Help Print this page 

Document 32014R0382

Title and reference
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-pubblikazzjoni ta' supplimenti għall-prospetti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
  • In force
OJ L 111, 15.4.2014, p. 36–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/382/oj
Languages, formats and link to OJ
BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
HTML html BG html ES html CS html DA html DE html ET html EL html EN html FR html HR html IT html LV html LT html HU html MT html NL html PL html PT html RO html SK html SL html FI html SV
PDF pdf BG pdf ES pdf CS pdf DA pdf DE pdf ET pdf EL pdf EN pdf FR pdf HR pdf IT pdf LV pdf LT pdf HU pdf MT pdf NL pdf PL pdf PT pdf RO pdf SK pdf SL pdf FI pdf SV
Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal
 To see if this document has been published in an e-OJ with legal value, click on the icon above (For OJs published before 1st July 2013, only the paper version has legal value).
Multilingual display
Text

15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/36


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 382/2014

tas-7 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-pubblikazzjoni ta' supplimenti għall-prospetti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva Nru 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta jiġu offruti titoli lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/71/KE tarmonizza r-rewiżiti għat-tfassil, l-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prospett li jrid jiġi ppubblikat meta jiġu offruti t-titoli lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat li jkun jinsab jew jopera ġewwa Stat Membru.

(2)

Id-Direttiva 2003/71/KE teħtieġ ukoll il-pubblikazzjoni ta' supplimenti għall-prospett li jsemmu kull fattur sinifikanti ġodda, żball materjali jew impreċiżjoni dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospett li tista' taffettwa l-valutazzjoni tat-titoli u li jinħolqu jew jiġu osservati bejn iż-żmien meta l-prospett jiġi approvat u l-għeluq finali tal-offerta lill-pubbliku jew, jiddependi mill-każ, iż-żmien meta jibda l-kummerċ f'suq regolat, skont liema minn dawn iseħħ l-aħħar.

(3)

Il-provvediment ta' informazzjoni sħiħa dwar it-titoli u l-emittenti tat-titoli jippromwovi l-protezzjoni tal-investituri. Suppliment għandu għalhekk jinkludi l-informazzjoni materjali kollha dwar is-sitwazzjonijiet speċifiċi li wasslu għas-suppliment u din għandha tiġi inkluża fil-prospett skont id-Direttiva 2003/71/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004. (2)

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti, jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2003/71/KE u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati s-sitwazzjonijiet fejn il-pubblikazzjoni ta' supplimenti għall-prospetti hija meħtieġa.

(5)

Mhuwiex possibbli li jiġu identifikati s-sitwazzjonijiet kollha fejn ikun meħtieġ suppliment mal-prospett minħabba li dan jista' jiddependi fuq l-emittent u t-titoli involuti. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu speċifikati s-sitwazzjonijiet minimi fejn ikun meħtieġ suppliment.

(6)

Rapporti finanzjarji awditjati annwali għandhom rwol kruċjali għall-investituri meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment. Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jibbażaw id-deċiżjonijiet dwar l-investiment tagħhom fuq l-aktar informazzjoni finanzjarja reċenti, huwa meħtieġ li jiġi ppubblikat suppliment li jinkludi rapporti finanzjarji awditjati annwali ġodda tal-emittenti tat-titoli ta' ekwità u l-emittenti tal-ishma sottostanti fil-każ ta' rċevuti ta' depożiti ppubblikati wara l-approvazzjoni tal-prospett.

(7)

Sabiex jitqies il-fatt li previżjonijiet ta' profitt u stimi ta' profitt jistgħu jinfluwenzaw deċiżjoni dwar l-investiment, l-emittenti tat-titoli ta' ekwità u l-emittenti tal-ishma sottostanti fil-każ ta' rċevuti ta' depożiti għandhom jippubblikaw suppliment li fih kull tibdil fiċ-ċifri impliċiti jew espliċiti li jikkostitwixxu l-previżjonijiet tal-profitt jew l-istimi tal-profitt diġà inklużi fil-prospett.

