Help Print this page 

Document 32014D0203

Title and reference
2014/203/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Marzu 2014 dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma multiannwali LIFE għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2017 Test b’relevanza għaż-ŻEE
  • In force
OJ L 116, 17.4.2014, p. 1–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/203/oj
Languages, formats and link to OJ
BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
HTML html BG html ES html CS html DA html DE html ET html EL html EN html FR html HR html IT html LV html LT html HU html MT html NL html PL html PT html RO html SK html SL html FI html SV
PDF pdf BG pdf ES pdf CS pdf DA pdf DE pdf ET pdf EL pdf EN pdf FR pdf HR pdf IT pdf LV pdf LT pdf HU pdf MT pdf NL pdf PL pdf PT pdf RO pdf SK pdf SL pdf FI pdf SV
Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal
 To see if this document has been published in an e-OJ with legal value, click on the icon above (For OJs published before 1st July 2013, only the paper version has legal value).
Multilingual display
Text

17.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Marzu 2014

dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma multiannwali LIFE għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2017

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/203/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u għall-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Programm LIFE, huwa neċessarju li jiġi adottat programm ta’ ħidma multiannwali għal bejn l-2014 u l-2017.

(2)

Sabiex jiġi stabbilit qafas għall-implimentazzjoni taż-żewġ sottoprogrammi ta’ LIFE, il-programm ta’ ħidma multiannwali għal bejn l-2014 u l-2017 għandu jispeċifika l-allokazzjoni indikattiva tal-fondi bejn oqsma prijoritarji u t-tipi ta’ finanzjament, is-suġġetti tal-proġetti li jimplimentaw il-prijoritajiet tematiċi stipulati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013, il-metodoloġija tal-għażla teknika għall-proġetti, il-kriterji biex jingħataw l-għotjiet u skedi indikattivi għal sejħiet għal proposti.

(3)

Il-programm ta’ ħidma multiannwali għal bejn l-2014 u l-2017 għandu jinkludi wkoll riżultati kwalitattivi u kwantitattivi, indikaturi u miri għal kull qasam prijoritarju u t-tip ta’ proġett, skont l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-objettivi speċifiċi għal kull qasam prijoritarju, bil-għan li tiġi vvalutata l-evalwazzjoni tar-riżultati u l-impatt tal-programm. Abbażi ta’ valutazzjonijiet ex ante, il-Kummissjoni identifikat żewġ strumenti finanzjarji innovattivi bħala għodod adattati għall-finanzjament tal-proġetti, skont l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013.

(4)

Dawn l-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu ppruvati tul il-programm ta’ ħidma multiannwali sabiex jintwera l-potenzjal kunsiderevoli tagħhom ta’ ingranaġġ tal-fondi mill-investituri fil-qasam tal-bijodiversità u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament, biex b’hekk jiġu indirizzati l-ostakli finanzjarji attwali għall-adozzjoni tal-proġetti f’dawk l-oqsma.

(5)

Abbażi tal-esperjenza pożittiva b’istrumenti finanzjarji oħra ġestiti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), kif ukoll il-firxa ġeografika tal-BEI li tippermetti li jilħaq lil benefiċjarji potenzjali fl-Unjoni kollha, l-implimentazzjoni tal-Faċilità ta’ Finanzjament Kapitali Naturali u tal-Finanzjament Privat għall-Istrument tal-Effiċjenza Enerġetika, iffinanzjati mill-programm LIFE, għandhom jiġu fdati lil dik l-istituzzjoni.

(6)

Sabiex tiżgura implimentazzjoni effiċjenti tal-programm ta’ ħidma multiannwali u billi r-Regolament (UE) Nru 1293/2013 japplika mill-1 ta’ Jannar 2014, din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm LIFE għal Azzjoni għall-Ambjent u l-Klima stabbilit permezz tal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programm ta’ ħidma multiannwali

Il-programm ta’ ħidma multiannwali LIFE għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2017, kif inhu stipulat fl-Anness, ġie adottat.

Artikolu 2

Kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programm ta’ ħidma multiannwali

Il-kontribut massimu għall-programm ta’ ħidma multiannwali LIFE għall-perjodu bejn l-2014 u l-2017 huwa ffissat għal EUR 1 796 242 000 u għandu jintuża biex jiffinanzja s-sottoprogrammi relevanti u l-oqsma prijoritarji kif jidher hawn taħt:

(1)

Ammont totali ta’ EUR 1 347 074 499 għas-sottoprogramm għall-Ambjent li għandu jinqasam kif jidher hawn taħt:

(a)

EUR 495 845 763 għall-qasam prijoritarju “Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi”;

(b)

EUR 610 068 900 għall-qasam prijoritarju “Natura u Bijodiversità”;

(c)

EUR 162 999 836 għall-qasam prijoritarju “Governanza Ambjentali u Informazzjoni”;

(d)

EUR 78 160 000 għall-ispiża relatata fuq l-appoġġ.

(2)

Ammont totali ta’ EUR 449 167 501 għas-sottoprogramm għat-tibdil fil-klima li għandu jinqasam kif jidher hawn taħt:

(a)

EUR 193 559 591 għall-qasam prijoritarju “Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”;

(b)

EUR 190 389 591 għall-qasam prijoritarju “Adattament għat-tibdil fil-klima”;

(c)

EUR 47 588 319 għall-qasam prijoritarju “Governanza Klimatika u Informazzjoni”;

(d)

EUR 17 630 000 għall-ispiża relatata fuq l-appoġġ.

Artikolu 3

Strumenti Finanzjarji

(1)   L-istrumenti finanzjarji li ġejjin, kif inhu deskritt fl-Anness, għandhom jirċievu l-kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013:

(a)

il-Finanzjament Privat għall-Istrument tal-Effiċjenza Enerġetika;

(b)

il-Faċilità ta’ Finanzjament Kapitali Naturali.

(2)   L-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni lill-Finanzjament Privat għall-Istrument tal-Effiċjenza fl-Enerġija u l-Faċilità ta’ Finanzjament Kapitali Naturali għandha tiġi fdata f’idejn il-Bank Ewropew tal-Investiment.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din għandha tapplika mid-19 ta’ Marzu 2014.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185.


ANNESS

IL-PROGRAMM TA’ ĦIDMA MULTIANNWALI LIFE GĦALL-2014-2017

1.   INTRODUZZJONI

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (minn hawn ‘il quddiem ir-“Regolament LIFE”), il-Programm LIFE għandu fil-mira tiegħu l-objettivi ġenerali li ġejjin:

li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għall-klima, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex it-telf tal-bijodiversità jieqaf u jitreġġa’ lura, inklużi l-appoġġ tan-netwerk Natura 2000 u l-indirizzar tad-degradazzjoni tal-ekosistemi;

li jtejjeb l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni u li jaġixxi ta’ katalist għal, u jippromwovi, l-integrazzjoni u l-assimilazzjoni tal-objettivi ambjentali u klimatiċi fil-politiki l-oħra tal-Unjoni u l-prattiki tas-settur pubbliku u dak privat, inkluż biż-żieda tal-kapaċità tas-settur pubbliku u privat;

li jappoġġa governanza ambjentali u klimatika aħjar fil-livelli kollha, inkluż involviment aħjar tas-soċjetà ċivili, l-NGOs u l-atturi lokali; u

li jappoġġa l-implimentazzjoni tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali.

Il-programm LIFE ser ikun ġestit mis-servizzi tal-Kummissjoni stess jew mill-Aġenzija Eżekuttiva (AE) li lilha dan il-kompitu jkun ġie ddelegat bħala ġestjoni diretta. L-AE ser taġixxi fil-limiti tad-delegazzjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013)9414 u taħt is-superviżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni. Ir-responsabbiltà ġenerali tal-programm tibqa’ f’idejn il-Kummissjoni. Jistgħu jiġu kkuntattjati esperti esterni biex jappoġġaw lis-servizzi tal-Kummissjoni u/jew lill-AE fil-ħidma tagħhom.

Skont dawn l-objettivi ġenerali, il-programm ta’ ħidma multiannwali attwali (MAWP) ġie adottat skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament LIFE permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami stipulata fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u li hemm referenza għalih fl-Artikolu 30 tar-Regolament LIFE.

Fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-kumplimentarjetà ma’ programmi ta’ finanzjament Ewropej oħra stipulati fil-Premessi 5, 11 u 13 u fl-Artikolu 8 tar-Regolament LIFE, l-implimentazzjoni tal-MAWP ser tiżgura, permezz ta’ miżuri speċifiċi, li jkun hemm konsistenza u sinerġiji u li jiġi evitat li jkun hemm koinċidenza ma’ politiki u strumenti oħra tal-Unjoni kemm jista’ jkun possibbli, partikolarment mal-Programm Orizzont 2020 (2), il-programm tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni għal bejn l-2014 u l-2020 u mal-programmi ta’ ħidma tiegħu (3). Dan ser jintlaħaq prinċipalment permezz tal-kriterji tal-eleġibbiltà għat-tipi differenti ta’ proġetti u orjentazzjonijiet fil-linji gwida tal-applikazzjoni li jakkumpanjaw is-sejħiet. Il-finanzjament doppju ser jiġi evitat permezz ta’ kontroverifiki tul il-fażi tal-għażla u tul il-verifiki ex post. B’mod partikolari, il-proġetti ffukati fuq ir-riċerka jew il-kostruzzjoni ta’ infrastruttura kbira jiġu esklużi mill-finanzjament permezz tal-Programm LIFE.

L-istruttura tal-MAWP hija bbażata fuq l-istruttura stipulata fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament LIFE u tindirizza biss is-sottoprogrammi tal-Azzjoni Ambjentali u Klimatika separatament, fejn dan ikun neċessarju.

Din tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017.

1.1.   Is-sottoprogramm għall-Ambjent

Is-sottoprogramm għall-Ambjent ikopri l-oqsma prijoritarji tal-Ambjent u l-Effiċjenza fl-użu tar-Riżorsi, in-Natura u l-Bijodiversità, u l-Governanza u l-Informazzjoni Ambjentali (l-Artikoli 9 sa 12 tar-Regolament LIFE). Kull wieħed mill-oqsma prijoritarji jkopri diversi prijoritajiet tematiċi, elenkati fl-Anness III mar-Regolament LIFE. Il-MAWP attwali għal bejn l-2014 u l-2017 jiddefinixxi s-suġġetti tal-proġett li jimplimentaw il-prijoritajiet tematiċi.

1.2.   Is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika

Is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika joffri opportunità ġdida u unika biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-politika klimatika tal-UE. B’mod ġenerali, din ser tgħin biex tinbeda bidla tranżitorja lejn ekonomija fl-UE li tipproduċi emissjonijiet baxxi tal-karbonju u li tkun reżiljenti għall-klima, filwaqt li tibni bażi strateġika għall-implimentazzjoni tal-pakkett 2020 dwar il-klima u l-enerġija u għall-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għall-bidla klimatika, u biex l-UE tħejji ruħha għall-isfidi tal-azzjonijiet klimatiċi sal-2030. Dan għandu jappoġġa governanza ambjentali u klimatika aħjar fil-livelli kollha, inkluż involviment aħjar tas-soċjetà ċivili, l-NGOs u l-atturi lokali;

2.   L-ALLOKAZZJONI TA’ FONDI BEJN OQSMA PRIJORITARJI U BEJN TIPI DIFFERENTI TA’ FINANZJAMENT – L-ARTIKOLU 24(2)(a)

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament LIFE, il-pakkett baġitarju globali għall-programm LIFE għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020 huwa ta’ EUR 3 456 655 000, li minnhom 75 % huma attribwiti għas-sottoprogramm Ambjent (EUR 2 592 491 250), u 25 % huma attribwiti għas-sottoprogramm Azzjoni Klimatika (EUR 864 163 750). Ir-Regolament LIFE jistabbilixxi wkoll il-perċentwal minimu tal-baġit totali li għandu jiġi rriżervat għall-proġetti (81 %, l-Artikolu 17(4) tar-Regolament LIFE) u l-perċentwal massimu tar-riżorsi baġitarji allokati għal proġetti appoġġati permezz ta’ għotjiet ta’ azzjoni li jistgħu jiġu allokati għal proġetti integrati (30 %).

Il-proġetti għandhom jiġu ffinanzjati minn għotjiet ta’ azzjoni jew, fejn ikun xieraq, minn strumenti finanzjarji (l-Artikolu 17(4) tar-Regolament LIFE). Il-MAWP għandu jispeċifika l-ammonti li għandhom jiġu allokati għal kull qasam prijoritarju u t-tip ta’ finanzjament.

L-allokazzjoni globali skont it-tip ta’ finanzjament għaż-żewġ sottoprogrammi

Baġit 2014-2017

f’miljuni ta’ EUR

Għotjiet ta’ azzjoni

1 317,9

Għotjiet operattivi

38,6

Strumenti finanzjarji

140,0

Akkwist pubbliku

204,0

Nefqa ta’ appoġġ (ATA)

95,8

Total globali

1 796,3


Allokazzjoni globali skont l-oqsma prijoritarji

Oqsma prijoritarji

L-Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi

Natura u Bijodiversità

Governanza Ambjentali u Informazzjoni

Mitigazzjoni tal-Bidla Klimatika

Adattament għat-Tibdil fil-Klima

Governanza Klimatika u Informazzjoni

Total għal kull qasam (f’miljuni ta’ EUR)

495,85

610,07

163,00

193,56

190,39

47,59

Subtotal

1 700,45

Nefqa ta’ appoġġ (ATA)

95,79

Total globali

1 796,3

L-allokazzjonijiet għal kull qasam prijoritarju u t-tip ta’ finanzjament huma ta’ natura indikattiva. Għall-għotjiet ta’azzjoni, l-allokazzjoni finali ser tiddependi fuq in-numru attwali ta’ proposti ta’ proġetti li jistgħu jiġu ffinanzjati taħt kull qasam prijoritarju. L-allokazzjonijiet baġitarji għall-istrumenti finanzjarji u bejniethom jistgħu jiġu adattati tul il-programm LIFE b’rispons għall-użu attwali. Fi ħdan il-livelli limiti stabbiliti bir-Regolament LIFE, ir-riallokazzjonijiet bejn l-oqsma prijoritarji ma jistgħux jaqbżu l-5 % tal-allokazzjoni totali għall-oqsma prijoritarji kkonċernati.

2.1.   Is-sottoprogramm għall-Ambjent

Għat-tul ta’ żmien tal-MAWP attwali, hemm allokat baġit ta’ EUR 1 347 miljun għas-sottoprogramm Ambjent.

Tal-inqas 55 % tar-riżorsi baġitarji allokati għal proġetti appoġġati permezz ta’ għotjiet ta’ azzjoni huma allokati għal proġetti li jappoġġaw il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità, inklużi l-informazzjoni u l-governanza (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament LIFE), l-assistenza teknika u l-proġetti preparatorji relatati. Il-bqija tal-baġit allokat għall-proġetti ser ikun allokat għal proġetti fil-qasam prijoritarju ambjent u effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, inklużi l-informazzjoni u l-governanza, l-assistenza teknika u l-proġetti preparatorji relatati.

L-allokazzjoni skont il-qasam prijoritarju hija ta’ natura indikattiva u suġġetta għan-numru proprju ta’ proposti għal għotjiet ta’ azzjoni għal kull qasam prijoritarju, kif ukoll l-adozzjoni relatata mis-suq taħt kull strument finanzjarju.

L-allokazzjoni skont it-tip ta’ finanzjament mis-sottoprogramm għall-Ambjent;

Baġit 2014-2017

f’miljuni ta’ EUR

Għotjiet ta’ azzjoni (*)

 

Proġetti ta’ bini ta’ kapaċità

11,25

Proġetti ta’ Assistenza Teknika;

2,9

Għotjiet ta’ azzjoni oħrajn (**)

1 053,8

Strument finanzjarju (***)

 

Faċilità ta Finanzjament Kapitali Naturali (Natural Capital Financing Facility (NCFF)) (****)

30,0

Għotjiet operattivi

30,0

Akkwist pubbliku

141,0

Nefqa ta’ appoġġ (ATA)

78,2

Total globali

1 347,1

2.2.   Is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika

Għal dan il-programm ta’ ħidma multiannwali l-baġit għas-sottoprogramm Azzjoni Klimatika huwa ta’ EUR 449,2 miljun. L-allokazzjoni għall-oqsma prijoritarji hija ta’ natura indikattiva u suġġetta għan-numru attwali ta’ proposti għal għotjiet ta’ azzjoni għal kull qasam prijoritarju, kif ukoll l-adozzjoni relatata mis-suq taħt kull strument finanzjarju.

L-allokazzjoni skont it-tip ta’ finanzjament taħt is-sottoprogramm għall-Azzjoni klimatika

Baġit 2014-2017

f’miljuni ta’ EUR

Għotjiet ta’ azzjoni (*****)

 

Proġetti ta’ bini ta’ kapaċità – Għotjiet ta’ azzjoni

3,75

Proġetti ta’ assistenza teknika – Għotjiet ta’ azzjoni

2,4

Għotjiet ta’ azzjoni oħrajn

243,81

Strumenti finanzjarji (******)

 

Finanzjament Privat għall-Istrument tal-Effiċjenza fl-Enerġija

(PF4EE)

Strument finanzjarju

80,0

 

 

Faċilità ta’ Finanzjament Kapitali Naturali (*******)

(Natural Capital Financing Facility - NCFF)

Strument finanzjarju

30,0

Għotjiet operattivi

8,6

Akkwist pubbliku

63,0

Nefqa ta’ appoġġ (ATA)

17,6

Total globali

449,2

3.   IS-SUĠĠETTI TAL-PROĠETTI LI JIMPLIMENTAW IL-PRIJORITAJIET TEMATIĊI STABBILITI FL-ANNESS III GĦAS-SOTTOPROGRAMM GĦALL-AMBJENT (L-ARTIKOLU 24(2)(b) TAR-REGOLAMENT LIFE)

Skont il-premessa 36 tar-Regolament LIFE, il-MAWP jinkludi lista mhux eżawrjenti ta’ suġġetti ta’ proġetti li jimplimentaw il-prijoritajiet tematiċi, filwaqt li jiffukaw l-isforzi fuq prijoritajiet politiċi ambjentali konkreti u oqsma ta’ azzjoni taħt is-sottoprogramm Ambjent. L-istabbiliment ta’ din il-lista għal tul il-MAWP jiżgura kemm il-flessibbiltà neċessarja sabiex jintlaħqu l-miri u l-objettivi tal-Programm LIFE u kemm l-istabbiltà neċessarja biex l-applikanti potenzjali jippjanaw, jippreparaw u jissottomettu l-proposti. Skont il-Premessa 22 tar-Regolament LIFE, fl-evalwazzjoni tal-valur miżjud tal-Unjoni tal-proġetti mis-sottoprogramm għall-Ambjent, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni lill-kontribut tagħhom għall-prijoritajiet tematiċi permezz tas-suġġetti tal-proġetti. Għaldaqstant, dawn is-suġġetti tal-proġetti huma għodda li tagħti bonus lill-proġetti li jindirizzaw b’mod strateġiku oqsma poltiċi importanti b’valur miżjud tal-Unjoni għoli, filwaqt li jibqgħu miftuħin għal proposti sodi f’oqsma oħrajn u għall-inkorporazzjoni ta’ ideat ġodda biex jirreaġixxu għal sfidi ġodda.

Is-suġġetti tal-proġetti ma japplikawx għat-tipi ta’ proġetti li min-natura tagħhom u/jew minħabba deskrizzjoni dettaljata tal-kontenut speċifiku tagħhom ikunu diġà fir-Regolament u l-MAWP limitat għal suġġetti speċifiċi (jiġifieri bini tal-kapaċità, assistenza teknika, preparatorja, integrata, u proġetti oħra definiti fid-dettall fuq bażi ad hoc).

