EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0513

Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/JHA

OJ L 150, 20.5.2014, p. 93–111 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/05/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/513/oj

20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/93


REGOLAMENT (UE) Nru 513/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ April 2014

li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/JHA

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 82(1), 84 u 87(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-objettiv tal-Unjoni li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja skont l-Artikolu 67(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu jinkiseb, inter alia, permezz ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità kif ukoll permezz ta’ miżuri għal koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet nazzjonali oħrajn tal-Istati Membri, inkluż mal-Europol jew korpi relevanti oħrajn tal-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

(2)

Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, għandhom jittieħdu azzjonijiet imtejba fuq livell tal-Unjoni għall-protezzjoni ta’ persuni u oġġetti minn theddidiet transnazzjonali dejjem jiżdiedu u għall-appoġġ tax-xogħol imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. It-terroriżmu, organizzata, il-kriminalità itineranti, it-traffikar tad-droga, il-korruzzjoni, iċ-ċiberkriminalità, it-traffikar tal-bnedmin u l-armi, inter alia, jibqgħu jisfidaw is-sigurtà interna tal-Unjoni.

(3)

L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna għall-Unjoni Ewropea (“Strateġija tas-Sigurtà Interna), adottata mill-Kunsill fi Frar 2010, tikkostitwixxi aġenda kondiviża sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi tas-sigurtà komuni. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2010 intitolata “L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa aktar sikura” tittraduċi l-prinċipji u l-linji gwida tal-istrateġija f’azzjonijiet konkreti billi tidentifika ħames objettivi strateġiċi: it-tfixkil tan-netwerks tal-kriminalità internazzjonali, il-prevenzjoni tat-terroriżmu u l-indirizzar tar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ, iż-żieda fil-livelli tas-sigurtà għal ċittadini u negozji fiċ-ċiberspazju, it-tisħiħ tas-sigurtà permezz tal-ġestjoni fil-fruntieri u għaż-żieda tar-reżiljenza tal-Ewropa meta ffaċċjata minn kriżijiet u diżastri.

(4)

Is-solidarjetà fost l-Istati Membri, iċ-ċarezza dwar id-diviżjoni tal-kompiti, ir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt, l-iffukar b’saħħtu fuq il-perspettiva globali u fuq il-konnessjoni u l-koerenza neċessarja mas-sigurtà esterna għandhom ikunu l-prinċipji ewlenin li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna.

(5)

Għall-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija għas-Sigurtà Interna u sabiex jiġi żgurat li din issir realtà operazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu provduti b’appoġġ finanzjarju xieraq tal-Unjoni billi jiġi stabbilit u ġestit Fond għas-Sigurtà Interna (“il-Fond”).

(6)

Il-Fond għandu jirrifletti l-ħtieġa ta’ flessibilità u semplifikazzjoni akbar filwaqt li jiġu osservati r-rekwiżiti f’termini ta’ prevedibilità, u tkun żgurata distribuzzjoni ekwa u trasparenti tar-riżorsi għall-qadi tal-objettivi ġenerali u speċifiċi preskritti f’dan ir-Regolament.

(7)

L-effiċjenza tal-miżuri u l-kwalità tal-infiq jikkostitwixxu prinċipji gwida fl-implementazzjoni tal-Fond. Barra minn hekk, il-Fond għandu wkoll ikun implementat bil-manjiera li tkun l-aktar effikaċi u favur l-utent.

(8)

Fi żminijiet ta’ awsterità għall-politiki tal-Unjoni, id-diffikultajiet ekonomiċi jingħelbu bi flessibilità mġedda, miżuri organizzattivi innovattivi, użu aħjar tal-istrutturi eżistenti u koordinament bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, aġenziji u awtoritajiet nazzjonali flimkien ma’ pajjiżi terzi.

(9)

Hemm bżonn li jiġi massimizzat l-impatt tal-finanzjament tal-Unjoni permess tal- immobilizzar, pooling u leverage tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi u privati.

(10)

Iċ-ċiklu tal-politiki tal-UE, imwaqqaf mill-Kunsill fit-8 u d-9 ta’ Novembru 2010 għandu l-objettiv li jittratta t-theddidiet kriminali għall-Unjoni li jkunu l-aktar importanti, gravi, u organizzati b’mod koerenti u metodiku permezz ta’ kooperazzjoni ottimali bejn is-servizzi relevanti. Sabiex tkun appoġġjata implementazzjoni effikaċi ta’ dan iċ-ċiklu pluriennali, il-finanzjament skont l-istrument stabbilit b’dan ir-Regolament (“l-Istrument”) għandu juża, mill-metodi kollha possibbli ta’ implementazzjoni ddelineati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), inkluż, fejn ikun xieraq, b’ġestjoni indiretta, biex jkun żgurat it-twettiq f’waqtu u effiċjenti tal-attivitajiet u l-proġetti.

(11)

Minħabba l-partikolaritajiet legali applikabbli għat-Titolu V tat-TFUE, mhuwiex legalment possibbli li jiġi stabbilit il-Fond bħala strument finanzjarju wieħed. Il-Fond għandu għaldaqstant jiġi stabbilit bħala qafas komprensiv għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà interna li jinkludi l-Istrument u l-istrument għal appoġġ finanzjarju għal fruntieri esterni u l-viża stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Dak il-qafas komprensiv għandu jkun ikkomplementat bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(12)

Ir-reati transkonfinali, bħat-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament tal-immigrazzjoni illegali min-naħa tal-organizzazzjonijiet kriminali, jistgħu jkunu ttrattati b’mod effikaċi permezz tal-kooperazzjoni tal-pulizija.

(13)

Ir-riżorsi globali għal dan ir-Regolament u għar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jistipulaw b’mod konġunt il-pakkett finanzjarju għat-tul taż-żmien kollu tal-Fond, li għandu jikkostitwixxi l-ammont tar-referenza primarja fit-tifsira tal-il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (7), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(14)

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2013 dwar i-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus irrikonoxxiet li l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata hija sfida Ewropea u appellat għal aktar kooperazzjoni bejn l-Istati membri fil-qasam tal-infurzar tal-liġi, minħabba li l-indirizzar tal-kriminalità organizzata b’mod effikaċi huwa fundamentali għall-protezzjoni tal-ekonomija legali minn attivitajiet kriminali bħalma huwa l-ħasil tar-rikavati mill-attivitajiet kriminali.

(15)

Fi ħdan il-qafas komprensiv tal-Fond, l-assistenza finanzjarja provduta taħt l-Istrument għandha tappoġġa l-kooperazzjoni tal-pulizija, l-iskambju tal-informazzjoni u l-aċċess għaliha, il-prevenzjoni tal-kriminalità, il-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata li tinkludi t-terroriżmu, il-korruzzjoni, it-traffikar tad-drogi, it-traffikar tal-bnedmin u l-armi, l-isfruttament tal-immigrazzjoni illegali, l-isfruttament sesswali tat-tfal, id-distribuzzjoni ta’ xbihat b’abbużi fuq it-tfal u l-pedopornografija, iċ-ċiberkriminalità, il-ħasil tar-rikavati mill-attivitajiet kriminali, il-protezzjoni tan-nies u l-infrastruttura kritika kontra l-inċidenti marbuta mas-sigurtà u l-ġestjoni effettiva tar-riskju u kriżijiet marbuta mas-sigurtà filwaqt li jiġu kkunsidrati l-politiki komuni (strateġiji, ċikli tal-politiki, programmi u pjanijiet ta’ azzjoni), il-leġislazzjoni u l-kooperazzjoni prattika.

