EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0312

2014/312/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa (notifikata bid-dokument C(2014) 3429) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 164, 3.6.2014, p. 45–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/07/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/312/oj

3.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Mejju 2014

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa

(notifikata bid-dokument C(2014) 3429)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/312/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti li għandhom impatt ambjentali mnaqqas matul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistipula li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi tal-prodotti.

(3)

Sabiex tkun riflessa aħjar il-qagħda attwali tas-suq għal dan il-grupp ta' prodotti u jitqiesu l-innovazzjonijiet li kien hemm f'dawn l-aħħar snin, qed jitqies li huwa xieraq li jinbidel il-kamp ta' applikazzjoni tal-grupp ta' prodotti u li jiġi stabbilit sett rivedut ta' kriterji ekoloġiċi.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE (2) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/544/KE (3) ittrattaw, b'mod separat, iż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa. Dawn ġew amalgamati f'dokument wieħed dwar il-kriterji sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-entitajiet kompetenti u għall-applikanti. Barra minn hekk, il-kriterji rriveduti jirriflettu r-rekwiżiti l-ġodda dwar is-sustanzi perikolużi li ddaħħlu permezz tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 wara li saru d-deċiżjonijiet ta' qabel.

(5)

B'mod partikulari, il-kriterji għandhom l-għan li jippromwovu prodotti li għandhom impatt ambjentali aktar baxx matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, li huma ta' kwalità għolja, li għandhom prestazzjoni tajba u li jdumu jaħdmu għal żmien twil u prodotti li fihom ammont limitat ta' sustanzi perikolużi (4) u ammont limitat ta' komposti organiċi volatili. L-ekotikketta għandha tippromwovi prodotti li għandhom prestazzjoni mtejba b'rabta ma' dawn l-aspetti. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta' prodotti taż-“żebgħa u l-verniċ”.

(6)

Il-kriterji rriveduti u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika marbutin magħhom għandhom ikunu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu ta' innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti.

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjonijiet 2009/543/KE u 2009/544/KE għandhom jinbidlu b'din id-Deċiżjoni.

(8)

Għandu jitħalla perjodu tranżitorju għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ikunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2009/543/KE u 2009/544/KE, sabiex ikollhom ħin biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom sabiex jiġu f'konformità mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta' prodotti taż-“żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa” għandu jinkludi ż-żebgħa u l-verniċ dekorattiv ta' barra u ta' ġewwa, il-likwidi li jlewnu l-injam u l-prodotti relatati, maħsubin għall-użu mill-konsumaturi u u mill-professjonisti, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

2.   Il-grupp ta' prodotti taż-“żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa” għandu jinkludi l-kisi u ż-żebgħa tal-art, il-prodotti taż-żebgħa li jingħataw lewn ħafif mid-distributuri fuq talba tad-dekoraturi li jkunu konsumaturi (u mhux dekoraturi professjonali) u tad-dekoraturi professjonali, sistemi li jagħtu l-lewn, żebgħa dekorattiva f'forma likwida jew bħala pejst li tista' tkun ġiet ikkundizzjonata minn qabel, mogħtija lewn ħafif jew imħejjija mill-manifattur sabiex taqdi l-bżonnijiet tal-konsumaturi, inkluż iż-żebgħa tal-injam, il-likwidi li jlewnu lill-injam u lid-“decking”, il-kisi tal-bini u ż-żebgħa tal-aħħar passata għall-metall, iż-żebgħa tal-ewwel passata u ż-żebgħa ta' taħt tat-tali sistemi ta' prodotti, kif iddefiniti fl-Anness I tad-Direttiva 2004/42/KE.

3.   Il-grupp ta' prodotti m'għandux jinkludi l-prodotti li ġejjin:

(a)

il-kisi ta' kontra l-akkumulu ta' depożitu ta' materjali;

(b)

il-prodotti ta' konservazzjoni għall-mili tal-injam;

(c)

il-kisi għall-użi industrijali u professjonali partikulari, inkluż il-kisi li jiflaħ għall-istrapazz (“heavy-duty”);

(d)

il-kisi f'forma ta' trab;

(e)

is-sistemi taż-żebgħa li jistgħu jitwebbsu permezz tar-raġġi UV;

(f)

iż-żebgħa primarjament maħsuba għall-vetturi;

(g)

il-prodotti li l-funzjoni primarja tagħhom mhix li jiffurmaw saff fuq il-wiċċ li jrid jinżebagħ, pereżempju ż-żjut u x-xama';

(h)

il-materjal tal-mili (“fillers”) kif iddefinit fl-istandard bir-referenza EN ISO 4618;

(i)

iż-żebgħa użata għas-sinjali tat-triq.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(1)

“żebgħa” tfisser materjal għall-kisi, mogħti bħala pejst likwidu jew bħala trab, miżjud bil-pigment, li meta jiġi applikat fuq wiċċ li jrid jinżebagħ, joħloq saff opak li jkollu karatteristiċi protettivi jew dekorattivi jew karatteristiċi tekniċi speċifiċi, u li, wara li jkun applikat, jinxef u jifforma kisi solidu, aderenti u protettiv;

(2)

“verniċ” tfisser materjal għall-kisi trasparenti li meta jiġi applikat fuq wiċċ li jrid jinżebagħ, joħloq saff trasparenti u solidu li jkollu karatteristiċi protettivi jew dekorattivi jew karatteristiċi tekniċi speċifiċi, u li, wara li jkun applikat, jinxef u jifforma kisi solidu, aderenti u protettiv;

(3)

“żebgħa u verniċ dekorattivi” tfisser żebgħa u verniċ li jiġu applikati fuq il-post fuq il-bini u t-tirqim u l-aċċessorji tiegħu, għal għanijiet dekorattivi u protettivi;

(4)

“lażura” (likwidu li jlewwen lill-injam) tfisser kisjiet li jiffurmaw saff trasparenti jew semitrasparenti, biex jiddekoraw u jipproteġu l-injam mill-effetti tat-temp, u li jippermettu ż-żamma tiegħu b'mod faċli;

(5)

“sistema li tagħti l-lewn” tfisser metodu kif wieħed iħejji ż-żebgħa tal-kulur billi jħallat “bażi” ma' lwien ħfief ikkuluriti;

(6)

“kisi tal-bini” tfisser kisi li jifforma saff dekorattiv u protettiv għall-użu fuq il-konkos, fuq iċ-ċangar bil-briks li jista' jinżebagħ, fuq iċ-ċangar bil-blokok, fl-ewwel passata ġibs, fuq il-folji tas-silikat tal-kalċju jew is-siment li jkun imsaħħaħ bil-fibra;

(7)

“żebgħa tal-ewwel passata li tgħaqqad” tfisser kisjiet imfasslin biex jistabbilizzaw il-partiċelli maħlulin tal-wiċċ li jrid jinżebagħ jew il-karatteristiċi idrofobiċi tal-impatt;

(8)

“sistema taż-żebgħa li tista' titwebbes permezz tar-raġġi UV” tfisser it-twebbis tal-materjal għall-kisi permezz tal-esponiment għar-radjazzjoni artifiċjali ultravjola;

(9)

“kisi f'forma ta' trab” tfisser kisi dekorattiv jew protettiv iffurmat billi wieħed japplika trab tal-kisi fuq wiċċ li jrid jinżebagħ u t-tidwib biex ikun hemm saff kontinwu;

(10)

“preżervattivi ta' ġol-bottijiet” huma prodotti użati biex il-prodotti mmanifatturati jiġu ppreżervati meta jkunu maħżuna billi jiġi kkontrollat id-deterjorament tal-mikrobi sabiex jiġi żgurat li dawn jibqgħu tajbin sal-iskadenza tagħhom;

(11)

“preżervattivi b'saff niexef” huma prodotti użati biex is-saffi u l-kisjiet jiġu ppreżervati billi jiġi kkontrollat id-deterjorament tal-mikrobi jew it-tkabbir tal-alka sabiex jitħarsu l-karatteristiċi inizjali tal-wiċċ tal-materjali jew tal-oġġetti;

(12)

“sustanzi għal kontra t-tqaxxir” huma addittivi li jiżdiedu mal-materjal għall-kisi biex jiġi evitat li dan il-materjal jitqaxxar meta jkun qed jiġi prodott jew meta jkun maħżun;

(13)

“komposti organiċi volatili” (KOV) tfisser kwalunkwe kompost organiku li jagħli inizjalment f'temperatura ta' 250 °C jew inqas, imkejla fi pressjoni standard ta' 101,3 kPa kif iddefinit fid-Direttiva 2004/42/KE u li, f'kolonna kapillari, jgħaddi minn elużjoni sas-sustanzi li ġejjin u inklużi dawn is-sustanzi: it-tetradekan (C14H30) għas-sistemi mingħajr polarità u l-adipat tad-dietil (C10H18O4) għas-sistemi b'polarità;

(14)

“komposti organiċi semivolatili” (KOSV) tfisser kwalunkwe kompost organiku li jagħli f'temperatura ta' iktar minn 250 °C u li, f'kolonna kapillari (6), jgħaddi minn elużjoni b'firxa taż-żamma ta' bejn in-n-Tetradekan (C14H30) u n-n-Dokosan (C22H46) għas-sistemi mingħajr polarità u bejn l-adipat tad-dietil (C10H18O4) u l-palmitat tal-metil (C17H34O2) għas-sistemi b'polarità;

(15)

“żebgħa bajda u ta' lewn ċar” hija dik iż-żebgħa li għandha tristimulu (valur ta' Y) ta' iktar minn 70 %;

(16)

“żebgħa li tleqq” hija dik iż-żebgħa li, f'angolu tal-inċidenza ta' 60 grad ikollha riflettanza ta' 60 jew iktar;

(17)

“żebgħa nofsha tleqq” (magħrufa wkoll bħala żebgħa semimatta) hija dik iż-żebgħa li, f'angolu tal-inċidenza ta' 60 grad jew 85 grad ikollha riflettanza ta' inqas minn 60 u ta' 10 jew iktar;

(18)

“żebgħa matta” hija dik iż-żebgħa li, f'angolu tal-inċidenza ta' 85 grad ikollha riflettanza ta' inqas minn 10;

(19)

“żebgħa matta għalkollox” hija dik iż-żebgħa li, f'angolu tal-inċidenza ta' 85 grad ikollha riflettanza ta' inqas minn 5;

(20)

“trasparenti” u “semitrasparenti” ifissru saff bi proporzjon ta' kuntrast ta' inqas minn 98 % meta s-saff imxarrab ikun oħxon 120μ;

(21)

“opak” tfisser saff bi proporzjon ta' kuntrast ta' iktar minn 98 % meta s-saff imxarrab ikun oħxon 120μ.

Artikolu 3

Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 għal prodott li jinsab fil-grupp ta' prodotti taż-“żebgħa u l-verniċ” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika marbutin magħhom huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 4

Il-kriterji u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni marbutin magħhom stabbiliti fl-Anness għandhom ikunu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għal raġunijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp ta' prodotti taż-“żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa” se jkun in-numru “044”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjonijiet 2009/543/KE u 2009/544/KE għandhom jitħassru.

Artikolu 7

1.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu fil-grupp ta' prodotti taż-“żebgħa u l-verniċ” li jitressqu fi żmien xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jissejsu jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2009/543/KE u 2009/544/KE, jew inkella fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li jissejsu fuqhom.

2.   Il-liċenzji għall-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2009/543/KE u 2009/544/KE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE tat-13 ta' Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 27).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/544/KE tat-13 ta' Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta' ġewwa (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 39).

(4)  Sustanzi bi klassifikazzjonijiet ta' periklu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament CLP) (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' komposizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi u li jemenda d-Direttiva 1999/13/KE (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87).

(6)  Kif speċifikat fil-punt 8.2.2 tad-dokument bir-referenza FprCEN/TS 16516.


ANNESS

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE U R-REKWIŻITI TAL-VALUTAZZJONI U L-VERIFIKA

Il-kriterji għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ:

1.

Il-pigment l-abjad u r-reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil

2.

Id-diossidu tat-titanju

3.

L-effiċjenza fl-użu

(a)

Ir-rata ta' tixrid

(b)

Ir-reżistenza għall-ilma

(c)

L-adeżjoni

(d)

Il-brix

(e)

L-effetti tat-temp

(f)

Il-permeabbiltà tal-fwar tal-ilma

(g)

Il-permeabbiltà tal-ilma f'forma likwida

(h)

Ir-reżistenza fungali

(i)

L-għeluq tat-tixqiq

(j)

Ir-reżistenza għall-alkali

(k)

Ir-reżistenza għall-korrużjoni

4.

