EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0303

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 303/2014 tal- 25 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika

OJ L 90, 26.3.2014, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/03/2018; Imħassar b' 32018R0196

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/303/oj

26.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 303/2014

tal-25 ta’ Marzu 2014

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta’ April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (1), b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

B’konsegwenza tan-nuqqas min-naħa tal-Istati Uniti biex iġibu l-Att dwar il-Kumpens għall-Persistenza tad-Dumping u għaż-Żamma tas-Sussidji (CDSOA) konformi mal-obbligi tagħhom skont il-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 impona dazju doganali addizzjonali ad valorem ta’ 15 % fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika mill-1 ta’ Mejju 2005. B’konformità mal-awtorizzazzjoni tad-WTO biex tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet lill-Istati Uniti, il-Kummissjoni għandha taġġusta l-livell tas-sospensjoni kull sena għal-livell ta’ tixjin, jew ħsara, ikkawżat mis-CDSOA lill-Unjoni Ewropea f’dak iż-żmien.

(2)

Il-ħlasijiet tas-CDSOA għall-aktar sena riċenti li għaliha hemm dejta disponibbli għandhom x’jaqsmu mad-distribuzzjoni ta’ dazji kontra d-dumping u ta’ kontrobilanċ miġbura matul is-Sena Fiskali 2013 (mill-1 ta’ Ottubru 2012 sat-30 ta’ Settembru 2013). Fuq il-bażi tad-dejta ppublikata mill-Ħarsien tad-Dwana u tal-Fruntieri tal-Istati Uniti, il-livell ta’ tixjin jew ħsara kkawżat lill-Unjoni huwa kkalkulat li jammonta għal USD 872685.

(3)

Il-livell ta’ tixjin jew ħsara, u konsegwement ta’ sospensjoni, naqas. Madankollu, il-livell ta’ sospensjoni ma jistax jiġi aġġustat għal-livell ta’ tixjin jew ħsara billi jiżdiedu jew jitneħħew prodotti mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 673/2005. Minħabba f’hekk, skont l-Artikolu 3(1)(e) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha żżomm il-lista ta’ prodotti fl-Anness I bla tibdil u temenda r-rata tad-dazju addizzjonali biex taġġusta l-livell ta’ sospensjoni għal-livell ta’ tixjin jew ħsara. It-tliet prodotti elenkati fl-Anness I għandhom għalhekk jinżammu fil-list u r-rata tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali għandha tiġi emendata u ffissata għal 0,35 %.

(4)

L-effett ta’ dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni ta’ 0,35 % ad valorem fuq importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodotti fl-Anness I jirrappreżenta, fuq tul ta’ sena, valur ta’ kummerċ li ma jaqbiżx USD 872 685.

(5)

Biex ikun żgurat li ma jkun hemm ebda dewmien fl-applikazzjoni tar-rata emendata tad-dazju ta’ importazzjoni addizzjonali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni mogħtija mill-Kumitat dwar ir-Ritaljazzjoni Kummerċjali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Dazju ad valorem ta’ 0,35 % addizzjonali għad-dazju doganali applikabbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (*) jiġi impost fuq il-prodotti li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika elenkati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

(*)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.”"

2.

L-Anness I jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Mejju 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw dazji addizzjonali huma identifikati mill-kodiċijiet NM tagħhom bi tmien ċifri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati taħt dawn il-kodiċijiet tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1) kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1810/2004 (2).

0710 40 00

9003 19 30

8705 10 00

6204 62 31


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1

(2)  ĠU L 327, 30.10.2004, p. 1.”


Top