(16)

L-assistenza finanzjarja f’dawn l-oqsma għandha b’mod partikolari tappoġġa azzjonijiet għall-promozzjoni ta’ operazzjonijiet transkonfinali konġunti, l-aċċess għall-informazzjoni u l-iskambju tagħha, l-iskambju tal-aħjar prattiċi, komunikazzjoni u koordinazzjoni faċilitati u siguri, it-taħriġ u l-iskambju tal-persunal, attivitajiet analitiċi, ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, valutazzjonijiet komprensivi ta’ theddid u riskji skont il-kompetenzi ddelineati fit-TFUE, attivitajiet li jżidu l-għarfien, l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, ir-riċerka tax-xjenza forensika, l-akkwist ta’ tagħmir interoperabbli tekniku u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-korpi rilevanti tal-Unjoni, inkluża l-Europol. L-assistenza finanzjarja f’dawn l-oqsma għanda tappoġġa biss l-azzjonijiet li jkunu konsistenti mal-prijoritajiet u l-inizjattivi identifikati f’livell tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk li jkunu li ġew approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

(17)

Fi ħdan il-qafas komprensiv tal-istrateġija tal-Unjoni kontra d-drogi li tippromwovi approċċ ekwilibrat imsejjes fuq tnaqqis simultanju fil-provvista u fid-domanda, l-assistenza finanzjarja mogħtija skont dan l-Istrument għandha tappoġġja l-azzjonijiet kollha li jkollhom l-objettiv li jipprevjenu u jikkumbattu t-traffikar fid-drogi (it-tnaqqis fil-provvista), u b’mod partikolari l-miżuri li għandhom fil-mira tagħhom il-produzzjoni, il-manifattura, l-estrazzjoni, il-bejgħ, it-trasport, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tad-drogi illegali, inklużi l-pussess u x-xiri bi skop ta’ involviment f’attivitajiet ta’ traffikar tad-drogi.

(18)

Miżuri f’pajjiżi terzi u b’ relazzjoni magħhom appoġġati permezz ta’ dan l-Istrument għandhom jiġu adottati f”sinerġija u koerenza ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni bl-appoġġ tal-istrumenti ta’ assistenza esterna tal-Unjoni, kemm dawk ġeografiċi kif ukoll tematiċi. B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet, għandha titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-politika barranija marbuta mal-pajjiż jew reġjun inkwistjoni, il-prinċipji u l-valuri demokratiċi, il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali, l-istat tad-dritt u s-sovranità ta’ pajjiżi terzi. Il-miżuri m’għandhomx ikunu maħsuba biex jappoġġjaw azzjonijiet direttament orjentati lejn l-iżvilupp u għandhom jikkomplimentaw, meta xieraq, l-assistenza finanzjarja pprovduta permezz tal-istrumenti tal-assistenza esterna. Għandhom ukoll isiru sforzi għal koerenza fil-politika umanitarja tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza.

(19)

L-Istrument għandu jiġi implimentat fir-rispett sħiħ tad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għall-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

(20)

Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Istrument għandu jappoġġja attivitajiet li jiżguraw il-protezzjoni tat-tfal mill-vjolenza, l-abbuż, l-isfruttament u n-negliġenza. L-Istrument għandu wkoll jappoġġja s-salvagwardji u l-assistenza ta’ tfal li jkunu xhieda u vittmi, b’mod partikolari dawk li ma jkunux akkumpanjati jew li jkollhom bżonn tutela għal raġunijiet oħra.

(21)

L-Istrument għandu jikkomplementa u jsaħħaħ l-attivitajiet magħmulin għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni bejn l-Europol jew korpi rilevanti oħrajn tal-Unjoni u l-Istati Membri sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Istrument fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija, tkun prevenuta u miġġielda l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet. Dan ifisser inter alia li, meta jiġu redatti l-programmi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom iqisu d-database tagħhom tal-informazzjoni, l-għodod analitiċi u l-linji-gwida operazzjonali u tekniċi żviluppati mill-Europol, b’mod partikolari s-sistema ta’ informazzjoni tal-Europol (EIS), l-Applikazzjoni ta’ Netwerk Sikura għall-Iskambju ta’ Informazzjoni (SIENA) u l-Valutazzjoni tat-Theddid Gravi tal-Kriminalità Organizzata tal-UE (SOCTA).

(22)

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni unformi tal-Fond, il-baġit tal-Unjoni allokat għal l-Istrument għandu jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni diretta u indiretta kondiviża fir-rigward ta’ azzjonijiet ta’ interess partikolari għall-Unjoni (“azzjonijiet tal-Unjoni”), assistenza ta’ emerġenza u assistenza teknika, u b’ġestjoni kondiviża fir-rigward tal-programmi u l-azzjonijiet nazzjonali li jkunu jirrikjedu flessibilità amministrattiva.

(23)

Għar-riżorsi implimentati skont il-ġestjoni kondiviża, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-programmi nazzjonali tal-Istati Membri jkunu konsistenti mal-prijoritajiet u objettivi tal-Unjoni.

(24)

Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni permezz tal-programmi nazzjonali tagħhom għandhom jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament u jitqassmu abbażi ta’ kriterji ċari oġġettivi u li jistgħu jitkejlu. Dawk il-kriterji għandhom ikunu marbutin mal-ġid pubbliku li għandu jiġi protett mill-Istati Membri u l-livell tal-kapaċità finanzjarja tagħhom sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà interna, bħad-daqs tal-popolazzjoni tagħhom, id-daqs territorjali tagħhom u l-prodott gross domestiku tagħhom. Barra minn hekk, billi s-SOCTA tal-2013 tindika l-importanza prevalenti tal-portijiet tal-baħar u tal-ajru bħala punti ta’ dħul għall-organizzazzjonijiet kriminali għall-kummerċ tal-bnedmin u tal-kommoditajiet illegali, il-vulnerabilitajiet speċifiċi rappreżentati mir-rotot tal-kriminalità f’dawn il-punti ta’ passaġġ esterni għandhom jiġu riflessi fid-distribuzzjoni tar-riżorsi disponibbli għall-azzjonijiet magħmulin mill-Istati Membri permezz tal-kriterji marbutin mal-għadd ta’ passiġġieri u l-piż tal-merkanzija proċessati fl-ajruporti u portijiet tal-baħar internazzjonali.

(25)

Sabiex jirrinfurzaw is-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà għal politiki, strateġiji u programmi komuni tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġuti sabiex jużaw parti tar-riżorsi globali disponibbli għall-programmi nazzjonali għall-indirizzar tal-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Għal proġetti li jindirizzaw dawk il-prijoritajiet, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ispiża totali eliġibbli tagħhom għandha tiżdied għal 90 %, skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014.

(26)

Il-limitu massimu għal riżorsi li jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-Unjoni għandu jkun komplementari għar-riżorsi allokati lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhom. Dak se jiżgura li l-Unjoni hija kapaċi tappoġġa f’sena baġitarja partikolari, azzjonijiet li huma ta’ interess partikolari għall-Unjoni, bħal studji, ittestjar u validazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, proġetti transnazzjonali, netwerking u skambju tal-aħjar prattiċi, monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt rilevanti tal-Unjoni u l-politiki u l-azzjonijiet tal-Unjoni b’rabta ma’ pajjiżi terzi u fihom. L-azzjonijiet appoġġjati għandhom ikunu konformi mal-prijoritajiet identifikati fl-istrateġiji, il-programmi, il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-valutazzjonijiet tar-riskji u t-theddid rilevanti tal-Unjoni.

