EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0895
2014/895/EU: Commission Implementing Decision of 10 December 2014 establishing the format for communicating the information referred to in Article 21(3) of Directive 2012/18/EU of the European Parliament and of the Council on the control of major-accident hazards involving dangerous substances (notified under document C(2014) 9334) Text with EEA relevance
2014/895/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta' Diċembru 2014 li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi (notifikata bid-dokument C(2014) 9334) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
2014/895/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta' Diċembru 2014 li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi (notifikata bid-dokument C(2014) 9334) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
OJ L 355, 12.12.2014, p. 51–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 355/51 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-10 ta' Diċembru 2014
li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi
(notifikata bid-dokument C(2014) 9334)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/895/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE jitlob li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar l-istabbilimenti koperti b'dik id-Direttiva bl-użu ta' formola ta' rapport speċifika. |
(2) |
Il-formola tar-rapport għandha tippermetti l-komunikazzjoni ta' informazzjoni simplifikata mill-Istati Membri, sabiex jimmassimizzaw l-utilità u l-komparabbiltà tal-informazzjoni pprovduta u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri, filwaqt li jirrispettaw ukoll ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
(3) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 96/82/KE (3), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE billi jużaw il-format ta' rappurtar stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Għal entrati eżistenti fil-bażi tad-dejta, l-informazzjoni għandha tiġi rieżaminata sal-31 ta' Diċembru 2016.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1.
(2) Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(3) Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13).
ANNESS
FORMAT GĦALL-GĦOTI TA' INFORMAZZJONI SKONT L-ARTIKOLU 21(3) TAD-DIRETTIVA 2012/18/UE
L-ispazji kollha mmarkati b'asterisk huma obbligatorji.
Informazzjoni kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala tali b'indikazzjoni għal kull tip ta' dejta, bir-raġunijiet għal rifjut skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
1. Parti 1 — Sistema ta' awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (ECAS)
Għall-finijiet ta' sigurtà, l-utent ta' Stat Membru jkun jista' biss jaċċessja eSPIRS billi jirreġistra f'ECAS, is-Sistema ta' Awtentifikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, billi jipprovdi l-informazzjoni tal-utent obbligatorja li ġejja:
(a) Isem*: l-isem tal-utent
(b) Kunjom*: l-isem tal-utent
(c) Posta elettronika*: l-indirizz tal-posta elettronika tal-utent
(d) Ir-rwol tal-utent*: Il-Korrispondent Nazzjonali (NR) jew Amministratur Nazzjonali (NA)
Ladarba l-utent ikun ġie awtentikat, huwa jkun iggwidat lejn il-portal MINERVA tal-Uffiċċju għall-Inċidenti ta' Perikli Maġġuri fejn jinstab eSPIRS. Id-drittijiet tal-utent għall-bażi tad-dejta eSPIRS tingħata skont ir-rwol tal-utent.
2. Parti 2 — Informazzjoni li għandha tiġi rrapportata f'eSPIRS
L-utent għandu jipprovdi l-informazzjoni elenkata hawn taħt billi jew juża l-format ta' rappurtar onlajn li jippermetti li tiġi importata d-dejta għal kull stabbiliment separatament, jew inkella għodda ta' esportazzjoni nazzjonali bl-użu tal-mudell tal-eSPIRS XML għall-importazzjoni awtomatika tal-informazzjoni inkluża fil-bażi(jiet) tad-dejta nazzjonali/reġjonali/lokali tagħha f'eSPIRS.