Il-koleġiżlaturi ddeċidew li tal-anqas 55 % tar-riżorsi allokati għall-proġetti appoġġati minn għotjiet ta’ azzjoni ser ikunu mwarrbin għal proġetti li jappoġġaw il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità, b’enfasi ċara fuq Natura 2000, b’għarfien tal-urġenza speċifika biex jiġi żgurat il-finanzjament xieraq għan-netwerk kif ukoll l-obbligu legali ta’ kofinanzjament kif huwa stipulat fl-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. Din l-allokazzjoni miżjuda, meta mqabbla mar-Regolament LIFE+ tillimita l-baġit disponibbli għal proġetti fi prijoritajiet tematiċi oħrajn mis-sottoprogramm Ambjent u għaldaqstant hija raġuni oħra biex l-użu tal-fondi jiġu ffukati aħjar f’dawn l-oqsma.

Għandu jiġi nnutat li l-finanzjament ta’ proġetti dwar suġġetti li ma jkunux inklużi f’din il-lista mhuwiex eskluż. Proġetti ta’ kwalità għolja li jissodisfaw l-eliġibbiltà applikabbli u l-kriterji tal-għażla, jistgħu jingħataw il-finanzjament xorta waħda.

3.1.   Qasam prijoritarju: L-Ambjent u l-Effiċjenza fl-użu tar-Riżorsi

Skont l-Artikolu 10(a) tar-Regolament LIFE, is-suġġetti tal-proġetti li jikkorrispondu għal dan il-qasam prijoritarju u l-prijoritajiet tematiċi relatati elenakti fl-Anness III mar-Regolament LIFE, għandu jkollhom fil-mira l-objettiv speċifiku li “li jiġu żviluppati, ittestjati u jintwerew approċċi għall-politiki jew għall-ġestjoni, l-aħjar prattiki u s-soluzzjonijiet, inklużi l-iżvilupp u l-wiri ta’ teknoloġiji innovattivi, għall-isfidi ambjentali, adattati biex jiġu rreplikati, ittrasferiti jew assimilati, inkluż fir-rigward tar-rabta bejn l-ambjent u s-saħħa, u b’sostenn għal politika u leġiżlazzjoni b’rabta mal-effiċjenza fir-riżorsi, inkluż il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi”. Il-proġetti kollha f’dan il-qasam prijoritarju għandhom, għalhekk, ikunu proġetti pilota jew dimostrattivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(a) u (b) tar-Regolament LIFE, iżda ma jistgħux jiffukaw fuq ir-riċerka. Fir-rigward tal-proġetti dimostrattivi minn dan il-qasam prijoritarju u li huma koperti minn wieħed mis-suġġetti tal-proġetti elenkati hawn taħt għandha tingħata prijorità lil proġetti li jqiegħdu fil-prattika, jittestjaw u jevalwaw u jxerrdu azzjonijiet, metodoloġiji jew approċċi li jkunu ġodda jew li ma jkunux magħrufin fl-Unjoni.

Anness III tar-Regolament LIFE

(a)

Prijoritajiet tematiċi għall-Ilma, inkluż l-ambjent marittimu: attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi għall-ilma stabbiliti fil-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi u s-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, b’mod partikolari:

(i)

approċċi integrati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (4);

(ii)

attivitajiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (5);

(iii)

attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ miżuri tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (6) bil-ħsieb li jinkiseb status ambjentali tajjeb tal-ilma tal-baħar;

(iv)

attivitajiet għall-iżgurar tal-użu sikur u effiċjenti tar-riżorsi tal-ilma, it-titjib tal-ġestjoni tal-ilma kwantitattiva, iż-żamma ta’ livell għoli tal-kwalità tal-ilma u l-evitar tal-użu ħażin u d-deterjorament tar-riżorsi tal-ilma.

L-indirizzar tal-kwalità tal-ilma u l-immaniġġjar tal-għargħar u n-nixfa b’mod kosteffiċjenti huma sfidi serji fl-UE. Ir-rispons għall-isfidi u l-opportunitajiet fis-settur tal-ilma jirrikjedi rispons olistiku minn għadd ta’ atturi. F’konformità mal-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD), id-Direttiva dwar l-Għargħar u l-prijoritajiet tas-Sħubija ta’ Innovazzjoni Ewropea dwar l-ilma, il-proġetti għandhom jiffukaw fuq l-iżvilupp u, b’mod speċjali, l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet li jkunu jistgħu jgħinu lill-Istati Membru jagħmlu progress lejn immaniġġjar tar-riżorsi tal-ilma li jkunu ġenwinament integrati, filwaqt li jippromwovu approċċi li jkunu bbażati fuq l-ekosistemi fejn dan ikun relevanti. Fil-kuntest ta’ azzjonijiet immirati lejn l-implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD), għandu jitpoġġa enfasi partikolari fuq pressjonijiet u impatti emerġenti, kif ukoll fuq it-trawwim ta’ mmaniġġjar integrat aħjar tal-kosti u ppjanar spazjali marittimu aħjar. Fir-rigward tal-industrija tal-ilma, it-teknoloġiji u l-proċessi użati biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ servizzi tal-ilma (produzzjoni ta’ ilma għax-xorb jew it-trattament tal-ilma mormi) qegħdin joqorbu l-maturità tagħhom. F’konformità mal-oqsma prijoritarji tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar l-Ilma, l-isfida attwali għandha żewġ livelli: (i) l-iżgurar ta’ implimentazzjoni adattata b’tali mod li jagħti riżultati kosteffeffiċjenti, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u riżultati li jkunu konformi legalment, u (ii) l-iżgurar ta’ abbiltà li l-kwistjonijiet emerġenti fil-qasam jiġu indirizzati.

Ser tingħata prijorità lill-proġetti li ġejjin:

Ilma, għargħar u nixfa – l-Anness III, it-Taqsima A, punti (a)(i)-(ii)

1.

L-ippjanar u l-istabbiliment f’żoni urbani u rurali ta’ miżuri ta’ żamma tal-ilma naturali li jżidu l-infiltrazzjoni, il-ħażna tal-ilma u jneħħu s-sustanzi niġġiesa permezz ta’ proċessi naturali, jew li jkunu jixbhu lil dawk naturali, u b’hekk jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tad-WFD u tad-Direttiva dwar l-Għargħar (FD) u għall-immaniġġjar tan-nixfa f’reġjuni fejn l-ilma hu skars.

2.

Proġetti li jippromwovu l-immaniġġjar tar-riskju tal-għargħar u tan-nixfa permezz ta’ (a) prevenzjoni ta’ avvenimenti estremi u ta’ għodda ta’ protezzjoni għall-appoġġ tal-politika, l-ippjanar tal-użu tal-art u l-immaniġġjar tal-emerġenzi u (b) valutazzjoni integrata tar-riskji u approċċi ta’ mmaniġġjar ibbażati fuq ir-reżiljenza u l-vulnerabbiltà soċjali, u li jiżguraw l-aċċettazzjoni soċjali.

3.

Proġetti li jippermettu li jintlaħqu l-objettivi tad-WFD billi jindirizzaw il-pressjonijiet idromorfoloġiċi identifikati fil-Pjanijiet tal-Immaniġġjar tal-Baċini tax-Xmajjar (RBMPs) u li joriġinaw mill-użu fuq l-art jew l-użu fix-xmajjar,

4.

Proġetti li jindirizzaw l-immaniġġjar integrat tan-nutrijenti u t-tniġġis organiku li joriġina mill-bniedem jew mill-agrikoltura b’tali mod li jiċċara l-miżuri meħtieġa fuq skala ta’ baċin ta’ xmara jew ta’ żona ta’ qbid biex ikunu jistgħu jintlaħqu r-rekwiżiti tad-WFD u tal-MSFD, inklużi r-rekwiżiti tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi, id-Direttiva dwar in-Nitrati, id-Direttiva dwar l-Ilmijiet għall-Għawm u d-Direttiva dwar l-Ilma ta’ taħt l-Art.

5.

Proġetti li jindirizzaw il-pressjoni mis-sustanzi kimiċi li jniġġsu fl-ambjent tal-ilma u mmirati lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji mis-sors tagħhom, permezz tal-użu ta’ sostituti xierqa jew teknoloġiji alternattivi.

6.

Proġetti li jinnaturalizzaw mill-ġdid ix-xmajjar, il-lagi, il-morfoloġija tal-estwarji u tal-kosti u/jew li jerġgħu joħolqu ħabitats assoċjati inklużi pjanuri tal-għargħar jew ta’ bassasi, sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi tad-WFD u l-FD.

7.

Proġetti li jimplimentaw miżuri li jgħinu biex ma jintilifx l-ilma sabiex jitnaqqsu l-pressjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi fuq korpi tal-ilma f’baċini li jkollhom nuqqas ta’ ilma abbażi ta’ mudelli idroekonomiċi.

Immaniġġjar marittimu u tal-kosti – l-Anness III, it-Taqsima A, punt (a)(iii)

1.

Proġetti li jiżviluppaw għodod, teknoloġiji u prattiki biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-attivitajiet ekonomiċi relatati mal-ambjent marin, inkluż fejn ikun relevanti permezz ta’ tnaqqis tal-pressjoni tal-attivitajiet ekonomiċi fuq l-ambjent marin, u biex tiġi integrata s-sostenibbiltà tar-riżorsi marini f’setturi marittimi ekonomiċi b’enfasi fuq l-istorbju taħt l-ilma, id-disturbi fiżiċi ta’ qiegħ il-baħar, u l-impatti tat-tħaffir fl-ibħra miftuħa u l-akkwakultura. Il-proġetti huma mistennija li jinkludu l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ mmaniġġjar li jnaqqsu l-impatti ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi.

2.

Proġetti li jimmiraw lejn il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta’ skart marin jew kontaminanti mikrobjali, billi jindirizzaw is-sorsi tal-iskart marin u l-kontaminanti mikrobjali.

3.

Proġetti li jippromwovu sinerġiji bejn l-immaniġġjar integrat tal-kosti u l-ippjanar spazjali marittimu, billi juru l-valur miżjud tal-koordinazzjoni tal-immaniġġjar integrat tal-kosti u l-ippjanar spazjali marittimu f’kuntesti marini ġodda, filwaqt li jappoġġaw l-implimentazzjoni konkreta tal-istrateġiji dwar il-baċini tal-ibħra inkluża l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni relevanti, jew l-irbit tal-immaniġġjar integrat tal-kosti u l-ippjanar spazjali marittimu mal-proċeduri għall-għażla u l-immaniġġjar ta’ Żoni Marini Protetti jew siti ta’ Natura 2000.

L-Industrija tal-Ilma – l-Anness III, it-taqsima A, punt (a)(iv))

1.

Proġetti mmirati lejn l-iżvilupp ta’ teknoloġiji għall-ilma tax-xorb u sistemi ta’ trattament tal-ilma urban mormi, permezz tal-użu ta’ proċessi li jużaw ir-riżorsi b’mod effiċjenti għall-forniment tas-servizzi tal-ilma (pereżempju mira li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija għat-trattament u l-immaniġġjar tal-ilma, u t-telf tal-ilma) u proċeduri fuq il-post u proċessi ta’ kontroll biex jitnaqqsu jew jiġu eleminati l-iskariki ta’ sustanzi niġġiesa emerġenti u tal-patoġeni bħala parti mill-effluwent li jirriżulta mit-trattament tal-ilma mormi.

2.

Proġetti li jimplimentaw l-għodod (pereżempju ppjanar, sistemi diċentralizzati, approċċi bbażati fuq ir-riskji) biex jiżguraw il-provvista effiċjenti tas-servizzi tal-ilma li jkunu konformi mad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb u d-Direttiva dwar l-Ilma Urban Mormi f’żoni b’densità baxxa tal-popolazzjoni.

3.

Proġetti mmirati lejn soluzzjonijiet innovattivi effiċjenti u effettivi u/jew għażliet ta’ trattament fir-rigward tal-ilma rreċiklat/miġbur mill-ġdid, li jiżviluppaw u juru:

Kunċetti innovattivi għal provvista tal-ilma (alternattiva), trattament tal-ilma mormi, l-użu mill-ġdid u l-irkupru tar-riżorsi;

Metodi ta’ kontroll mis-sors u teknoloġiji kosteffiċjenti fuq il-post għal skariki ta’ sustanzi niġġiesa emerġenti u patoġeni fis-sistema tat-trattament tal-ilma mormi;

Ċentri ta’ trattament tal-ilma innovattiv, f’reġjuni li attwalment ma għandhomx sistemi adegwati ta’ drenaġġ u faċilitajiet ta’ trattament u sanità, li japplikaw teknoloġiji intelliġenti u sistemi deċentralizzati b’enfasi fuq sorsi alternattivi tal-ilma.

Approċċi sistematiċi biex jiġi evitat it-telf tal-ilma, l-enerġija u r-riżorsi fil-produzzjoni industrijali u fl-infrastruttura tal-ilma u l-ilma mormi.

Anness III tar-Regolament LIFE

(b)

Prijoritajiet tematiċi għall-Iskart: attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi għall-iskart stabbiliti fil-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi u s-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, b’mod partikolari:

(i)

approċċi integrati għall-implimentazzjoni ta’ pjanijiet u programmi tal-iskart;

(ii)

attivitajiet għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart, b’enfasi partikolari fuq l-ewwel passi tal-ġerarkija tal-Unjoni għall-iskart (prevenzjoni, użu mill-ġdid u riċiklaġġ);

(iii)

attivitajiet għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u impatt taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, tendenzi ta’ konsum u dematerjalizzazzjoni tal-ekonomija.

Fir-rigward tal-iskart, il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’użu effiċjenti tar-riżorsi u s-seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali jimmiraw li jintlaħqu l-miri ġenerali li ġejjin sal-2020:

li jitnaqqas l-iskart iġġenerat;

li jiġi mmassimizzat ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid;

li tiġi llimitata l-inċinerazzjoni ta’ materjali mhux riċiklabbli, u

li jiġi llimitat ir-rimi f’miżbliet ta’ skart li ma jistax jiġi rriċiklat jew irkuprat.

Ser tingħata prijorità lill-proġetti li ġejjin:

Implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart – l-Anness III, it-taqsima A, punti (b)(i)-(ii)

1.

Proġetti li jużaw metodi, teknoloġiji u azzjonijiet innovattivi li jkunu mmirati primarjament lejn is-sors tal-iskart għall-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u l-ġbir separat tal-iskart muniċipali.

2.

Proġetti li jużaw metodi, teknoloġiji u azzjonijiet innovattivi primarjament li jkunu mmirati primarjament lejn is-sors tal-iskart għall-prevenzjoni, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid/l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-ġbir separat tal-affarijiet li ġejjin li jiġġeneraw l-iskart:

skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (STEE), batteriji u akkumulaturi, vetturi li ma għadhomx jintużaw (ELVs), skart mill-imballaġġ, mill-kostruzzjoni, mill-ħatt u skart mediku;

bijoskart, inkluż skart tal-ikel tul il-katina alimentari.

3.

Proġetti ta’ mmaniġġjar integrat tal-plastik li jkunu maħsubin biex iżidu r-rata ta’ riċiklaġġ, it-tqassim tal-iskart u riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, l-ekodisinn, l-immaniġġjar ta’ plastik li ma jintużax fl-imballaġġ, il-prevenzjoni ta’ oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss, jew it-tnaqqis u r-rimedju tar-rimi tal-iskart;

4.

Proġetti li jkunu maħsubin biex itejbu l-immaniġġjar tal-iskart perikoluż domestiku

Effiċjenza fl-Iskart u l-Użu tar-Riżorsi – l-Anness III, it-taqsima A, punt (b)(iii)

Proġetti li jimplimentaw l-użu ta’ strumenti ekonomiċi fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali b’appoġġ tal-politiki tal-immaniġġjar tal-iskart u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi.

Anness III tar-Regolament LIFE

(c)

Prijoritajiet tematiċi għall-Effiċjenza fl-Użu tar-Riżorsi, inklużi l-ħamrija u l-foresti u l-ekonomija ekoloġika u ċirkolari: attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi u s-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali li mhumiex koperti minn prioritajiet tematiċi oħrajn imsemmijin f’dan l-Anness, b’mod partikolari:

(i)

attivitajiet għas-simbjożi industrijali u t-trasferiment ta’ għarfien, u l-iżvilupp ta’ mudelli ġodda għal tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u ekoloġika;

(ii)

attivitajiet għall-Istrateġija Tematika għall-Ħamrija (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Settembru 2006 bit-titolu “L-Istrateġija Tematika għall-Protezzjoni tal-Ħamrija”) b’enfasi partikolari fuq il-mitigazzjoni u l-kumpens għall-issiġillar tal-ħamrija, u l-użu mtejjeb tal-art,

(iii)

attivitajiet għal sistemi ta’ monitoraġġ u informazzjoni dwar il-foresti, u għall-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti.

Il-proġetti taħt il-prijoritajiet tematiċi għall-Effiċjenza fl-Użu tar-Riżorsi, inklużi l-ħamrija u l-foresti, u ekonomija ekoloġika u ċirkulari ser jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali lejn Ewropa li tuża r-Riżorsi b’mod Effiċjenti, l-Istrateġija Tematika għall-Protezzjoni tal-Ħamrija u l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-Foresti. Fir-rigward tas-simbjożi industrijali, it-trasferiment tal-għarfien u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkulari u ekoloġika, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-prestazzjoni tan-negozji li tkun effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u ambjentalment soda, inklużi l-ktajjen ta’ valur, u dwar l-armonizzazzjoni tal-metodoloġija biex titkejjel l-impronta ambjentali. Fir-rigward tal-protezzjoni tal-ħamrija, hemm bżonn li jittejjeb l-immaniġġjar tal-ħamrija u, b’mod partikolari, biex jiġi limitat u mmitigat l-issiġillar tal-ħamrija. Il-monitoraġġ tal-foresti u s-sistemi tal-informazzjoni u l-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti raw avvanzi kbar tul l-aħħar snin, iżda hemm bżonn li tiġi implimentata l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-Foresti u li tkompli tittejjeb is-Sistema tal-Informazzjoni Ewropea dwar in-Nirien fil-foresti (EFFIS) (7).

Ser tingħata prijorità lill-proġetti li ġejjin:

Effiċjenza fl-użu tar-Riżorsi, l-ekonomija ekoloġika u ċirkulari – l-Anness III, it-taqsima A, punt (c)(i)

1.

Proġetti li jimplimentaw il-kunċett ta’ ekonomija ċirkulari permezz ta’ azzjonijiet tul il-katina tal-valur jew li jiżguraw l-użu ta’ riżorsi sekondarji/materjal tar-ruttam/skart f’industriji oħrajn jew ktajjen ta’ valur (ekodisinn, użu kaskata tal-materjali, tiswija, manifattura mill-ġdid, użu mill-ġdid, riċiklaġġ, kunċetti ta’ negozji ċirkulari ġodda, u sistemi innovattivi ta’ teħid lura u ġbir).

2.

Proġetti li jimplimentaw mudelli tan-negozju ġodda għall-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, inkluż l-istabbiliment ta’ prattiki ta’ effiċjenza fl-użu tar-riżorsi f’Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju (SMEs), li jiffukaw fuq l-impatt ambjentali, id-durabbiltà, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-prodotti u l-proċessi tagħhom – inklużi l-kondiviżjoni u l-lokazzjoni tal-prodotti minflok ma dawn jinbiegħu. Dan għandu jinvolvi wieħed mis-setturi industrijali kkunsidrati bħala prijorità fil-Pjan Direzzjonali għal Ewropa li tuża r-Riżorsi b’mod Effiċjenti; il-mudell il-ġdid tan-negozju għandu jirriżulta fi tnaqqis fil-materjal użat u/jew fl-użu tal-enerġija u l-ilma.

3.