(27)

Bil-għan li jikkontribwixxu għall-kisba tal-obejttiv ġenerali tal-istrument, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi nazzjonali tagħhom jinkludu azzjonijiet li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi kollha tal-Istrument u li l-allokazzjoni ta’ riżorsi bejn l-objettivi tkun proporzjonati għall-isfidi u u l-ħtiġijiet, u tiżgura li l-objettivi jkunu jistgħu jintlaħqu. Meta programm nazzjonali ma jindirizzax wieħed mill-objettivi speċifiċi jew l-allokazzjoni tkun aktar baxxa mill-perċentwali minimi stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti ġustifikazzjoni fi ħdan il-programm.

(28)

Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni biex tirreaġixxi immedjatament għal inċidenti marbuta mas-sigurtà jew theddidiet emerġenti ġodda għall-Unjoni, għandu jkun possibbli li tingħata assistenza ta’ emerġenza skont il-qafas stabbilit fir-Regolament (UE) Nru. 514/2014.

(29)

Il-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni għandu jikkonċentra fuq attivitajiet fejn l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib valur miżjud meta mqabbel ma’ azzjoni li Istati Membri jieħdu waħedhom. Peress li l-Unjoni hi f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transkonfinali u tipprovdi pjattaforma għal approċċi komuni, l-attivitajiet eliġibbli għall-appoġġ taħt dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu b’mod partikolari għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet nazzjonali u Ewropej kif ukoll il-kooperazzjoni u koordinazzjoni transkonfinali, in-netwerking, il-fiduċja reċiproka u l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki.

(30)

Sabiex tissupplimenta jew temenda dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament rigward id-definizzjoni tal-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tingħata fir-rigward tal-emenda, iż-żieda jew it-tħassir tal-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni elenkati f’dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(31)

Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti mill-Istati Membri kollha.

(32)

Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Istrument, b’konformità tad-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, bl-għajnuna ta’ indikaturi ewlenin għall-valutazzjoni tar-riżultati u l-impatti. L-indikaturi, inklużi x-xenarji ta’ referenza rilevanti, għandhom jipprovdu l-bażi minima sabiex jiġi evalwat sa liema punt ikunu ntlaħqu l-objettivi tal-Istrument.

(33)

Sabiex jitkejlu l-kisbiet ta’ dan il-Fond, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi komuni b’rabta ma’ kull objettiv speċifiku tal-Istrument. Il-kejl tal-ksib tal-objettivi speċifiċi permezz tal-indikaturi komuni ma jrendix lill-implementazzjoni ta’ azzjonijiet marbutin ma’ dawk l-indikaturi mandatorja.

(34)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/ĠAI (8) għandha titħassar, soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(35)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, fosthom it-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, il-protezzjoni tan-nies u l-infrastruttura kritika kontra inċidenti marbuta mas-sigurtà u t-titjib tal-kapaċità tal-Istati Membri u l-Unjoni biex jimmaniġġjaw b’mod effettiv ir-riskji u l-kriżijiet marbuta mas-sigurtà, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri imma jistgħu pjuttost jinksibu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(36)

Skont l-Artikolu 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(37)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(38)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll, ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhuwiex marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(39)

Huwa xieraq li l-perijodu ta’ applikazzjoni tair-Regolament ikun allinjat ma’ dak tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (9). Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-istrument għal appoġġ finanzjarju għal kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi (“l-Istrument”), bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna (“il-Fond”).

Flimkien mar-Regolament (UE) Nru 515/2014, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 Fond għas-Sigurtà Interna.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

(a)

l-objettivi, l-azzjonijiet eliġibbli u l-prijoritajiet strateġiċi għal appoġġ finanzjarju li għandhom jiġu provduti taħt l-Istrument;

(b)

il-qafas ġenerali għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet eliġibbli;

(c)

ir-riżorsi magħmula disponibbli taħt l-Istrument mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u d-distribuzzjoni tagħhom.

3.   Dan ir-Regolament jipprovdi għall-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 514/2014.

4.   Dan l-Istrument m’għandux japplika għal kwistjonijiet li huma koperti mill-programm tal-Ġustizzja, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1382/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Madankollu, l-Istrument jista’ jkopri azzjonijiet li għandhom l-iskop li jinkoraġġixxu kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

5.   Is-sinerġiji, il-konsistenza u l-komplementarjetà għandhom ikunu mfittxin ma’ strumenti finanzjarji rilevanti oħrajn tal-Unjoni, bħalma huma l-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni, stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), Orizzont 2020, stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), it-tielet programm pluriennali ta’ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u l-istrumenti għall-assistenza esterna, jiġifieri l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), l-Istrument ta’ Sħubija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 235/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) u l-Istrument li jikkontribbwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). L-azzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni ma għandhomx jirċievu appoġġ finanzjarju għall-istess fini minn strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“kooperazzjoni tal-pulizija” tfisser il-miżuri speċifiċi u t-tipi ta’ kooperazzjoni li tkun tinvolvi l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri kif imsemmija fl-Artikolu 87 tat-TFUE.

(b)

“skambju tal-informazzjoni u l-aċċess għaliha” tfisser il-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju siguri tal-informazzjoni rilevanti għall-awtoritajiet kif imsemmija fl-Artikolu 87 tat-TFUE f’rabta mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, b’mod partikolari reati kriminali transkonfinali, serji u organizzati;

(c)

“prevenzjoni kontra l-kriminalità” tfisser il-miżuri kollha li huma maħsuba sabiex jnaqqsu jew b’mod ieħor jikkontribwixxu għat-tnaqqis fil-kriminalità u s-sensazzjoni ta’ nuqqas ta’ sigurtà taċ-ċittadini, kif imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/ĠAI (20);

(d)

“kriminalità organizzata” tfisser imġiba kastigabbli relatata ma’ parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, kif definit fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI (21);

(e)

“terroriżmu” tfisser kwalunkwe mill-atti jew reati internazzjonali kif definit fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (22);

(f)

“ġestjoni tar-riskju u tal-kriżi” tfisser kwalunkwe miżura marbuta mal-valutazzjoni, il-prevenzjoni, it-tħejjija u l-ġestjoni tal-konsegwenzi tat-terroriżmu, tal-kriminalità organizzata u riskji oħra marbuta mas-sigurtà;

(g)

“prevenzjoni u preparazzjoni” tfisser kwalunkwe miżura mmirata lejn il-prevenzjoni u/jew it-tnaqqis tar-riskji konnessi ma’ attakki terroristiċi possibbli jew inċidenti oħra marbuta mas-sigurtà;

(h)

“ġestjoni ta’ konsegwenzi” tfisser il-koordinazzjoni effettiva ta’ azzjonijiet meħuda f’livell nazzjonali u/jew tal-Unjoni sabiex ikun hemm intervent u għat-tnaqqis tal-impatt tal-effetti ta’ attakk terroristiku jew kwalunkwe inċident ieħor marbut mas-sigurtà;

(i)

“infrastruttura kritika” tfisser assi, netwerk, sistema jew parti minnhom li jinsabu fl-Istati Membri essenzjali għall-manteniment ta’ funzjonijiet vitali tas-soċjetà, is-saħħa, is-sigurtà, is-sikurezza, il-benesseri ekonomiku jew soċjali tal-poplu, u li t-tfixkil, il-ksur, jew il-qerda tagħhom ikollu impatt sinifikanti fi Stat Membru jew fl-Unjoni bħala riżultat tan-nuqqas tal-manteniment dawk il-funzjonijiet;

(j)

“sitwazzjoni ta’ emerġenza” tfisser kwalunkwe inċident relatat mas-sigurtà jew theddida emerġenti ġdida li għandu jew li jista’ jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq is-sigurtà tan-nies fi Stat Membru wieħed jew iżjed.