Il-komposti organiċi volatili u l-komposti organiċi semivolatili (il-KOV u l-KOSV)

5.

Restrizzjoni tas-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi

(a)

Ir-restrizzjonijiet ġenerali li japplikaw għall-klassifikazzjonijiet ta' periklu u l-frażijiet ta' riskju

(b)

Restrizzjonijiet li japplikaw għas-Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna

(c)

Restrizzjonijiet li japplikaw għal sustanzi perikolużi speċifiċi

6.

Tagħrif għall-konsumaturi

7.

Tagħrif li jidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Il-kriterji tal-Ekotikketta jirriflettu l-prodotti tas-suq taż-żebgħa u l-verniċ li għandhom l-aħjar prestazzjoni ambjentali. Hemm bżonn ta' standards għoljin tal-kwalità u tal-prestazzjoni għaż-żebgħa sabiex ikun żgurat li l-prodott ikollu ħajja twila u sabiex b'dak il-mod jingħata kontribut biex jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-impatti globali taż-żebgħa tul iċ-ċiklu ta' ħajja tal-prodott. Barra minn hekk, il-kriterji għandhom l-għan li jnaqqsu kemm jista' jkun l-użu tas-sustanzi organiċi volatili u tas-sustanzi organiċi semivolatili fit-taħlita li tifforma ż-żebgħa.

Filwaqt li l-użu tal-prodotti kimiċi u r-rilaxx tas-sustanzi li jniġġsu huwa parti mill-proċess ta' produzzjoni, prodott li jkollu l-Ekotikketta tal-UE jipprovdi garanzija lill-konsumatur li dawn is-sustanzi ntużaw biss sal-limitu teknikament possibbli mingħajr ħsara għal kemm dan il-prodott huwa tajjeb għall-użu. Barra minn hekk, il-prodott aħħari taż-żebgħa jew tal-verniċ ma jistax jiġi kklassifikat bħala tossina akuta jew bħala prodott perikoluż għall-ambjent skont il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar it-tikkettar tal-prodotti.

Il-kriterji jeskludu, kull fejn ikun possibbli, jew jillimitaw għal ammont minimu l-konċentrazzjoni ta' għadd ta' sustanzi identifikati bħala perikolużi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li jistgħu jintużaw fit-taħlita li tifforma ż-żebgħa u l-verniċ (li hija meħtieġa biex ikun hemm ċerti funzjonijiet u karatteristiċi speċifiċi). Deroga biex sustanza tintuża fi prodotti bl-Ekotikketta tingħata biss f'każijiet fejn it-tali sustanza tkun meħtieġa biex tissodisfa l-aspettattivi tal-prestazzjoni tal-konsumaturi jew ir-rekwiżiti li japplikaw għall-prodott (pereżempju għall-preservazzjoni taż-żebgħa) u fejn ma jkun hemm l-ebda alternattivi disponibbli applikati u ttestjati.

Id-derogi huma evalwati abbażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni u tal-evidenza xjentifika u teknika, b'mod speċjali jekk ikunu jeżistu prodotti aktar sikuri fis-suq.

Jista' jintalab li jsiru testijiet fuq il-prodott finali sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx hemm sustanzi perikolużi ristretti fih, sabiex il-konsumaturi jingħataw livell għoli ta' assigurazzjoni.

Fejn ikun xieraq, jiġu imposti wkoll kundizzjonijiet stretti fuq it-trattament tas-sustanzi fil-proċessi tal-manifattura taż-żebgħa u l-verniċ sabiex jiġi evitat l-esponiment tal-ħaddiema għal dawn is-sustanzi. Il-verifika tal-konformità mal-kriterji hija mfassla b'tali mod li tipprovdi livell għoli ta' assigurazzjoni għall-konsumaturi, li tirrifletti l-potenzjal prattiku għall-applikanti li jiksbu tagħrif mill-katina tal-provvista u li teskludi l-potenzjal għall-parassitiżmu min-naħa tal-applikanti.

Valutazzjoni u verifika

(a)

Rekwiżiti

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f'kull kriterju.

Meta l-applikant jintalab jagħti dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri li hemm konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu jiġu mingħand l-applikant u/jew mingħand il-fornitur/il-fornituri tiegħu u/jew il-fornitur/il-fornituri tagħhom, kif ikun xieraq.

Fil-każ ta' bidliet bħal bidliet fil-fornitur jew fit-taħlita li tifforma ż-żebgħa jew fil-każ ta' twessigħ tal-firxa tal-prodotti li jwassal għal bidla fil-mod kif iż-żebgħa u l-verniċ ikunu jikkonformaw ma' kriterju wieħed jew iktar (skont kif ikun rilevanti), id-detentur tal-liċenzja, qabel ma jagħmel kwalunkwe bidla, għandu jibgħat lill-Korp Kompetenti rilevanti t-tagħrif li juri l-konformità kontinwa tal-prodotti kif speċifikat fil-kriterji rilevanti.

Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar oħrajn, minbarra dawk indikati għal kull kriterju, jekk dawn ikunu deskritti fil-manwal tal-utenti dwar l-applikazzjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta u jekk il-korp kompetenti li jkun qed jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu bi preferenza t-testijiet li jkunu akkreditati skont l-istandard ISO 17025 u l-verifiki mwettqin minn korpi li huma akkreditati skont l-istandard EN 45011 jew standard internazzjonali ekwivalenti.

Fejn ikun xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jeħtieġu dokumentazzjoni ta' evidenza u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

(b)

Limiti tal-kejl

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, hija meħtieġa l-konformità mal-kriterji tal-Ekotikketta għas-sustanzi u t-taħlitiet miżjuda apposta, kif ukoll għall-prodotti sekondarji u għall-impuritajiet mill-materja prima, li jkunu jammontaw għal 0.010 % jew iktar skont il-piż tat-taħlita aħħarija.

(c)

Il-korp kompetenti għandu jingħata tagħrif dwar it-taħlita eżatta tal-prodott, inklużi l-funzjoni u l-forma fiżika tal-ingredjenti kollha identifikati fil-kriterji, kif ukoll kwalunkwe ingredjent funzjonali ieħor, u l-ammont tagħhom li jiddaħħal fit-taħlita. Għal kull ingredjent għandu jingħata l-isem kimiku, in-numru tal-CAS u l-klassifikazzjoni tal-CLP skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Għandhom jiġu rrappurtati l-ingredjenti kollha identifikati fil-kriterji, kif ukoll kwalunkwe ingredjent funzjonali ieħor u l-impuritajiet magħrufa li jkun hemm fil-prodott f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 0,010 %, sakemm ma tkunx meħtieġa konċentrazzjoni iktar baxxa għall-konformità mar-rekwiżit ta' deroga.

Fejn il-kriterji jirreferu għall-ingredjenti, dawn jinkludu s-sustanzi u l-preparazzjonijiet jew it-taħlitiet. It-tifsiriet tal-kliem “sustanzi” u “taħlitiet” huma mogħtija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (magħruf bħala “r-Regolament REACH”).

L-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza u/jew in-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet tal-CLP għal kull ingredjent għandhom jintbagħtu lill-korp kompetenti skont ir-Regolament REACH.

(d)

Il-limiti għandhom japplikaw għaż-żebgħa u l-verniċ fil-pakkett tagħhom għall-kriterji kollha, ħlief għall-Kriterju nru 4, msejjaħ “Il-komposti organiċi volatili u l-komposti organiċi semivolatili (il-KOV u l-KOSV)”. F'konformità mad-Direttiva 2004/42/KE, il-limiti tal-KOV għandhom x'jaqsmu mal-prodott li jkun lest għall-użu u b'hekk il-kontenut massimu tal-KOV għandu jitkejjel jew jiġi kkalkulat billi tiġi inkluża kwalunkwe żieda rrakkomandata bħas-sustanzi li jagħtu l-kulur u/jew li jrattbu ż-żebgħa. Għal dan il-kejl jew il-kalkolu, se tkun meħtieġa d-dejta li tingħata mill-fornituri tal-materja prima f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontenut tas-solidi, il-kontenut tal-KOV u d-densità tal-prodott. Dan t'hawn fuq japplika wkoll għall-kejl jew il-kalkolu tal-KOSV. Il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu li jsiru testijiet għall-KOSV sabiex jiġu vvalidati l-kalkoli.

Il-kriterju nru 1. Il-pigment l-abjad u r-reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil

1(a)   Ir-rekwiżit minimu għall-kontenut tal-pigment l-abjad

Iż-żebgħa ta' ġewwa għall-ħitan u s-soqfa li għaliha jkun qed jingħad li għandha reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil tal-klassi nru 1 jew 2, għandu jkollha kontenut ta' pigment abjad (il-pigmenti l-bojod inorganiċi li jkollhom indiċi rifrattiv ogħla minn 1,8) li jkun daqs il-valuri mogħtija fit-Tabella 1 jew inqas minnhom għal kull metru kwadru ta' saff niexef, b'opaċità ta' 98 %. Għas-sistemi li jagħtu l-lewn, dan ir-rekwiżit japplika biss għaż-żebgħa ta' bażi.

It-Tabella 1

Rabta bejn ir-reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil u l-kontenut tad-diossidu tat-titanju (TiO2) għaż-żebgħa ta' ġewwa

Reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil

Il-limitu fuq ġewwa (fi grammi għal kull metru kwadru)

Il-klassi nru 1

40

Il-klassi nru 2

36

Għaż-żebgħa l-oħra kollha, fosthom iż-żebgħa mħallta bil-ġir, iż-żebgħa tas-silikat, iż-żebgħa tal-ewwel passata, iż-żebgħa ta' kontra s-sadid u ż-żebgħa tal-faċċati, il-kontenut ta' pigment abjad (il-pigmenti l-bojod inorganiċi li jkollhom indiċi rifrattiv ogħla minn 1,8) m'għandux jaqbeż is-36 g/m2 għall-prodotti ta' ġewwa u t-38 g/m2 għall-prodotti ta' barra. Fil-każ taż-żebgħa maħsuba kemm għall-użu fuq barra u kemm għall-użu fuq ġewwa għandu japplika l-limitu l-aktar strett.

F'każ li l-prodotti msemmijin hawn fuq jaqgħu taħt l-eżenzjoni indikata fil-parti (b), il-kontenut ta' pigment abjad (il-pigmenti l-bojod inorganiċi li jkollhom indiċi rifrattiv ogħla minn 1,8) m'għandux jaqbeż il-25 g/m2 ta' saff niexef, b'opaċità ta' 98 %.

1(b)   Ir-rekwiżit minimu għar-reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil (għaż-żebgħa ta' ġewwa biss)

Iż-żebgħa kollha ta' ġewwa għall-ħitan u s-soqfa (iż-żebgħa tal-aħħar passata) għandha tiġi kklassifikata fil-klassi nru 1 jew 2 b'rabta mar-reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil skont l-istandards EN 13300 u EN ISO 11998. Dan ir-rekwiżit japplika biss għall-bażijiet għall-għoti ta' lewn ħafif (iż-żebgħa ta' bażi).

Iż-żebgħa ta' ġewwa għall-ħitan u s-soqfa li jkollha kontenut ta' pigment abjad (il-pigmenti l-bojod inorganiċi li jkollhom indiċi rifrattiv ogħla minn 1,8) ta' 25 g/m2 ta' saff niexef jew inqas, b'opaċità ta' 98 % hija eżentata minn dan ir-rekwiżit.

Iż-żebgħa li tkun ingħatat l-ekotikketta u tkun taqa' fil-klassi nru 1 u 2 tar-reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil biss jista' jkollha mmarkat fuq it-tikketta jew fi kwalunkwe dokument ieħor tal-kummerċjalizzazzjoni li hija reżistenti għall-għorik waqt il-ħasil.

Valutazzjoni u verifika: għandhom jiġu ssodisfati kemm ir-rekwiżiti mogħtija fil-punt 1(a) u kemm dawk mogħtija fil-punt 1(b). L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi li l-kontenut tal-pigmenti l-bojod huwa konformi ma' dan il-kriterju.

L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test skont l-istandard EN 13300 magħmul bil-metodu tal-istandard EN ISO 11198 (Test għat-tnaddif u għar-reżistenza għall-għorik). Għaż-żebgħa għas-soqfa u ż-żebgħa għall-ħitan ta' ġewwa, it-tikketta għall-pakkett, inkluż it-test li jakkumpanjaha, għandha tingħata bħala provi ta' dak li jkun qed jingħad b'rabta mar-reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil.