Proġetti li jippromwovu l-implimentazzjoni tal-metodoloġija Ewropea dwar l-impronta ambjentali  (8) permezz ta’ komunikazzjoni mal-konsumaturi u l-partijiet interessati, id-disponibbiltà tad-dejta, il-kwalità u t-traċċabbiltà tul il-katina tal-valur, simplifikazzjoni tal-kalkoli u verifika.

4.

Proġett li jorbot l-inċentivi regolatorji, finanzjarji jew ta’ reputazzjoni mal-prestazzjoni ambjentali bl-użu ta’ EMAS jew strumenti oħra ta’ mmaniġġjar ambjentali tal-Unjoni li jkunu robusti u affidabbli (jiġifieri vverifikati minn partijiet terzi).

5.

Proġetti li jippromwovu l-Akkwisti Pubbliċi Ekoloġiċi permezz tal-iżvilupp, b’kollaborazzjoni mal-kumpaniji, u l-applikazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni għall-offerti ta’ awtoritajiet pubbliċi bi bżonnijiet ta’ akkwisti simili (inklużi l-konsultazzjoni tas-suq u attivitajiet ta’ akkwisti attwali) u ta’ skemi li jippermettu lix-xerrejja verifika faċli u affidabbli tar-rekwiżiti ambjentali, u tal-applikazzjoni ta’ skemi bħal dawn.

Il-Ħamrija – Anness III, it-taqsima A, punt (c)(ii)

1.

Proġetti li jillimitaw, jimmitigaw jew jipproponu metodi innovattivi għall-kumpens tal-issiġillar tal-ħamrija fil-livell reġjonali, provinċjali jew muniċipali, skont il-Linji gwida dwar l-Issiġillar tal-Ħamrija (SWD(2012) 101 final/2) (9), partikolarment dawk li jinvolvu tfassil ġdid tal-approċċi lejn l-ippjanar u dawk baġitarji bil-għan li jintlaħaq żvilupp reġjonali jew muniċipali mingħajr ma tintuża aktar art jew issiġillar tal-ħamrija.

2.

Disinn tal-proġetti biex ikun hemm immaniġġjar aħjar tal-ħamrija (tnaqqis fl-erożjoni, żamma tal-materja organika fil-ħamrija, evitar tat-tirsis u l-kontaminazzjoni, konservazzjoni/treġġigħ lura ta’ livelli għoljin ta’ karbonju fil-ħamrija, eċċ.) fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali. Il-metodi użati jistgħu jinkludu għodod u prattiki ta’ monitoraġġ jew it-titjib tal-oqfsa amministrattivi u legali. Ser iqanqlu interess partikolari l-proġetti li jipprovdu soluzzjonijiet kosteffiċjenti li jtejbu l-għodod u l-metodoloġiji eżistenti, jew li jappoġġaw il-funzjonijiet tal-ħamrija bħala parti minn ekosistema usa’, pereżempju għaż-żamma tal-ilma.

3.

Proġetti li jiżviluppaw u jimplimentaw għodod u skemi ta’ appoġġ kosteffiċjenti għall-identifikazzjoni tas-siti kkontaminati fil-livell reġjonali jew nazzjonali.

Foresti – l-Anness III, it-taqsima A, punt (c)(iii)

Il-proġetti taħt din l-intestatura jistgħu jiġu prijoritizzati biss jekk jipprevedu li d-dejta kwantitattiva u kwalitattiva kollha relatata mal-foresti li tirriżulta mill-proġetti tkun ser tiġi inkorporata fiċ-Ċentru Ewropew għad-Dejta Forestali (European Forest Data Centre (EFDAC)) u aktar tard fis-Sistema ta’ Informazzjoni Forestali għall-Ewropa (Forest Information System for Europe (FISE)) tal-Kummissjoni Ewropea.

1.

Proġetti li jikkontribwixxu biex tinsilet informazzjoni kompletament armonizzata mid-dejta miġbura mill-Inventarji Nazzjonali Forestali (National Forest Inventories (NFI)) u/jew netwerks oħrajn ta’ informazzjoni forestali, u li jimplimentaw metodoloġiji avvanzati biex jesebixxu mmaniġġjar forestali sostenibbli fil-livell reġjonali, nazzjonali jew sovranazzjonali skont il-kriterji u l-indikaturi maqbulin (Forest Europe  (10)) (pereżempju s-saħħa u l-vitalità tal-foresti, is-Servizzi tal-Ekosistemi Forestali, funzjonijiet Forestali u Soċjoekonomiċi marbutin mal-Bijoekonomija tal-UE u l-foresti fi klima li qed tinbidel) skont l-objettivi tal-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-Foresti (11) u l-istrateġija tal-UE dwar il-bijodiversità 2020 (12).

2.

Proġetti msejsa fuq l-informazzjoni miġbura minn netwerks ta’ informazzjoni forestali nazzjonali/reġjonali eżistenti u li jiżviluppaw u jimplimentaw metodi ġodda għall-ġbir u r-rappurtar ta’ kriterji u indikaturi tal-immaniġġjar forestali sostenibbli  (13) fil-livell nazzjonali jew reġjonali skont il-klassifikazzjoni taż-ŻEE tat-Tipi ta’ Foresti fl-Ewropa (European Forest Types (EFT) (14) f’14-il kategorija kif huwa rrappurtat f’Forest Europe. Dawn il-proġetti għandhom jinkludu azzjonijiet dimostrattivi speċifiċi li juru kif l-informazzjoni u l-metodi l-ġodda jistgħu jintużaw biex tittejjeb il-protezzjoni tal-ekosistemi forestali.

3.

Proġetti li jikkontribwixxu lejn it-titjib tas-Sistema ta’ Informazzjoni Ewropea dwar in-Nirien fil-foresti (EFFIS). Dawn il-proġetti għandhom jinkludu azzjonijiet dimostrattivi speċifiċi li juru kif l-informazzjoni u l-metodi l-ġodda jistgħu jiġu applikati biex jintlaħqu l-miri stipulati fl-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità sal-2020, sa fejn ikun ikkonċernat il-maniġment tal-foresti u tal-ekosistemi forestali.

4.

Proġetti li jużaw informazzjoni ġdida dwar il-foresti biex iżidu r-reżiljenza tagħhom għar-riskji li jirriżultaw minn bidliet fil-popolazzjoni relatati mal-urbanizzazzjoni, l-abbandun tal-art jew it-telf ta’ ħiliet tradizzjonali ta’ maniġment tal-art.

Anness III tar-Regolament LIFE

(d)

Prijoritajiet tematiċi għall-Ambjent u s-Saħħa, inklużi s-sustanzi kimiċi u l-istorbju: attivitajiet ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi għall-ambjent u s-saħħa stabbiliti fis-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, b’mod partikolari:

(i)

l-attivitajiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (15) ((REACH) u r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (16) ((Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali) għall-iżgurar ta’ użu iktar sikur, sostenibbli jew ekonomiku tas-sustanzi kimiċi (inklużi n-nanomaterjali);

(ii)

attivitajiet ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (17) ((id-Direttiva dwar l-Istorbju) sabiex jinkisbu livelli ta’ storbju li ma jirriżultawx f’impatti negattivi sinifikanti u riskji għas-saħħa tal-bniedem;

(iii)

attivitajiet ta’ appoġġ biex jiġu evitati inċidenti serji b’mod partikolari biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (18) ((Id-Direttiva Seveso III).

Fir-rigward tal-ambjent u s-saħħa, għandhom jiġu esplorati metodi ġodda biex jitnaqqas l-impatt tas-sustanzi kimiċi, l-istorbju u l-aċċidenti industrijali fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

Ser tingħata prijorità lil dawn il-proġetti li ġejjin:

Sustanzi kimiċi – l-Anness III, it-taqsima A, punt (d)(i)

1.

Proġetti li jnaqqsu l-impatt tas-sustanzi kimiċi (inklużi n-nanomaterjali u l-prodotti bijoċidali) fuq l-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem permezz ta’ użu aktar sikur u sostenibbli tas-sustanzi kimiċi jew permezz ta’ tnaqqis tal-esponiment għas-sustanzi kimiċi tossiċi fil-prodotti jew fl-ambjent, billi dawn jiġu ssostitwiti minn sustanzi aktar sikuri jew soluzzjonijiet mhux kimiċi.

2.

Proġetti li jtejbu l-użu tad-dejta ta’ monitoraġġ dwar is-sustanzi kimiċi (pereżempju monitoraġġ ambjentali, bijomonitoraġġ tal-bniedem, monitoraġġ tal-prodotti u monitoraġġ tal-arja ta’ ġewwa) fil-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, billi jagħmlu d-dejta ta’ monitoraġġ tas-sustanzi kimiċi disponibbli, aċċessibbli, kumparabbli u interoperabbli, u jitħalla li din id-dejta tkun tista’ tintrabat mal-monitoraġġ tas-saħħa tal-bniedem u ambjentali u għall-valutazzjoni tal-esponiment minn taħlitiet kimiċi permezz ta’ diversi mezzi ta’ esponiment.

Storbju – l-Anness III, it-taqsima A, punt (d)(ii)

Taħt din l-intestatura, ser tingħata prijorità lil proġetti f’żoni urbani sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni għal numru massimu ta’ persuni.

1.

Proġetti mmirati lejn l-introduzzjoni ta’ skemi permanenti ta’ Żoni ta’ Emissjonijiet Baxxi (Low Emission Zones (LEZ)) ta’ storbju f’żoni urbani, billi jippermettu biss l-użu ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku jew billi japplikaw approċċi oħrajn tal-LEZ li jkunu daqstant ieħor effettivi fir-rigward tal-istorbju.

2.

Proġetti f’żoni urbani b’densità ta’ popolazzjoni għolja mmirati lejn it-tnaqqis tal-istorbju mit-toroq u minn infrastruttura oħra tat-trasport billi jużaw superfiċje li jipproduċu livell baxx ta’ storbju li jkollhom kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja li jkunu kumparabbli ma’ dawk tas-superfiċje standard, iżda li jwasslu għal tnaqqis sostanzjali ta’ storbju.

Aċċidenti industrijali – l-Anness III, taqsima A, punt (e)(iii)

Proġetti mmirati lejn l-iffaċilitar tal-implimentazzjoni tad-Direttiva Seveso III (id-Direttiva 2012/18/UE) dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi permezz tal-iżvilupp ta’ għodod metodoloġiċi biex jitwettaq immappjar tar-riskji, ikluż l-immappjar tar-riskji ambjentali, u biex jiġu indirizzati l-effett domino.

Anness III tar-Regolament LIFE

(e)

Il-prijoritajiet tematiċi għall-Kwalità tal-Arja u l-emissjonijiet, inkluż l-ambjent urban: attivitajiet ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi għall-arja u l-emissjonijiet fil-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi u s-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, b’mod partikolari:

(i)

approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja;

(ii)

attivitajiet ta’ appoġġ favur l-iffaċilitar tal-konformità mal-istandards tal-kwalità tal-arja tal-Unjoni u l-istandards tal-emissjonijiet fl-arja relatati, inkluża d-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (19) ((Id-Direttiva dwar il-Livelli Massimi tal-Emissjonijiet);

(iii)

attivitajiet ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni mtejba tad-Direttiva 2010/75/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (20) (Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali) b’enfasi partikolari fuq it-titjib tal-proċess ta’ definizzjoni u ta’ implimentazzjoni tal-aqwa tekniki disponibbli, bl-iżgurar ta’ aċċess faċli tal-pubbliku għall-informazzjoni u t-titjib tal-kontribut tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali għall-innovazzjoni.

Il-prijorità tematika “kwalità tal-arja u emissjonijiet inkluż l-ambjent urban” tiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja u approċċ komprensiv lejn il-problemi ambjentali urbani. It-tniġġis tal-arja jibqa’ l-aktar problema serja għas-saħħa ambjentali fl-Ewropa, b’rata ta’ mortalità li hija aktar minn għaxar darbiet ogħla minn dik ikkawżata mill-aċċidenti tat-traffiku, u li għandha impatt sinifikanti anki fuq l-ekosistemi (pereżempju, 70 % tas-siti ta’ Natura 2000 jiġu affettwati mill-ewtrofikazzjoni b’riżultat tat-tniġġis tal-arja). Din għandha tiġi indirizzata skont l-Istrateġija tal-Kwalità tal-Arja tal-UE li ġejja għall-perjodu li jwassal sal-2030.

Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (IED) hija strument prinċipali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis minn punti ta’ sors kbar. L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tal-IED (u l-IPPC qabilha) ippermettiet li jiġu identifikati l-bżonnijiet addizzjonali f’termini ta’ informazzjoni pubblika u l-introduzzjoni ta’ tekniki emerġenti

Ser tingħata prijorità lil dawn il-proġetti li ġejjin:

Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja u d-Direttiva NEC – l-Anness III, it-taqsima A, punti (e)(i)-(ii)

Fejn ma jingħadx mod ieħor espliċitament, il-proġetti tal-kwalità tal-arja għandhom jiffukaw b’mod ġenerali fuq iż-żoni urbani biex jintlaħqu l-akbar ammont ta’ nies possibbli.

1.

Il-proġetti tal-enerġija lokali u reġjonali li jindirizzaw il-kwalità tal-arja u t-tnaqqis fl-emissjonijiet f’materja partikolata (particulate matter –(PM)) atmosferika f’żoni b’użu intensiv kontinwu ta’ applikazzjonijiet tat-tisħin li jaħaqru l-faħam u l-bijomassa.

2.

Il-proġetti li jikkontribwixxu għal applikazzjonijiet li jaħarqu l-bijomassa ta’ kwalità għolja u l-użu xieraq tagħhom, inkluż fir-reġjuni muntanjużi (bħal pereżempju teknoloġiji li jipproduċu livelli tassew baxxi ta’ trab, teknoloġiji b’effiċjenza għolja u kombustjoni u kontroll nodfa, ħażna tas-sħana).

3.

Proġetti ta’ mobbiltà sostenibbli għal dawk il-komponenti li jkunu essenzjali biex jintlaħqu l-istandards ta’ kwalità tal-arja li jiffukaw fuq sewqan aktar nadif f’sitwazzjonijiet reali, l-użu ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku jew b’emissjonijiet tassew baxxi (21) Kif jissemma fil-Programm ta’ Ħidma Orizzont 2020, l-użu ta’ fjuwils alternattivi nodfa, programmi innovattivi ta’ żieda ta’ komponenti mal-vetturi tas-servizz pubbliku, teknoloġija alternattiva tal-mototrażmissjoni bħall-elettromobbiltà u l-mobbiltà bbażata fuq l-idroġenu, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ LEZ ta’ impatt għoli u skemi ta’ pprezzar tat-toroq permezz ta’ kriterji ta’ aċċess avvanzat u tikketti fuq il-prodotti tal-konsum (22) ((Iż-Żoni Metropolitani Prinċipali), u l-użu ta’ pjattaformi loġistiċi innovattivi għall-provvista tal-prodotti fl-aħħar mil.

4.

Proġetti biex inaqqsu l-ammonja u l-emissjonijiet tal-PM mill-agrikoltura b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi UNECE għall-Prattiki Tajbin aġġornata għat-tnaqqis tal-ammonja u l-emissjonijiet tal-PM mill-agrikoltura.

Id-Direttiva tal-Emissjonijiet Industrijali – l-Anness III, it-taqsima A, punti (e)(iii)

Proġetti li jiżviluppaw u jittestjaw it-tekniki tal-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tniġġis msemmija fid-IED bħala tekniki emerġenti.

L-Ambjent Urban – l-Anness III, it-taqsima A, punt (e)

Proġetti li jimplimentaw politiki integrati u komprensivi għall-ippjanar u d-disinn urban sostenibbli permezz ta’ approċċi innovattivi għat-trasport pubbliku urban u l-mobbiltà urbana, għall-bini sostenibbli, għall-effiċjenza fl-enerġija jew għall-konservazzjoni tal-bijodiversità urbana.

3.2.   Qasam prijoritarju Natura u Bijodiversità

Skont l-Artikolu 11(a) tar-Regolament LIFE, is-suġġetti tal-proġetti li jikkorrispondu għal dan il-qasam prijoritarju u l-prijoritajiet tematiċi elenkati fl-Anness III mar-Regolament LIFE għandhom jippruvaw jilħqu b’mod partikolari l-objettiv speċifiku li jingħata kontribut għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tan-natura u l-bijodiversità, inkluża l-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020, u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (23) u 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), partikolarment bl-applikazzjoni, l-iżvilupp, l-ittestjar u l-wiri ta’ approċċi, l-aħjar prattiki u soluzzjonijiet. Il-proġetti f’dan il-qasam prijoritarju jistgħu għalhekk jimplimentaw approċċi eżistenti, l-aħjar prattika u soluzzjonijiet jew jiżviluppaw, jittestjaw u juru approċċi ġodda, l-aħjar prattiki u soluzzjonijiet. Fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu taħt il-prijorità tematika bijodiversità , madankollu, ġeneralment tingħata prijorità lill-proġetti pilota u lil dawk dimostrattivi , sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor fis-suġġett tal-proġett rispettiv.

LIFE ilu jservi ta’ għodda prinċipali fl-appoġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats għal dawn l-aħħar 20 sena. Dan il-programm żgħir kien strumentali u, f’ċerti każijiet, kruċjali biex jiżgura l-istabbiliment tan-netwerk ta’ Natura 2000. Il-koleġiżlaturi esprimew ix-xewqa ċara tagħhom li jżommu l-fokus ta’ LIFE fuq din il-kwistjoni strateġika, partikolarment fi żmien meta l-Istati Membri kollha huma mitlubin jiżguraw status favorevoli ta’ konservazzjoni tal-ħabitats u l-ispeċijiet kollha. F’ħafna mill-każijiet, dan jista’ jintlaħaq bl-immaniġġjar attiv tas-siti u l-konnettività tagħhom jew dik tal-ispeċijiet relevanti. Għal din ir-raġuni in-Natura u l-Bijodiversità LIFE ser ikompli jiffoka r-riżorsi finanzjarji limitati tiegħu fuq Natura 2000 biex jiżura li l-impenji jitwettqu kollha kemm huma fir-rigward tal-mira 1 tal-istrateġija dwar il-Bijodiversità. Fl-istess waqt, wara l-esperjenza pożittiva ta’ LIFE+, LIFE 2014-2020 ser jippromwovi proġetti relatati mal-Bijodiversità li jkunu mmirati prinċipalment lejn l-ittestjar u l-wiri ta’ modi ġodda kif jistgħu jiġu indirizzati kwistjonijiet usa’ marbutin mal-bijodiversità. LIFE Natura u LIFE Bijodiversità huma maħsuba biex jikkumplimentaw lil xulxin.

ANNESS III tar-Regolament LIFE

(a)

Prijoritajiet tematiċi għal Natura: attivitajiet għall-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, b’mod partikolari:

(i)

Attivitajiet immirati lejn it-titjib tal-istatus ta’ konservazzjoni tal-ħabitats u l-ispeċijiet, inklużi l-ħabitats u l-ispeċijiet marini, u l-ispeċijiet tal-għasafar, fl-interess tal-Unjoni;

(ii)

Attivitajiet b’appoġġ għas-seminars bijoġeografiċi tan-netwerk Natura 2000;

(iii)

Approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-oqfsa ta’ azzjoni prijoritizzati.

Is-suġġetti tal-proġetti li ġejjin li jikkontribwixxu għall-Mira 1 tal-Istrateġija tal-Bijodiversità sal-2020 biex jiġu implimentati totalment id-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats jingħataw prijorità:

1.

Proġetti mmirati lejn it-titjib tal-istatus ta’ konservazzjoni tal-ħabitats jew l-ispeċijiet (inklużi l-ispeċijiet tal-għasafar) fl-interess tal-Komunità (25), li jimmiraw lejn is-siti ta’ Natura 2000 proposti jew indikati għal dawn it-tipi jew speċji ta’ ħabitats.