Artikolu 3

Objettivi

1.   L-objettiv ġenerali tal-Istrument għandu jkun li jikkontribwixxi biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni.

2.   Fi ħdan l-objettiv ġenerali stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istrument għandu jikkontribwixxi – f’konformita’ mal-prijoritajiet identifikati fl-istrateġiji, ċikli ta’ politiki, programmi, valutazzjonijiet ta’ theddid u riskji rilevanti tal-Unjoni – għall-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali serja u organizzata, inkluż it-terroriżmu, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet nazzjonali oħrajn tal-Istati Membri, inkluż mal-Europol u korpi rilevanti oħrajn tal-Unjoni, u ma’pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti;

(b)

it-titjib tal-kapaċità tal-Istati Membri u tal-Unjoni għall-ġestjoni effettiva tar-riskji relatati mas-sigurtà u l-kriżijiet, u tipprepara u tħares lill-pubbliku u l-infrastruttura kritika kontra l-attakki terroristiċi u inċidenti oħra relatati mas-sigurtà.

Il-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Istrument għandha tiġi evalwata skont it-termini tal-Artikolu 55(2) tar-Regolament Nru 514/2014 bl-użu ta’ indikaturi komuni, kif delineati fl-Anness II għal dan ir-Regolament u indikaturi speċifiċi għall-programmi inklużi fil-programmi nazzjonali.

3.   Sabiex jilħaq l-objettivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istrument għandu jikkontribwixxi għall-objettivi operazzjonali li ġejjin:

(a)

il-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ miżuri li jsaħħu l-kapaċità tal-Istati Membri biex jevitaw u jiġġieldu l-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata li tinkludi t-terroriżmu, b’mod partikolari permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati, l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiċi, aċċess għad-dejta, teknoloġiji interoperabbli, statistika komparabbli, kriminoloġija applikata, komunikazzjoni pubblika u żieda ta’ għarfien;

(b)

il-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ koordinazzjoni amministrattiva u operazzjonali, kooperazzjoni, ftehim reċiproku u l-iskambju tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, awtoritajiet nazzjonali oħra, l-Europol jew entitajiet tal-Unjoni rilevanti oħrajn u, fejn xieraq, ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

il-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ skemi ta’ taħriġ, inkluż rigward il-ħiliet tekniċi u professjonali u l-għarfien tal-obbligi marbutin mar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, fl-implimentazzjoni tal-politiki ta’ taħriġ Ewropej, inkluż permezz ta’ programmi tal-Unjoni speċifiċi ta’ skambju tal-infurzar tal-liġi, sabiex titrawwem kultura Ewropea ġenwina ġudizzjarja u tal-infurzar tal-liġi;

(d)

il-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ miżuri, salvagwardji, mekkaniżmi u l-aħjar prattiki għall-identifikazzjoni bikrija, il-protezzjoni u l-appoġġ għax-xhieda u l-vittmi tal-kriminalità, inklużi l-vittmi tat-terroriżmu, u b’mod partikolari x-xhieda u vittmi li huma tfal, l-aktar dawk li ma jkunux akkumpanjati jew li b’xi mod ieħor ikunu jeħtieġu t-tutela;

(e)

miżuri li jsaħħu l-kapaċità amministrattiva u operazzjonali tal-Istati Membri biex jipproteġu l-infrastruttura kritika fis-setturi kollha ta’ attività ekonomika, inkluż permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati u koordinazzjoni, kooperazzjoni, skambju u tixrid imtejjeb ta’ kompetenzi u esperjenza fi ħdan l-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi rilevanti;

(f)

rabtiet siguri u koordinazzjoni effettiva bejn l-atturi tal-kooperazzjoni eżistenti ta’ twissija bikrija speċifika għas-settur u kooperazzjoni tal-kriżi fuq livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, inklużi ċentri tas-sitwazzjoni sabiex tkun permessal-produzzjoni rapida tal-prospetti komprensivi u preċiżi f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, jiġu koordinati miżuri ta’ rispons u titqassam informazzjoni miftuħa, privileġġata u klassifikata;

(g)

miżuri li jsaħħu l-kapaċità amministrattiva u operazzjonali tal-Istati Membri u l-Unjoni biex jiżviluppaw valutazzjonijiet komprensivi ta’ theddid u riskji, li huma bbażati fuq evidenza u huma konsistenti mal-prijoritajiet u l-inizjattivi li jkunu ġew identifikati fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk li jkunu ġew approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, sabiex jippermettu lill-Unjoni tiżviluppa approċċi integrati bbażati fuq apprezzamenti komuni u kondiviżi f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ttejjeb il-fehim reċiproku tad-definizzjonijiet varji tal-livelli ta’ theddid tal-Istati Membri u l-pajjiżi sħab.

4.   L-Istrument għandu jikkontribwixxi wkoll għall-finanzjament ta’ assistenza teknika b’inizjattiva tal-Istati Membri u l-Kummissjoni.

5.   Azzjonijiet iffinanzjati skont l-istrument għandhom jiġu implementati b’ rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u mad-dinjità umana. B’mod partikolari, l-azzjonijiet għandhom jottemperaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mal-liġijiet tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundametnali (KEDB).

B’mod partikolari, kull fejn ikun possibbli, għandha tingħata attenzjoni speċjali mill-Istati Membri, meta jimplimentaw l-azzjonijiet, għall-assistenza u l-protezzjoni tal-persuni vulnerabbli, b’mod partikolari t-tfal u l-minorenni mhux akkumpanjati.

Artikolu 4

Azzjonijiet elġibbli taħt il-Programmi Nazzjonali

1.   Fi ħdan l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-konklużjonijiet maqbula tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru. 514/2014 u f’konformita’ mal-objettivi tal-programm nazzjonali msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, l-Istrument għandu jappoġġja azzjonijiet fl-Istati Membri, u b’mod partikolari dawk mil-lista li ġejja:

(a)

attivitajiet li jtejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-pulizija bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, inkluż mal-korpi rilevanti tal-Unjoni u bejniethom, b’mod partikolari l-Europol u l-Eurojust, skwadri ta’ investigazzjoni komuni u kwalunkwe forma oħra ta’ operazzjoni transkonfinali konġunta, l-aċċess għall-informazzjoni u l-iskambju tagħha u teknoloġiji interoperabbli;

(b)

il-proġetti li jippromwovu netwerking, sħubijiet pubbliċi-privati, kunfidenza reċiproka, ftehim u tagħlim, l-identifikazzjoni, l-iskambju u t-tixrid ta’ konoxxenzi, l-esperjenza u l-aħjar prattiċi, il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, l-għarfien u t-tbassir kondiviżi tas-sitwazzjoni, l-ippjanar ta’ kontinġenza u interoperabbiltà;

(c)

attivitajiet analitiċi, ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inklużi studji u valutazzjonijiet ta’ theddid, riskju u impatt li jkunu bbażati fuq evidenza u jkunu konsistenti mal-prijoritajiet u l-inizjattivi identifikati fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk li jkunu ġew approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill;

(d)

attivitajiet ta’ żieda, tixrid u komunikazzjoni ta’ għarfien;

(e)

akkwist, manutenzjoni tas-sistemi tal-IT tal-Unjoni u tas-sistemi tal-IT nazzjonali li jikkontribwixxu għall-ilħiq tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, u/jew aġġornament ulterjuri ta’ sistemi tal-IT u ta’ tagħmir tekniku, inkluż l-ittestjar tal-kompatibbiltà tas-sistemi, faċilitajiet siguri, infrastrutturi, bini u sistemi relatati, speċjalment sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u l-komponenti tagħhom, inkluż għall-fini tal-kooperazzjoni Ewropea dwar iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberkriminalità, notevolment maċ-Ċentru Ewropew għaċ-Ċiberkriminalità;

(f)

skambju, taħriġ u edukazzjoni ta’ persunal u esperti tal-awtoritajiet rilevanti, inklużi taħriġ fil-lingwa u eżerċizzji jew programmi konġunti;

(g)

miżuri għall-iskjerament, trasferiment, ittestjar u validazzjoni ta’ metodoloġiji jew teknoloġiji ġodda inklużi proġetti pilota u miżuri ta’ segwitu għal proġetti ta’ riċerka tas-sigurtà ffinanzjati mill-Unjoni.