Il-kriterju Nru 2. Il-pigment tad-diossidu tat-titanju

Jekk il-prodott ikun fih aktar minn 3,0 % w/w ta' diossidu tat-titanju, l-emissjonijiet u r-rimi tal-iskart mill-produzzjoni ta' kwalunkwe pigment tad-diossidu tat-titanju li jkun intuża m'għandhomx jaqbżu l-livelli li ġejjin (2):

Għall-proċess tas-sulfat:

SOx ikkalkulat bħala SO2: 7,0 kilogrammi għal kull tunnellata ta' pigment tat-TiO2;

L-iskart tas-sulfat: 500 kilogramma għal kull tunnellata ta' pigment tat-TiO2;

Għall-proċess tal-klorur:

jekk jintuża r-rutil naturali: 103 kilogrammi ta' skart tal-klorur għal kull tunnellata ta' pigment tat-TiO2;

jekk jintuża r-rutil sintetiku: 179 kilogramma ta' skart tal-klorur għal kull tunnellata ta' pigment tat-TiO2;

jekk jintużaw il-fdalijiet tal-metall mhux maħdum: 329 kilogramma ta' skart tal-klorur għal kull tunnellata ta' pigment tat-TiO2.

Jekk jintuża aktar minn tip ta' metall mhux maħdum wieħed, il-valuri għandhom japplikaw b'mod proporzjonat mal-kwantità tat-tipi individwali ta' metalli mhux maħdumin użati.

Nota:

L-emissjonijiet ta' SOx japplikaw biss għall-proċess tas-sulfat.

Għad-definizzjoni tal-iskart għandu jintuża l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), magħrufa bħala d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart. Jekk il-produttur tat-TiO2 jkun jista' jissodisfa l-Artikolu 5 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (li jittratta l-produzzjoni tal-prodotti sekondarji) għall-iskart solidu tiegħu, l-iskart għandu jiġi eżentat.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jibgħat dokumentazzjoni ta' evidenza li turi l-konformità tal-produttur tad-diossidu tat-titanju li jkun qed jimmanifattura l-materja prima għall-prodott taż-żebgħa, jew fil-forma ta' dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu jew fil-forma ta' dikjarazzjoni appoġġata mid-dejta li turi li jkunu tħarsu l-livelli rispettivi tal-emissjonijiet mill-proċessi u tar-rimi tal-iskart.

Il-kriterju Nru 3. L-effiċjenza fl-użu

Sabiex tintwera l-effiċjenza fl-użu taż-żebgħa u l-verniċ, għandhom isiru t-testijiet li ġejjin skont it-tip ta' żebgħa u/jew verniċ, kif indikat fit-Tabella 2:

It-Tabella 2

Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għat-tipi ta' żebgħa u verniċ differenti

Kriterji

Żebgħa u verniċ (u s-sottokategoriji tagħhom, identifikati skont id-Direttiva 2004/42/KE)

Żebgħa ta' ġewwa

(a, b)

Żebgħa ta' barra

(c)

Żebgħa għat-tirqim u l-kisi

(d)

Kisi dekorattiv magħqud ta' barra u ta' ġewwa

(l)

Verniċ u likwidi li jlewnu l-injam

(e, f)

Żebgħa ta' rendiment li jkun fiha pakkett wieħed u ż-żebgħa għall-kisi tal-art

(i)

Żebgħa tal-ewwel passata

(g)

Żebgħa ta' taħt u żebgħa tal-ewwel passata

(h)

3(a)

Rata ta' tixrid (għaż-żebgħa l-bajda u għaż-żebgħa ta' kulur ċar biss, inkluża ż-żebgħa ta' bażi l-bajda li tintuża fis-sistemi li jagħtu l-lewn) — l-istandard ISO 6504/1

8 m2/L

4 m2/L (għaż-żebgħa elastomerika)

6 m2/L (għaż-żebgħa tal-bini)

6 m2/L għall-prodotti ta' barra

8 m2/L għall-prodotti ta' ġewwa

1 m2/L

6 m2/L għall-prodotti ta' barra

8 m2/L għall-prodotti ta' ġewwa

6 m2/L (mingħajr opaċità)

8 m2/L (bl-opaċità)

6 m2/L (mingħajr opaċità)

8 m2/L (bl-opaċità)

3(b)

Reżistenza għall-ilma — l-istandard ISO 2812-3

Reżistenti għall-ilma

Reżistenti għall-ilma

3(c)

Adeżjoni — l-istandard EN 24624

 

Marka ta' 2

1.5 MPa (għaż-żebgħa tal-bini)

1.5 MPa (għaż-żebgħa tal-bini)

3(d)

Il-brix – l-istandard EN ISO 7784-2

70 mg ta' telf tal-piż

3(e)

L-effetti tat-temp — l-istandard EN 11507 jew EN 927-6

1000 siegħa

1000 siegħa (fuq barra)

1000 siegħa (fuq barra)

1000 siegħa (fuq barra)

1000 siegħa (fuq barra)

3(f)

Permeabbiltà tal-fwar tal-ilma (4) – l-istandard EN ISO 7783

Klassi nru II jew aħjar

Klassi nru II jew aħjar (għaż-żebgħa ta' barra)

3(g)

Permeabbiltà tal-ilma f'forma likwida (4)

Fejn isiru l-pretensjonijiet, il-klassi nru III

Klassi nru II jew aħjar (għaż-żebgħa ta' barra)

– l-istandard EN 1062-3

Għall-prodotti l-oħra kollha, il-klassi nru II jew aħjar

3(h)

Reżistenza fungali (4)– l-istandard EN 15457

Klassi nru 1 jew inqas (għaż-żebgħa tal-bini jew tal-injam)

Klassi nru 0 (għall-prodotti għall-injam għal fuq barra)

Klassi nru 1 jew inqas (għaż-żebgħa ta' barra)

3(h)

Reżistenza għall-alka l-istandard EN 15458 (4)

Klassi nru 1 jew inqas (għaż-żebgħa tal-bini jew tal-injam)

Klassi nru 0 (għall-prodotti għall-injam għal fuq barra)

Klassi nru 1 jew inqas (għaż-żebgħa ta' barra)

3(i)

L-għeluq tat-tixqiq (4) – l-istandard bEN 1062-7

A1 (għaż-żebgħa elastomerika biss)

3(j)

Reżistenza għall-alkali l-istandard ISO 2812-4

Iż-żebgħa tal-bini

Iż-żebgħa ta' barra għall-bini

Iż-żebgħa ta' barra għall-bini

3(k)

Reżistenza għall-korrużjoni (4)

Iż-żebgħa ta' kontra s-sadid

Iż-żebgħa ta' kontra s-sadid

Iż-żebgħa ta' kontra s-sadid

Iż-żebgħa ta' kontra s-sadid

Iż-żebgħa ta' kontra s-sadid

l-istandards EN ISO 12944-2 u 12944-6 u l-istandards ISO 9227, ISO 4628-2 u 4628-3

 

It-tligħ ta' bżieżaq fiż-żebgħa: ≥ daqs 3/densità 3

It-trobbija tas-sadid: ≥ Ri2

It-tligħ ta' bżieżaq fiż-żebgħa: ≥ daqs 3/densità 3

It-trobbija tas-sadid: ≥ Ri2

 

 

It-tligħ ta' bżieżaq fiż-żebgħa: ≥ daqs 3/densità 3

It-trobbija tas-sadid: ≥ Ri2

It-tligħ ta' bżieżaq fiż-żebgħa: ≥ daqs 3/densità 3

It-trobbija tas-sadid: ≥ Ri2

It-tligħ ta' bżieżaq fiż-żebgħa: ≥ daqs 3/densità 3

It-trobbija tas-sadid: ≥ Ri2

3(a)   Rata ta' tixrid

Ir-rekwiżit tar-rata ta' tixrid għandu japplika biss għaż-żebgħa l-bajda u għaż-żebgħa ta' kulur ċar. Għaż-żebgħa li tkun disponibbli f'aktar kuluri, ir-rata ta' tixrid għandha tapplika għal dik li jkollha l-iktar kulur ċar.

Iż-żebgħa l-bajda u ż-żebgħa ta' kulur ċar (inkluż iż-żebgħa tal-aħħar passata u ż-żebgħa intermedjarja) għandu jkollhom rata ta' tixrid (f'qawwa opaċizzanti ta' 98 %) ta' mill-inqas 8 m2 għal kull litru tal-prodott fil-każ taż-żebgħa ta' ġewwa u ta' 6 m2 fil-każ taż-żebgħa ta' barra. Il-prodotti kkummerċjalizzati kemm għall-użu fuq barra u kemm għall-użu fuq ġewwa — għandu jkollhom rata ta' tixrid (f'qawwa opaċizzanti ta' 98 %) ta' mill-inqas 8 m2 għal kull litru.

Għas-sistemi li jagħtu l-lewn, dan il-kriterju japplika biss għall-bażi l-bajda (il-bażi li jkun fiha l-akbar ammont ta' TiO2). F'każijiet fejn il-bażi l-bajda ma tkunx tista' tilħaq dan ir-rekwiżit, il-kriterju se jkun intlaħaq wara li jingħata lewn ħafif lill-bażi l-bajda sabiex jiġi prodott il-kulur standard RAL 9010.

Għaż-żebgħa li tkun parti minn sistema li tagħti l-lewn, l-applikant għandu javża lill-utent aħħari fuq il-pakkett tal-prodott u fuq il-POS dwar liema kulur jew liema żebgħa tal-ewwel passata/żebgħa ta' taħt (jekk possibbli li tkun ingħatat l-Ekotikketta Komunitarja) għandha tintuża bħala l-kisi tal-bażi qabel ma jiġi applikat il-kulur iktar skur.

Iż-żebgħa trasparenti u semitrasparenti tal-ewwel passata u ta' taħt għandu jkollha rata ta' tixrid ta' mill-inqas 6 m2 u dik li jkollha l-opaċità għandu jkollha rata ta' mill-inqas 8 m2. Iż-żebgħa opaka tal-ewwel passata li jkollha karatteristiċi speċifiċi sabiex tibblokka/tissiġilla u tippenetra/tgħaqqad u ż-żebgħa tal-ewwel passata li jkollha karatteristiċi speċjali ta' adeżjoni għandu jkollha rata ta' tixrid ta' mill-inqas 6 m2 għal kull litru tal-prodott.

Il-kisi dekorattiv magħqud (żebgħa li hi ddiżinjata speċjalment sabiex toħloq effett dekorattiv tridimensjonali u li għalhekk hija kkaratterizzata minn kisja magħquda ħafna), b'mod alternattiv, għandu jkollu rata ta' tixrid ta' 1 m2 għal kull kilogramm tal-prodott.

Iż-żebgħa elastomerika opaka għandu jkollha rata ta' tixrid ta' mill-inqas 4 m2 għal kull litru tal-prodott.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-verniċ, għal-lażuri (il-likwidi li jlewnu l-injam), għaż-żebgħa trasparenti ta' adeżjoni tal-ewwel passata jew għal kwalunkwe kisi trasparenti ieħor.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodu tal-istandard ISO 6504/1 (Iż-żebgħa u l-verniċ — id-determinazzjoni tal-qawwa opaċizzanti — Il-Parti nru 1: il-metodu Kubelka-Munk għaż-żebgħa l-bajda u ż-żebgħa ta' kulur ċar) jew 6504/3 (Il-Parti nru 3: id-determinazzjoni tal-proporzjon tal-kuntrast (l-opaċità) għaż-żebgħa ta' kulur ċar f'rata fissa ta' tixrid), jew bil-metodu NF T 30 073 għaż-żebgħa ddiżinjata speċjalment sabiex toħloq effett dekorattiv tridimensjonali u kkaratterizzata minn kisja magħquda ħafna. Għall-bażijiet użati fil-manifattura ta' prodotti li jkunu ngħataw lewn ħafif li ma jkunux evalwati skont ir-rekwiżiti msemmijin hawn fuq, l-applikant għandu juri evidenza dwar kif l-utent aħħari se jkun avżat biex juża żebgħa tal-ewwel passata u/jew żebgħa ta' taħt griża (jew ta' kulur ieħor rilevanti) qabel ma juża l-prodott.

3(b)   Reżistenza għall-ilma

Il-verniċ u l-kisi u ż-żebgħa tal-art kollha għandu jkollhom reżistenza għall-ilma, kif stabbilit bl-istandard ISO 2812-3, hekk li wara li jkunu esposti għalih għal 24 siegħa u jkollhom 16-il siegħa biex jinxfu, ma jkollhom l-ebda tibdil fil-lostru jew fil-kulur.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodu tal-istandard ISO 2812-3.