2.

Proġetti mmirati lejn it-titjib tal-istatus ta’ konservazzjoni tat-tipi ta’ ħabitats tas-siti jew l-ispeċijiet (inklużi speċijiet tal-għasafar) ta’ Natura 2000 li jkunu ta’ Interess għall-Komunità, sakemm l-istatus tagħhom ma jkunx wieħed “favorevoli/sikur u ma jkunx qed jonqos fil-kwalità” jew “mhux magħruf” skont l-aktar valutazzjonijiet ġenerali reċenti li l-Istati Membri jkunu pprovdew fil-livell ġeografiku relevanti skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats jew l-aktar valutazzjonijiet reċenti skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar l-Għasafar u l-valutazzjonijiet tal-għasafar fil-livell tal-UE.

3.

Proġetti li jimplimentaw azzjoni waħda jew diversi azzjonijiet previsti fil-Qafas ta’ Azzjoni Prijoritizzata (Prioritised Action Framework (PAF)) relevanti, kif ikun aġġornat mill-Istati Membri jew minn azzjonijiet konkreti identifikati, li jkunu ġew rakkomandati jew maqbulin fil-qafas tas-seminars bijoġeografiċi ta’ Natura 2000.

4.

Proġetti li jindirizzaw il-komponent marin tal-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar il-Ħabitats u dwar l-Għasafar u d-dispożizzjonijiet relatati mid-deskrittur 1 tad-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina, partikolarment fejn it-tali proġetti jiffukaw fuq waħda mill-azzjonijiet li ġejjin jew fuq diversi azzjonijiet:

a.

l-ikkompletar u l-iffinalizzar ta’ inventarji nazzjonali għall-istabbiliment tan-netwerk ta’ siti marini ta’ Natura 2000 lil hinn mill-kosta;

b.

restawr u mmaniġġjar tas-siti marini ta’ Natura 2000, inklużi t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-immaniġġjar tas-siti;

c.

azzjonijiet li jindirizzaw kunflitti relatati mal-ispeċijiet, il-ħabitats jew is-siti bejn il-konservazzjoni marina u s-sajjieda jew “utenti marini” oħrajn, kif ukoll azzjonijiet li jlaqqgħu l-miżuri ta’ konservazzjoni ma’ użu sostenibbli tas-siti ta’ Natura 2000;

d.

approċċi dimostrattivi jew innovattivi biex jivvalutaw jew jimmonitorjaw l-impatt tal-attivitajiet tal-bniedem fuq il-ħabitats u l-ispeċijiet marini kritiċi bħala għodda li tiggwida l-miżuri attivi tal-konservazzjoni.

5.

Proġetti għat-titjib tal-istatus ta’ konservazzjoni tat-tipi ta’ ħabitats jew speċijiet ta’ Interess tal-Komunità (inklużi speċijiet ta’ għasafar), li l-azzjonijiet tagħhom jikkorrispondu għall-azzjonijiet identifikati fil-pjanijiet ta’ azzjoni relevanti nazzjonali jew tal-UE dwar l-ispeċijiet jew il-ħabitats.

6.

Proġetti li jimmiraw lejn speċijiet invażivi aljieni, fejn ikun probabbli li dawn inaqqsu l-kwalità tal-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet (inklużi l-ispeċijiet ta’ għasafar) jew tat-tipi ta’ ħabitats ta’ Interess tal-Komunità b’appoġġ għan-netwerk Natura 2000.

Anness III tar-Regolament LIFE

(b)

Prijoritajiet tematiċi għall-Bijodiversità: attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-Unjoni sal-2020, b’mod partikolari:

(i)

Attivitajiet maħsuba biex jikkontribwixxu għall-kisba tal-Mira 2;

(ii)

Attivitajiet maħsuba biex jikkontribwixxu għall-kisba tal-Miri 3, 4 u 5.

Is-suġġetti tal-proġetti li ġejjin jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-Miri 2, 3, 4 u 5 tal-Istrateġija tal-Bijodiversità sal-2020, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati mill-programm LIFE.

Ser tingħata prijorità lis-suġġetti tal-proġetti elenkati hawn taħt:

1.

Proġetti mmirati lejn l-implimentazzjoni tal-Mira 2 tal-Istrateġija tal-Bijodiversità, permezz tal-integrazzjoni tal-azzjonijiet sabiex ikun hemm iż-żamma u t-titjib tal-ekosistemi u s-servizzi tagħhom fl-attivitajiet tas-setturi pubbliċi jew privati, billi tiġi stabbilita infrastruttura Ekoloġika kif ukoll Marittima li treġġa’ lura l-kwalità ta’ ekosistemi degradati. Dawn il-proġetti għandhom jittestjaw u japplikaw l-approċċi mmirati lejn:

a.

l-immappjar u l-valutazzjoni (inkluża l-valwazzjoni) ta’ ekosistemi inklużi l-ekosistemi marini u s-servizz tagħhom biex jikkontribwixxu lejn l-iffissar ta’ prijoritajiet għar-restawr, Infrastruttura Ekoloġika jew Marittima jew L-Ebda Telf Nett;

b.

ir-restawr tal-ekosistemi jinkludi l-ekosistemi tal-kosta u dawk marini u s-servizzi tagħhom bl-applikazzjoni tal-Qafas Prijoritarju ta’ Restawr;

c.

l-iżvilupp ta’ metodoloġiji għall-evalwazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi (inklużi servizzi tanġibbli u mhux tanġibbli) u l-ħlas ta’ dawn is-servizzi; jew

d.

skemi innovattivi ta’ mmaniġġjar li jindirizzaw, b’mod partikolari, is-servizzi tal-ekosistema marbutin mal-ilma, li jistgħu jipprovdu mekkaniżmi ta’ finanzjament potenzjali biex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija tal-Bijodiversità u jikkontribwixxu għall-miri tad-Direttiva Qafas tal-Ilma u d-Direttiva dwar l-Għargħar.

2.

Proġetti li jimplimentaw azzjonijiet li jimmiraw lejn Speċijiet Invażivi Aljeni (taħt il-Mira 5 tal-Istrateġija tal-Bijodiversità jew bil-għan li jikkontribwixxu biex jintlaħaq il-livell ta’ protezzjoni stabbilit fid-deskrittur 2 – Speċijiet mhux indiġeni tad-Direttiva qafas tal-Istrateġija Marina (26)) permezz ta’ azzjonijiet li jittestjaw u japplikaw approċċi mmirati lejn:

a.

il-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-ispeċijiet invażivi aljeni, partikolarment, bl-indirizzar ta’ mezzi ta’ introduzzjoni bla ħsieb,

b.

l-istabbiliment ta’ sistema ta’ rispons rapidu u ta’ twissija bikrija, u

c.

il-qerda jew il-kontroll ta’ speċijiet invażivi aljeni stabbiliti fuq skala spazjali xierqa.

Bl-azzjonijiet tagħhom dawn il-proġetti għandhom jindirizzaw it-tliet passi (prevenzjoni; rispons rapidu u twissija bikrija; eradikazzjoni/kontroll) f’qafas komprensiv, jew, fejn wieħed minn dawn il-passi diġà jkun ġie indirizzat, l-azzjonijiet tagħhom għandhom tal-anqas jitqiegħdu f’qafas usa’ li jorbot it-tliet passi. Dawn għandhom jiġu stabbiliti biex itejbu oqfsa eżistenti – jew jintroduċu dawk ġodda – tekniċi, amministrattivi jew legali fil-livell relevanti; huma għandhom jimmiraw li jipprevjenu l-istabbiliment usa’ tal-IAS fl-UE.

3.

Proġetti li jimmiraw lejn speċijiet mheddin li mhumiex inklużi fl-annessi tad-Direttiva dwar il-Ħabitats iżda li għandhom status ta’ “fil-perikolu” jew agħar fuq il-Listi l-Ħomor Ewropej (http://ec.europa.eu/environment/nature/conservation/species/redlist/ index_en.htm) jew fil-Lista l-Ħamra tal-IUCN għal dawk l-ispeċijiet li mhumiex koperti bil-Listi l-Ħomor Ewropej (http://www.iucnredlist.org/).

4.

Proġetti pilota jew ta’ wiri li jużaw modi innovattivi ta’ finanzjament dirett jew indirett (inklużi sħubijiet pubbliċi u privati, strumenti fiskali, kumpens għall-bijodiversità eċċ.) għal attivitajiet relatati mal-Bijodiversità fis-settur pubbliku privat.

5.

Proġetti pilota jew ta’ wiri li jittestjaw u mbagħad jimplimentaw azzjonijiet ta’ Infrastruttura Ekoloġika li jiffukaw fuq:

a.

teknoloġiji innovattivi u l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ standards tekniċi fir-rigward tagħhom;

b.

il-preservazzjoni jew ir-restawr ta’ ekosistemi għall-benefiċċju tas-saħħa tal-bniedem; jew

c.

teknoloġiji kosteffiċjenti u metodi li jimminimizzaw l-impatt ta’ infrastrutturi eżistenti tal-enerġija u t-trasport fuq il-bijodiversità bit-tisħiħ tal-funzjonalità ta’ ekosistemi konnessi spazjalment.

3.3.   Qasam prijoritarju: Governanza Ambjentali u Informazzjoni

Skont l-Artikolu 12(a) tar-Regolament LIFE, is-suġġetti tal-proġetti li jikkorrispondu għal dan il-qasam prijoritarju u l-prijoritajiet tematiċi relatati elenkati fl-Anness III tar-Regolament LIFE, għandu jkollhom fil-mira l-objettiv speċifiku “li tiġi promossa s-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali, inkluż il-ġenerazzjoni tal-appoġġ pubbliku u tal-partijiet ikkonċernati għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent, u li jiġi promoss l-għarfien dwar l-iżvilupp sostenibbli u tendenzi ġodda għall-konsum sostenibbli.”

L-Anness III tar-Regolament LIFE

Qasam prijoritarju Governanza Ambjentali u Informazzjoni:

(a)

kampanji ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni b’konformità mal-prijoritajiet tas- Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali;

(b)

attivitajiet b’appoġġ tal-proċess ta’ kontroll effettiv kif ukoll miżuri għall-promozzjoni tal-konformità b’rabta mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, u b’appoġġ tas-sistemi ta’ informazzjoni u għodda ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni.

Kampanji ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni – l-Anness III, it-taqsima C, punt (a)

Il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tal-kampanji ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni ser jiġi kkunsidrat fil-valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew tal-proġetti proposti.

Ilma

1.

Sensibilizzazzjoni dwar l-obbligi u l-opportunitajiet tad-WFD, fejn jiġu mmirati l-awtoritajiet u atturi oħrajn li jkunu jistgħu jikkontribwixxu għal soluzzjonijiet kosteffiċjenti li għandhom jiġu inklużi fil-Pjanijiet tal-Immaniġġjar tal-Baċini tax-Xmajjar u fir-rigward tal-protezzjoni mill-għargħar, l-immaniġġjar tas-sediment, l-idroenerġija, in-navigazzjoni, it-trasport, l-ippjanar spazjali, l-industrija tal-kimika, u l-agrikoltura.

2.

Proġetti li jiżviluppaw u jittestjaw il-politiki tal-ipprezzar tal-ilma bbażati fuq approċċi innovattivi, fejn il-prinċipju ta’ min juża żżejjed iħallas jiżdied mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, filwaqt li jiġu ddefiniti miri ta’ effiċjenza ċari u li jistgħu jitkejlu għal kull qasam ta’ attività fil-livell relevanti.

3.

Proġetti mmirati lejn il-bidu ta’ skemi ta’ tindif tal-bajjiet u l-ibħra bħala mezz ta’ żieda ta’ sensibilizzazzjoni tal-impatti tal-iskart marin u b’hekk tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-ambjent marin li huma fil-mira tad-Direttiva Qafas tal-Istrateġija Marina.

4.

Sensibilizzazzjoni dwar l-obbligi u l-opportunitajiet tal-MSFD (barra mill-iskart marin, ara l-punt 3 hawn fuq), li tqiegħed fil-mira lill-awtoritajiet u partijiet interessati oħrajn, partikolarment mis-setturi tas-sajd u dak marittimu li jistgħu jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet kosteffiċjenti li għandhom jiġu inklużi fl-Istrateġiji Marini u l-Programmi ta’ Miżuri bil-għan li jinkiseb “status ambjentali tajjeb” skont il-11-il Deskrittur stipulat fl-Anness I tal-MSFD.

5.

Proġetti fejn il-partijiet interessati jikkollaboraw fuq bażi transnazzjonali lil hinn mill-konfini tal-ġurisdizzjonijiet nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji tal-Baċini tal-Baħar.

Skart

1.

Sensibilizzazzjoni u taħriġ dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-iskart li jista’ jiġi riċiklat jew rkuprat (biex b’hekk jiġi limitat ir-rimi fil-miżbliet għall-iskart residwu, jiġifieri dak li ma jistax jiġi riċiklat u rkuprat).

2.

Kampanji ta’ informazzjoni li joħolqu kuxjenza u li jinkoraġġixxu bidliet fl-imġiba fir-rigward ta’ kwistjonijiet prinċipali relatati mal-iskart b’enfasi fuq it-tnaqqis tal-iskart, partikolarment fir-rigward tad-WEEE u l-iskart pubbliku.

Effiċjenza fl-Użu tar-Riżorsi, inklużi l-ħamrija u l-foresti, u ekonomija ekoloġika u ċirkulari

1.

Sensibilizzazzjoni u żvilupp ta’ materjal ta’ gwida għall-utenti Ewropej tar-riżorsi ġenetiċi, partikolarment r-riċerkaturi u l-SMEs, sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-Aċċess u l-Kondiviżjoni tal-Benefiċċji, kif ukoll attivitajiet ta’ appoġġ għall-ġabriet Ewropej ta’ riżorsi ġenetiċi, biex pereżempju jiġu mtejbin l-organizzazzjoni u d-dokumentazzjoni tal-kampjuni.

2.

Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni li jippromwovu konsum sostenibbli b’enfasi fuq l-iskart tal-ikel u l-ħażna ottimali tal-ikel.

3.

Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni li jippromwovu konsum sostenibbli b’enfasi fuq il-konsum tal-ħamrija u r-riżorsi tal-art.

4.

Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ intervent ta’ informazzjoni attiv (kemm l-interventi attivi u s-sensibilizzazzjoni ġenerali) dwar il-benefiċċji ekonomiċi u finanzjarji tal-użu effiċjenti tar-riżorsi, inkluża l-ħamrija.

5.

Kampanji ta’ bini ta’ kapaċità li jippermettu l-koordinazzjoni u l-gwida dwar informazzjoni relevanti u rappreżentanti tal-UE dwar il-foresti u n-nirien fil-foresti. Dawn il-proġetti għandhom jimmiraw li jikkoordinaw l-informazzjoni transnazzjonali jew nazzjonali relatati man-nirien fil-foresti rigward l-emissjonijiet min-nirien fil-foresti, il-valutazzjoni tad-danni min-nirien, inkluża gwida dwar l-użu kosteffiċjenti tar-riżorsi għall-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti, u żoni maħruqin, partikolarment iż-żoni ta’ Natura 2000. Dawn għandhom jagħtu gwida wkoll dwar approċċ komuni fil-livell tal-Unjoni

Il-Kwalità tal-Arja u l-emissjonijiet, inkluż l-ambjent urban

1.

Sensibilizzazzjoni u taħriġ dwar il-kwalità tal-arja fiż-żoni urbani u l-effetti tagħha fuq is-saħħa fejn in-nies u l-ekosistemi jkunu esposti għal livelli għoljin ta’ sustanzi niġġiesa.

2.

Sensibilizzazzjoni bil-promozzjoni ta’ monitoraġġ u sistemi ta’ evalwazzjoni li ma jqumux ħafna flus għall-Kwalità tal-Arja.

3.

Żvilupp u wiri ta’ sistemi integrati li jipprovdu aċċess faċli għal informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar installazzjonijiet industrijali, inklużi permessi, dejta dwar l-emissjonijiet u rapporti ta’ spezzjoni:

L-Ambjent u s-Saħħa, inklużi s-Sustanzi Kimiċi u l-Istorbju

1.

Sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini u l-konsumaturi fir-rigward ta’ informazzjoni dwar il-perikolu dwar il-kimiċi fl-oġġetti.

2.

Sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini u l-konsumaturi dwar l-użu sikur tal-kimiċi fi prodotti li jkollhom tabella li tinkludi twissija ta’ sigurtà.

3.

Sensibilizzazzjoni tal-kumpaniji (importaturi, manifatturi, utenti downstream, bejjiegħa bl-ingrossa, inklużi l-SMEs) dwar l-obbligi tagħhom fir-REACH li jinfurmaw bil-preżenza ta’ sustanzi ta’ livell ta’ tħassib għoli ħafna fl-oġġetti li jipproduċu jew jimpurtaw, u/jew l-obbligi tal-kumpaniji fir-Regolamenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fir-rigward tal-oġġetti trattati.

4.

Kampanji ta’ komunikazzjoni dwar id-dejta fir-rigward tal-istorbju ambjentali u l-effetti tal-istorbju fuq is-saħħa tal-popolazzjoni, kif huwa previst fid-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali 2002/49/KE.

Natura u Bijodiversità

1.

Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni nazzjonali jew transnazzjonali bil-għan li joħolqu għarfien dwar Natura 2000. Dawn il-kampanji għandhom jinħolqu b’tali mod li jiżguraw bidla sinifikanti fl-għarfien dwar il-valuri naturali (inklużi s-servizzi tal-ekosistem) li għalihom ġie mwaqqaf in-netwerk Natura 2000, u possibbilment, iwasslu għal bidliet pożittivi fl-imġiba f’parti kbira mill-pubbliku fil-mira u/jew f’setturi speċifiċi soċjali, amministrattivi jew ekonomiċi.

2.

Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar karnivori kbar fil-livell ta’ popolazzjoni tal-ispeċijiet relevanti.

3.

Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ informazzjoni nazzjonali u transnazzjonali dwar l-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE, immirati lejn iż-żieda tal-għarfien u l-fehim taċ-ċittadini u l-partijiet interessati prinċipali, inklużi dawk li jfasslu l-politika, in-negozji, u l-awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali, tal-miri u l-objettivi tal-Istrateġija.

4.

Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni nazzjonali u transnazzjonali dwar l-ispeċijiet invażivi aljeni (invasive alien species - IAS) li jkunu mmirati lejn il-pubbliku ġenrali u l-partijiet interessati prinċipali inklużi dawk li jfasslu l-politika, in-negozji u l-awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali.

5.

Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-Infrastruttura Ekoloġika li tkun immirata lejn il-gruppi ta’ partijiet interessati prinċipali, il-promozzjoni tal-aħjar prattika, u/jew it-titjib tal-ġenerazzjoni, l-analiżi u t-tixrid ta’ dejta spazjali u teknika għall-implimentazzjoni tal-Infrastruttura Ekoloġika.

Governanza u infurzar

1.

Sensibilizzazzjoni u taħriġ dwar l-aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tal-ambjent, inkluż kif tiżgura u tkejjel l-effiċjenza u l-effettività tal-proċeduri ta’ reviżjoni ġudizzjarji, għall-ġudikatura, il-korpi responsabbli mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, u l-avukati tal-interess pubbliku.

2.

Sensibilizzazzjoni fir-rigward tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (Environmental Liability Directive - ELD) għall-operaturi industrijali, l-aġġustaturi għat-telf, l-esperti tal-valutazzjoni tar-riskji, l-awtoritajiet kompetenti diċentralizzati (fl-Istati Membri fejn il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti ssir fil-livell lokali jew reġjonali), u l-NGOs ambjentali fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi ta’ kull grupp ta’ partijiet interessati.

3.

