) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU 2

Atti ta’ implimentazzjoni

Artikolu 51

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (30). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

TITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 52

Rapporti u analiżi

1.   Qabel it-3 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt fil-prattika tal-obbligi ta’ trasparenza stabbiliti skont l-Artikoli 3 sa 13, b’mod partikolari dwar l-impatt tal-mekkaniżmu ta’ limitu tal-volum deskritt fl-Artikolu 5, fosthom fuq il-kost tan-negozjar għal kontropartijiet eliġibbli u klijenti professjonali u fuq in-negozjar ta’ ishma ta’ kumpaniji żgħar u b’kapitalizzazzjoni medja, u l-effikaċja tiegħu fl-iżgurar li l-użu tal-eżenzjonijiet relevanti ma jkunx ta’ ħsara għall-formazzjoni tal-prezzijiet u dwar kif jaf jopera kwalunkwe mekkaniżmu għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur tal-limitu tal-volum, u dwar l-applikazzjoni u l-adegwatezza kontinwata tal-eżenzjonijiet għall-obbligi ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar stabbiliti skont l-Artikolu 4(2) u (3) u l-Artikolu 9(2) sa (5).

2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 hawn fuq għandu jinkludi l-impatt fuq is-swieq Ewropej tal-ekwità tal-użu tal-eżenzjoni skont l-Artikolu 4(1)(a) u (b)(i) u tal-użu tal-mekkaniżmu ta’ limitu tal-volum skont l-Artikolu 5, b’referenza partikolari:

(a)

għal-livell u t-tendenza tan-negozjar tar-reġistru tal-ordnijiet “non-lit” fl-Unjoni Ewropea wara l-introduzzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b)

għall-impatt tal-firxiet kwotati trasparenti qabel il-kummerċ;

(c)

għall-impatt fuq id-daqs tal-likwidità ta’ reġistri tal-ordnijiet “lit”;

(d)

għall-impatt fuq il-kompetizzjoni u fuq l-investituri fl-Unjoni;

(e)

għall-impatt fuq in-negozjar ta’ ishma ta’ kumpaniji żgħar u b’kapitalizzazzjoni medja;

(f)

żvilupppi fil-livell internazzjonali u ta’ diskussjonijiet ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

3.   Jekk ir-rapport jikkonkludi li l-użu tal-eżenzjoni skont l-Artikolu 4(1)(a) u (b)(i) huwa ta’ ħsara għall-formazzjoni tal-prezzijiet jew għan-negozjar ta’ ishma ta’ kumpaniji żgħar u b’kapitalizzazzjoni medja, il-Kummissjoni għandha, meta xieraq, tagħmel proposti, inklużi emendi għal dan ir-Regolament, rigward l-użu ta’ dawn l-eżenzjonijiet. Tali proposti għandhom jinkludu valutazzjoni tal-impatt tal-emendi proposti, u għandhom iqisu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament u l-effetti fuq it-tfixkil tas-suq u l-kompetizzjoni, u l-impatti potenzjali fuq l-investituri fl-Unjoni.

4.   Sat-3 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tal-Artikolu 26, inkluż jekk il-kontenut u l-format tar-rapporti tat-tranżazzjonijiet riċevuti u skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti jippermettux b’mod komprensiv li jiġu mmonitorjati l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 26(1). Il-Kummissjoni tista’ tagħmel kwalunkwe proposta xierqa, inkluż metodu sabiex it-tranżazzjonijiet jiġu rrapportati f’sistema magħżula mill-ESMA minflok għand l-awtoritajiet kompetenti, li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti relevanti jaċċessaw l-informazzjoni kollha rapportata skont dan l-Artikolu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2014/65/UE u għad-detezzjoni ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata ta’ abbuż tas-suq b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 596/2014.

5.   Sat-3 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar soluzzjonijiet xierqa biex jitnaqqsu l-asimmetriji ta’ informazzjoni bejn il-parteċipanti tas-suq kif ukoll dwar għodod biex ir-regolaturi jimmonitorjaw aħjar l-attivitajiet ta’ kwotazzjoni fiċ-ċentri tan-negozjar. Dak ir-rapport għandu tal-anqas jivvaluta l-fattibbiltà tal-iżvilupp ta’ sistema Ewropea tal-aħjar offerta għal kwotazzjonijiet konsolidati biex jiġu sodisfatti dawn l-objettivi.

6.   Sat-3 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress biex in-negozjar fid-derivati OTC standardizzati jibda jsir fil-boroż jew pjattaformi elettroniċi ta’ negozjar skont l-Artikoli 25 u 28.

7.   Sat-3 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp fil-prezzijiet għal dejta ta’ trasparenza ta’ qabel u wara l-kummerċ minn swieq regolati, MTFs, OTFs u CTPs.