3(c)   Adeżjoni

F'każ fejn is-saħħa tal-koeżjoni tal-wiċċ li jrid jinżebagħ tkun inqas mis-saħħa ta' adeżjoni taż-żebgħa, iż-żebgħa tal-ewwel passata tal-bini għall-użu fuq barra, miżjuda bil-pigment, għandha tgħaddi mit-test tal-qligħ (“pull-off”) tal-istandard EN 24624 (ISO 4624), mill-bqija l-adeżjoni taż-żebgħa trid tkun ogħla mill-valur ta' 1,5 MPa li fih prodott ikun għadda mit-test.

Il-kisi tal-art, iż-żebgħa tal-art, iż-żebgħa ta' taħt tal-art, iż-żebgħa tal-ewwel passata tal-bini għall-użu fuq ġewwa u ż-żebgħa ta' taħt tal-metall u tal-injam għandhom iġibu marka ta' 2 jew inqas fit-test tal-istandard EN 2409 għall-adeżjoni.

Iż-żebgħa trasparenti tal-ewwel passata mhix inkluża f'dan ir-rekwiżit.

L-applikant għandu jevalwa ż-żebgħa tal-ewwel passata u/jew iż-żebgħa tal-aħħar passata waħedhom jew it-tnejn li huma f'daqqa. Meta ż-żebgħa tal-aħħar passata tkun qed tiġi ttestjata waħedha, dan se jitqies bħala l-agħar każ possibbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-adeżjoni.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodu tal-istandard EN ISO 2409 jew EN 24624 (ISO 4624), kif applikabbli.

3(d)   Il-brix

Il-kisi u ż-żebgħa tal-art għandu jkollhom reżistenza għall-brix li ma taqbiżx is-70 mg ta' telf tal-piż wara 1000 ċiklu ta' ttestjar b'piż ta' 1000 gm u rota tas-CS10 skont l-istandard EN ISO 7784-2.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodu tal-istandard EN ISO 7784-2 li juri l-konformità ma' dan il-kriterju.

3(e)   Effetti tat-temp (għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra)

Iż-żebgħa tal-aħħar passata għall-bini u ż-żebgħa tal-aħħar passata għall-injam u għall-metall, inkluż il-verniċ, għandhom ikunu esposti għall-effetti artifiċjali tat-temp f'apparat li jinkludi lampi fluworexxenti tal-UV u l-kondensazzjoni jew raxx tal-ilma skont l-istandard ISO 11507. Dawn għandhom ikunu esposti għall-kundizzjonijiet ta' ttestjar għal 1000 siegħa. Il-kundizzjonijiet ta' ttestjar huma: UVA 4 sigħat/60 °C + umdità 4 sigħat/50 oC.

B'mod alternattiv, iż-żebgħa tal-aħħar passata u l-verniċ għall-injam li jkunu għall-użu fuq barra għandhom ikunu esposti għall-effetti tat-temp għal 1000 siegħa fl-apparat tal-effetti aċċellerati tat-temp QUV b'esponiment ċikliku bir-radjazzjoni tal-UV(A) u bit-tifrix tal-isprej skont l-istandard EN 927-6.

Skont l-istandard ISO 7724 3, it-tibdil fil-kulur tal-kampjuni li jkunu esposti għall-effetti tat-temp ma għandux ikun ta' iktar minn ΔΕ * = 4. Dan ma japplikax għall-bażijiet u l-verniċ.

It-tnaqqis fil-lostru tal-verniċ u ż-żebgħa li jleqqu li jkunu esposti għall-effetti tat-temp ma għandux ikun ta' iktar minn 30 % tal-valur inizjali tiegħu u għandu jitkejjel billi jintuża l-istandard ISO 2813. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għaż-żebgħa matta u nofsha tleqq tal-aħħar passata (5) li jkollha valur inizjali tal-lostru ta' inqas minn 60 % f'angolu tal-inċidenza ta' 60 grad.

Għall-kisi tal-aħħar passata tal-bini u għaż-żebgħa tal-aħħar passata għall-injam u għall-metall (fejn ikun applikabbli), it-tfarfir tal-kulur għandu jkun ittestjat bil-metodu tal-istandard EN ISO 4628-6 wara li l-kampjuni jkunu ġew esposti għall-effetti tat-temp. Il-kisi għandu jġib marka ta' 1.5 jew marka aħjar (0.5 jew 1.0) f'dan it-test. Fl-istandard hemm referenzi illustrati.

Il-parametri li ġejjin ukoll għandhom ikunu evalwati għall-kisi tal-aħħar passata tal-bini u għaż-żebgħa tal-aħħar passata għall-injam u għall-metall wara li l-kampjuni jkunu ġew esposti għall-effetti tat-temp:

 

it-twaqqigħ ta' frak taż-żebgħa skont l-istandard ISO 4628-5; densità tal-farka ta' 2 jew inqas, daqs tal-farka ta' 2 jew inqas;

 

it-tixqiq taż-żebgħa skont l-istandard ISO 4628-4; ammont tat-tixqiq ta' 2 jew inqas, daqs tat-tixqiqa ta' 3 jew inqas;

 

it-tligħ ta' bżieżaq fiż-żebgħa skont l-istandard ISO 4628-2; densità tat-tligħ ta' 3 jew inqas, daqs tal-biċċa l-imtella' ta' 3 jew inqas.

It-testijiet għandhom isiru fuq il-bażi għall-għoti ta' lewn ħafif.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-test magħmul jew bl-użu tal-istandard ISO 11507 skont il-parametri speċifikati, jew bl-użu tal-istandard EN 927-6, jew tat-tnejn li huma. L-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-testijiet magħmulin bl-użu tal-istandard EN ISO 4628-2, 4, 5 u 6 u rapport tat-test skont l-istandard ISO 7724-3 fejn ikun applikabbli.

3(f)   Permeabbiltà tal-fwar tal-ilma

Fejn ikun qed jingħad li ż-żebgħa ta' barra għall-bini u għal fuq il-konkos tħalli l-arja tgħaddi minnha, iż-żebgħa għandha tiġi kklassifikata skont l-istandard EN 1062-1 fil-klassi nru II (permeabbiltà medja tal-fwar) jew fi klassi aħjar skont il-metodu ta' ttestjar tal-istandard EN ISO 7783.

Minħabba l-għadd kbir ta' kuluri potenzjali għall-ilwien ħfief, dan il-kriterju se jkun illimitat għall-ittestjar taż-żebgħa ta' bażi użata.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodoloġija tal-istandard EN ISO 7783 u klassifikazzjoni skont l-istandard EN 1062-1.

3(g)   Permeabbiltà tal-ilma f'forma likwida

Fejn ikun qed jingħad li ż-żebgħa ta' barra għall-bini u għal fuq il-konkos ma tħallix l-ilma jidħol jew li hi elastomerika, il-kisi għandu jiġi kklassifikat skont l-istandard EN 1062-1 fil-klassi nru III (permeabbiltà baxxa tal-likwidu) skont il-metodu tal-istandard EN 1062-3.

Minħabba l-għadd kbir ta' kuluri potenzjali għall-ilwien ħfief, dan il-kriterju se jkun illimitat għall-ittestjar taż-żebgħa ta' bażi użata.

Iż-żebgħa tal-bini l-oħra kollha għandha tiġi kklassifikata skont l-istandard EN 1062-1 fil-klassi nru II (permeabbiltà medja tal-likwidu) jew fi klassi aħjar skont il-metodu ta' ttestjar tal-istandard EN 1062-3.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodoloġija tal-istandard EN 1062-3 u klassifikazzjoni skont l-istandard EN 1062-1.

3(h)   Ir-reżistenza fungali u għall-alka

Fejn ikun qed jingħad li ż-żebgħa tal-aħħar passata għall-bini u ż-żebgħa tal-injam li jkunu għall-użu fuq barra għandhom karatteristiċi ta' kontra l-fungi u l-alka, u skont il-PT7 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) dwar il-prodotti bijoċidali, għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti li ġejjin bl-użu tal-istandards EN 15457 u EN 15458.

Iż-żebgħa tal-bini għandu jkollha marka tal-klassi nru 1 jew inqas (1 jew 0) għar-reżistenza fungali (jiġifieri jkollha kopertura fungali ta' inqas minn 10 %) u marka tal-klassi nru 1 jew inqas għar-reżistenza għall-alka.

Iż-żebgħa tal-injam għandu jkollha marka ta' 0 għar-reżistenza fungali u 0 għar-reżistenza għall-alka.

Minħabba l-għadd kbir ta' kuluri possibbli għall-ilwien ħfief, dan il-kriterju se jkun illimitat għall-ittestjar taż-żebgħa ta' bażi użata.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodoloġija tal-istandards EN 15457 u EN 15458.

3(i)   Għeluq tat-tixqiq

Fejn ikun qed jingħad li ż-żebgħa tal-bini (jew għal fuq il-konkos) għandha karatteristiċi elastomeriċi, din iż-żebgħa għandha tkun ikklassifikata tal-inqas bħala A1 fi 23 °C skont l-istandard EN 1062.

Minħabba l-għadd kbir ta' kuluri potenzjali għall-ilwien ħfief, dan il-kriterju se jkun illimitat għall-ittestjar taż-żebgħa ta' bażi użata.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodoloġija tal-istandard DIN EN 1062-7.

3(j)   Reżistenza għall-alkali

Iż-żebgħa tal-bini u ż-żebgħa tal-ewwel passata m'għandhom juru l-ebda ħsara li tidher meta l-kisi jkun immarkat għal 24 siegħa b'soluzzjoni ta' 10 % tan-NaOH skont il-metodu tal-istandard ISO 2812-4. L-evalwazzjoni ssir wara perjodu ta' rkupru ta' 24 siegħa biex jinxfu.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodoloġija tal-istandard ISO 2812-4.

3(k)   Reżistenza għall-korrużjoni

Għandhom jiġu applikati tensjonijiet simulati tal-korrużjoni fuq wiċċ li jrid jinżebagħ sabiex issir klassifikazzjoni skont il-kategorija jew il-kategoriji adattati tal-korrużjoni atmosferika mogħtija fl-istandard EN ISO 12944-2 u l-proċeduri tat-testijiet relatati magħhom speċifikati fl-istandard EN ISO 12944-6. Iż-żebgħa ta' kontra s-sadid għall-uċuħ tal-azzar li jridu jinżebgħu għandha tiġi ttestjata wara 240 siegħa ta' sprej tal-melħ skont l-istandard ISO 9227. Ir-riżultati għandhom jiġu kklassifikati bl-użu tal-istandard ISO 4628-2 għat-tligħ ta' bżieżaq fiż-żebgħa u tal-istandard ISO 4628-3 għat-trobbija tas-sadid. Iż-żebgħa għandha ġġib riżultat li ma jkunx agħar minn 3 għad-daqs u għad-densità fil-każ tat-tligħ ta' bżieżaq fiż-żebgħa u li ma jkunx agħar minn Ri2 fit-test għat-trobbija tas-sadid.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi r-rapporti tat-testijiet u tal-klassifikazzjoni sabiex jikkonferma l-konformità ma' dan il-kriterju.

Il-kriterju nru 4. Kontenut tal-komposti organiċi volatili u tal-komposti organiċi semivolatili (il-KOV u l-KOSV)

Il-kontenut massimu tal-komposti organiċi volatili (il-KOV) u tal-komposti organiċi semivolatili (il-KOSV) m'għandux jaqbeż il-limiti mogħtija fit-Tabella 3.

Il-kontenut tal-KOV u tal-KOSV għandu jiġi stabbilit għall-prodott li jkun lest għall-użu u għandu jinkludi kwalunkwe żieda rrakkomandata għal qabel l-użu bħas-sustanzi li jagħtu l-kulur u/jew li jrattbu ż-żebgħa.

Il-prodotti li jkollhom kontenut tal-KOV li jkun skont il-limiti mogħtija fit-Tabella 3 jista' jkollhom fuqhom il-kliem “kontenut imnaqqas ta' KOV” u l-kontenut tal-KOV mogħti fi grammi għal kull litru ħdejn l-Ekotikketta.

It-Tabella 3

Limiti tal-kontenut tal-KOV u tal-kontenut tal-KOSV

Deskrizzjoni tal-prodott (u indikazzjoni tas-sottokategorija tiegħu skont id-Direttiva 2004/42/KE)

Limiti tal-KOV

(fi grammi għal kull litru, inkluż l-ilma)

Limiti tal-KOSV

(fi grammi għal kull litru, inkluż l-ilma)

a.

Iż-żebgħa matta ta' ġewwa għall-ħitan u s-soqfa (Lostru < 25 f'60°)

10

30 (7)/40 (8)

b.