Sensibilizzazzjoni u żvilupp ta’ materja ta’ gwida għar-riċerkaturi, l-SMEs u l-korpi pubbliċi bħala utenti Ewropej tar-riżorsi ġenetiċi, sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-Aċċess u l-Kondiviżjoni tal-Benefiċċji, kif ukoll l-attivitajiet ta’ appoġġ għall-ġabriet Ewropej ta’ riżorsi ġenetiċi, sabiex jiġu mtejbin l-organizzazzjoni u d-dokumentazzjoni tal-kampjuni.

Attivitajiet b’appoġġ ta’ proċess ta’ kontroll effettiv kif ukoll miżuri għall-promozzjoni tal-konformità – l-Anness III, it-taqsima C, punt (b)

Infurzar, spezzjonijiet u sorveljanza

1.

Proġetti mmirati lejn iż-żieda tal-effiċjenza u l-effettività tal-ispezzjonijiet u s-sorveljanza ambjentali, permezz ta’:

applikazzjoni tal-kriterji tar-riskju b’mod strateġiku bil-għan li jiġu vvalutati, evalwati u mmitigati l-aktar tipi serji ta’ nuqqas ta’ konformità mal-liġi ambjentali tal-UE;

trawwim ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn korpi differenti ta’ spezzjoni u sorveljanza bil-għan li l-użu tar-riżorsi ta’ spezzjoni u sorveljanza jiġu integrati u ottimizzati;

il-ħolqien u l-użu ta’ rekords elettroniċi tal-ħidma ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza bil-għan li l-effiċjenza u l-effettività ta’ dik il-ħidma jkunu jistgħu jitkejlu u jiġu evalwati aktar faċilment; u/jew

ottimizzazzjoni tal-komunikazzjoni u t-tixrid attiv fost il-pubbliku tar-riżultati tal-ħidma ta’ spezzjoni u sorveljanza.

2.

Proġetti mmirati lejn iż-żieda tal-effiċjenza u l-effettività tal-attivitajiet immirati lejn il-ġlieda kontra r-reati ambjentali permezz ta’:

trawwim tal-kondiviżjoni tal-esperjenza u l-aħjar prattika bejn il-korpi pubbliċi fdati bl-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-aġġudikazzjoni tar-reati ambjentali;

l-ottimizzazzjoni tal-kondiviżjoni tal-intelliġenza u informazzjoni oħra bejn il-korpi pubbliċi fdati bl-investigazzjoni tar-reati ambjentali, notevolment ir-reati li jinvolvu ċ-ċaqliq transfruntier tal-iskart, l-organiżmi slavaġ u l-kummerċ tal-injam jew tas-sustanzi kimiċi, inkluż it-taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar, l-unitajiet tal-investigazzjoni finanzjarja, l-uffiċjali tad-dwana, l-uffiċjali tal-pulizija li jinvestigaw ir-reati ambjentali, il-prosekuturi u l-ġudikatura.

Skambju tal-aħjar prattiki

1.

Proġetti li jappoġġaw l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-iżvilupp tal-ħiliet tal-maniġers tas-siti ta’ Natura 2000, filwaqt li jimxu fuq ir-rakkomandazzjonijiet mis-seminars bijoġeografiċi l-ġodda ta’ Natura 2000.

2.

Proġetti mmirati lejn l-iżvilupp u l-appoġġ tar-rwol tan-netwerks ta’ volontiera bil-għan li jiġi żgurat il-kontribut fuq terminu twil tagħhom lejn l-immaniġġjar attiv tan-netwerk Natura 2000.

3.

Proġetti li jtejbu l-integrazzjoni tal-politika xjentifika permezz tat-trasferiment tar-riżultati u/jew l-aħjar prattiki, biex jiġi mogħti sfond tekniku solidu bħala appoġġ għar-REACH, ir-Regolament dwar il-Metodi tal-Ittestjar (27) jew leġiżlazzjoni oħra dwar is-sustanzi kimiċi, jew id-Direttiva dwar il-protezzjoni ta’ annimali użati għal skopijiet xjentifiċi  (28).

4.

Proġetti li jippromwovu l-iskambju tal-aħjar prattiki marbutin mal-leġiżlazzjoni tal-kwalità tal-arja ffukati fuq il-monitoraġġ u l-immudellar, l-inventarji tal-emissjonijiet, il-prattiki tal-immaniġġjar, l-attribuzzjoni tas-sorsi, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-koordinazzjoni u l-appoġġ.

5.

Skambju tal-għarfien u l-prattiki tajba dwar l-akkwisti pubbliċi ekoloġiċi (green public procurement - GPP) bejn l-awtoritajiet pubbliċi li jkopru tal-anqas tnejn minn dawn l-elementi: elementi ekoloġiċi fid-dokumenti tal-offerti; evalwazzjoni tal-ivverifikar tal-kriterji ekoloġiċi; kostijiet u benefiċċji tal-akkwisti ekoloġiċi; ħidma ma’ fornituri eżistenti biex jitnaqqsu l-impatt u l-kosti ta’ kuntratti diġà mogħtija; monitoraġġ ta’ attivitajiet ta’ GPP; konsultazzjoni tas-suq; informazzjoni dwar id-disponibbiltà tas-suq; l-istabbiliment u l-iffunzjonar ta’ korpi ċentrali ta’ xiri b’kompetenza speċifika għall-GPP.

Promozzjoni ta’ riżoluzzjoni mhux ġudizzjarja tal-kunflitti

Proġetti mmirati lejn il-promozzjoni tar-riżoluzzjoni mhux ġudizzjarja tal-kunflitti bħala mezz biex jinstabu soluzzjonijiet amikevoli u effettivi għall-kunflitti fil-qasam ambjentali, pereżempju permezz ta’ attivitajiet u avvenimenti mmirati lejn it-taħriġ tal-prattikanti jew lejn l-iskambju tal-aħjar prattiki u esperjenzi fl-użu tal-medjazzjoni fil-qasam tal-ambjent.

4.   IRBIT TAL-OBJETTIVI ĠENERALI MAL-GĦOTJIET TA’ AZZJONI TAĦT IS-SOTTOPROGRAMM GĦALL-AZZJONI KLIMATIKA

Il-prijoritajiet tematiċi u s-suġġetti tal-proġetti mhumiex previsti bħala parti mill-għotjiet ta’ azzjoni implimentati taħt is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika. Madankollu, skont l-objettiv ġenerali tar-Regolament LIFE, jiġifieri biex jiġu mtejbin l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-politika u l-leġiżlazzjoni klimatiċi tal-Unjoni u sabiex jingħata l-valur miżjud meħtieġ tal-UE, l-implimentazzjoni tal-għotjiet ta’ azzjoni ser tintrabat ma’ tliet oqsma prijoritarji – mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, adattament għat-tibdil fil-klima u governanza u informazzjoni dwar il-klima – kif ukoll mal-objettivi speċifiċi kif huma stipulati fl-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament LIFE.

Il-Programm LIFE ser jikkontribwixxi għat-trasformazzjoni tal-Unjoni f’soċjetà b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju, parti ċentrali mill-pakkett dwar il-klima u l-enerġija ta’ Ewropa 2020. It-teknoloġija emerġenti tal-mitigazzjoni klimatika ser tkun iffaċilitata permezz ta’ proġetti pilota u wiri integrattiv. Il-politika klimatika tal-UE ser tintrabat mill-qrib mal-ispinta u l-inizjattivi lokali u ser turi eżempji ta’ approċċi ġodda u aħjar lejn l-implimentazzjoni ta’ din it-tranżizzjoni. Ser tiġi żviluppata wkoll l-implimentazzjoni tal-kontijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-mitigazzjoni tat-tibdil klimatiku fis-settur tal-użu tal-art (29). Finalment LIFE ser jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-adattament tat-tibdil fil-klima tal-UE sabiex ikun hemm kontribut lejn Unjoni li tkun aktar reżiljenti għall-klima (30).

Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-politika attwali u futura tal-UE tista’ tiġi appoġġata minn applikazzjonijiet li jindirizzaw l-oqsma li ġejjin:

Appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ adattament. Dan jinkludi valutazzjonijiet speċifiċi tal-vulnerabbiltà fil-livelli reġjonali jew transfruntiera li jiffukaw fuq żoni li jkunu tassew vulnerabbli u li jkunu identifikati fl-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE bħaż-żoni urbani, kostali, muntanjużi u l-ġżejjer, l-ekosistemi marini, iż-żoni suxxettibbli għan-nixfa jew il-baċini tax-xmajjar, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ approċċi ta’ adattament innovattivi u t-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ investiment speċifiċi.

Appoġġ għat-twaqqif ta’ soċjetà wara l-karbonju. Il-pijunieri u l-mexxejja huma importanti biex jiggwidaw il-proċess tranżitorju lejn soċjetajiet u ekonomiji b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju. Ħafna teknoloġiji, stili ta’ għajxien jew mudelli ta’ governanza jiġu ppruvati fi gruppi soċjali, komunitajiet żgħar u mill-innovaturi qabel ma jsiru integrati. L-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ approċċi ġodda (bliet jew reġjuni li jservu ta’ mudell) lejn il-produzzjoni, il-konsum jew il-governanza b’impatt trasformazzjonali, għandhom jirriflettu bis-sħiħ l-objettivi tal-pakkett dwar il-klima u l-enerġija tal-UE jew il-miri tal-Pjan Direzzjonali għall-2050. Biex tirnexxi, it-teknoloġija eżistenti li tipproduċi emissjonijiet baxxi ta’ karbonju għandha tkun eżaminata wkoll fir-rigward ta’ ostakoli li mhumiex teknoloġiċi u li jipprevjenu l-penetrazzjoni fis-suq.

Wiri fil-livell reġjonali jew sottoreġjonali ta’ strateġiji b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju jew pjanijiet dwar l-użu tal-art. Dan jinkludi l-integrazzjoni ta’ firxa ta’ miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u għall-użu tar-riżorsi b’mod effiċjenti fis-setturi kollha u bl-użu ta’ firxa ta’ miżuri li jservu ta’ inċentiv għal bidla fl-imġiba. Appoġġ għall-iżvilupp ta’ prattiki tal-użu tal-art li jkollhom impatt fuq l-emissjonijiet u t-tneħħija tal-emissjonijiet, pereżempju bħala miżuri supplimentari għal dawk appoġġati mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (European Structural and Investment Funds - ESIF).

5.   IL-METODOLOĠIJA TEKNIKA GĦALL-PROĊEDURA TAL-GĦAŻLA TAL-PROĠETTI U KRITERJI GĦALL-GĦAŻLA U L-GĦOTI GĦALL-GĦOTJIET (L-ARTIKOLU 24(2)(d) TAR-REGOLAMENT LIFE)

Fil-paragrafi li ġejjin, ser jiġu deskritti l-metodoloġija teknika għall-proċedura tal-għażla tal-proġetti u, għall-għotjiet, l-eliġibbiltà speċifika prinċipali (31) u l-kriterji għall-għoti skont l-Artikoli 2 u 19 tar-Regolament LIFE. Billi l-metodoloġija u l-kriterji huma essenzjalment l-istess għall-istess tipi ta’ proġetti taħt iż-żewġ sottoprogrammi, isiru referenzi espliċiti għal wieħed mis-sottoprogrammi biss fejn ikun hemm differenza.

Għat-tipi kollha ta’ għotjiet, il-kumplimentarjetà u l-aħjar użu tal-fondi tal-UE, inklużi fondi għall-attivitajiet ta’ kumplimentarjetà minn strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni, kif huwa stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament LIFE, ser jiġu evalwati u kkunsidrati fil-kriterju tal-għoti “Valur miżjud tal-UE: aspetti oħrajn”. Sabiex ma jkunx hemm ripetizzjonijiet mhux mixtieqa, l-applikanti għandhom jiġġustifikaw għaliex għażlu li japplikaw għall-fondi minn LIFE u mhux minn fondi oħra tal-Unjoni f’każ li dawn ikunu jistgħu jappoġġaw proġetti u azzjonijiet simili.

Il-proġetti li jkunu ffinanzjati f’qasam prijoritarju partikolari li jistgħu jdgħajfu l-objettivi ambjentali jew klimatiċi f’qasam prijoritarju ieħor mhux ser jiġu ffinanzjati sakemm dan l-impatt ma jiġix spjegat u ġġustifikat b’mod ċar fil-proposta u l-alternattivi possibbli u l-miżuri ta’ mitigazzjoni u adattament ikunu ġew ppjanati b’mod korrett, jekk dan ikun xieraq.

Ser jingħataw aktar dettalji fil-linji gwida dwar l-applikazzjoni u l-evalwazzjoni, li ser jiġu ppubblikati flimkien mas-sejħiet għal proposti relatati. Mingħajr ħsara għar-Regolament LIFE u l-allokazzjonijiet nazzjonali indikattivi u sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi, il-metodoloġija teknika għall-għażla tal-proġetti tista’ tkun soġġetta għal adattament u integrazzjoni f’kull sejħa annwali għall-proposti.

Għall-proġetti tas-sottoprogramm għall-Ambjent, barra mill-proġetti integrati, ġew stabbiliti allokazzjonijiet nazzjonali indikattivi abbażi tal-Anness I tar-Regolament LIFE u tad-dejta disponibbli f’Diċembru 2013 għall-perjodu kopert mill-MAWP attwali. Dawn ser jintużaw biex jiggradaw dawn il-proġetti.

Fil-każ ta’ żieda jew tnaqqis ta’ 10 % jew aktar ta’ wieħed mill-kriterji elenkati fl-Anness I għal wieħed mill-Istati Membri jew jekk jissieħeb Stat Membru ġdid mal-Unjoni Ewropea, din tiġi kkunsidrata bħala bidla sinifikanti tal-bażi għall-kalkoli. F’każ ta’ bidla sinifikanti, l-allokazzjonijiet nazzjonali indikattivi ser jiġu kkalkolati mill-ġdid għall-Istati Membri kollha għall-perjodu li jifdal. Qabel kull sejħa, il-Kummissjoni ser tivverifika jekk tkunx seħħet bidla sinifikanti.

Allokazzjonijiet nazzjonali indikattivi għal bejn l-2014 u l-2017 għal proġetti, minbarra l-proġetti integrati taħt is-sottoprogramm għall-Ambjent

Stat Membru

% tal-baġit

Stat Membru

% tal-baġit

Stat Membru

% tal-baġit

Stat Membru

% tal-baġit

BE

2,05

EL

3,27

LT

1,02

PT

2,51

BG

3,04

ES

9,33

LU

1,05

RO

4,29

CZ

2,03

FR

9,80

HU

2,42

SI

1,85

DE

10,82

HR

2,52

MT

0,90

SK

2,15

DK

1,61

IT

8,44

NL

2,94

FI

2,45

EE

1,20

CY

1,32

AT

1,85

SE

3,10

IE

1,43

LV

0,96

PL

6,37

UK

9,27 Il-garanzija

5.1.   Għotjiet ta’ azzjoni

Ser jiġi żgurat li l-proposti tal-applikanti li jkunu ser jiġu esklużi jew li ma jissodisfawx il-kriterji tal-eleġibbiltà ġenerali skont l-Artikolu 131 tar-Regolament Finanzjarju ma jinżammux.

Barra minn hekk, il-proposti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eleġibbiltà (pereżempju, għal ċerti proġetti s-sottomissjoni tal-applikazzjoni hija diġitali biss) u l-kriterji tal-eleġibbiltà (pereżempju, konformità mal-Linji gwida dwar l-eleġibbiltà tal-entitajiet tal-Iżrael u l-attivitajiet tagħhom fit-territorji okkupati mill-Iżrael minn Ġunju 1967 għal għotjiet, premji u strumenti finanzjarji ffinanzjati mill-UE mill-2014 ‘il quddiem (32)) applikabbli għall-għotjiet kollha minn LIFE, li ser ikunu wkoll espliċitement iddikjarati fil-linji gwida tal-applikazzjoni rispettivi. Il-kriterji tal-eleġibbiltà għat-tipi differenti ta’ proġetti, issir referenza għalihom taħt l-intestatura relevanti. Il-kriterji li japplikaw bl-istess mod għal proġetti differenti ser jissemmew biss fit-Taqsima 5.1.1 (Proġetti skont l-Artikolu 18(a), (b), (c) u (h) tar-Regolament LIFE).

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament LIFE, persuna ġuridika stabbilita barra l-Unjoni tista’ tipparteċipa fil-proġetti msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament LIFE, sakemm il-benefiċjarju li jikkoordina l-proġett ikun ibbażat fl-Unjoni u kull attività li tkun ser titwettaq barra l-Unjoni tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament LIFE.

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament LIFE, il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti, u mal-istituzzjonijiet u l-korpi tagħhom, għandha tkun possibbli fl-implimentazzjoni tal-Programm LIFE fejn dan ikun meħtieġ għall-fini tal-ilħuq tal-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament LIFE.

Barra minn hekk, il-proposti ser jintgħażlu biss jekk, abbażi ta’ dokumenti ta’ appoġġ speċifiċi relatati mal-prestazzjoni tal-applikant tagħhom tul is-snin preċedenti, dawn ikun jistgħu juru

kapaċità operazzjonali – l-applikant għandu jkollu l-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex jiġi ffinalizzat proġett u

kapaċità finanzjarja – l-applikant għandu jkollu sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament għaż-żamma tal-attività tiegħu tul iż-żmien tal-proġett u biex jipparteċipa fil-finanzjament tagħha.

L-Artikolu 131 tar-Regolament Finanzjarju ser japplika għall-għażla tal-korpi pubbliċi u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-kapaċità finanzjarja tagħhom.

5.1.1.   Proġetti skont l-Artikolu 18(a), (b), (c) u (h) tar-Regolament LIFE

L-għażla ta’ proġetti pilota, ta’ wiri, tal-aħjar prattika, ta’ informazzjoni, sensibilizzazzjoni u tixtrid fi ħdan l-Artikolu 18(a), (b), (c) u (h) tar-Regolament LIFE ssegwi l-istess metodoloġija teknika għall-għażla tal-proġetti u hija suġġetta għall-kriterji ta’ eleġibbiltà u ta’ għoti simili, kif huwa spjegat f’dan li ġej.

5.1.1.1.   Metodoloġija teknika għall-proċedura tal-għażla tal-proġetti

Il-proċedura tal-għażla tal-proġetti ser tiġi organizzata skont kif ġej:

—   Evalwazzjoni tal-proposti

Il-Kummissjoni u/jew l-AE ser jivverifikaw il-konformità ta’ kull proposta mal-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla u ser jevalwawhom meta jitqabblu mal-kriterji tal-għoti.

—   Preparazzjoni ta’ “lista preliminari twila” ta’ proposti

Il-Kummissjoni u/jew l-AE ser jiggradaw il-proposti abbażi tal-mertu u skont ir-regola li tal-inqas 55 % tar-riżorsi baġitarji allokati għal proġetti appoġġati permezz ta’ għotjiet ta’ azzjoni mis-sottoprogramm għall-Ambjent, għandhom ikunu ddedikati għall-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament LIFE). Il-Kummissjoni u/jew l-AE ser ifittxu li jiżguraw li tal-inqas 15 % tar-riżorsi baġitarji ddedikati għall-proġetti jkunu allokati għal proġetti transnazzjonali (l-Artikolu 19(7) tar-Regolament LIFE). Barra minn hekk, fir-rigward tal-proġetti tas-sottoprogramm għall-Ambjent, il-Kummissjoni u/jew l-AE ser jiżguraw li jkun hemm bilanċ ġeografiku (l-Artikolu 19(5) tar-Regolament LIFE). Il-lista preliminari twila ser tinkludi l-proposti kollha mill-aħjar għall-agħar biex b’hekk it-total tal-baġits tal-proġetti proposti jkunu ekwivalenti għal madwar 130 % tal-baġit disponibbli.