8.   Sat-3 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jirrieżamina d-dispożizzjonijiet ta’ interoperabilità fl-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

9.   Sat-3 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 35 u 36 ta’ dan ir-Regolament u tal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Sat-3 ta’ Lulju 2021 il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37.

10.   Sat-3 ta’ Lulju 2019 il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt tal-Artikoli 35 u 36 ta’ dan ir-Regolament fuq CCPs li jkunu għadhom kif ġew stabbiliti u awtorizzati kif imsemmija fl-Artikolu 35(5) u fuq ċentri tan-negozjar konnessi ma’ dawk is-CCPs b’rabtiet sodi u jekk l-arranġament tranżizzjonali previst fl-Artikolu 35(5) għandux jiġi estiż, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji possibbli għall-konsumaturi tat-titjib tal-kompetizzjoni u l-livell ta’ għażla disponibbli għall-parteċipanti tas-suq mqabbla mal-effett sproporzjonat possibbli ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fuq CCPs li għadhom kemm ġew stabbiliti u awtorizzati u l-limitazzjonijiet tal-parteċipanti tas-suq lokali fir-rigward tal-aċċess għal CCPs globali u l-funzjonament bla intoppi tas-suq.

Skont il-konklużjonijiet ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni tista’ tadotta att delegat b’konformità mal-Artikolu 50 biex testendi l-perjodu tranżizzjonali b’konformità mal-Artikolu 35(5) b’massimu ta’ 30 xahar.

11.   Sat-3 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk il-limitu stabbilit fl-Artikolu 36(5) għadux xieraq u jekk il-mekkaniżmu ta’ nonparteċipazzjoni fir-rigward ta’ derivati negozjati fil-borża għandux jibqa’ disponibbli.

12.   Sat-3 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-ESMA b’konsultazzjoni mal-ESRB, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-ħtieġa li d-derivati negozjati fil-borża jiġu esklużi temporanjament mill-ambitu tal-Artikoli 35 u 36. Dan ir-rapport għandu jqis ukoll ir-riskji, jekk ikun hemm, li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet ta’ aċċess miftuħ rigward id-derivati negozjati fil-borża għall-istabbiltà ġenerali u l-funzjonament ordinat tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni kollha kemm hi.

Soġġett għall-konklużjonijiet ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni tista’ tadotta att delegat b’konformità mal-Artikolu 50 biex id-derivati negozjati fil-borża jiġu esklużi mill-ambitu tal-Artikoli 35 u 36 għal mhux aktar minn tletin xahar wara it-3 ta’ Jannar 2017.

Artikolu 53

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

(1)

fl-Artikolu 5(2), is-subparagrafu li ġej hu miżjud:

“Fl-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji skont dan il-paragrafu, l-ESMA m’għandhiex tippreġudika d-dispożizzjoni tranżizzjonali fir-rigward ta’ kuntratti ta’ derivati tal-enerġija C6 kif stabbilit fl-Artikolu 95 tad-Direttiva 2014/65/UE (*).

(*)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349)”;"

2.

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:

(a)

paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   CCP li tkun ġiet awtorizzata biex tikklerja kuntratti tad-derivati OTC għandha taċċetta li tikklerja dawn il-kuntratti fuq bażi mhux diskriminatorja u trasparenti, anke fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u ta’ tariffi relatati mal-aċċess, irrispettivament miċ-ċentru tan-negozjar. Dan b’mod partikolari għandu jiżgura li ċentru tan-negozjar ikollu d-dritt għal trattament nondiskriminatorju f’termini ta’ kif kuntratti nnegozjati f’dak iċ-ċentru tan-negozjar jiġu ttrattati f’termini ta’:

(a)

rekwiżiti ta’ kollateral u kalkolazzjoni tal-valur nett ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti, meta l-inklużjoni ta’ tali kuntratti fl-għeluq u proċeduri oħra ta’ kalkolazzjoni tal-valur nett ta’ CCP bbażata fuq il-liġi applikabbli dwar l-insolvenza ma tipperikolax l-funzjonament bla intoppi u ordinat, il-validità jew l-infurzabilità ta’ tali proċeduri; u

(b)

kontromarġinazzjoni b’kuntratti korrelatati kklerjati mill-istess CCP skont mudell tar-riskji li jikonforma mal-Artikolu 41.

CCP tista’ titlob li ċentru tan-negozjar jikkonforma mar-rekwiżiti operattivi u tekniċi stabbiliti mis-CCP, inklużi r-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju.”:

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 rigward trattament nondiskriminatorju f’termini ta’ kif kuntratti negozjati f’dak iċ-ċentru tan-negozjar jiġu ttrattati f’termini ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u ta’ kalkolazzjoni tal-valur nett ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti u kontromarġinazzjoni ma’ kuntratti korrelatati kklerjati mill-istess CCP għandhom ikunu speċifikati aktar bl-istandards tekniċi adottati skont l-Artikolu 35(6)(e) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (**)”.