Iż-żebgħa li tleqq ta' ġewwa għall-ħitan u s-soqfa (Lostru > 25 f'60°)

40

30 (7)/40 (8)

c.

Iż-żebgħa għall-ħitan ta' barra ta' wiċċ li jrid jinżebagħ li jkun minerali

25

40

d.

Iż-żebgħa għat-tirqim u l-kisi, minn barra u minn ġewwa, għall-injam u l-metall

80

50 (7)/60 (8)

e.

Il-verniċ u l-likwidi li jlewnu l-injam għat-tirqim ta' ġewwa, inklużi l-likwidi li jlewnu l-injam opaki

65

30

e.

Il-verniċ u l-likwidi li jlewnu l-injam għat-tirqim ta' barra, inklużi l-likwidi li jlewnu l-injam opaki

75

60

f.

Il-likwidi li jlewnu l-injam ta' barra u ta' ġewwa b'binja minima

50

30 (7)/40 (8)

g.

Iż-żebgħa tal-ewwel passata

15

30 (7)/40 (8)

h.

Iż-żebgħa tal-ewwel passata li tgħaqqad

15

30 (7)/40 (8)

i.

Il-kisi ta' rendiment li jkun fih pakkett wieħed

80

50 (7)/60 (8)

j.

Il-kisi ta' rendiment reattiv li jkun fih żewġ pakketti u jkun għal użu aħħari speċifiku eżempju għall-art

80

50 (7)/60 (8)

l.

Il-kisi b'effett dekorattiv

80

50 (7)/60 (8)

Iż-żebgħa ta' kontra s-sadid

80

60

Il-kontenut tal-KOV għandu jiġi stabbilit jew permezz ta' kalkolu bbażat fuq l-ingredjenti u l-materja prima jew billi jintużaw il-metodi mogħtija fl-istandard ISO 11890-2 jew, b'mod alternattiv, billi jintużaw il-metodi mogħtija fl-istandard ISO 17895 għall-prodotti li jkollhom kontenut tal-KOV ta' inqas minn 1,0 grammi għal kull litru. Il-kontenut tal-KOSV għandu jiġi stabbilit billi jintuża l-metodu mogħti fl-istandard ISO 11890-2. L-indikaturi mogħtija fit-Tabella 4 għandhom jintużaw bħala l-bażi għad-delimitazzjoni tar-riżultati tal-kromatografija b'fażi gassuża għall-KOSV. Fil-każ ta' prodotti użati kemm fuq barra u kemm fuq ġewwa, għandhom jipprevalu l-valuri ta' limitu l-iktar stretti għall-KOSV għaż-żebgħa ta' ġewwa.

It-Tabella 4

Il-komposti tal-indikaturi li għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit il-kontenut tal-KOSV

 

Sistemi b'polarità

(prodotti tal-kisi li jinġarru mill-ilma)

Sistemi mingħajr polarità

(prodotti tal-kisi li jinġarru mis-solventi)

KOSV

L-adipat tad-dietil (C10H18O4) sal-palmitat tal-metil (C17H34O2)

In-n-tetradekan (C14H30) san-n-Dokosan (C22H46)

Valutazzjoni u verifika: Għall-kontenut tal-KOV tal-prodott li jkun lest għall-użu, l-applikant għandu jipprovdi jew rapport tat-test magħmul bil-metodi mogħtija fl-istandard ISO 11890-2 jew fl-istandard ISO 17895 li juri l-konformità jew dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata minn kalkoli bbażati fuq l-ingredjenti u l-materja prima taż-żebgħa.

Għall-kontenut tal-KOSV tal-prodott li jkun lest għall-użu, l-applikant għandu jipprovdi jew rapport tat-test magħmul bil-metodu mogħti fl-istandard ISO 11890-2 jew dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata minn kalkoli bbażati fuq l-ingredjenti u l-materja prima taż-żebgħa. It-test għandu jitwettaq b'referenza għall-indikaturi speċifikati fit-Tabella 4 u fil-Manwal tal-utenti dwar il-kriterji. Fuq talba ta' Korp Kompetenti, l-applikanti jistgħu jintalbu jivvalidaw il-kalkoli billi jużaw il-metodu tat-test speċifikat.

Il-kriterju nru 5. Restrizzjoni tas-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi

Il-prodott aħħari m'għandux ikun fih sustanzi u taħlitiet perikolużi skont ir-regoli stabbiliti fis-sottokriterji li ġejjin li japplikaw:

għall-klassifikazzjonijiet ta' periklu u l-frażijiet ta' riskju;

għas-sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna;

għal sustanzi elenkati speċifiċi oħrajn.

Jeħtieġ li l-applikanti jagħtu provi li t-taħlita aħħarija tal-prodott hija konformi mar-rekwiżiti ġenerali tal-valutazzjoni u l-verifika u ma' kwalunkwe rekwiżit ieħor mogħti fl-Appendiċi.

5(a)   Restrizzjonijiet ġenerali għall-klassifikazzjonijiet ta' periklu u l-frażijiet ta' riskju

It-taħlita aħħarija tal-prodott, inklużi l-ingredjenti kollha miżjudin apposta li jkun hemm fiha f'konċentrazzjoni ta' iktar minn 0,010 %, m'għandhiex tinkludi, sakemm ma jkunx hemm deroga apposta għal hekk fl-Appendiċi 1, sustanzi jew taħlitiet li huma kklassifikati bħala tossiċi, perikolużi għall-ambjent, sensitizzaturi respiratorji jew tal-ġilda, jew karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (9) u kif interpretat skont id-dikjarazzjonijiet ta' periklu u l-frażijiet ta' riskju elenkati fit-Tabella 5 ta' dan il-kriterju.

It-Tabella 5

Klassifikazzjonijiet ta' periklu ristretti u t-tqassim tagħhom f'kategoriji

Tossiċità akuta

Kategoriji 1 u 2

Kategorija 3

H300 Fatali jekk jinbela' (R28)

H301 Tossiku jekk jinbela' (R25)

H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda (R27)

H311 Tossiku jekk imiss mal-ġilda (R24)

H330 Fatali jekk jinxtamm (R23/26)

H331 Tossiku jekk jinxtamm (R23)

H304 Jista' jkun fatali jekk jinbela' u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs (R65)

EUH070 Tossiku jekk imiss mal-għajnejn (R39/41)

 

Tossiċità speċifika għal organi ta' mira

Kategorija 1

Kategorija 2

H370 Jagħmel ħsara lill-organi (R39/23, R39/24, R39/25, R39/26, R39/27, R39/28)

H371 Jista' jikkawża ħsara lill-organi (R68/20, R68/21, R68/22)

H372 Jagħmel ħsara lill-organi (R48/25, R48/24, R48/23)

H373 Jista' jikkawża ħsara lill-organi (R48/20, R48/21, R48/22)

 

Sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda

Kategorija 1 A

Kategorija 1B

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda (R43)

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda (R43)

H334: Jista' jikkawża sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm (R42)

H334: Jista' jikkawża sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm (R42)

 

Karċinoġenu, mutaġenu jew tossiku għar-riproduzzjoni

Kategoriji 1 A u 1B

Kategorija 2

H340 Jista' jikkawża difetti ġenetiċi (R46)

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi (R68)

H350 Jista' jikkawża l-kanċer (R45)

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer (R40)

H350i Jista' jikkawża l-kanċer jekk jittieħed bin-nifs (R49)

 

H360F Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità (R60)

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità (R62)

H360D Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf (R61)

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf (R63)

H360FD Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf (R60, R60/61)

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf (R62/63)

H360Fd Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf (R60/63)

H362 Jista' jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa (R64)

H360Df Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità (R61/62)

 

 

Perikoluż għall-ambjent akkwatiku

Kategoriji 1 u 2

Kategoriji 3 u 4

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi (R50)

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħalli effetti dejjiema (R52/53)

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħalli effetti dejjiema (R50/53)

H413 Jista' jikkawża effetti ta' ħsara dejjiema lill-organiżmi akkwatiċi (R53)

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħalli effetti dejjiema (R51/53)

 

 

Perikoluż għas-saff tal-ożonu

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu (R59)

 

Ir-regoli tal-klassifikazzjoni l-aktar riċenti adottati mill-Unjoni għandhom jieħdu preċedenza fuq il-klassifikazzjonijiet ta' periklu u l-frażijiet ta' riskju elenkati. Għalhekk, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-applikanti għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet ikunu bbażati fuq ir-regoli l-aktar riċenti dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet.

Jeħtieġ li l-applikanti jikkalkulaw il-klassifikazzjoni ta' periklu tal-prodott aħħari taż-żebgħa sabiex juru l-konformità tal-prodott. Dan għandu jkun skont il-metodoloġiji għall-klassifikazzjoni tat-taħlitiet mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u fil-leġiżlazzjoni kollha li temendah. It-Tabella 6 tagħti l-ekwivalenza bejn il-klassifikazzjonijiet tat-taħlitiet skont id-Direttiva 67/548/KEE dwar is-sustanzi perikolużi (imsejħa d-DSD) u dawk magħmula skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (imsejjaħ ir-Regolament CLP).

Il-prodott aħħari m'għandux ikun ikklassifikat u ttikkettat bħala tossiku ħafna, bħala sustanza tossika speċifika għal organi ta' mira, bħala sensitizzatur respiratorju jew tal-ġilda jew bħala prodott karċinoġenu, mutaġenu jew tossiku għar-riproduzzjoni jew bħala prodott perikoluż għall-ambjent skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva 67/548/KEE.

It-Tabella 6

Klassifikazzjoni tal-prodott aħħari: Ekwivalenza tal-klassifikazzjoni skont ir-Regolament CLP u skont id-DSD

Klassifikazzjoni tat-taħlitiet skont ir-Regolament CLP

Klassifikazzjoni ekwivalenti skont id-DSD

Tossiku ħafna

T jew T+

Sustanza tossika speċifika għal organi ta' mira

T, T+ jew Xn

Sensitizzatur respiratorju jew tal-ġilda

Sustanza tossika karċinoġena jew mutaġena jew tossika għar-riproduzzjoni

Il-kategoriji 1 sa 3 tas-sustanzi tossiċi karċinoġeni jew mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni

Perikoluż għall-ambjent

N (minbarra R53 u R52/53)

5(a)(i)   Derogi li japplikaw għall-gruppi ta' sustanzi

Għall-użu ta' dan il-grupp ta' prodotti, ingħataw derogi għal gruppi definiti ta' sustanzi li jistgħu jinsabu fil-prodott finali. Dawn id-derogi jistipulaw il-klassifikazzjonijiet ta' periklu li ngħataw deroga għal kull grupp ta' sustanzi speċifiku u l-kundizzjonijiet tad-deroga assoċjati u l-limiti tal-konċentrazzjoni li japplikaw. Id-derogi huma stipulati fl-Appendiċi u japplikaw għall-gruppi ta' sustanzi li ġejjin:

1.

Preżervattivi miżjudin mas-sustanzi li jagħtu l-kulur, mal-aġenti li jgħaqqdu u mal-prodott finali

(a)

Preżervattivi ta' ġol-bottijiet

(b)

Preżervattivi użati fil-magni tal-lewn

(c)

Preżervattivi b'saff niexef

(d)

Stabbilizzaturi tal-preżervattivi

2.

Aġenti li jnixxfu u għal kontra t-tqaxxir

(a)

Aġenti li jnixxfu

(b)

Aġenti għal kontra t-tqaxxir

3.

Inibituri tal-korrużjoni

(a)

Inibituri tal-korrużjoni

(b)

Prevenzjoni tal-firdirram

4.

Tensjoattivi

(a)

Tensjoattivi ta' użu ġenerali

(b)

Alkilfenoletoksilati (APEOs)

(c)

Tensjoattivi perfluworinati

5.

Sustanzi funzjonali mixxellanji b'applikazzjoni ġenerali

(a)

Emulsjoni tar-raża tas-siliċju fiż-żebgħa l-bajda, s-sustanzi li jagħtu l-kulur u l-bażijiet għall-għoti ta' lewn ħafif

(b)

Metalli u l-komposti tagħhom

(c)

Materja prima minerali, inkluż materjal għall-mili

(d)

Aġenti li jinnewtralizzaw

(e)

Luminanti ottiċi

(f)

Pigmenti

6.

Sustanzi funzjonali mixxellanji b'applikazzjonijiet speċjalizzati

(a)

Protetturi UV u stabbilizzaturi

(b)

Plastifikanti

7.