—   Preparazzjoni tal-lista finali ta’ proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati u tal-lista ta’ riżerva

Wara fażi ta’ reviżjoni, il-proġetti li jirnexxu jiġu proposti għall-finanzjament, fi ħdan il-baġit disponibbli. Lista ta’ riżerva ser tinkludi l-proġetti bl-aħjar gradazzjoni li ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati fid-dawl tal-baġit disponibbli. Il-lista ta’ riżerva ser tinkludi 20 % addizzjonali tal-baġit disponibbli ta’ LIFE.

—   Iffirmar tal-ftehim tal-għoti

5.1.1.2.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għoti

Il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għoti li ġejjin ser jiġu applikati:

(a)   Kriterji ta’ eliġibbiltà

Proposta għal proġett fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(a), (b), (c), jew (h) tar-Regolament LIFE mhix ser tinżamm għal evalwazzjoni tal-mertu tagħha, jekk il-proposta tal-proġett ma turix li l-proġett:

jikkontribwixxi għal objettiv ġenerali wieħed jew diversi minnhom stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament LIFE u tal-objettivi speċifiċi applikabbli fl-Artikoli 10, 11, 12 u 14, 15 u 16 tar-Regolament LIFE,

jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-qasam prijoritarju tas-sottoprogramm LIFE, kif huwa stabbilit fl-Artikoli 9 u 13 tar-Regolament LIFE skont liema tkun ġiet sottomessal-proposta għall-proġett, u

li jikkorrispondi għal wieħed mit-tipi ta’ proġetti li ġejjin kif huwa definit fl-Artikolu 2(a), (b), (c) u (h) tar-Regolament LIFE:

“Proġetti pilota” tfisser proġetti li japplikaw teknika jew metodu li ma jkunux ġew applikati jew ittestjati qabel, jew xi mkien ieħor, li joffru vantaġġi potenzjali ambjentali jew klimatiċi meta mqabbla mal-aħjar prattiki kurrenti u li sussegwentement jistgħu jiġu applikati fuq skala akbar għal sitwazzjonijiet simili.

“Proġetti dimostrattivi” tfisser proġetti li jpoġġu fil-prattika, jittestjaw, jevalwaw u jxerrdu azzjonijiet, metodoloġiji jew approċċi li jkunu ġodda jew mhux magħrufa fil-kuntest speċifiku tal-proġett, bħall-kuntest ġeografiku, ekoloġiku, soċjoekonomiku, u li jistgħu jiġu applikati bnadi oħra f’ċirkostanzi simili.

“Proġetti tal-aħjar prattiki” tfisser proġetti li japplikaw tekniki, metodi u approċċi xierqa, kosteffiċjenti u dawk l-aktar avvanzati, filwaqt li jitqies il-kuntest speċifiku tal-proġett.

N.B.:

Għall-proġetti pilota, ta’ wiri u tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità, tal-anqas 25 % tal-baġit għandu jkun iddedikat għal azzjoni ta’ konservazzjoni konkreta (ser ikunu possibbli eċezzjonijiet limitati fid-dawl tal-bżonnijiet politiċi speċifiċi u dawn ser ikunu identifikati b’mod espliċitu fil-gwida dwar l-applikazzjoniijiet).

“Proġetti ta’ informazzjoni, ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ disseminazzjoni” tfisser proġetti mmirati lejn l-appoġġ tal-komunikazzjoni, it-tixrid tal-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni fl-oqsma tas-sottoprogramm għall-Ambjent.

N.B.:

Proġetti ffukati fuq ir-riċerka (33) jew iddedikati għall-kostruzzjoni ta’ proġetti infrastrutturali kbar ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm LIFE u, għaldaqstant, mhumiex eleġibbli.

(b)   Kriterji tal-għoti

Il-mertu tal-proposti eleġibbli kollha li jissodosfaw il-kriterji tal-eleġibbiltà, ser jiġu evalwati u ggradati skont il-kriterji ta’ għoti li ġejjin u s-sistema ta’ punti:

Koerenza u kwalità teknika

Dan il-kriterju ser jiffoka fuq iċ-ċarezza, il-fattibbiltà u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet proposti fil-proposta. Is-sostenibbiltà tar-riżultati tal-proġetti fit-terminu medju u fit-tul hija l-kapaċità li dawn jinżammu anki wara l-implimentazzjoni tal-proġett. Is-sostenibbiltà li tirnexxi tippresupponi strateġija inklużi kompiti li jiżguraw li l-azzjonijiet neċessarji tal-proġetti jitkomplew u l-fondi relatati wara li jintemm il-proġett.

Koerenza u kwalità finanzjarji

Ser jiġu evalwati l-baġit propost u l-konsistenza tiegħu mal-azzjonijiet proposti u mar-regoli applikabbli, kif ukoll il-kosteffiċjenza tal-approċċ propost.

Valur miżjud tal-UE: grad u kwalità tal-kontribut lejn l-objettivi speċifiċi tal-oqsma prijoritarji taż-żewġ sottoprogrammi ta’ LIFE

IIl-grad sa fejn kull proposta tikkontribwixxi għal objettiv speċifiku wieħed jew aktar tal-oqsma prijoritarju taż-żewġ sottoprogrammi ta’ LIFE kif huwa stipulat fl-Artikoli 10, 11 u 12 tar-Regolament LIFE (għas-sottoprogramm għall-Ambjent ta’ LIFE) u l-Artikoli 14, 15 u 16 (għas-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika ta’ LIFE) u l-kwalità tal-kontribut ser jiġu evalwati.

Valur miżjud tal-UE: diversi skopijiet, sinerġiji, u integrazzjoni:

Il-proġetti li, filwaqt li jiffukaw fuq qasam speċifiku, jinkludu mekkaniżmu mfassal tajjeb ta’ twassil li jkollu diversi skopijiet u li jtejbu l-integrazzjoni tal-objettivi ambjentali speċifiċi f’oqsma politiċi oħrajn u li joħolqu sinerġiji mal-objettivi l-oħrajn tal-politiki oħrajn tal-Unjoni mingħajr ma jikkompromettu l-objettivi fil-mira tal-Regolament LIFE, ser jirċievu punti ogħla.

Valur miżjud tal-UE: replikabbiltà u trasferabbiltà:

Ir-replikabbiltà u t-trasferabbiltà huma l-potenzjal tal-proġett li jiġi rreplikat u ttrasferit waqt l-implimentazzjoni tiegħu u warajha. Ir-replikazzjoni u t-trasferiment li jirnexxu jirrikjedu strateġija li tinkludi kompiti li jimmultiplikaw l-impatti tas-soluzzjonijiet tal-proġetti u jimmobilizzaw adozzjoni usa’, li tilħaq massa kritika waqt il-proġett u/jew fil-perspettiva ta’ terminu qasir u/jew medju wara li jintemm il-proġett LIFE. Dan imur lil hinn mit-trasferiment tal-għarfien u min-netwerking, u jinvolvi t-tqegħid fil-prattika ta’ tekniki, metodi jew strateġiji żviluppati fil-proġetti xi mkien ieħor.

Valur miżjud tal-UE: aspetti oħrajn

Transnazzjonali: Il-proposti transnazzjonali għandhom jiġu ffavoriti, jekk il-kooperazzjoni transnazzjonali tkun essenzjali biex tiggarantixxi li jintlaħqu l-objettivi tal-proġett. Abbażi ta’ dan il-kriterju, punti addizzjonali jistgħu jingħataw biss jekk ikun hemm biżżejjed evidenza għal valur miżjud tal-approċċ transnazzjonali.

L-akkwisti ekoloġiċi: Il-proposti li jipprevedu mekkaniżmu ċar ta’ twassil biex jiżgura applikazzjoni estensiva ta’ kunċetti ta’ akkwisti ekoloġiċi ser jirċievu punti ogħla.

Adozzjoni tar-riżultati tal-Programmi ta’ Riċerka u Innovazzjoni tal-UE; Il-proposti li jipprevedu li jadottaw ir-riżultati tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni relatati mal-ambjent u l-klima ffinanzjati minn Orizzont 2020 jew minn Programmi ta’ Qafas preċedenti ser jirċievu punti ogħla, jekk ikun hemm biżżejjed evidenza għall-valur miżjud tal-adozzjoni ta’ dan il-proġett.

Kriterji speċifiċi u sistema ta’ punti għall-proġetti Ambjentali

Is-sistema tal-kriterji speċifiċi u tal-għoti tal-punti taħt is-sottoprogramm Ambjent, tirrifletti l-fatt li l-prijoritajiet tematiċi (l-Anness III mar-Regolament LIFE) u s-suġġetti tal-proġetti relatati (l-Intestatura 2 hawn fuq) ġew iddefiniti biss taħt is-sottoprogramm Ambjent.

Valur miżjud tal-UE: kontribut lejn is-suġġetti tal-proġetti

Il-proposti ta’ LIFE li jaqgħu b’mod ċar taħt is-suġġetti tal-proġetti li jimplimentaw il-prijoritajiet tematiċi stabbiliti fl-Anness III għas-sottoprogramm Ambjent, kif huwa ddefinit fil-programm ta’ ħidma pluriennali, ser jirċievu punti addizzjonali skont dan il-kriterju.

Kriterji tal-għoti

Punteġġ minimu biex wieħed jgħaddi (********)

Punteġġ massimu

1.

Koerenza u kwalità tekniċi

10

20

2

Koerenza u kwalità finanjzarji

10

20

3.

Valur miżjud tal-UE: Il-grad u l-kwalità tal-kontribut lejn l-objettivi speċifiċI tal-oqsma prijoritarji tas-sottoprogramm LIFE għall-Ambjent

10

20

4.

Kontribut lejn is-suġġetti tal-proġetti

10

5.

Valur miżjud tal-UE: diversi skopijiet, sinerġiji u integrazzjoni

7

15

6.

Valur miżjud tal-UE: replikabbiltà u trasferabbiltà

5

10

7.

Valur miżjud tal-UE: transnazzjonali, akkwisti ekoloġiċi, adozzjoni

5

Punteġġi (biex wieħed jgħaddi) globali

55

100

Ø Kriterji speċifiċi u sistema ta’ punti għall-proġetti ta’ Azzjoni Klimatika

Valur miżjud tal-UE: Kontribut lejn reżiljenza klimatika akbar u/jew lejn it-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra

Il-proġetti tas-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika jeħtieġ li juru impatt trasformattiv fuq ir-reżiljenza miżjuda għall-klima u/jew fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. Dan għandu jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti, b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għall-klima. Dan ser jiġi vvalutat fil-livell tal-proġett innifsu u fil-livell tal-potenzjal ta’ replikazzjoni/trasferiment usa’ tar-riżultati tal-proġett li jintlaħqu waqt il-proġett jew fi stadju ta’ wara l-proġett.

Kriterji tal-għoti

Punteġġ minimu (*********)

Punteġġ massimu

1.

Koerenza u kwalità tekniċi

10

20

2.

Koerenza u kwalità finanjzarji

10

20

3.

Valur miżjud tal-UE: Il-grad u l-kwalità tal-kontribut lejn reżiljenza klimatika miżjuda u/jew lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra

7

15

4.

Valur miżjud tal-UE: Il-grad u l-kwalità tal-kontribut lejn l-objettivi speċifiċi tal-oqsma prijoritarji tas-sottoprogramm LIFE għall-Azzjoni Klimatika:

7

15

5.

Valur miżjud tal-UE: kwalità tad-diversi skopijiet, is-sinerġiji u l-integrazzjoni

7

15

6.

Valur miżjud tal-UE: replikabbiltà u trasferibbiltà

5

10

7.

Valur miżjud tal-UE: transnazzjonali, akkwisti ekoloġiċi, adozzjoni

5

Punteġġi (biex wieħed jgħaddi) globali

55

100

5.1.2.   Proġetti Integrati skont l-Artikolu 18(d) tar-Regolament LIFE

Il-proċess ta’ sottomissjoni u għażla tal-Proġetti Integrati (minn hawn ‘il quddiem “PI”) ġie mfassal abbażi ta’ proċedura b’żewġ stadji kif huwa previst fir-Regolament LIFE. Dan għandu jiffaċilita l-ħidma tal-applikanti potenzjali u jiżgura li dawn jirċievu l-aħjar gwida possibbli mill-Kummissjoni tul il-proċess. Il-fluss tal-ħidma huwa strutturat b’tali mod biex jakkumpanja l-iżvilupp progressiv ta’ kull proposta u l-irfinar tagħhom. Fi ħdan il-limiti permessi mill-allokazzjoni tematika u r-regoli dwar id-distribuzzjoni ġeografika għar-Regolament LIFE, il-prinċipju tat-trattament ugwali tal-proposti kollha ser jiġi applikat b’mod strett tul il-fażijiet kollha tal-proċess tal-evalwazzjoni.

5.1.2.1.   Metodoloġija teknika għas-sottomissjoni tal-proġetti u l-proċedura tal-għażla

Stadju 1

Is-sejħa għall-proposti

Sottomissjoni ta’ nota kunċettwali

L-applikant jissottometti nota kunċettwali qasira li tispjega fil-qosor il-kontenut tal-proġett, u l-pjan jew l-istrateġija li tkun maħsuba biex jiġi implimentat pjan finanzjarju għall-implimentazzjoni globali tal-pjan jew tal-istrateġija.

Evalwazzjoni tan-nota kunċettwali u fażi ta’ mistoqsijiet u tweġibiet

Abbażi tan-nota kunċettwali, il-Kummissjoni tidentifika u telenka l-proposti li jikkonformaw mal-kriterji tal-eleġibbiltà. L-applikanti tal-proposti li jikkonformaw ma’ dawn il-kriterji ser jiġu mistiedna biex jipparteċipaw f’fażi ta’ mistoqsijiet u tweġibiet bil-miktub, u matul din il-fażi ser ikunu jistgħu jissottomettu mistoqsijiet relatati mal-preparazzjoni tal-proposta sħiħa. Fi tmiem din il-fażi, il-Kummissjoni ser tippubblika l-mistoqsijiet u t-tweġibiet b’mod anonimizzat biex tgħin bl-istess mod lill-applikanti fit-tħejjija tal-proposta sħiħa tagħhom. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni ser tissupplixxi l-mistoqsijiet u t-tweġibiet bi gwida dwar id-diffikultajiet tipiċi li l-applikanti jista’ jkun li ltaqgħu magħhom u li jkunu saru evidenti fin-noti kunċettwali.

Stadju 2

Sottomissjoni tal-proposta sħiħa:

L-applikanti tan-noti kunċettwali eleġibbli jiġu mistiedna jissottomettu proposta sħiħa.

Evalwazzjoni tal-proposta sħiħa

Wara evalwazzjoni fil-fond, il-Kummissjoni tipprepara “lista preliminari twila” ta’ proposti ggradati li jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati għall-finanzjament. Il-gradazzjoni tkun ibbażata fuq il-mertu, skont is-sottoprogramm għall-Ambjent, kif ukoll skont ir-regoli li 55 % tar-riżorsi allokati għall-għotjiet ta’ azzjoni għandhom ikunu allokati għall-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità, u mal-kriterji ta’ distribuzzjoni ġeografika stipulati fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament LIFE. Il-Kummissjoni tivverifika wkoll l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali tal-applikanti li jwettqu l-proġett.

Tħejjija tal-lista finali ta’ proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati u tal-lista ta’ riżerva

Wara l-fażi ta’ reviżjoni, il-proġetti li jirnexxu ser jiġu proposti għall-finanzjament, fi ħdan il-baġit disponibbli. Il-lista ta’ riżerva ser tinkludi l-proġetti bl-ogħla punti li ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati fid-dawl tal-baġit disponibbli. Il-lista ta’ riżerva ser tinkludi 20 % addizzjonali tal-baġit disponibbli ta’ LIFE.

Iffirmar tal-ftehim tal-għoti

Filwaqt li l-approċċ b’żewġ stadji ser ikun applikabbli tul kemm idum il-programm ta’ ħidma multiannwali, il-Kummissjoni tista’ tadatta l-proċess deskritt hawn fuq fid-dawl tal-esperjenza miksuba.

Fil-gradazzjoni tal-PI, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jintlaħaq bilanċ ġeografiku billi talloka b’mod indikattiv PI wieħed jew tnejn għal kull Stat Membru waqt l-MAWP attwali sabiex tiżgura li tul il-perjodu ta’ finanzjament kollu mill-2014 sal-2020 l-Artikolu 19(4) tar-Regolament LIFE jiġi osservat.

5.1.2.2.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għoti

Il-kriterji tal-eleġibbiltà li ġejjin ser jiġu applikati kemm għan-nota kunċettwali kif ukoll għall-proposta sħiħa.

(a)   Kriterji ta’ eliġibbiltà

Proposta tiġi rrifjutata, jekk din ma tikkonformax ma’ waħda jew aktar minn dawn il-kriterji:

1.   Kopertura territorjali vasta: L-implimentazzjoni tal-pjan jew l-istrateġija mmirati tal-Unjoni ser tkopri żona territorjali vasta, partikolarment dik reġjonali, mulitireġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali. Approċċ b’ħafna bliet jista’ jkun aċċettabbli wkoll għal PI li jittratta l-immaniġġjar tal-kwalità tal-arja, kif ukoll għal PI fis-sottoprogramm tal-klima.

2.   Mobilizzar ta’ fondi oħrajn: B’mod kumplimentari għall-PI nnifsu u għal dak il-kofinanzjament speċifiku meħtieġ skont ir-Regolament LIFE (l-Artikolu 20(1)(a) u (c)), ser jiġi mmobilizzat tal-anqas sors ta’ finanzjament tal-Unjoni, nazzjonali jew privat ieħor għall-implimentazzjoni tal-pjan jew l-istrateġija tal-Unjoni mmirati.

3.   L-involviment tal-partijiet interessati prinċipali: Il-partijiet interessati prinċipali ser ikunu involuti fl-implimentazzjoni tal-pjan jew l-istrateġija mmirati tal-Unjoni.

(i)

Kriterju ta’ eleġibbiltà speċifiku għal proġetti mis-sottoprogramm Ambjent

Il-PI ma jkunx eleġibbli jekk dan ma jimmirax lejn l-implimentazzjoni ta’ wieħed jew waħda mill-pjanijiet jew l-istrateġiji ambjentali li ġejjin stipulati fil-leġiżlazzjoni ambjentali speċifika tal-Unjoni, żviluppati skont atti oħrajn tal-Unjoni jew żviluppati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri:

a.

Oqfsa ta’ Azzjoni Prijoritizzata skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats;

b.

Pjantijiet ta’ Ġestjoni tal-Iskart skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart;

c.

Pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar skont l-Anness VII tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma; jew

d.

Pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja skont id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja.

(ii)

Kriterju ta’ eleġibbiltà speċifiku għall-proġetti tas-sottoprogramm Azzjoni Klimatika

Il-PI għandu jimmira li jimplimenta wieħed jew waħda mill-pjanijiet jew l-istrateġiji klimatiċi li ġejjin kif huwa stipulat fil-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni dwar il-klima, żviluppati skont atti oħra tal-Unjoni jew żviluppati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri f’wieħed minn dawn l-oqsma li ġejjin:

a.

Strateġija jew pjan ta’ azzjoni speċifiċi nazzjonali, reġjonali jew lokali;

b.

Pjan ta’ azzjoni urban jew ibbażat fil-komunità li jinstiga t-tranżizzjoni lejn soċjetà li tipproduċi emissjonijiet baxxi tal-karbonju u/jew li tkun reżiljenti għall-klima;

c.

Strateġija ta’ mitigazzjoni tal-gassijiet b’effett ta’ serra jew pjan direzzjonali dwar ekonomija b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju li jkunu nazzjonali, reġjonali jew speċifiċi għall-industrija/is-settur.