2.   Fi ħdan l-objettivi imsemmija fl-Artikolu 3, l-Istrument jista’ jappoġġja wkoll azzjonijiet li ġejjin b’rabta ma’ pajjiżi terzi u fihom:

(a)

attivitajiet li jtejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-pulizija bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, inklużi skwadri ta’ investigazzjoni komuni u kwalunkwe forma oħra ta’ operazzjoni transkonfinali konġunta, l-aċċess għall-informazzjoni u l-iskambju tagħha u teknoloġiji interoperabbli;

(b)

netwerking, kunfidenza reċiproka, ftehim u tagħlim, l-identifikazzjoni, l-iskambju u t-tixrid ta’ kompetenzi, l-esperjenza u l-aħjar prattiċi, il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, l-għarfien u t-tbassir kondiviżi tas-sitwazzjoni, l-ippjanar ta’ kontinġenza u interoperabbiltà;

(c)

skambju, taħriġ u edukazzjoni ta’ persunal u esperti tal-awtoritajiet rilevanti.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandhom jiżguraw koordinament fir-rigward ta’ azzjonijiet f’pajjiżi terzi u relatati magħhom kif stabbilit fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

KAPITOLU II

QAFAS FINANZJARJU U TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 5

Riżorsi globali u implimentazzjoni

1.   Ir-riżorsi globali għall-implimentazzjoni tal-Istrument għandhom ikunu EUR 1 004 miljun fi prezzijiet attwali.

2.   Approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fi ħdan il-limiti tal-Qafas Finanzjarju pluriennali.

3.   Ir-riżorsi globali għandhom jiġu implimentati permezz tal-mezzi li ġejjin:

(a)

programmi nazzjonali, skont l-Artikolu 7;

(b)

azzjonijiet tal-Unjoni, skont l-Artikolu 8;

(c)

assistenza teknika skont l-Artikolu 9;

(d)

assistenza ta’ emerġenza, skont l-Artikolu 10.

4.   Il-baġit allokat taħt l-Istrument lill-azzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament, lill-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament u lill-assistenza fl-emerġenza msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni diretta u indiretta f’konformita’, rispettivament mal-punti (a) u (c) tal-Artikoli 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).

Il-baġit allokat lill-programmi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi implementat taħt ġestjoni kondiviża f’konformita’ mal-punt (b) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) Nru 966/2012/.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-riżorsi globali għandhom jintużaw kif ġej:

(a)

EUR 662 miljun għall-programmi nazzjonali tal-Istati Membri;

(b)

EUR 342 miljun għal azzjonijiet tal-Unjoni, l-assistenza ta’ emerġenza u l-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

6.   Kull Stat Membru għandu jalloka l-ammonti għall-programmi nazzjonali indikati fl-Anness III kif ġej:

(a)

tal-anqas 20 % għal azzjonijiet marbuta mal-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2); u

(b)

tal-anqas 10 % għal azzjonijiet marbuta mal-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2).

L-Istati Membri jistgħu jiddevjaw minn dawn il-perċentwali minimi sakemm fil-pjanijiet nazzjonali jdaħħlu spjegazzjoni dwar il-għala l-allokazzjoni ta’ riżorsi taħt dak il-livell ma jipperikolax il-kisba tal-objettiv rilevanti. Dik l-ispjegazzjoni tiġi vvalutata mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-approvazzjoni tagħha tal-programmi nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 7(2).

7.   Flimkien mar-riżorsi globali stabbliti għar-Regolament (UE) Nru. 515/2014, ir-riżorsi globali disponibbli għal dan l-Istrument kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu,jikkostitwixxu l-pakkett finanzjarju għall-Fond u jservu bħala r-referenza primarja fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja soda (24),għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

Artikolu 6

Riżorsi għal azzjonijiet eliġibbli fl-Istati Membri

1.   EUR 662 miljun għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri kif ġej:

(a)

30 % bi proporzjon għad-daqs tal-popolazzjoni totali tagħhom;

(b)

10 % bi proporzjon għad-daqs tat-territorju tagħhom;

(c)

15 % bi proporzjon għan-numru ta’ passiġġieri u 10 % bi proporzjon għan-numru ta’ tunnellati ta’ merkanzija li jgħaddu mill-ajruporti internazzjonali u mill-portijiet tagħhom;

(d)

35 % bi proporzjon invers għall-prodott gross domestiku tiegħu (standard tal-kapaċità tal-akkwist għal kull abitant).

2.   Iċ-ċifri ta’ referenza għad-data msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu l-aħħar statistika prodotta mill-Kummissjoni (Eurostat), abbażi tad-data provduta mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni. Id-data ta’ referenza hija t-30 ta’ Ġunju 2013. L-allokazzjonijiet għall-programmi nazzjonali kkalkolati abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 huma stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 7

Programmi nazzjonali

1.   Il-programm nazzjonali li għandu jiġi preparat taħt l-Istrument u dak li għandu jiġi preparat taħt ir-Regolament (UE) Nru. 515/2014 għandu jiġi propost lill-Kummissjoni bħala programm nazzjonali uniku għall-Fond, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

2.   Taħt il-programmi nazzjonali li għandhom jiġu eżaminati u approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru. 514/2014, l-Istati Membri għandhom, fi ħdan l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, isegwu b’mod partikolari l-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni elenkati f’Anness I għal dan ir-Regolament, b’kont meħud tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika msemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru. 514/2014.. L-Istati Membri ma għandhomx jużaw aktar minn 8 % tal-allokazzjoni totali tagħhom taħt il-programm nazzjonali għall-manutenzjoni tas-sistemi tal-IT tal-Unjoni u tas-sistemi tal-IT nazzjonali li jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u mhux aktar minn 8 % għal azzjonijiet relatati ma’ pajjiżi terzi li jimplimentaw il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11 sabiex temenda, iżżid jew tħassar il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni elenkati fl’Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Azzjonijiet tal-Unjoni

1.   Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, dan l-Istrument jista’ jintuża sabiex jiffinanzja azzjonijiet transnazzjonali u azzjonijiet ta’ interess partikolari għall-Unjoni (“azzjonijiet tal-Unjoni”) li jikkonċernaw l-objettivi ġenerali, speċifiċi u operazzjonali msemmija fl-Artikolu 3.