2.1. L-Awtorità Kompetenti li Tirrapporta
(a) Isem*: L-isem uffiċjali tal-Awtorità Kompetenti li Tirrapporta
(b) Indirizz*: L-isem tat-triq fejn tinstab l-Awtorità Kompetenti li Tirrapporta
(c) Belt*: Il-belt jew raħal fejn tinstab l-Awtorità Kompetenti li Tirrapporta
(d) Kodiċi postali*: Il-kodiċi postali fejn tinstab l-Awtorità Kompetenti li Tirrapporta
(e) Pajjiż*: Il-pajjiż fejn tinstab l-Awtorità Kompetenti li Tirrapporta
(f) Kummenti : Kummenti li l-utent jista' jkun jixtieq iżid fir-rigward tal-Awtorità Kompetenti li Tirrapporta
2.2. L-isem u l-attivitajiet tal-istabbiliment
(a) |
L-istatus Seveso*: [Skont Seveso III jeżistu żewġ livelli tal-istatus tal-istabbiliment: livell ogħla u livell aktar baxx] |
(b) |
Isem*: L-isem tal-istabbiliment Seveso rrappurtat f'eSPIRS |
(c) |
Impriża Prinċipali: Impriża azzjonarja/impriża prinċipali tal-istabbiliment |
(d) |
Kodiċi personalizzat: Il-kodiċi li l-utent jista' jdaħħal jekk ikun jixtieq jibqa' juża s-sistema l-antika tal-kodiċi f'eSPIRS |
(e) |
It-tip tal-industrija u/jew il-Kodiċi NACE*: Meta stabbiliment ikun relatat ma' aktar minn kodiċi SPIRS u/jew NACE wieħed, għandha ssir distinzjoni bejn l-attività primarja u l-attivitajiet sekondarji.
|
(f) |
Ħolqa għas-sit inkluża aktar informazzjoni dwar l-istabbiliment* |
(g) |
ID E-PRTR: Fejn l-istabbiliment ikun kopert kompletament jew parzjalment bir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), agħti l-identifikatur uniku nazzjonali użat għar-rappurtar tal-faċilità skont dak ir-Regolament, kif ukoll il-ħolqa għas-sit rilevanti. |
(h) |
ID IED (mid-dejta tal-2016 'il quddiem): Fejn l-istabbiliment ikun kopert kompletament jew parzjalment bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (http://ec.europa.eu/environment/air/pollutants/stationary/ied/legislation.htm), agħti l-identifikatur uniku nazzjonali użat għar-rappurtar tal-faċilità skont dak ir-Regolament, kif ukoll il-ħolqa għas-sit rilevanti. |
(i) |
Kummenti dwar l-istabbiliment: kummenti li l-utent jista' jkun jixtieq iżid fir-rigward tal-istabbiliment irrappurtat |
2.3. Il-post tal-istabbiliment* l-indirizz sħiħ jew il-koordinati tal-latitudni/tal-lonġitudni
(a) Indirizz*: L-isem tat-triq, in-numru tal-bieb u l-belt fejn jinstab l-istabbiliment
(b) Latitudni*: Il-koordinati tal-latitudni tal-istabbiliment (jekk ma jingħatax indirizz)
(c) Lonġitudni*: Il-koordinati tal-lonġitudni tal-istabbiliment (jekk ma jingħatax indirizz)
(d) Kummenti dwar l-indirizz : kummenti li l-utent jista' jkun jixtieq iżid fir-rigward tal-indirizz tal-istabbiliment
2.4. Sustanzi tal-istabbiliment
(a) Sustanza (skont Seveso III) : L-isem komuni jew l-isem ġeneriku jew il-klassifikazzjoni tal-periklu
(b) Numru CAS : In-Numru tar-Reġistru CAS huwa identifikatur numeriku uniku, huwa magħżul għal sustanza waħda biss, ma għandux sinifikat kimiku u huwa ħolqa għal minjiera ta' informazzjoni dwar sustanza kimika speċifika. Dan jista' jkun fih sa 10 ċifri, maqsuma permezz ta' sing fi tliet partijiet. (http://www.cas.org/content/chemical-substances)
(c) Kwantità : L-ammont ta' sustanza f'tunnellati
(d) Proprjetajiet fiżiċi : Il-kundizzjonijiet tal-ħżin li fihom tinżamm is-sustanza, bħall-istat (solidu, likwidu, gass), il-granularità (trab, gerbub, eċċ.), il-pressjoni, it-temperatura, eċċ.
(e) Kummenti dwar is-sustanzi : kummenti li l-utent jista' jkun jixtieq iżid fir-rigward tas-sustanzi tal-istabbiliment irrappurtati
(1) Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(2) Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta ' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta ' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
(3) Direttiva 2010/75/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).