(8)

Informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti ewlenin jew kull entità ta' kontroll tal-emittent hija vitali għal valutazzjoni informata tal-emittent, fil-każ ta' kull tip ta' titolu. Madankollu, sitwazzjoni ta' bidla fil-kontroll tal-emittent hija partikolarment sinifikanti fejn l-offerta tirreferi għal titoli ta' ekwità u rċevuti ta' depożiti minħabba li dawn it-tipi ta' titoli huma, b'mod ġenerali, aktar sensittivi għall-prezz għal din is-sitwazzjoni. Għaldaqstant, għandu jiġi ppubblikat suppliment meta jkun hemm bidla ta' kontroll ta' emittent ta' titoli ta' ekwità jew emittent ta' ishma sottostanti fil-każ ta' rċevuti ta' depożiti.

(9)

Huwa essenzjali li l-investituri potenzjali li jivvalutaw offerta pendenti ta' titoli ta' ekwità jew irċevuti ta' depożiti huma f'pożizzjoni li jqabblu t-termini u l-kundizzjonijiet ta' tali offerta bil-prezz jew it-termini ta' skambju marbuta ma' kull offerta pubblika ta' xiri mħabbra matul l-perjodu tal-offerta. Barra minn hekk, ir-riżultat ta' offerta pubblika ta' xiri hija wkoll sinifikanti għad-deċiżjoni dwar l-investiment minħabba li l-investituri jeħtieġu li jkunu jafu jekk dan jimplikax bidla fil-kontroll tal-emittent jew le. F'dawn il-każijiet, għalhekk, huwa meħtieġ suppliment.

(10)

Meta dikjarazzjoni tal-kapital operatorju ma tkunx valida aktar l-investituri ma jkunux f'pożizzjoni li jieħdu deċiżjoni dwar l-investiment bl-informazzjoni kollha dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent fil-futur immedjat. L-investituri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jivvalutaw mill-ġdid id-deċiżjonijiet dwar l-investiment tagħhom fid-dawl tal-informazzjoni l-ġdida dwar il-kapaċità tal-emittent li jaċċessa flus kontanti u riżorsi likwidi disponibbli oħra biex jagħmel tajjeb għar-responsabbiltajiet tiegħu. F'dawn il-każijiet, għalhekk, huwa meħtieġ suppliment.

(11)

Hemm sitwazzjonijiet fejn, wara l-approvazzjoni ta' prospett, emittent jew offerent jiddeċiedi li joffri t-titoli fi Stati Membri oħra għajr dawk imsemmija fil-prospett, jew japplika għall-ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli fi swieq regolati fi Stati Membri addizzjonali ħlief dawk previsti fil-prospett. Informazzjoni dwar dawn l-offerti fi Stati Membri oħra jew l-ammissjoni għall-kummerċ fi swieq regolati tagħhom hija importanti għall-valutazzjoni ta' ċerti aspetti tat-titoli tal-emittent u għalhekk tkun teħtieġ suppliment.

(12)

Il-pożizzjoni finanzjarja jew in-negozju tal-entità x'aktarx tkun affettwata minn impenn finanzjarju sinifikanti. Għaldaqstant, l-investituri għandhom ikunu intitolati li jirċievu informazzjoni addizzjonali dwar il-konsegwenzi ta' dan l-impenn f'suppliment għall-prospett.

(13)

Żieda tal-ammont nominali aggregat ta' programm ta' offerti tipprovdi informazzjoni dwar il-ħtieġa tal-emittenti għall-finanzjament jew żieda fit-talbiet għat-titoli tal-emittenti. Għalhekk, fejn hemm żieda fl-ammont nominali aggregat ta' programm ta' offerti inkluża fil-prospett, għandu jiġi ppubblikat suppliment għall-prospett.

(14)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(15)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw is-sitwazzjonijiet li fihom il-pubblikazzjoni ta' suppliment għal prospett hija obbligatorja.