Fdalijiet li jista' jkun hemm fil-prodott finali

(a)

Formaldeid

(b)

Solventi

(c)

Monomeri li ma jirreaġixxux

(d)

Komposti Aromatiċi Volatili u komposti aloġenati

5(a)(ii)   Kundizzjonijiet ta' deroga li japplikaw għas-siti tal-produzzjoni

Għandhom japplikaw kundizzjonijiet addizzjonali marbuta mal-produzzjoni taż-żebgħa u l-verniċ fil-każ ta' derogi għal tossini akuti jew għal tossini li għandhom organi speċifiċi fil-mira. F'dan il-każ l-applikanti għandhom jibagħtu provi li huma ssodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

is-sustanzi li għalihom tapplika l-klassifikazzjoni ta' tossini akuti jew ta' tossini li għandhom organi speċifiċi fil-mira għandhom juru konformità mal-Valuri indikattivi ta' Limitu tal-Espożizzjoni fuq ix-Xogħol (OELV) rilevanti Ewropej jew mal-OELV tal-Istat Membru partikulari għas-sustanza(/i), bl-applikazzjoni tal-limitu l-aktar strett;

fejn ma hemm l-ebda OELV ta' referenza, l-applikant għandu juri kif il-proċeduri tas-saħħa u s-sikurezza għat-trattament tal-ingredjent(i) fis-siti tal-produzzjoni għall-prodott taż-żebgħa finali bl-ekotikketta jnaqqsu kemm jista' jkun l-espożizzjoni għalih(om);

is-sustanzi li għalihom tapplika klassifikazzjoni bħala ajrusol jew fwar għandhom juru li l-ħaddiema ma jkunux esposti għalihom f'din il-forma;

is-sustanzi li għalihom tapplika l-klassifikazzjoni għall-forma niexfa tagħhom għandhom juru li l-ħaddiema ma jistgħux jiġu f'kuntatt mas-sustanza f'din il-forma matul il-manifattura.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu juri l-konformità ma' dan il-kriterju billi jipprovdi dikjarazzjoni tal-klassifikazzjoni u/jew tan-nuqqas ta' klassifikazzjoni għal:

il-prodott taż-żebgħa jew tal-verniċ finali skont il-metodoloġiji għall-klassifikazzjoni tat-taħlitiet mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u fil-leġiżlazzjoni kollha li temendah;

l-ingredjenti tal-formula taż-żebgħa jew tal-verniċ li jaqgħu fi ħdan il-gruppi ta' sustanzi elenkati fil-punt 5(a)(i) u li huma preżenti f'konċentrazzjonijiet ta' iktar minn 0,010 %.

Din id-dikjarazzjoni għandha tkun ibbażata fuq tagħrif miġbur skont ir-rekwiżiti mogħtija fl-Appendiċi.

Għandhom jiġu identifikati wkoll l-ingredjenti attivi li għalihom jistgħu japplikaw limiti speċifiċi tal-konċentrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u li jistgħu jaqgħu taħt il-valur ta' limitu ta' 0,010 %.

L-informazzjoni teknika li ġejja għandha tiġi pprovduta biex tappoġġa d-dikjarazzjoni tal-klassifikazzjoni jew in-nuqqas ta' klassifikazzjoni tal-ingredjenti:

(i)

għal sustanzi li ma ġewx irreġistrati taħt ir-Regolament REACH jew li għad m'għandhomx klassifikazzjoni CLP armonizzata: informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament REACH;

(ii)

għal sustanzi li ġew irreġistrati taħt ir-Regolament REACH u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni CLP: informazzjoni bbażata fuq id-dossier tar-reġistrazzjoni tar-REACH li tikkonferma l-istatus mhux ikklassifikat tas-sustanza;

(iii)

għal sustanzi li għandhom klassifikazzjoni armonizzata jew li huma awtoklassifikati: skedi tad-dejta dwar is-sikurezza fejn dawn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli jew is-sustanza tkun awtoklassifikata, għandha tingħata informazzjoni rilevanti għall-klassifikazzjoni ta' periklu tas-sustanzi skont l-Anness II tar-Regolament REACH;

(iv)

fil-każ ta' taħlitiet: l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza fejn dawn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli, għandu jiġi pprovdut kalkolu tal-klassifikazzjoni tat-taħlita skont ir-regoli mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, flimkien mal-informazzjoni rilevanti għall-klassifikazzjoni ta' periklu tat-taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament REACH.

Is-sustanzi u t-taħlitiet għandhom ikunu kkaratterizzati skont it-taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament REACH (Rekwiżiti għall-Kompilazzjoni tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza). Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar il-forma fiżika u l-istat tal-ingredjenti u għandu jinkludi l-identifikazzjoni tal-ingredjenti nanomaterjali mmanifatturati li għalihom 50 % jew iktar tal-partikoli fid-distribuzzjoni dimensjonali numerika jkollhom dimensjoni esterna waħda jew aktar fil-firxa tad-daqs ta' 1 nm sa 100 nm.

L-applikant għandu jidentifika wkoll is-sustanzi u t-taħlitiet użati fil-formulazzjoni taż-żebgħa li jaqgħu taħt ir-rekwiżiti speċifiċi għal deroga kif stabbilit fl-Appendiċi. Għal kull sustanza jew taħlita li ngħatat deroga għandha tingħata informazzjoni ta' appoġġ li turi kif ġew issodisfati r-rekwiżiti tad-deroga.

5(b)   Restrizzjonijiet li japplikaw għas-Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna

F'konformità mal-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, il-prodott finali u kwalunkwe ingredjent jew materja prima, sakemm ma jkunux ingħataw deroga speċifika għal hekk, m'għandux ikun fihom sustanzi li:

jissodisfaw il-kriterji mogħtija fl-Artikolu 57 tar-Regolament REACH;

ġew identifikati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament REACH li jistabbilixxi l-Lista ta' Sustanzi Kandidati ta' Tħassib Għoli Ħafna.

Ma għandha tingħata l-ebda deroga għal sustanzi li jissodisfaw xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet jew it-tnejn li huma, u li jkunu jinsabu fi prodott taż-żebgħa jew tal-verniċ f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,10 % (ta' piż skont il-piż).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, appoġġata minn dikjarazzjonijiet ta' konformità ffirmati mill-fornituri tiegħu. L-applikanti għandhom juru li huma wettqu skrinjar tal-ingredjenti fil-konfront tal-Lista ta' Sustanzi Kandidati ta' Tħassib Għoli Ħafna u l-kriterji mogħtija fl-Artikolu 57 tar-Regolament REACH.

5(c)   Restrizzjonijiet li japplikaw għal sustanzi perikolużi speċifiċi

Il-prodott finali ma għandux ikun fih is-sustanzi perikolużi li huma speċifikament identifikati fl-Appendiċi fil-limiti tal-konċentrazzjoni speċifikati jew f'konċentrazzjonijiet ogħla minnhom. Ir-restrizzjonijiet dwar is-sustanzi mogħtija fl-Appendiċi japplikaw għall-ingredjenti u r-residwi li ġejjin taż-żebgħa u l-verniċ:

(i)

il-preżervattivi b'saff niexef;

(ii)

il-preżervattivi użati fil-magni tal-lewn;

(iii)

il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet;

(iv)

l-istabbilizzaturi tal-preżervattivi;

(v)

it-tensjoattivi tal-alkilfenoletoksilati (APEOs);

(vi)

it-tensjoattivi perfluworinati;

(vii)

il-metalli u l-komposti tagħhom;

(viii)

il-pigmenti;

(ix)

il-plastifikanti;

(x)

il-formaldeid liberu.

Valutazzjoni u verifika: Ir-rekwiżiti ta' verifika u ttestjar huma kif speċifikati fl-Appendiċi għal kull sustanza u skont kif ikun rilevanti għall-forom speċifiċi taż-żebgħa u l-verniċ.

Il-kriterju nru 6. Tagħrif għall-konsumaturi

6(a)

Il-kliem li ġej għandu jidher fuq il-pakkett jew ikun mehmuż miegħu:

“Naqqas kemm jista' jkun il-ħela taż-żebgħa billi tikkalkula kemm żebgħa se jkollok bżonn”;

“Erfa' ż-żebgħa mhux użata biex tintuża mill-ġdid”;

“L-użu mill-ġdid taż-żebgħa jista' jnaqqas kemm jista' jkun, b'mod effettiv, l-impatt ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom”.

6(b)

L-informazzjoni ġenerali u l-avviżi li ġejjin għandhom jidhru fuq il-pakkett jew ikunu mehmuża miegħu:

kif wieħed għandu jikkalkula kemm żebgħa se jkollu bżonn qabel ma jixtri l-prodott, sabiex tonqos kemm jista' jkun il-ħela taż-żebgħa, u ammont li jiġi rrakkomandat bħala linja gwida (pereżempju, għal metru kwadru ta' ħajt hemm bżonn ta' x litri ta' żebgħa);

x'għandu jagħmel dak li jkun biż-“żebgħa mhux użata” flimkien ma' ħolqa għas-sit tal-Internet, fejn din tkun disponibbli, jew id-dettalji ta' kuntatt minn fejn il-konsumatur jista' jsib tagħrif aktar iddettaljat dwar dan.

6(c)

L-avviżi u r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin dwar kif wieħed għandu juża ż-żebgħa għandhom jidhru fuq il-pakkett jew ikunu mehmuża miegħu:

il-miżuri ta' sikurezza għall-utent. Dan għandu jinkludi rakkomandazzjoni bażika dwar it-tagħmir personali protettiv li għandu jintlibes. Għandu jinkludi wkoll il-miżuri addizzjonali li għandhom jittieħdu meta wieħed juża t-tagħmir taż-żebgħa tal-isprey;

l-użu ta' tagħmir tat-tindif u l-ġestjoni x-xierqa tal-iskart (sabiex jitnaqqas it-tniġġis tal-ilma u l-ħamrija). Pereżempju, avviż li ż-żebgħa li ma tintużax teħtieġ trattament speċjalizzat biex tintrema b'mod sikur fl-ambjent u li għaldaqstant ma għandhiex tintrema mal-iskart tad-dar jew kummerċjali (eż. “Tarmix iż-żebgħa li jibqalek fis-sink tal-kċina jew fit-tojlit, jew f'landa għall-iskart”);

il-ħażna taż-żebgħa f'kundizzjonijiet xierqa (qabel u wara l-ftuħ), inkluż, fejn xieraq, avviż tas-sikurezza.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżit u jipprovdi lill-korp kompetenti bl-artefatt jew il-kampjuni tal-informazzjoni għall-utent u/jew ħolqa għas-sit tal-Internet tal-manifattur li jkun fiha dan it-tagħrif bħala parti mill-applikazzjoni. Għandu jingħata l-ammont taż-żebgħa rrakkomandat bħala linja gwida.

Il-kriterju nru 7. It-tagħrif li jidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Fejn rilevanti, it-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tal-kliem għandu jkollha l-kliem li ġej:

Kontenut imnaqqas kemm jista' jkun ta' sustanzi perikolużi

Kontenut imnaqqas ta' komposti organiċi volatili (KOV): x g/l

Prestazzjoni tajba għall-użu fuq ġewwa (fejn ikunu ssodisfati l-kriterji ta' fuq ġewwa) jew

Prestazzjoni tajba għall-użu fuq barra (fejn ikunu ssodisfati l-kriterji ta' fuq barra) jew

Prestazzjoni tajba kemm għall-użu fuq barra kif ukoll għall-użu fuq ġewwa (fejn ikunu ssodisfati kemm il-kriterji ta' fuq ġewwa kif ukoll dawk ta' fuq barra)

Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tal-kliem jinsabu fil-“Guidelines for use of the Ecolabel logo” (il-“Linji gwida għall-użu tal-lowgo tal-Ekotikketta”) fuq is-sit tal-Internet li ġej:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta tal-prodott jew artefatt tal-pakkett fejn titqiegħed l-Ekotikketta tal-UE flimkien ma' dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(2)  Kif meħudin mid-Dokument ta' Referenza dwar l-Aqwa Teknoloġija Disponibbli għall-Manifattura ta' Volumi Kbar ta' Kimiċi Inorganiċi (BREF) ta' Awwissu tal-2007.

(3)  Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(4)  Dawn huma meħtieġa biss f'każ li jsiru dikjarazzjonijiet dwarhom għall-finijiet tal-kummerċjalizzazzjoni taż-żebgħa.

(5)  Ara l-istandard EN ISO 2813.

(6)  Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(7)  Il-verniċ u ż-żebgħa l-bajda ta' ġewwa

(8)  Iż-żebgħa ta' ġewwa li tkun ingħatat lewn ħafif jew iż-żebgħa u l-verniċ ta' barra

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).