2.   Sabiex ikunu eliġibbli għall-finanzjament, l-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu konsistenti mal-prijoritajiet u mal-inizjattivi identifikati fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk li jkunu ġew approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, fl-istrateġiji, ċikli ta’ politiki, programmi, valutazzjonijiet ta’ theddid u riskju rilevanti tal-Unjoni, u appoġġ b’mod partikolari:

(a)

it-tħejjija, il-monitoraġġ, l-attivitajiet amministrattivi u tekniċi, u l-iżvilupp ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni meħtieġ biex jiġu implimentati l-politiki dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-immaniġġjar tal-kriżijiet;

(b)

proġetti transnazzjonali li jinvolvu żewġ Stati Membri jew iżjed jew mill-inqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz;

(c)

attivitajiet analitiċi, ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inklużi valutazzjonijiet ta’ theddid, riskju u impatt li huma msejsa fuq l-evidenza u konsistenti mal-prijoritajiet u l-inizjattivi identifikati fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk li jkunu ġew approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u proġetti li jissorveljaw l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u objettivi ta’ politika tal-Unjoni fl-Istati Membri;

(d)

proġetti li jippromwovu n-netwerking, is-sħubijiet pubbliċi-privati, kunfidenza reċiproka, ftehim u tagħlim, identifikazzjoni u tixrid tal-aħjar prattiċi u approċċi innovattivi fuq livell tal-Unjoni, programmi ta’ taħriġ u skambju;

(e)

proġetti li jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ għodod u metodi metodoloġiċi, partikolarment dawk statistiċi, u indikaturi komuni;

(f)

l-akkwist, il-manutenzjoni u/jew titjib ulterjuri ta’ tagħmir tekniku, għarfien espert, faċilitajiet siguri, infrastrutturi, bini u sistemi relatati speċjalment sistemi tal-ICT u l-komponenti tagħhom fuq livell tal-Unjoni, inkluż għall-fini tal-kooperazzjoni Ewropea dwar iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberkriminalità, partikolarment iċ-Ċentru Ewropew għaċ-Ċiberkriminalità;

(g)

proġetti li jtejbu l-għarfien tal-politiki u l-objettivi tal-Unjoni fost il-partijiet interessati u l-pubbliku ġenerali, inkluża komunikazzjoni korporattiva fuq il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni;

(h)

proġetti partikolarment innovattivi li jiżviluppaw metodi ġodda u/jew li jħaddmu teknoloġiji ġodda b’potenzjal għal trasferabbiltà lejn Stati Membri oħra, b’mod speċjali proġetti mmirati lejn l-ittestjar u l-validazzjoni tar-riżultati ta’ proġetti ta’ riċerka tas-sigurtà ffinanzjati mill-Unjoni;

(i)

studji u proġetti pilota;

3.   Fi ħdan l-objettivi imsemmija fl-Artikolu 3, l-Istrument għandu jappoġġja wkoll azzjonijiet b’rabta ma’ pajjiżi terzi u fihom, u b’mod partikolari dan li ġej:

(a)

attivitajiet li jtejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-pulizija bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, u, fejn ikun applikabbli, tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi skwadri ta’ investigazzjoni komuni u kwalunkwe forma oħra ta’ operazzjoni transkonfinali konġunta, l-aċċess għall-informazzjoni u l-iskambju tagħha u teknoloġiji interoperabbli;

(b)

netwerking, kunfidenza reċiproka, ftehim u tagħlim, l-identifikazzjoni, l-iskambju u t-tixrid ta’ kompetenzi, l-esperjenza u l-aħjar prattiċi, il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, l-għarfien u t-tbassir kondiviżi tas-sitwazzjoni, l-ippjanar ta’ kontinġenza u interoperabbiltà;

(c)

akkwist, manutenzjoni, u/jew aġġornament ulterjuri ta’ tagħmir tekniku, inklużi sistemi tal-ICT u l-komponenti tagħhom;

(d)

skambju, taħriġ u edukazzjoni ta’ persunal u esperti tal-awtoritajiet rilevanti, inkluż taħriġ fil-lingwa;

(e)

attivitajiet ta’ żieda, tixrid u komunikazzjoni ta’ għarfien;

(f)

valutazzjonijiet ta’ theddid, riskju u tal-impatt;

(g)

studji u proġetti pilota.

4.   L-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru. 514/2014.

Artikolu 9

Assistenza teknika

1.   Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni u/jew f’isimha, l-Istrument jista’ jikkontribwixxi sa massimu ta’ EUR 800 000 kull sena għal assistenza teknika lill-Fond, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru. 514/2014.

2.   Fuq inizjattiva ta’ Stat Membru, l-Istrument jista’ jiffinanzja assistenza teknika taħt il-programm nazzjonali, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru. 514/2014. L-ammont riżervat għall-assistenza teknika ma għandux jaqbeż, għall-perijodu 2014-2020, il-5 % tal-ammont totali allokat lill-Istat Membru u EUR 200 000 għal.

Artikolu 10

Assistenza ta’ emerġenza

1.   L-Istrument għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, kif definit fil-punt (j) tal-Artikolu 2.

2.   L-assistenza ta’ emerġenza għandha tiġi implimentata skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(3)għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ seba’ snin mill-21 ta’ Mejju 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ seba’ snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodu ta’ tliet snin, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ seba’ snin.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 7(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 7(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 12

Applikabbiltà tar-Regolament (UE) Nru 514/2014

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru. 514/2014 għandhom japplikaw għall-Istrument.

Artikolu 13

Revoka

Id-Deċiżjoni 2007/125/ĠAI hija revokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 14

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika, inkluż il-kanċellament totali jew parzjali tal-proġetti sal-għeluq tagħhom jew l-assistenza finanzjarja approvata mill-Kummissjoni abbażi tad-Deċiżjoni 2007/125/ĠAI, jew kwalunkwe leġislazzjoni oħra li tapplika għal dik l-assistenza fil-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   Meta tadotta deċiżjonijiet dwar il-kofinanzjament taħt l-Istrument, il-Kummissjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-miżuri adottati abbażi tad-Deċiżjoni 2007/125/ĠAI, qabel l-20 ta’ Mejju 2014 li għandhom riperkussjonijiet finanzjarji waqt il-perjodu kopert minn dak il-konfinanzjament.

3.   Is-somom impenjati għal konfinanzjament approvati mill-Kummissjoni bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2014 li għalihom id-dokumenti meħtieġa għall-għeluq tal-operazzjonijiet ma ntbagħtux lill-Kummissjoni sad-data ta’ għeluq għas-sottomissjoni tar-rapport finali għandhom awtomatikament jiġu diżimpenjati mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2017, li jwassal għall-ħlas lura tal-ammonti li ma kellhomx jitħallsu.

L-ammonti relatati ma’ operazzjonijiet li ġew sospiżi minħabba proċeduri legali jew appelli amministrattivi li għandhom sospensiv għandhom jiġu injorati fil-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi awtomatikament diżimpenjat.

4.   Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, sal-31 ta’ Diċembru 2015, evalwazzjoni ex-post tad-Deċiżjoni 2007/125/GAI li tikkonċerna l-perjodu mill-2007 - 2013.

Artikolu 15

Reviżjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, jirrevedu dan ir-Regolament sat-30 ta’ Ġunju 2020.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ April 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 299, 4.10.2012, p. 108.

(2)  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 23.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-13 ta’ Marzu 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2014.

(4)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 2012.10.26, p. 1).

(5)  Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għal fruntieri esterni u l-viża u tħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (Ara paġna 143 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, prevenzjoni u ġlieda kontra l-kriminalità, u ġestjoni tal-kriżi (Ara paġna 112 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/JHA tat-12 ta’ Frar 2007 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007 sa 2013, bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet, il-Programm Speċifiku “Prevenzjoni u Ġlieda kontra l-Kriminalità (ĠU L 58, 24.2.2007, p. 7).

(9)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat- 2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(10)  Regolament (UE) Nru 1382/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Programm tal-Ġustizzja għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 2013/12/28, p. 73).