Artikolu 2

Obbligu biex jiġi ppubblikat suppliment

Flimkien mal-prospett jiġi ppubblikat suppliment fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn rapporti finanzjarji awditjati annwali ġodda jiġu ppubblikati minn dawn li ġejjin:

(1)

emittent fil-każ li prospett ikun relatat ma' ishma u titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma msemmija fl-Artikolu 4(2)(1) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(2)

emittent tal-ishma sottostanti jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma f'każ ta' titoli ta' ekwità li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(3)

emittent tal-ishma sottostanti fil-każ li l-prospett jitfassal skont l-irċevuta ta' depożitu, stabbilit fl-Anness X jew XXVIII tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(b)

meta emenda għal previżjoni tal-profitt jew stima tal-profitt diġà inkluża fil-prospett tiġi ppubblikata minn dawn li ġejjin:

(1)

emittent fil-każ li prospett ikun relatat ma' ishma u titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma msemmija fl-Artikolu 4(2)(1) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(2)

emittent tal-ishma sottostanti jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma fil-każ li prospett ikun relatat ma' titoli ta' ekwità li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(3)

emittent tal-ishma sottostanti fil-każ li l-prospett jitfassal skont l-iskeda tal-irċevuta ta' depożitu, stabbilita fl-Anness X jew XXVIII tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(c)

fil-każ li jkun hemm tibdil fil-kontroll fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(1)

emittent fil-każ li prospett ikun relatat ma' ishma u titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma msemmija fl-Artikolu 4(2)(1) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(2)

emittent tal-ishma sottostanti jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma fil-każ li prospett ikun relatat ma' titoli ta' ekwità li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(3)

emittent tal-ishma sottostanti fil-każ li l-prospett jitfassal skont l-iskeda tal-irċevuta ta' depożitu, stabbilita fl-Anness X jew XXVIII tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(d)

fil-każ ta' kull offerta pubblika ta' xiri ġdida minn partijiet terzi, kif definit fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-riżultat ta' kull offerta pubblika ta' xiri fir-rigward ta' dawn li ġejjin: (4)

(1)

it-titoli ta' ekwità tal-emittent fil-każ li prospett ikun relatat ma' ishma u titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma msemmija fl-Artikolu 4(2)(1) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(2)

it-titoli ta' ekwità tal-emittent tal-ishma sottostanti jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma fil-każ li prospett ikun relatat ma' titoli ta' ekwità li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(3)

it-titoli ta' ekwità tal-emittent tal-ishma sottostanti fil-każ li l-prospett jitfassal skont l-iskeda tal-irċevuta ta' depożitu, stabbilita fl-Anness X jew XXVIII tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(e)

fejn fir-rigward ta' ishma u titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma msemmija fl-Artikolu 4(2)(1) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 u titoli ta' dejn konvertibbli jew skambjabbli li jkunu titoli ta' ekwità konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(2) ta' dak ir-Regolament ikun hemm bidla fid-dikjarazzjoni tal-kapital operatorju inkluża fi prospett meta l-kapital operatorju jsir suffiċjenti jew mhux suffiċjenti għar-rekwiżiti preżenti tal-emittent;

(f)

fil-każ li emittent qed ifittex l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq/fi swieq regolat(i) addizzjonali fi Stat(i) Membru/i jew għandu l-intenzjoni li jagħmel offerta lill-pubbliku fi Stat(i) Membru/i addizzjonali għajr dak/dawk stipulat(i) fil-prospett;

(g)

fil-każ li jsir impenn finanzjarju importanti ġdid li x'aktarx li jwassal għal bidla kumplessa sinifikanti fit-tifsira tal-Artikolu 4a(6) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 u l-prospett ikun relatat ma' ishma u titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma msemmija fl-Artikolu 4(2)(1) ta' dak ir-Regolament u titoli ta' ekwità oħra li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(2) ta' dak ir-Regolament;

(h)

fil-każ li l-ammont nominali aggregat tal-programm tal-offerta jiżdied.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni bir-referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea dwar it-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(4)  Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 fuq offerti ta' xiri (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12).


Top