Appendiċi

LISTA TAR-RESTRIZZJONIJIET U TAD-DEROGI APPLIKABBLI GĦAS-SUSTANZI PERIKOLUŻI

Grupp ta' sustanzi

Ambitu tar-restrizzjoni u/jew tad-deroga

Limiti tal-konċentrazzjoni (fejn dawn ikunu applikabbli)

Valutazzjoni u verifika

1.   Preżervattivi miżjudin mas-sustanzi li jagħtu l-kulur, mal-aġenti li jgħaqqdu u mal-prodott finali

(i)

Regoli dwar l-istatus ta' awtorizzazzjoni tal-bijoċidu

It-taħlita taż-żebgħa għandha tinkludi biss preżervattivi li jilħqu r-rekwiżiti tal-punti 1a, 1b u 1c (kif applikabbli), li huma awtorizzati skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u r-Regolament (KE) Nru 528/2012 (2) u li għalihom tingħata valutazzjoni tar-riskju għall-użu mill-professjonisti u/jew mill-konsumaturi (mhux professjonisti) fir-Rapport ta' Valutazzjoni. L-applikanti għandhom jikkonsultaw l-aktar lista ta' awtorizzazzjoni attwali.

Preżervattivi li għalihom tressaq fajl għall-evalwazzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni jew in-nuqqas ta' inklużjoni jistgħu jintużaw fil-perjodu interim sal-adozzjoni tad-Deċiżjoni.

(ii)

L-għadd totali ta' preżervattivi ta' ġol-bottijiet u b'saff niexef permessi fil-prodott li jkun lest għall-użu

Il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet u b'saff niexef jistgħu jintużaw fi prodotti għal ġewwa u għal barra skont l-għadd totali ta' konċentrazzjonijiet mogħtija fit-tabella 7 li ġejja.

Għadd totali ta’ preżervattivi permessi fil-prodotti taż-żebgħa u l-verniċ

Tip ta’ preżervazzjoni

Prodotti għal użu fuq ġewwa

Prodotti għal użu fuq barra

Preżervattivi ta’ ġol-bottijiet

0,060 %

0,060 %

Preżervattivi b’saff niexef

Mhux permessi

0,30 %

Eċċezzjonijiet li ngħataw deroga:

 

 

(i)

Żebgħa għall-użu f’żoni għolja ta’ umdità

0,10 %

Mhux applikabbli

(ii)

Kombinazzjonijiet tal-IPBC għall-protezzjoni ta’ fuq barra

Mhux applikabbli

0,65 %

Għadd totali ta’ preżervattivi

0,060 %

0,360 %

Bl-eċċezzjonijiet mogħtija deroga (i) jew (ii) għall-preżervazzjoni b’saff niexef

0,160 %

0,710 %

(iii)

Għadd totali ta' sustanzi u komposti tal-iżotijażolinon permessi fil-prodott li jkun lest għall-użu

L-għadd totali ta' komposti tal-iżotijażolinon fi kwalunkwe prodott taż-żebgħa jew tal-verniċ ma għandux jaqbeż iż-0,050 % (500 ppm), għajr għaż-żebgħa u l-verniċ għall-injam għal fuq barra li ma għandux jaqbeż iż-0,20 %. Il-preżervattivi li ġejjin ingħataw deroga għall-użu suġġetti għal limiti speċifiċi fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-għadd totali tal-komposti tal-iżotijażolinon fil-prodott finali li jkun lest għall-użu.

 

2-metil-2H-iżotijażol-3on: 0,0200 %

 

1,2-Benżiżotijażol-2(2H)-on: 0,0500 %

 

2-Ottil-2H-iżotijażol-3-on: 0,0500 % għajr għaż-żebgħa u l-verniċ għall-injam ta' fuq barra li fih jista' jintuża f'konċentrazzjonijiet ogħla

 

5-kloro-2-metil-4-iżotijażolin-3-on/2- metil-4-iżotijażolin-3-on: 0,0015 %

(a)

Preżervattivi ta' ġol-bottijiet

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor

Il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet ikklassifikati mal-klassifikazzjonijiet ta' periklu li ngħataw deroga li ġejjin jistgħu jintużaw fil-prodotti li jkollhom l-ekotikketta:

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H331 (R23), H400 (R50), H410 (R50/53), H411 (R51/53), H412 (R52/53), H317 (R43)

Il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet ikklassifikati ma' dawn il-klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga għandhom jissodisfaw ukoll il-kundizzjonijiet ta' deroga li ġejjin:

L-għadd totali tal-konċentrazzjoni ma għandux jaqbeż iż-0,060 % ta' piż skont il-piż (w/w)

Is-sustanzi kklassifikati bħala H400 (R50) u/jew H410 (R50/53) għandhom ikunu non-bijoakkumulattivi. Is-sustanzi non-bijoakkumulattivi għandu jkollhom Log Kow ta' ≤ 3,2 jew Fattur ta' Bijokonċentrazzjoni (BCF) ta' ≤ 100.

Għandha tiġi pprovduta evidenza li għall-prodott intlaħqu l-kundizzjonijiet ta' Awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 98/8/KE u r-Regolament (KE) Nru 528/2012.

Fejn jintużaw preżervattivi li huma donaturi tal-formaldeid, il-kontenut u l-emissjonijiet tal-formaldeid mill-prodott finali jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-restrizzjoni tas-sustanzi 7(a)

Hemm limiti speċifiċi tal-konċentrazzjoni li japplikaw għall-preżervattivi li ġejjin:

(i)

il-piritjon taż-żingu;

(ii)

in-N-(3-propil amminiku)-N-dodeċilpropan-1, 3-diammina.

Preżervattivi ta' ġol-bottijiet

L-għadd totali fil-prodott finali: 0,060 % w/w

Limitu tal-konċentrazzjoni

0,050 %

0,050 %

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornitur tal-aġenti li jgħaqqdu tiegħu, flimkien man-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet għall-ingredjenti attivi fil-prodott finali u fl-aġent li jgħaqqad tiegħu.

Ma' dan għandu jkun hemm kalkolu mill-applikant tal-konċentrazzjoni tal-ingredjent attiv fil-prodott finali.

Bi qbil mar-rekwiżiti tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament dwar il-Bijoċidi (KE) Nru 528/2012, għandhom jiġu identifikati l-ingredjenti attivi mmanifatturati kollha li għalihom 50 % jew aktar tal-partikoli fid-distribuzzjoni dimensjonali numerika jkollhom dimensjoni esterna waħda jew aktar fil-firxa tad-daqs ta' 1 nm sa 100 nm.

(b)

Preżervattivi użati fil-magni tal-lewn (is-sustanzi li jagħtu l-kulur)

Il-klassifikazzjonijiet ta' periklu li ngħataw deroga u l-kundizzjonijiet ta' deroga elenkati fil-punt 1(a) għandhom japplikaw ukoll għall-preżervattivi użati għall-protezzjoni tal-ilwien maħżuna fil-magni qabel it-taħlita maż-żebgħa ta' bażi.

Il-preżervattivi miżjuda għall-protezzjoni tal-ilwien li huma disponibbli mill-magni ma għandhomx jaqbżu l-għadd totali ta' 0,20 % w/w.

Il-preżervattivi li ġejjin huma suġġetti għal limiti massimi speċifiċi tal-konċentrazzjoni li jikkontribwixxu għall-għadd totali ta' preżervattivi fis-sustanza li tagħti l-kulur:

L-għadd totali ta' preżervattivi fis-sustanza li tagħti l-kulur:

0,20 % w/w

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornitur tal-materjal li jagħti l-kulur, flimkien man-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet għall-ingredjenti attivi fil-prodott finali u fl-aġent li jgħaqqad tiegħu.

Ma' dan għandu jkun hemm kalkolu tal-konċentrazzjoni tal-ingredjent attiv fil-prodott finali tal-kolorant.

Bi qbil mar-rekwiżiti tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament dwar il-Bijoċidi (KE) Nru 528/2012, għandhom jiġu identifikati l-ingredjenti attivi mmanifatturati kollha li għalihom 50 % jew aktar tal-partikoli fid-distribuzzjoni dimensjonali numerika jkollhom dimensjoni esterna waħda jew aktar fil-firxa tad-daqs ta' 1 nm sa 100 nm.

(i)

it-3-jodu-2-propinil butilkarbamat (IPBC);

0,10 %

(ii)

il-piritjon taż-żingu;

0,050 %

(iii)

in-N-(3-propil amminiku)-N-dodeċilpropan-1, 3-diammina.

0,050 %

(c)

Preżervattivi b'saff niexef

Applikabbiltà:

Iż-żebgħa ta' barra, iż-żebgħa ta' ġewwa għal applikazzjonijiet speċifiċi

Il-preżervattivi b'saff niexef u l-istabilizzaturi tagħhom ikklassifikati mal-klassifikazzjonijiet ta' periklu li ngħataw deroga li ġejjin jistgħu jintużaw fil-prodotti għal fuq barra kollha u biss fi prodotti speċifiċi għal fuq ġewwa:

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H400 (R50), H410 (R50/53), H411 (R51/53), H412 (R52/53), H317 (R43)

Il-preżervattivi b'saff niexef ikklassifikati ma' dawn il-klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga għandhom jissodisfaw ukoll il-kundizzjonijiet ta' deroga li ġejjin:

L-għadd totali tal-konċentrazzjoni ma għandux jaqbeż iż-0,10 % w/w jew iż-0,30 % w/w (kif rilevanti)

Is-sustanzi kklassifikati bħala H400 (R50) u/jew H410 (R50/53) għandhom ikunu non-bijoakkumulattivi. Is-sustanzi non-bijoakkumulattivi għandu jkollhom Log Kow ta' ≤ 3,2 jew Fattur ta' Bijokonċentrazzjoni (BCF) ta' ≤ 100.

Għandha tiġi pprovduta evidenza li qed jitħarsu l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-kundizzjonijiet ta' Awtorizzazzjoni għall-preżervattivi skont id-Direttiva dwar il-Bijoċidi 98/8/KE u r-Regolament dwar il-Bijoċidi (KE) Nru 528/2012.

Għadd totali ikbar japplika għall-preżervattivi b'saff niexef li ġejjin għall-applikazzjonijiet speċifikati biss:

il-kombinazzjonijiet ta' 3-jodu-2-propinil butilkarbamat (IPBC)

Iż-żebgħa u l-verniċ ta' barra

Hemm limiti speċifiċi tal-konċentrazzjoni li japplikaw għall-preżervattivi li ġejjin:

il-piritjon taż-żingu

Preżervattivi b'saff niexef

L-għadd totali fil-prodott finali:

Iż-żebgħa ta' ġewwa maħsuba għall-użu f'postijiet b'umdità għolja, inklużi l-kċejjen u l-kmamar tal-banju

0,10 % w/w

L-applikazzjonijiet kollha taż-żebgħa ta' barra

0,30 % w/w

L-għadd totali taż-żebgħa ta' barra għall-kombinazzjonijiet tal-IPBC:

0,650 %

0,050 %

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornitur tal-aġenti li jgħaqqdu tiegħu, flimkien man-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet għall-ingredjenti attivi fil-prodott finali u fl-aġent li jgħaqqad tiegħu.

Ma' dan għandu jkun hemm kalkolu mill-applikant tal-konċentrazzjoni tal-ingredjent attiv fil-prodott finali.

Bi qbil mar-rekwiżiti tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament dwar il-Bijoċidi (KE) Nru 528/2012, għandhom jiġu identifikati l-ingredjenti attivi mmanifatturati kollha li għalihom 50 % jew aktar tal-partikoli fid-distribuzzjoni dimensjonali numerika jkollhom dimensjoni esterna waħda jew aktar fil-firxa tad-daqs ta' 1 nm sa 100 nm.

(d)

Stabbilizzatur tal-preżervattivi

L-ossidu taż-żingu ngħata deroga għall-użu bħala stabbilizzatur għall-kombinazzjonijiet tal-preżervattivi b'saff niexef li jeħtieġu l-piritjon taż-żingu jew 1,2 Benżiżotijażol-3(2H)-on (BIT).

0,050 %

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu.