(b)   Kriterji tal-għoti

Il-kriterji tal-għoti li ġejjin ser jiġu applikati biss għall-proposti sħaħ. Il-proposti kollha li jissodisfaw il-kriterji tal-eleġibbiltà (u tal-għażla) issirilhom evalwazzjoni fir-reqqa tal-kwalità tagħhom waqt il-fażi tal-għoti. Proposta li tasal sa din il-fażi ser tingħata punti abbażi tal-kriterji tal-għoti li ġejjin:

Kriterji tal-għoti

Punteġġ minimu (**********)

Punteġġ massimu

1.

Koerenza u kwalità tekniċi

10

20

2.

Koerenza u kwalità finanjzarji

10

20

3.

Valur miżjud tal-UE: Il-grad u l-kwalità tal-kontribut għall-objettivi

15

20

4.

Valur miżjud tal-UE: Il-grad u l-kwalità tal-immobilizzar ta’ fondi oħra, partikolarment fondi tal-Unjoni

10

5.

Valur miżjud tal-UE: il-kwalità tad-diversi skopijiet, is-sinerġiji u l-integrazzjoni

7

15

6.

Valur miżjud tal-UE: replikabbiltà u trasferabbiltà

5

10

7.

Valur miżjud tal-UE: transnazzjonali, akkwisti ekoloġiċi, adozzjoni

5

Punteġġi (biex wieħed jgħaddi) globali

55

100

Il-kriterji tal-għoti li ġejjin huma speċifiċi jew jinkludu elementi li huma speċifiċi għall-proġetti integrati:

Valur miżjud tal-UE: il-grad u l-kwalità tal-kontribut għall-objettivi

Il-grad sa fejn kull proposta tikkontribwixxi għal wieħed jew aktar mill-objettivi ġenerali jew speċifiċi ta’ LIFE kif huma stabbiliti fl-Artikoli 3, 10, 11 u 12 (LIFE Ambjent) u fl-Artikolu 3, 14, 15 u 16 (LIFE – Azzjoni Klimatika) tar-Regolament LIFE l-ġdid ser jiġi evalwat.

L-aspetti speċifiċi li ġejjin ser jiġu vverifikati skont l-oqsma prijoritarji li taħthom jaqa’ l-proġett:

Ø Kriterji speċifiċi għal proġetti mis-sottoprogramm Ambjent

PI li jittrattaw l-implimentazzjoni ta’ Programmi ta’ Qafas Prijoritizzati (Prioritized Framework Programmes - PAF)) għal Natura 2000:

Il-valur miżjud tal-UE għandu jiġi diskuss fir-rigward tal-kontribut tal-proġett lejn l-ilħuq tal-mira 1 tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE u l-objettivi Ġenerali tad-Direttivi tal-Ħabitats u tal-Għasafar, u b’mod partikolari fir-rigward tal-kontribut lejn it-titjib tal-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet u t-tipi ta’ ħabitats ta’ Interess tal-Komunità (id-Direttiva tal-Ħabitats) u/jew l-istatus tal-ispeċijiet tal-għasafar (id-Direttiva dwar l-Għasafar).

PI li jimplimentaw planijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar:

Il-valur miżjud tal-UE ser ikollu jiġi diskuss fir-rigward tal-kontribut tagħhom lejn il-kisba tal-objettivi tad-WFD. L-azzjonijiet proposti għandhom ipoġġu fil-mira pressjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-kapaċità tal-ambjent li jżomm l-ilma u l-użu ta’ miżuri li jħallu impatt baxx (pereżempju, infrastruttura ekoloġika) biex ma jkunx hemm tniġġis. Pressjonijiet bħal dawn kellhom jiġu identifikati fil-valutazzjonijiet imwettqin mill-Istati Membri għall-preparazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ pjanijiet għal-leġiżlazzjoni u l-politiki relevanti tal-UE (pereżempju, id-WFD, l-MSFD, l-UWWTD, id-DWD, id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttiva dwar l-Għargħar u/jew il-Pjanijiet għan-Nixfa).

Il-proġetti għandhom jiffukaw fuq l-ippjanar u l-istabbiliment ta’ miżuri fuq skala kbira (pereżempju, sottożona ta’ qbid jew baċin tax-xmara) sabiex tiżdied iż-żamma tal-ilma f’żoni urbani u rurali, titjieb l-infiltrazzjoni, tiżdied il-kapaċità għall-ħżin tal-ilma u jitneħħew is-sustanzi niġġiesa permezz ta’ proċessi naturali jew “li qishom naturali”. Dawn għandhom ifittxu sinerġiji li jimplimentaw azzjonijiet li jindirizzaw mill-ġdid il-pressjonijiet eżistenti idromorfoloġiċi u jtejbu l-bijodiversità u l-valur tal-kumdità.

PI li jittratta l-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart:

Il-PI huwa mfassal biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Mmaniġġjar tal-Iskart (WMP) kif huwa stipulat fl-Artikolu 28 tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Iskart 2008/98/KE (34) (WFD) u/jew il-Programmi ta’ Prevenzjoni ta’ Skart (WPP) kif huwa mitlub fl-Artikolu 29 tad-WFD.

Il-valur miżjud tal-UE tagħhom ser jiġi vvalutat fir-rigward tal-kontribut tagħhom lejn l-implimentazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart (l-Artikolu 4 tad-WFD), il-kisba tal-miri tar-riċiklaġġ kif huwa previst fl-Artikolu 11 tad-WFD u miri addizzjonali inklużi fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-miżuri neċessarji li jappoġġaw dawk l-objettivi.

PI li jittrattaw l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet u programmi ta’ kwalità tal-arja:

Il-PI huwa mfassal biex jappoġġa l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjanijiet tal-kwalità tal-arja lokali u reġjonali, kif huwa definit mid-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35) bil-għan finali li jkun hemm kontribut lejn il-Programmi Nazzjonali ta’ Tnaqqis fit-Tniġġis tal-Arja. Jekk ikunu bbażati fuq pjanijiet għall-Kwalità tal-Arja lokali, il-proġetti għandhom jinkludu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn tal-inqas ħamest ibliet bi pjanijiet bħal dawn; jekk ikunu bbażati fuq Pjan għall-Kwalità tal-Arja reġjonali, il-proġetti għandhom jinkludu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-amministraturi lokali kollha u l-amministrazzjoni reġjonali. Proġetti fuq skala kbira ser jiġu ffavoriti.

Ø Kriterji speċifiċi għall-proġetti ta’ Azzjoni Klimatika

PI li jittratta l-implimentazzjoni tal-istrateġiji, il-pjanijiet u l-pjanijiet direzzjonali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima:

Il-PI jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ mitigazzjoni tal-gassijiet b’effett ta’ serra, il-pjanijiet jew il-pjanijiet direzzjonali għall-ekonomija b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u jikkonċerna muniċipalitajiet jew reġjuni speċifiċi (pereżempju, kif jitħabbar fil-Patt tas-Sindki), is-setturi industrijali jew agrikoli (bl-analiżi tal-użu tal-art fuq skala reġjonali, il-kuntest soċjali u ekonomiku), jew setturi ekonomiċi oħrajn bl-introduzzjoni ta’ approċċi teknoloġiċi u bbażati fuq is-servizzi b’mod sostenibbli u innovattiv. L-IP jista’ jiġi kkumplimentat bl-investimenti neċessarji fl-infrastruttura jew l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji u servizzi innovattivi fl-ibliet, ir-reġjuni u/jew il-komunitajiet appoġġati permezz ta’ programmi ta’ finanzjament relevanti oħra tal-Unjoni, speċifikati wkoll fl-istrateġija/il-pjan/il-pjan direzzjonali. Il-valur miżjud tal-UE ser jiġi vvalutat fir-rigward tal-kontribut tal-PI lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, il-livell ta’ integrazzjoni fil-politiki differenti, l-involviment dirett ta’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati, u l-grad sa fejn il-PI jkun parti operattiva mill-istrateġija/il-pjan/il-pjan direzzjonali.

PI li jittratta l-implimentazzjoni tal-istrateġiji, il-pjanijiet u l-pjanijiet direzzjonali għall-adattament għat-tibdil fil-klima:

Il-PI huwa mfassal biex jimplimenta strateġiji u pjanijiet għall-adattament għat-tibdil fil-klima jew jindirizza vulnerabbiltajiet speċifiċi għat-tibdil fil-klima (pereżempju, iż-żoni kostali, iż-żoni suxxettibbli għan-nixfa u oqsma prijoritarji oħrajn kif huma identifikati fl-Azzjoni 2 tal-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE). Il-miżuri li jiġu ffinanzjati mis-sorsi nazzjonali jew il-miżuri ffinanzjati minn programmi ta’ finanzjament relevanti oħrajn tal-UE, għandhom jikkumplimentaw il-miżuri li għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-programm LIFE sabiex tiġi implimentata strateġija jew pjan ta’ adattament li jkun ġenerali. Jista’ jingħata appoġġ lil pereżempju l-immaniġġjar tal-għargħar fi xmajjar/żoni kostali transfruntiera jew lill-miżuri ta’ adattament urban li jinvolvu diversi bliet. Is-sinerġiji ma’ politiki ambjentali u klimatiċi oħrajn għandhom ikunu tema ċentrali tal-proġetti ta’ adattament, pereżempju l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-bijodiversità għandhom jiġu promossi, fejn dan ikun relevanti. Il-valur miżjud tal-UE ser jiġi vvalutat ukoll fir-rigward tal-kontribut tal-PI biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE (36), il-livell ta’ integrazzjoni fis-setturi differenti u l-involviment ta’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati.

Valur miżjud tal-UE: Il-grad u l-kwalità tal-immobilizzar ta’ fondi oħrajn, partikolarment fondi tal-Unjoni: Il-kwalità tal-koordinazzjoni ma’ mekkaniżmu(i) ta’ finanzjament ieħor(oħrajn) u l-livell tal-immobilizzar ta’ fondi oħra kumplimentari għal LIFE previsti (lil hinn mill-minimu neċessarju għall-eliġibbiltà), kif ukoll il-probabbiltà tal-immobilizzar reali tagħhom u r-rabta funzjonali tagħhom mal-pjan li għandu jiġi implimentat ser jiddeterminaw jekk il-PI jirċevix punti addizzjonali skont dan il-kriterju. PI li aktarx ikunu ser jimmobilizzaw il-fondi tal-Unjoni b’rabta funzjonali mal-pjan li għandu jiġi implimentat u li jipprevedi mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni sodisfaċenti jirċievu punti ogħla.

Valur miżjud tal-UE: Il-kwalità tal-mekkaniżmu b’diversi skopijiet, is-sinerġiji u l-integrazzjoni: Il-proposti tal-PI ser ikollhom jippreżentaw mekkaniżmi ta’ twassil b’diversi skopijiet bi kwalità partikolarment għolja (eż.immirati lejn il-benefiċċji ambjentali u klimatiċi u l-bini tal-kapaċitajiet) li jagħmlu l-ksib ta’ riżultati f’oqsma politiċi oħra possibbli (37), biex joħolqu sinerġiji ma’ dawn il-politiki u biex jintegraw l-objettivi għal azzjoni ambjentali u klimatika fihom.

5.1.3.   Proġetti ta’ Assistenza Teknika skont l-Artikolu 18(e) tar-Regolament LIFE)

Proġetti ta’ assistenza teknika jipprovdu, permezz ta’ għotjiet għal azzjoni, appoġġ finanzjarju biex l-applikanti jiġu megħjuna jippreparaw proġetti integrati. Massimu ta’ 1 % tal-baġit annwali allokat għall-PI jista’ jsir disponibbli għall-proġetti ta’ assistenza teknika. Il-kontribuzzjoni massima tal-UE għal kull proġett ta’ assistenza teknika hija stabbilita għal EUR 100 000.

5.1.3.1.   Metodoloġija teknika għall-proċedura tal-għażla tal-proġetti

L-għażla tal-proġetti ta’ assistenza teknika ser issegwi l-istess metodoloġija li tintuża għall-għażla tal-proġetti taħt iż-żewġ sottoprogrammi. Approċċ imħaffef ser jiġi applikat.

Il-proċedura tal-għażla tal-proġetti ser tiġi organizzata kif ġej:

Evalwazzjoni tal-proposti

Il-Kummissjoni ser tivverifika l-konformità ta’ kull proposta mal-kriterji tal-eliġibbiltà u ta’ għażla u ser tevalwahom meta mqabbla mal-kriterji tal-għoti.

Tħejjija tal-lista finali ta’ proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati u tal-lista ta’ riżerva

Wara l-fażi ta’ reviżjoni, il-proġetti li jirnexxu ser jiġu proposti għal finanzjament, fi ħdan il-baġit disponibbli. Il-lista ta’ riżerva ser tinkludi l-proġetti bl-ogħla punti li ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati fid-dawl tal-baġit disponibbli. Il-lista ta’ riżerva ser tinkludi 20 % addizzjonali tal-baġit disponibbli ta’ LIFE.

Iffirmar tal-ftehim tal-għoti

5.1.3.2.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għoti

Il-kriterji speċifiċi prinċipali ta’ eleġibbiltà u tal-għoti li ġejjin ser jiġu applikati:

(a)   Kriterji ta’ eliġibbiltà

Proposta għal proġett ta’ assistenza teknika tinżamm biss għal evalwazzjoni skont il-kriterji tal-għoti, jekk:

il-proposta tal-proġett tkun immirata lejn it-tħejjija ta’ proposta futura ta’ PI.

l-applikant ma jkunx Stat Membru li jirċievi l-finanzjament għal proġett ta’ bini tal-kapaċità li jkopri tal-anqas parti mill-perjodu li għandu jiġi kopert mill-proġett tal-assistenza teknika.

(b)   Kriterji tal-għotja

Il-mertu tal-proposti eliġibbli kollha ser jiġi evalwat u jingħata l-punti skont il-kriterji ta’ għoti u s-sistema punteġġ li ġejjin:

Kriterji tal-għoti

Punteġġ minimu (***********)

Punteġġ massimu

1.

Koerenza u kwalità tekniċi

30

60

2.

Koerenza u kwalità finanzjarji

20

40

Punteġġi (biex wieħed jgħaddi) globali

55

100

Koerenza u kwalità tekniċi

Iċ-ċarezza, il-koerenza u l-fattibbiltà tal-proposta ser jiġu evalwati fid-dawl tal-objettivi tal-proġett u r-Eżiti mistennija minnu. In-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-PI futur ser jiġu kkunsidrati.

Koerenza u kwalità finanzjarji

Il-baġit propost u l-konsistenza tiegħu mal-azzjonijiet proposti u mar-regoli applikabbli, kif ukoll il-kosteffikaċja tal-approċċ propost ser jiġu evalwati. Il-valur għall-flus tal-proposta ser jiġi vvalutat.

5.1.4.   Proġetti ta’ Bini tal-Kapaċità skont l-Artikolu 18(f) tar-Regolament LIFE

Il-proġetti għall-bini tal-kapaċità jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet rikjesti għall-bini tal-kapaċità tal-Istati Membri, inklużi l-punti ta’ kuntatt nazzjonali jew reġjonali tal-programm LIFE, bil-ħsieb li l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu sehem b’mod aktar effettiv fil-Programm LIFE.

Dawn l-interventi jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

ir-reklutaġġ ta’ persunal ġdid u t-taħriġ għal punti ta’ kuntatt nazzjonali jew reġjonali tal-Programm LIFE;

l-iffaċilitar ta’ skambji ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki u l-promozzjoni tat-tixrid u l-użu tar-riżultati tal-proġetti taħt il-programm LIFE;

l-approċċi tat-“taħriġ għal min iħarreġ;”

il-programmi ta’ skambju u ssekondar bejn l-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri, b’mod partikolari attivitajiet ta’ skambju tal-“aqwa fil-klassi”.

L-interventi koperti mill-pjan ta’ bini tal-kapaċità jistgħu jinkludu l-akkwist ta’ esperti biex jindirizzaw il-lakuni ta’ kapaċità teknika u proċesswali ad-hoc, iżda ma jistgħux jinkludu esperti li l-funzjoni primarja tagħhom hija t-tfassil ta’ proposti għal preżentazzjoni bħala parti mis-sejħiet għall-proposti annwali.

5.1.4.1.   Metodoloġija teknika għall-proċedura tal-għażla tal-proġetti

L-applikazzjonijiet għal proġetti ta’ bini tal-kapaċità ser isegwu proċedura mħaffa ta’ għoti. Meta jitqies il-fatt li skont l-Artikolu 19(8) il-proġetti ta’ bini tal-kapaċità jistgħu jiġu allokati biss għal numru predefinit ta’ Stati Membri u li proġett wieħed għal kull Stat Membru jista’ jiġi ssussidjat, l-applikazzjonijiet li jaslu ma jkunux f’kompetizzjoni bejniethom. Għaldaqstant, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati fuq bażi kontinwa mid-data tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti tal-2014 għal għotjiet ta’ azzjoni ta’ LIFE, li ser jinkludu l-pakkett ta’ applikazzjoni għall-proġetti tal-bini tal-kapaċità. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi qabel it-tmiem tat-tielet trimestru tal-2015 sabiex jiġu kkunsidrati għall-perjodu ta’ finanzjament ta’ bejn l-2014 u l-2017.

L-applikazzjonijiet ser jiġu vvalutati biex tiġi żgurata l-konformità mal-kriterji ta’ eleġibbiltà u l-livelli limiti għall-għoti msemmija hawn taħt.

L-għotjiet ser jiġu ffirmati ladarba jiġi konkluż b’suċċess il-proċess ta’ evalwazzjoni.

5.1.4.2.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għoti

Ser jiġu applikati l-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għoti li ġejjin:

(a)   Kriterji ta’ eliġibbiltà

L-applikazzjoni għandha tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà li ġejjin:

L-applikant huwa Stat Membru li għalih

Il-PDG per capita fl-2012 ma kienx ogħla minn 105 % tal-medja fl-Unjoni; u jew

il-livell medju ta’ użu tal-allokazzjoni nazzjonali indikattiva għas-snin 2010, 2011 u 2012, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 614/2007, ikun inqas minn 70 % jew

il-PDG per capita fl-2012 kien inqas minn 90 % tal-medja fl-Unjoni, jew

l-Istat Membru jkun issieħeb mal-Unjoni wara l-1 ta’ Jannar 2013.

L-applikazzjoni tinkludi pjan ta’ bini ta’ kapaċità, fejn l-Istat Membru jimpenja ruħu li:

iżomm riżorsi ddedikati għall-Programm LIFE, inklużi livelli tar-riżorsi umani, f’livelli li ma jkunux iktar baxxi minn dawk fis-seħħ fl-2012, għat-tul tal-MAWP attwali;

ma japplikax għal proġett ieħor ta’ bini ta’ kapaċità, jekk jingħata l-proġett tal-bini tal-kapaċità.

(b)   Kriterji tal-għoti

Il-koerenza u l-kwalità tekniċi fil-proġetti ta’ bini ta’ kapaċità jirreferu għall-interventi sabiex tiġi żviluppata l-kapaċità tal-Istat Membru biex jippreżenta applikazzjonijiet li jirnexxu fil-kisba tal-finanzjament għal proġetti taħt is-sottoprogrammi għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika.

Il-mertu tal-proposti eliġibbli kollha ser jiġi evalwat u ggradat skont il-kriterji tal-għoti li ġejjin u s-sistema tal-għoti tal-punti:

Kriterji tal-għoti

Punteġġ minimu biex wieħed jgħaddi (************)

Punteġġ massimu

Koerenza u kwalità tekniċi

15

30

Koerenza u kwalità finanzjarji

10

20

Il-komprensività tal-approċċ b’rabta mad-dgħufijiet identifikati li wasslu għal parteċipazzjoni baxxa tal-Istati Membri fil-programmi ta’ LIFE+ għal bejn l-2010 u l-2012

15

30

Preżentazzjoni tat-titjib mistenni tal-abbiltà li jiġu promossi l-integrazzjoni, il-kumplimentarjetà, is-sinerġiji u r-replikabbiltà tal-programm LIFE f’politiki, attivitajiet ekonomiċi u programmi oħrajn

10

20

Punteġġi (biex wieħed jgħaddi) globali

55

100

5.1.5   Proġetti preparatorji skont l-Artikolu 18(g) tar-Regolament LIFE

Il-proġetti preparatorji jindirizzaw bżonnijiet speċifiċi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali jew klimatika tal-Unjoni.