(3)

Fl-Artikolu 81 (3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jittrasmetti dejta lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-rekwiżiti taħt l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (**)”.

Artikolu 54

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Ditti minn pajjiżi terzi għandhom ikunu jistgħu jkomplu jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet fl-Istati Membri, skont ir-reġimi nazzjonali sa tliet snin wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ deċiżjoni rigward il-pajjiż terz relevanti b’konformità mal-Artikolu 47.

2.   Jekk il-Kummissjoni tivvaluta li ma jkunx jeħtieġ li d-derivati negozjati fil-borża jiġu esklużi mill-ambitu tal-Artikoli 35 u 36 b’konformità mal-Artikolu 52(12), CCP jew ċentru tan-negozjar jistgħu, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, japplikaw mal-awtorità kompetenti tagħhom għal permess biex jużaw l-arranġamenti tranżitorji. L-awtorità kompetenti, filwaqt li tqis ir-riskji li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 35 jew 36 fir-rigward ta’ derivati negozjati fil-borża għall-funzjonament ordinat tas-CCP jew taċ-ċentru tan-negozjar relevanti, tista’ tiddeċiedi li l-Artikolu 35 jew 36 ma japplikax għas-CCP jew għaċ-ċentru tan-negozjar, rispettivament, fir-rigward ta’ derivati negozjati fil-borża, għal perjodu tranżizzjonali sat-3 ta’ Lulju 2019. Meta tali perjodu tranżizzjonali jiġi approvat, is-CCP jew iċ-ċentru tan-negozjar ma jistgħux jibbenefikaw mid-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 35 jew 36, fir-rigward ta’ derivati negozjati fil-borża għal kemm idum fis-seħħ dan il-perjodu tranżizzjonali. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika l-ESMA, u fil-każ ta’ CCP, il-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti għal dik is-CCP, meta perjodu tranżizzjonali jiġi approvat.

Meta CCP li tkun ġiet approvata għall-arranġamenti tranżitorji tkun konnessa b’rabtiet sodi ma’ ċentru tan-negozjar wieħed jew iktar, dawk iċ-ċentri tan-negozjar m’għandhomx jibbenefikaw minn drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 35 jew 36 għal derivati negozjati fil-borża għal kemm idum fis-seħħ il-perjodu tranżizzjonali.

Meta ċentru tan-negozjar, li jkun ġie approvat għall-arranġamenti tranżitorji jkun konness b’rabtiet sodi ma’ CCP waħda jew iktar, dawk is-CCPs m’għandhomx jibbenefikaw minn drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 35 jew 36 għal derivati negozjati fil-borża għal kemm idum fis-seħħ il-perjodu tranżizzjonali.

Artikolu 55

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mit-3 ta’ Jannar 2017.

Minkejja t-tieni paragrafu, l-Artikolu 1(8) u (9), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 5(6)u (9), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17 (3), l-Artikolu 19 (2) u (3), l-Artikolu 20 (3), l-Artikolu 21 (5), l-Artikolu 22 (4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 25(3), l-Artikolu 26(9), l-Artikolu 27(3), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 29(3), l-Artikolu 30(2), l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 32(1), (5) u (6), l-Artikolu 33(2), l-Artikolu 35 (6), l-Artikolu 36(6), Artikolu 37(4), l-Artikolu 38(3), l-Artikolu 40(8), l-Artikolu 41(8), l-Artikolu 42(7), l-Artikolu 45(10), l-Artikolu 46(7), l-Artikolu 47(1) u (4), l-Artikolu 52(10) u (12) u l-Artikolu 54(1) għandhom japplikaw immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Minkejja t-tieni paragrafu, l-Artikolu 37(1), (2) u (3) għandhom japplikaw mit-3 ta’ Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 161, 7.6.2012. p. 3.

(2)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 74.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ April 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2014.

(4)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(5)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ara paġna 349 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali)

(6)  Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati tal-OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(7)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1).

(8)  Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(9)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1).

(10)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(11)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(12)  Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(13)  Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).

(14)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(15)  Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar abbuż tas-suq (regolament tal-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(16)  Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 ta’ Mejju 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għall-abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (ara paġna 179 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(17)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(18)  ĠU C 147, 25.5.2012, p. 1.

(19)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(20)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(21)  Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(22)  Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(23)  Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).

(24)  Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers Fond u temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(25)  Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità tas-swieq tal-enerġija u t-trasparenza (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).

(26)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(27)  Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

(28)  Regolamenti ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2012 tad-19 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, u tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11).

(29)  Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).

(30)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta’ Ġunju 2001 li twaqqaf il-Kumitat tat-Titoli Ewropej (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45).

(**)  Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014 p 84).


Top