(11)  Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni (ĠU L 347, 2013/12/20, p. 924).

(12)  Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 347, 2013.12.20, p. 104).

(13)  Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar l-istabbiliment tat-tielet programm ta’ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014- 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).

(14)  Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11).

(15)  Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).

(16)  Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi strument finanzjarju tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp għall-perijodu 2014-2020 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 77).

(17)  Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument ta’ Sħubija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 77).

(18)  Regolament (UE) Nru 235/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi strument finanzjarju għad-demokrazija u d-drittijiet tal-Bniedem madwar id-dinja (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 77).

(19)  Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument li jikkontribbwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 77).

(20)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/JHA tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar it-twaqqif ta’ Netwerk Ewropew tal-Prevenzjoni Kontra l-Kriminalità (EUPCN) u li tħassar id-Deċiżjoni 2001/427/ĠAI (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 44).

(21)  Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

(22)  Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

(23)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(24)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS I

Lista tal-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 7(2)

Miżuri għall-prevenzjoni tat-tipi kollha ta’ kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata, b’mod partikolari l-proġetti li jimplimentaw iċ-ċikli rilevanti ta’ politiki, it-traffikar tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin, l-isfruttament sesswali tat-tfal u proġetti li jidentifikaw u jżarmaw netwerks kriminali, itjebu l-ħiliet tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, jipproteġu l-ekonomija kontra l-infiltrazzjoni kriminali u jnaqqsu l-inċentivi finanzjarji billi jissekwestraw, jiffriżaw u jikkonfiskaw assi kriminali.

Miżuri li jipprevjenu u jikkumbattu ċ-ċiberkriminalità u li jżidu l-livelli ta’ sigurtà għaċ-ċittadini u n-negozju fl-ispazju ċibernetiku, b’mod partikolari proġetti li jibnu l-kapaċitajiet fl-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura, proġetti li jiżguraw xogħol mal-industrija biex jagħtu s-setgħa u jipproteġu ċ-ċittadini, u proġetti li jtejbu l-kapaċitajiet biex jiġu trattati ċ-ċiberattakki.

Miżuri biex jipprevjenu u jikkumbattu t-terroriżmu u jindirizzaw ir-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ, b’mod partikolari proġetti li jagħtu s-setgħa lill-komunitajiet biex jiżviluppaw approċċi lokali u politiki ta’ prevenzjoni, proġetti li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jwaqqfu lit-terroristi mill-aċċessar għall-finanzjament u materjali u jsegwu t-tranżazzjonijiet tagħhom, proġetti li jipproteġu t-trasport ta’ passiġġieri u merkanzija, u proġetti li jtejbu s-sigurtà ta’ splussivi u materjali kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari.

Miżuri mfassla biex iżidu l-kapaċità amministrattiva u operazzjonali tal-Istati Membri biex jipproteġu infrastruttura kritika fis-setturi ekonomiċi kollha inklużi dawk koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (1), b’mod partikolari proġetti li jipromwovu sħubijiet pubbliċi-privati sabiex jibnu fiduċja u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-ippjanar ta’ kontinġenza u l-iskambju u t-tixrid ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiċi fost l-atturi pubbliċi u privati.

Miżuri li jżidu r-reżiljenza tal-Unjoni għal kriżi u diżastru, b’mod partikolari proġetti li jipromwovu l-iżvilupp ta’ politika koerenti tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tar-riskji li torbot il-valutazzjonijiet ta’ theddid u riskju għat-teħid tad-deċiżjoni, kif ukoll proġetti li jappoġġjaw rispons effettiv u koordinat għal kriżi li jorbot il-kapaċitajiet eżistenti speċifiċi għas-settur, ċentri tal-kompetenzi esperti u ċentri għall-għarfien tas-sitwazzjoni, inklużi dawk għas-saħħa, il-protezzjoni ċivili u t-terroriżmu.

Miżuri intenzjonati biex jiksbu sħubija eqreb bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, b’mod partikolari l-pajjiżi li qegħdin fil-fruntieri esterni tagħha u t-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ programmi operattivi ta’ azzjoni għall-ksib tal-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni msemmija hawn fuq.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75).


ANNESS II

Lista ta’ indikaturi komuni għall-kejl tal-objettivi speċifiċi

(a)

il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali serja u organizzata, inkluż it-terroriżmu, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi rilevanti.

(i)

L-għadd ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunta (JITs) u ta’ proġetti operattivi tal-Pjattaforma Multidixxiplinarja Ewropea kontra t-Theddidiet Kriminali (EMPACT) appoġġjati mill-Istrument, inklużi l-Istati Membri u l-awtoritajiet parteċipanti.

Għall-finijiet tar-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni, kif hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, dan l-indikatur għandu jinqasam ulterjorment f’subkategoriji bħal:

mexxej (Stat Membru),

sħab (Stati Membri),

awtoritajiet parteċipanti,

Aġenzija tal-UE parteċipanti (Eurojust, Europol), jekk applikabbli.

(ii)

L-għadd ta’ uffiċjali tal-infurzar tal-liġi mħarrġa f’suġġetti relatati ma’ fenomeni transkonfinali bl-għajnuna tal-Istrument, u d-durata tat-taħriġ (f’jiem/persuna).

Għall-finijiet tar-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni, kif hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, dan l-indikatur għandu jinqasam ulterjorment f’subkategoriji bħal:

skont it-tip ta’ reat (imsemmi fl-Artikolu 83 TFUE): it-terroriżmu, it-traffikar ta’ bnedmin u l-isfruttament sesswali tan-nisa u t-tfal; it-traffikar illeċitu ta’ droga; it-traffikar illeċitu ta’ armi; il-ħasil tal-flus; il-korruzzjoni; il-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas, il-kriminalità fl-informatika; il-kriminalità organizzata; jew

skont l-oqsma orizzontali tal-infurzar tal-liġi: l-iskambju tal-informazzjoni; il-kooperazzjoni operattiva;

(iii)

L-għadd u l-valur finanzjarju ta’ proġetti fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità

Għall-finijiet tar-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni, kif hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 54 tar-Regolament(UE) Nru 514/2014, dan l-indikatur għandu jinqasam ulterjorment skont it-tip ta’ reat (imsemmi fl-Artikolu 83 TFUE): it-terroriżmu, it-traffikar ta’ bnedmin u l-isfruttament sesswali tan-nisa u t-tfal; it-traffikar illeċitu ta’ droga; it-traffikar illeċitu ta’ armi; il-ħasil tal-flus; il-korruzzjoni; il-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas, il-kriminalità fl-informatika; il-kriminalità organizzata;

(iv)

L-għadd ta’ proġetti appoġġjati mill-Istrument, bil-għan li jtejbu l-iskambju ta’ informazzjoni fl-infurzar tal-liġi u li huma relatati mas-sistemi tad-data, ir-repożitorji u l-għodod ta’ komunikazzjoni tal-Europol.

Għall-finijiet tar-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament(UE) Nru 514/2014, dan l-indikatur għandu jinqasam ulterjorment skont it-tip ta’ reat (imsemmi fl-Artikolu 83 TFUE): ‘data loaders’, estensjoni tal-aċċess għal SIENA, proġetti intiżi biex itejbu l-kontribuzzjonijiet għal fajls ta’ ħidma ta’ analiżi, eċċ.

(b)

It-titjib tal-kapaċità tal-Istati Membri u tal-Unjoni għall-ġestjoni effettiva tar-riskji relatati mas-sigurtà u l-kriżijiet, u għat-tħejjija għal attakki terroristiċi u inċidenti oħra relatati mas-sigurtà kif ukoll għall-protezzjoni tan-nies u tal-infrastruttura kritika kontra dawn l-attakki u inċidenti.