2.   Aġenti li jnixxfu u għal kontra t-tqaxxir

(a)

Aġenti ta' tnixxif

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha taż-żebgħa sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H301 (R24), H317 (R43), H373 (H48/20-22), H412 (R52/53), H413 (R53)

L-aġenti ta' tnixxif bil-kobalt fiż-żebgħa alkidika, li huma addizzjonalment ikklassifikati ma' H400 (R50) u H410, ingħataw deroga għaż-żebgħa l-bajda u għaż-żebgħa ta' kulur ċar biss sal-limiti tal-konċentrazzjoni li ġejjin:

Il-kontenut tal-għadd totali tal-aġenti ta' tnixxif

0,10 % w/w

Limitu tal-kontenut tal-aġenti ta' tnixxif bil-kobalt

0,050 %

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

(b)

Aġenti għal kontra t-tqaxxir

Applikabbiltà:

Il-prodotti taż-żebgħa kollha

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H412 (R52/53), H413 (R53), H317 (R43)

0,40 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

3.   Inibituri tal-korrużjoni

(a)

Pigmenti ta' kontra l-korrużjoni

Applikabbiltà:

Fejn meħtieġ

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H410 (R50/53), H411 (R51/53), H412 (R52/53), H413 (R53)

Il-limiti tal-konċentrazzjoni li għandhom japplikaw:

(i)

il-klassijiet d, i u j tad-Direttiva dwar iż-Żebgħa 2004/42/KE

8,0 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bl-SDS mehmuża magħha.

(ii)

il-prodotti l-oħra kollha

2,0 % w/w

(b)

Prevenzjoni tal-firdirram

Applikabbiltà:

Fejn meħtieġ

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H412 (R52/53), H413 (R53)

0,50 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

4.   Tensjoattivi

(a)

Tensjoattivi ta' użu ġenerali

Applikabbiltà:

It-tensjoattivi użati fil-prodotti kollha.

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H411 (R51/53), H412 (R52/53), H413 (R53)

Il-valuri tal-għadd totali li ġejjin japplikaw għall-prodott finali li jkun lest għall-użu:

il-prodotti bojod u ta' kulur ċar

il-kuluri l-oħra kollha

Id-deroga tapplika għat-taħlita tat-tensjoattiv ipprovduta lill-manifattur taż-żebgħa. Restrizzjonijiet speċifiċi japplikaw għall-alkilfenoletoksilati (APEOs) u għat-tensjoattivi perfluworinati.

L-għadd totali ta' tensjoattivi fil-prodott li jkun lest għall-użu:

1,0 % w/w

3,0 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant, mill-fornituri tal-materja prima u/jew mill-fornitur tat-tensjoattiv tiegħu, flimkien man-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet għat-tensjoattivi użati.

(b)

Alkilfenoletoksilati (APEOs)

Applikabbiltà:

It-tensjoattivi użati fil-prodotti kollha.

L-alkilfenoletoksilati (APEOs) u d-derivattivi tagħhom ma għandhomx jintużaw fi kwalunkwe preparazzjoni jew taħlita taż-żebgħa u l-verniċ.

Mhux applikabbli

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, flimkien man-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet għat-tensjoattivi użati.

(c)

Tensjoattivi perfluworinati

Applikabbiltà:

It-tensjoattivi użati fi prodotti speċifiċi.

Ma għandhomx jintużaw it-tensjoattivi perfluworinati ta' katina twila, kif speċifikat fid-definizzjoni tal-OECD hawn taħt:

(i)

l-aċidi perfluworokarbossiliċi b'tulijiet ta' katina tal-karbonju ta' ≥ C8, inkluż l-aċidu perfluworooktanojku (PFOA);

(ii)

is-sulfonati perfluworoalkiliċi b'tulijiet ta' katina tal-karbonju ta' ≥ C6, inkluż l-aċidu sulfoniku perfluworoessan (PFHxS) u s-sulfonat perfluworoottan (PFOS); u

(iii)

il-komposti relatati li jistgħu jiddegradaw fis-sustanzi identifikati fil-punt (i) jew (ii) ma għandhomx ikunu preżenti fit-tensjoattiv jew bħala residwu fil-prodott taż-żebgħa jew tal-verniċ.

It-tensjoattivi perfluworinati li ma jissodisfawx il-punt (i), (ii) jew (iii) jistgħu jintużaw biss fiż-żebgħa li jeħtieġ li jkollha reżistenza għall-ilma jew li ma tħallix l-ilma jidħol (ara l-kriterji 3b u 3 g għall-effiċjenza fl-użu rispettivament) u li għandha rata ta' tixrid ta' aktar minn 8 m2/l (ara l-kriterjiu 3a għall-effiċjenza fl-użu).

Mhux applikabbli

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, flimkien man-numri tal-CAS u l-identifikazzjoni tat-tul tal-katina għat-tensjoattivi użati.

5.   Sustanzi funzjonali mixxellanji b'applikazzjoni ġenerali

(a)

Emulsjoni tar-raża tas-siliċju fiż-żebgħa l-bajda, s-sustanzi li jagħtu l-kulur u l-bażijiet għall-għoti ta' lewn ħafif

Applikabbiltà:

Il-prodotti taż-żebgħa kollha

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H412 (R52/53), H413 (R53)

2,0 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

(b)

Metalli u l-komposti tagħhom

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha

Il-metalli li ġejjin jew il-komposti tagħhom ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott jew fl-ingredjenti użati fil-prodott 'il fuq mil-limitu speċifikat:

il-kadmju, iċ-ċomb, il-kromju VI, il-merkurju, l-arseniku, il-barju, is-silenju, l-antimonju u l-kobalt.

Japplikaw id-derogi li ġejjin:

Il-barju, l-antimonju u l-kobalt fil-pigmenti (ara r-restrizzjoni 5(f))

Il-kobalt fl-aġenti ta' tnixxif (ara r-restrizzjoni 2(a))

Limitu ta' 0,010 % għal kull metall elenkat

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu.

(c)

Materja prima minerali, inkluż materjal għall-mili

Applikabbiltà:

Il-prodotti taż-żebgħa kollha

Il-materja prima minerali li tinkludi s-silika kristallina u l-minerali lewkofilliti li fihom is-silika kristallina ngħatat deroga għal H373 (R48/20).

Il-materja prima minerali li fiha l-metalli msemmija fir-restrizzjoni 5(b) tista' tintuża jekk it-testijiet tal-laboratorju juru li l-metall huwa mgħaqqad ġewwa kannizzata tal-kristall u huwa insolubbli (ara l-metodu tat-test applikabbli).

Il-materjali għall-mili li ġejjin ingħataw deroga abbażi ta' dan:

is-sijenit tan-nefelina li fih il-barju

 

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

L-applikanti li jixtiequ jużaw aġenti li jgħaqqdu li fihom metalli ristretti għandhom jibagħtu rapporti tat-testijiet imwettqa skont l-istandard elenkat.

Metodu tat-test:

DIN 53770-1 jew l-ekwivalenti

(d)

Aġenti li jinnewtralizzaw

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha taż-żebgħa sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H311 (R24), H331 (R23), H400 (R50), H410 (R50/53), H411 (R51/53), H412 (R52/53), H413 (R53)

Il-limiti tal-konċentrazzjoni li ġejjin għandhom japplikaw:

 

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

il-verniċ u ż-żebgħa tal-art

1,0 % w/w

il-prodotti l-oħra kollha

0,50 % w/w

(e)

Luminanti ottiċi

Applikabbiltà:

Il-prodotti taż-żebgħa kollha

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H413 (R53)

0,10 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

(f)

Pigmenti

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha

Il-pigmenti li fihom il-metalli għandhom jintużaw biss fejn l-ittestjar fil-laboratorju tal-pigment juri li l-kromoforju tal-metall huwa mgħaqqad ġewwa kannizzata tal-kristall u huwa insolubbli.

Il-metalli li ġejjin li fihom il-pigmenti ngħataw deroga għall-użu mingħajr il-bżonn li jiġu ttestjati:

Is-sulfat tal-barju

In-nikil tal-antimonju ġewwa kannizzata tat-TiO2 insolubbli

Spinell blu tal-aluminat tal-kobalt

Spinell blu-aħdar tal-kromit tal-kobalt

Mhux applikabbli

Verifika:

Riżultati tat-test li juru li l-kromoforju tal-lewn huwa mgħaqqad ġewwa kannizzata tal-kristall u huwa insolubbli.

Metodu tat-test:

DIN 53770-1 jew metodu ekwivalenti

6.   Sustanzi funzjonali mixxellanji b'applikazzjonijiet speċjalizzati

(a)

Protetturi UV u stabbilizzaturi għaż-żebgħa ta' barra

Applikabbiltà:

Iż-żebgħa ta' barra

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H317 (R43), H411 (R51/53), H412 (R52/53), H413 (R53),

0,60 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

(b)

Plastifikanti fiż-żebgħa u l-verniċ.

Applikabbiltà:

Fejn ikunu inklużi fit-taħlita

Il-ftalati li ġejjin m'għandhomx jiżdiedu bi ħsieb bħala plastifikanti:

 

DEHP (Bis-(2-etileżil)-ftalat)

 

BBP (Butilbenżilftalat)

 

DBP (Dibutilftalat)

 

DMEP (Bis2-metossietil) ftalat

 

DIBP (Diiżobutilftalat)

 

DIHP (Di-C6-8-alkilftalati fi friegħi)

 

DHNUP (Di-C7-11-alkilftalati fi friegħi)

 

DHP (Di-n-eżilftalat)

Limitu tal-konċentrazzjoni għal kwalunkwe ftalat individwali:

0,010 %

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

7.   Fdalijiet li jista' jkun hemm fil-prodott finali

(a)

Formaldeid

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha.

Il-formaldeid liberu ma għandux jizdied bi ħsieb fil-prodott finali. Il-prodott finali għandu jiġi ttestjat sabiex jiġi stabbilit il-kontenut ta' formaldeid liberu fih. Ir-rekwiżiti tal-kampjunar għall-ittestjar għandhom jirriflettu l-firxa tal-prodotti.

Għandu japplika l-valur ta' limitu tal-għadd totali li ġej:

 

Verifika:

Il-kontenut tal-formaldeid liberu għandu jiġi stabbilit għall-bażi l-bajda jew għall-bażi trasparenti għall-għoti ta' lewn ħafif li tkun maħsuba li jkun fiha l-ogħla ammont teoretiku ta' formaldeid. Għandu jiġi stabbilit ukoll il-kontenut tal-bażi li tagħti l-lewn li tkun maħsuba li jkun fiha l-ogħla ammont teoretiku ta' formaldeid.

Metodu tat-test:

Valur ta' limitu ta' 0,0010 %:

Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni ta' ġol-bottijiet bl-użu tal-metodu Merckoquant. Jekk l-eżitu ma jkunx definittiv bl-użu ta' dan il-metodu, allura għandha tintuża l-kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja (HPLC) biex tiġi kkonfermata l-konċentrazzjoni ta' ġol-bottijiet.

Valur ta' limitu ta' 0,010 %:

(1)

Iż-żebgħa kollha: Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni ta' formaldeid ta' ġol-bottijiet permezz ta' analiżi bl-użu tal-VdL-RL 03 jew tal-kromatografija likwida ta' rendiment għoli (HPLC).

kif ukoll

(2)

Iż-żebgħa u l-verniċ ta' ġewwa: Determinazzjoni permezz ta' analiżi skont l-istandard ISO 16000-3. L-emissjonijiet ma għandhomx ikunu ta' iktar minn 0,25 ppm mal-ewwel applikazzjoni u għandhom ikunu ta' inqas minn 0,05 ppm wara 24 siegħa mill-ewwel applikazzjoni.

Id-derogi minn dan ir-rekwiżit huma dawn li ġejjin:

(i)

Fejn huma meħtieġa preżervattivi li huma donaturi tal-formaldeid bħala preżervattivi ta' ġol-bottijiet biex jipproteġu tip speċifiku ta' żebgħa jew verniċ u fejn il-formaldeid donatur jintuża minflok il-preżervattivi tal-iżotijażolinon.

0,0010 %

(ii)

Fejn id-dispersjonijiet tal-polimeri (aġenti li jgħaqqdu) jipprovdu, permezz tal-livelli tal-formaldeid li jibqa', il-funzjoni ta' donaturi tal-formaldeid minflok il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet.

F'dawn il-każijiet l-għadd totali m'għandux jaqbeż il-valur ta' limitu li ġej:

0,010 %

(b)

Solventi

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha.

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H304 (R65)

2,0 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

(c)

Monomeri li ma jirreaġixxux

Applikabbiltà:

Sistemi ta' polimeri li jgħaqqdu

Il-monomeri li ma jirreaġixxux preżenti minn aġenti li jgħaqqdu, inkluż l-aċidu akriliku, jistgħu jkunu preżenti fil-prodott finali sa valur ta' limitu tal-għadd totali.

0,050 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

(d)

Idrokarburi Aromatiċi Volatili u solventi aloġenati

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha.

L-idrokarburi aromatiċi volatili u s-solventi aloġenati ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott finali.

Valur ta' limitu tal-fdalijiet ta' 0,01 %

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.


(1)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).


Top