(i)

L-għadd u l-għodod implimentati u/jew imsaħħa bl-għajnuna tal-Istrument bil-għan li jiffaċilitaw il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika mill-Istati Membri f’kull settur tal-ekonomija;

(ii)

L-għadd ta’ proġetti relatati mal-valutazzjoni u mal-ġestjoni tar-riskji fil-qasam tas-sigurtà interna appoġġjati mill-Istrument;

(iii)

L-għadd ta’ laqgħat tal-esperti, workshops, seminars, konferenzi, pubblikazzjonjiet, siti tal-Internet u konsultazzjonijiet (onlajn) organizzati bl-għajnuna tal-Istrument.

Għall-finijiet tar-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni, kif hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, dan l-indikatur għandu jinqasam ulterjorment f’subkategoriji bħal dawk:

relatati mal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika; jew

relatati mal-ġestjoni tar-riskji u tal-kriżijijet.


ANNESS III

Ċifri għall-programmi nazzjonali

ISF POLICE - Ammonti tal-programmi nazzjonali

MS

Popolazzjoni (individwi)

Territorju (Km2)

# passiġġieri

# tunnellati ta merkanzija

PDG per capita (EUR)

Allokazzjonijiet

(2013)

(2012)

ajru (2012)

baħar (2011)

Total

 

ajru (2012)

baħar (2011)

Total

 

(2012)

 

30  %

10  %

15  %

 

 

 

10  %

 

 

 

35  %

2014-2020

Numru

allokazzjoni

Numru

allokazzjoni

Numri

allokazzjoni

Numri

allokazzjoni

Għadd

clef

allokazzjoni

 

AT

8 488 511

3 845 782

83 879

1 321 372

8 196 234

0

8 196 234

3 169 093

219 775

0

219 775

4 651

36 400

16,66

3 822 008

12 162 906

BE

11 183 350

5 066 698

30 528

480 917

8 573 821

0

8 573 821

3 315 088

1 068 434

232 789 000

233 857 434

4 948 770

34 000

17,84

4 091 797

17 903 270

BG

7 282 041

3 299 182

110 900

1 747 038

1 705 825

0

1 705 825

659 561

18 536

25 185 000

25 203 536

533 344

5 400

112,33

25 763 168

32 002 293

CH

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

CY

862 011

390 540

9 251

145 734

1 587 211

107 000

1 694 211

655 071

28 934

6 564 000

6 592 934

139 516

20 500

29,59

6 786 396

8 117 257

CZ

10 516 125

4 764 407

78 866

1 242 401

3 689 113

0

3 689 113

1 426 404

58 642

0

58 642

1 241

14 500

41,83

9 594 559

17 029 012

DE

82 020 688

37 160 068

357 137

5 626 095

66 232 970

1 146 000

67 378 970

26 052 237

4 448 191

296 037 000

300 485 191

6 358 712

32 299

18,78

4 307 288

79 504 401

DK

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

EE

1 286 479

582 849

45 227

712 475

466 960

61 000

527 960

204 137

23 760

48 479 000

48 502 760

1 026 390

12 700

47,76

10 954 418

13 480 269

ES

46 006 414

20 843 540

505 991

7 971 031

24 450 017

3 591 000

28 041 017

10 842 125

592 192

398 332 000

398 924 192

8 441 827

22 700

26,72

6 128 683

54 227 207

FI

5 426 674

2 458 594

338 432

5 331 428

3 725 547

250 000

3 975 547

1 537 155

195 622

115 452 000

115 647 622

2 447 275

35 600

17,04

3 907 896

15 682 348

FR

65 633 194

29 735 595

632 834

9 969 228

48 440 037

906 000

49 346 037

19 079 761

1 767 360

322 251 000

324 018 360

6 856 709

31 100

19,50

4 473 348

70 114 640

GR

11 290 067

5 115 047

131 957

2 078 760

5 992 242

66 000

6 058 242

2 342 434

72 187

135 314 000

135 386 187

2 864 972

17 200

35,27

8 088 437

20 489 650

HR

4 398 150

1 992 614

87 661

1 380 951

4 526 664

5 000

4 531 664

1 752 179

6 915

21 862 000

21 868 915

462 779

10 300

58,89

13 506 904

19 095 426

HU

9 906 000

4 487 985

93 024

1 465 432

1 327 200

0

1 327 200

513 165

61 855

0

61 855

1 309

9 800

61,90

14 196 032

20 663 922

IE

4 582 769

2 076 257

69 797

1 099 534

3 139 829

0

3 139 829

1 214 022

113 409

45 078 000

45 191 409

956 317

35 700

16,99

3 896 950

9 243 080

IS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IT

59 394 207

26 908 977

301 336

4 747 041

21 435 519

1 754 000

23 189 519

8 966 282

844 974

499 885 000

500 729 974

10 596 188

25 700

23,60

5 413 273

56 631 761

LI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

LT

2 971 905

1 346 443

65 300

1 028 692

504 461

0

504 461

195 051

15 425

42 661 000

42 676 425

903 096

11 000

55,15

12 647 374

16 120 656

LU

537 039

243 309

2 586

40 738

365 944

0

365 944

141 493

615 287

0

615 287

13 020

83 600

7,26

1 664 128

2 102 689

LV

2 017 526

914 055

64 562

1 017 066

1 465 671

676 000

2 141 671

828 082

31 460

67 016 000

67 047 460

1 418 824

10 900

55,65

12 763 405

16 941 431

MT

421 230

190 841

316

4 978

335 863

0

335 863

129 862

16 513

5 578 000

5 594 513

118 388

16 300

37,21

8 535 037

8 979 107

NL

16 779 575

7 602 108

41 540

654 399

23 172 904

0

23 172 904

8 959 858

1 563 499

491 695 000

493 258 499

10 438 081

35 800

16,94

3 886 065

31 540 510

NO

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PL

38 533 299

17 457 791

312 679

4 925 731

4 219 070

9 000

4 228 070

1 634 793

68 306

57 738 000

57 806 306

1 223 267

9 900

61,27

14 052 637

39 294 220

PT

10 487 289

4 751 342

92 212

1 452 643

5 534 972

0

5 534 972

2 140 110

116 259

67 507 000

67 623 259

1 431 008

15 600

38,88

8 918 020

18 693 124

RO

21 305 097

9 652 429

238 391

3 755 444

1 239 298

0

1 239 298

479 177

28 523

38 918 000

38 946 523

824 166

6 200

97,84

22 438 889

37 150 105

SE

9 555 893

4 329 367

438 576

6 909 023

5 757 921

1 320 000

7 077 921

2 736 695

144 369

181 636 000

181 780 369

3 846 742

43 000

14,11

3 235 375

21 057 201

SI

2 058 821

932 764

20 273

319 367

513 394

0

513 394

198 505

9 015

16 198 000

16 207 015

342 964

17 200

35,27

8 088 437

9 882 037

SK

5 410 836

2 451 419

49 036

772 480

330 166

0

330 166

127 659

20 894

0

20 894

442

13 200

45,95

10 539 478

13 891 478

UK

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

438 355 190

198 600 000

4 202 290

66 200 000

246 928 853

9 891 000

256 819 853

99 300 000

12 150 336

3 116 175 000

3 128 325 336

66 200 000

606 599

1 010

231 700 000

662 000 000

Sehem tal-allokazzjoni mill-baġit

198 600 000

66 200 000

99 300 000

66 200 000

231 700 000

662 000 000


Top