5.1.5.1.   Metodoloġija teknika għall-proċedura tal-għażla tal-proġetti

Darba f’sena l-Kummissjoni tagħmel inventarju ta’ bżonnijiet speċifiċi fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali jew klimatika tal-Unjoni, li jeħtieġ li jiġu indirizzati tul is-snin li ġejjin u tidentifika minnhom il-bżonnijiet li jistgħu jiġu indirizzati mill-proġetti preparatorji. Massimu ta’ 1 % tar-riżorsi allokati għall-għotjiet ta’ azzjoni (barra mill-proġetti ta’ assistenza integrata u teknika) jistgħu jiġu riżervati għall-proġetti preparatorji.

Qabel it-tnedija tas-sejħa annwali għall-proposti, l-Istati Membri jirċievu abbozz ta’ lista ta’ bżonnijiet speċifiċi li jistgħu jiġu indirizzati mill-proġetti preparatorji u jintalbu jikkummentaw. Abbażi ta’ dawn il-kummenti, tiġi stabbilita l-lista finali.

Il-Kummissjoni tiddefinixxi l-kriterji speċifiċi ta’ għażla u ta’ għoti għall-proġetti definiti b’dan il-mod, it-tul tal-proġett, u l-baġit indikattiv li għandu jiġi allokat għal kull proġett.

Il-proċedura tal-għażla tal-proġetti ser tiġi organizzata kif ġej:

Evalwazzjoni tal-proposti

Il-Kummissjoni ser tivverifika l-konformità ta’ kull proposta mal-kriterji tal-eliġibbiltà u ta’ għażla u ser tevalwahom meta mqabbla mal-kriterji tal-għoti.

Tħejjija tal-lista finali ta’ proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati u tal-lista ta’ riżerva

Wara l-fażi tar-reviżjoni, il-proġetti li jirnexxu ser jiġu proposti għall-finanzjament, fi ħdan il-baġit disponibbli. Tista’ tiġi kkostitwita lista ta’ riżerva, jekk dan ikun xieraq.

Iffirmar tal-ftehim tal-għoti

5.1.5.2.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għoti

Ser jiġu applikati il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għoti li ġejjin:

(a)   Kriterji ta’ eliġibbiltà

Il-kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà u ta’ għażla ser jiġu ddefiniti f’kull sejħa. Dawn ser ikunu bbażati fuq il-bżonnijiet speċifiċi li għandhom jiġu indirizzati mill-proġetti preparatorji, iddefiniti mill-Kummissjoni f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri.

(b)   Kriterji tal-għoti

Il-proġetti preparatorji ser jingħataw lill-persuna(i) jew lill-entità/ijiet legali li tissottometti/jissottomettu proposta li taqbeż il-punteġġ minimu li bih wieħed jgħaddi u li jilħqu l-ogħla punti fir-rigward tal-kriterji li ġejjin:

Kriterji

Punteġġ minimu biex wieħed jgħaddi (*************)

Punteġġ massimu

Il-koerenza u l-kwalità tekniċi tal-proposta fir-rigward tal-bżonn speċifiku indirizzat

22

45

Il-komprensività tal-approċċ fir-rigward tal-bżonn speċifiku indirizzat

15

30

Koerenza u kwalità finanzjarji

12

25

Punteġġi (biex wieħed jgħaddi) globali

55

100

5.1.6.   Il-proġetti meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali deskritti fl-Artikolu 3 tar-Regolament LIFE.

Proġetti oħrajn (pilota, dimostrattivi jew oħrajn) jistgħu jiġu ffinanzjati skont l-Art. 190 tar-Regoli dwar l-applikazzjoni tar-regolament finanzjarju (minn hawn ‘il quddiem “RAF”) abbażi tal-kriterji deskritti hawn isfel.

5.1.6.1.   Metodoloġija teknika għall-proċedura tal-għażla tal-proġetti

Jekk il-Kummissjoni tidentifika bżonn għal proġett ad hoc speċifiku meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament LIFE, hija tista’ tippubblika sejħa għall-proposti. Ir-riżorsi li għandhom jiġu allokati għal tali proġetti mhux ser jgħoddu mar-riżorsi minimi li għandhom jiġu allokati għall-proġetti skont l-Artikolu 17(4) tar-Regolament LIFE.

5.1.6.2.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għoti

(a)   Kriterji ta’ eliġibbiltà

Proġetti oħra għandhom:

jikkontribwixxu lejn wieħed jew diversi objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament LIFE u tal-objettivi speċifiċi applikabbli fl-Artikoli 10 sa 12 u 14 sa 16 tar-Regolament LIFE,

jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-qasam prijoritarju tas-sottoprogrammi ta’ LIFE, kif huwa stipulat fl-Artikoli 9 u 13 tar-Regolament LIFE skont liema tkun ġiet sottomessal-proposta.

(b)   Kriterji tal-għoti

Proġetti oħrajn ser jingħataw lill-persuna(i) jew lill-entità/ijiet legali li tissottometti/jissottomettu proposta li taqbeż il-punteġġ minimu biex wieħed jgħaddi u li tilħaq l-ogħla punti fir-rigward tal-kriterji li ġejjin:

Kriterji

Punteġġ minimu biex wieħed jgħaddi (**************)

Punteġġ massimu

Il-koerenza u l-kwalità tekniċi tal-proposta fir-rigward tal-bżonn speċifiku indirizzat

22

45

Il-komprensività tal-approċċ fir-rigward tal-bżonn speċifiku indirizzat

15

30

Koerenza u kwalità finanzjarji

12

25

Punteġġi (biex wieħed jgħaddi) globali

55

100

5.2.   Għotjiet operattivi

L-Artikolu 21 tar-Regolament LIFE jistipula li għandu jingħata appoġġ għal ċerti kostijiet operazzjonali u amministrattivi ta’ entitajiet li ma jaħdmux għall-profitt, li jsegwu għan ta’ interess ġenerali tal-Unjoni, ikunu primarjament attivi fil-qasam tal-ambjent u/jew tal-azzjoni klimatika u involuti fl-iżvilupp, fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Ser tiġi organizzata sejħa għall-proposti għall-għotjiet operazzjonali annwali għall-kofinanzjament tas-sena finanzjarja 2015 tal-benefiċjarju. Fl-2016 ser titpoġġa fis-seħħ sistema ta’ ftehimiet biennali ta’qafas ta’ sħubija għall-għotjiet operazzjonali. Dan ser jiżgura li jintlaħaq bilanċ bejn il-bżonn għal aktar ċertezza u l-istabbiltà tal-benefiċjarji, filwaqt li jinżamm ċertu livell ta’ kompetizzjoni bejn l-entitajiet li ma jaħdmux għall-profitt.

L-għotjiet operattivi barra mis-sejħiet għall-proposti jistgħu jingħataw f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq kif huwa stipulat fl-Artikolu 190 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE, Euratom) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (38) (RAF) , b’mod partikolari fejn il-karatteristiċi tal-benefiċjarju ma jħallux għażla oħra jew fejn il-benefiċjarju jiġi identifikat b’dan il-mod f’bażi legali.

Il-proposti ser jiġu vverifikati għall-konformità tagħhom mal-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla. Għall-proposti li jikkonformaw ma’ dawn il-kriterji, ir-relevanza u l-kwalità ġenerali ser jiġu evalwati fir-rigward tal-kriterji tal-għoti. Il-punti ser jingħataw skont dawn il-kriterji u huwa meħtieġ livell minimu ta’ kwalità. Id-deċiżjoni finali tal-għoti ser tittieħed abbażi tar-riżultati tal-proċess tal-evalwazzjoni.

5.2.1.   Kriterji tal-għażla għall-għotjiet operazzjonali

Il-kriterji tal-għażla għandhom jivvalutaw il-kapaċità finanzjarja u operazzjonali tal-applikant biex ilesti l-programm ta’ ħidma propost.

L-applikanti ser jintgħażlu biss jekk, abbażi tad-dokumenti ta’ sostenn speċifiċi relatati mal-prestazzjoni tagħhom tul is-sentejn ta’ qabel, ikunu jistgħu juru

kapaċità operazzjonali – l-applikant għandu jkolli l-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa sabiex ilesti l-programm ta’ ħidma propost, u

kapaċità finanzjarja – l-applikant għandu jkollu sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament għaż-żamma tal-attività tiegħu tul il-proġett li għalih tingħata l-għotja u għandu jipparteċipa fil-finanzjament tagħha

F’ċerti ċirkostanzi eċċezzjonali, notevolment fil-każ ta’ netwerk ġdid maħluq minn organizzazzjonijiet b’esperjenza, il-Kummissjoni tista’ tagħti deroga mir-rekwiżit li jiġu ppreżentati d-dokumenti ta’ appoġġ li jkopru s-sentejn ta’ qabel.

L-Artikolu 131 tar-Regolament Finanzjarju ser japplika għall-għażla tal-korpi pubbliċi u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-kapaċità finanzjarja tagħhom.

5.2.2.   Kriterji tal-għoti għall-għotjiet operazzjonali

5.2.2.1.   Għotjiet operazzjonali annwali/Ftehimiet ta’ qafas ta’ sħubija għall-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi (NGO)

L-Artikoli 12(d) u 16(d) tar-Regolament LIFE jelenka bħala objettiv speċifiku għall-oqsma prijoritarji rispettivi tagħhom ‘Governanza u Informazzjoni’ biex jippromwovu governanza ambjentali u klimatika aħjar bit-twessigħ tal-involviment tal-partijiet interessati, inklużi l-NGOs, fil-konsultazzjoni u l-implimentazzjoni politika”.

Il-kriterji tal-għoti li ġejjin ser japplikaw għall-għażla kemm tal-benefiċjarji tal-għotjiet operazzjonali annwali u tal-ftehimiet ta’ qafas tas-sħab:

1.

Relevanza tal-involviment fil-proċess tal-Unjoni ta’ azzjoni politika ambjentali u klimatika:

skont l-objettivi tematiċi tas-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali:

li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni;

li l-Unjoni ssir ekonomija effiċjenti fir-riżorsi, ekoloġika u kompetittiva, b’livelli baxxi ta’ karbonju;

li jitħarsu ċ-ċittadini tal-Unjoni minn pressjonijiet relatati mal-ambjent u l-klima u r-riskji għas-saħħa u l-benesseri;

skont il-pakkett tal-klima u l-enerġija, il-pjan direzzjonali għal tranżizzjoni lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju fl-2050 u l-istrateġija ta’ adattament tal-Unjoni.

2.

Relevanza u potenzjal ta’ kontribut lejn:

l-immassimizzar tal-benefiċċji tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar azzjoni ambjentali u klimatika bit-titjib tal-implimentazzjoni u l-infurzar,

it-titjib tal-bażi tal-għarfien u l-evidenza għall-politika tal-Unjoni ta’ azzjoni ambjentali u klimatika,

l-iżgurar ta’ investiment għall-politika ambjentali u klimatika u l-indirizzar tal-esternalitajiet ambjentali u

it-titjib tal-integrazzjoni tal-azzjoni ambjentali u klimatika u l-koerenza politika.

3.

Relevanza għat-titjib tas-sostenibbiltà tal-ibliet tal-Unjoni u għaż-żieda tal-effettività tal-Unjoni fl-indirizzar tal-isfidi internazzjonali marbutin mal-ambjent u l-klima.

4.

Relevanza fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet emerġenti relatati mal-ambjent u mal-klima u prijoritajiet politiċi ġodda.

5.

Effettività tal-kontribut tas-sħab lejn il-proċess politiku tal-Unjoni.

6.

Żvilupp organizzazzjonali – il-potenzjal ta’ żvilupp sabiex isir parti interessata aktar effiċjenti fil-proċess politiku tal-Unjoni.

Il-kriterju addizzjonali li ġej ser japplika biss għall-għażla tal-għotjiet operazzjonali annwali:

7.

Koerenza teknika u finanzjarja tal-programm ta’ ħidma.

Fil-każ tal-ftehimiet ta’ qafas ta’ sħubija, l-organizzazzjonijiet magħżulin bħala sħab ta’ qafas ser jiġu mistiedna biex annwalment jissottomettu l-programm ta’ ħidma tagħhom, li ser jiġi analizzat fid-dawl tal-għoti ta’ għotja operazzjonali speċifika annwali.

Għall-għoti ta’ għotjiet speċifiċi annwali skont il-ftehimiet ta’ qafas ta’ sħubija, ser japplikaw il-kriterji li ġejjin:

1.

Konformità tal-programm ta’ ħidma mal-objettivi u n-natura tal-attivitajiet speċifikati fil-ftehim ta’ qafas ta’ sħubija

2.

Relevanza fl-indirizzar tal-kwistjonijiet ambjentali u klimatiċi emerġenti u prijoritajiet politiċi ġodda

3.

Flessibbiltà u koerenza interna tal-programm ta’ ħidma fi żmien l-iskeda ta’ żmien

4.

Koerenza bejn il-programm ta’ ħidma u l-baġit propost, inkluż l-użu effiċjenti tar-riżorsi

5.2.2.2.   Għotjiet operazzjonali oħrajn

L-għoti ta’ għotjiet operazzjonali oħrajn lil entitajiet li ma jagħmlux profitt u li jippruvaw jilħqu mira ta’ interess ġenerali għall-Unjoni, ser isir abbażi tal-kriterji tal-għoti li ġejjin:

1.

Relevanza tal-programm ta’ ħidma dwar l-objettivi tar-Regolament LIFE u, jekk ikun relevanti, il-prijoritajiet tematiċi u s-suġġetti tal-proġetti;

2.

Fattibbiltà u koerenza interna tal-programm ta’ ħidma

3.

Kosteffiċjenza tal-attivitajiet proposti

4.

Potenzjal għal impatt tanġibbli fuq il-gruppi fil-mira;

5.

Konsistenza bejn l-attivitajiet u l-baġit propost.

5.3.   Strumenti Finanzjarji

Il-finanzjament, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 17(4) tar-Regolament LIFE, mhux ser jingħata liż-żewġ strumenti finanzjarji li ġejjin biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament LIFE:

Il-Faċilità ta’ Finanzjament Kapitali Naturali (Natural Capital Financing Facility - NCFF) – strument finanzjarju ġdid li għandu jiġu ppruvat taħt iż-żewġ sottoprogrammi sabiex jiġu ttestjati u murija approċċi innovattivi lejn il-finanzjament għall-proġetti li jippromwovu l-preżervazzjoni tal-kapital naturali fl-oqsma prijoritarji Natura u Bijodiversità u l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.

Strument ta’ Finanzjament għall-Effiċjenza fl-Enerġija (Private Financing for Energy Efficiency instrument - PF4EE)) – strument finanzjarju pilota taħt is-sottoprogramm Azzjoni Klimatika, li jittestja approċċ ġdid biex jindirizza l-aċċess limitat għal finanzjament kummerċjali adegwat u affordabbli għall-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija li jkunu fil-mira tal-prijoritajiet nazzjonali.

Id-dispożizzjonijiet dwar l-istrumenti finanzjarji skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (minn hawn ‘il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju”), b’mod partikolari l-Artikolu 139 u 140 tiegħu, jiġu ssodisfati kif huwa spjegat hawn taħt.

L-istrumenti finanzjarji li jappoġġaw il-proġetti jistgħu jieħdu kwalunkwe waħda mill-forom imsemmija u għandhom ikunu implimentati skont it-Titolu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u jistgħu jiġu kkombinati flimkien u ma’ għotjiet iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni.

Skont l-Artikolu 140(6) il-pagamenti mill-ġdid annwali, inklużi l-pagamenti kapitali mill-ġdid, il-garanziji rilaxxati, u l-pagamenti mill-ġdid tas-self prinċipali, għandhom jikkostitwixxu dħul intern assenjat u għandhom jintużaw għall-istess strument finanzjarju għal perjodu li ma jaqbiżx il-perjodu għall-impenn tal-approprjazzjonijiet miżjud b’sentejn.

Bi tħejjija tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma pliuriennali għas-snin bejn l-2014 u l-2017, l-evalwazzjonijiet ex-ante taż-żewġ strumenti finanzjarji ġew sottomessi quddiem il-Kumitat LIFE u l-Kummissjoni bħala dokumenti ta’ informazzjoni.

Il-Kummissjoni ser twettaq l-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2017 (l-Artikolu 27 tar-Regolament LIFE), u f’dan il-kuntest, ser tipprovdi wkoll feedback dwar l-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju implimentat bejn l-2014 u l-2016. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni esterna meħtieġ ser jivvaluta r-relevanza u l-effettività ta’ kull strument finanzjarju fir-rigward tal-għoti ta’ għajnuna sabiex jinkisbu l-objettivi politiċi ta’ LIFE, l-effiċjenza tagħhom, l-utilità fl-indirizzar tan-nuqqasijiet tas-suq u sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimi, u l-koerenza ġenerali tal-istrumenti ta’ finanzjament infushom, waqt li jipprovdi wkoll rakkomandazzjonijiet għal titjib.

Il-Kummissjoni ser tirraporta tal-anqas fuq bażi annwali lill-Kumitat LIFE, filwaqt li jissejħu laqgħat ad hoc jekk ikun meħtieġ. Fl-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni l-Kummissjoni ser tirrapporta tal-anqas tliet darbiet (ħarifa 2014, rebbiegħa 2015, u ħarifa 2015) lill-Kumitat LIFE dwar il-progress tal-istrumenti finanzjarji.

5.3.1.   Faċilità ta’ Finanzjament Kapitali Naturali (NCFF)

5.3.1.1.   Kontribut lejn l-objettivi LIFE

L-istrument finanzjarju ser jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi LIFE, partikolarment għall-oqsma prijoritarji “natura u bijodiversità” taħt LIFE Ambjent u “adattament għat-tibdil fil-klima” taħt LIFE Azzjoni Klimatika permezz tal-finanzjament ta’ investimenti bil-quddiem u kostijiet operazzjonali għal proġetti pilota li jiġġeneraw id-dħul jew li jiffrankaw il-kostijiet u li jippromwovu l-konservazzjoni, ir-restawr, l-immaniġġjar u t-titjib tal-kapital naturali għall-bijodiversità u l-benefiċċji tal-adattament, inklużi soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ekosistemi għall-isfidi relatati mal-art, il-ħamrija, il-forestrija, l-agrikoltura, l-ilma u l-iskart. L-NCFF huwa strument politiku ġdid għal proġetti pilota innovattivi. Dan joffri l-potenzjal li tiġi mtejba l-kosteffiċejenza tal-Programm LIFE permezz ta’ ingranaġġ u kumplimentarjetà. Huwa jikkontribwixxi biex tinbena kapaċità għal żmien itwal b’attività finanzjarja innovattiva, sostenibbli u kummerċjali. L-NCFF jikkumplimenta u jappoġġa l-objettivi politiċi tal-Istati Membri fil-qasam tal-bijodiversità u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

B’mod aktar speċifiku:

Fir-rigward tan-natura u l-bijodiversità, l-NCFF jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tan-natura u l-bijodiversità, inkluża l-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020, id-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 92/43/KEE, partikolarment bl-applikazzjoni, l-iżvilupp, l-ittestjar tal-proġetti u l-wiri tal-vijabbiltà tagħhom. Jappoġġa wkoll l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-immaniġġjar addizzjonali tan-netwerk Natura 2000 stabbilit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/43/KEE, u jżid ir-reżiljenza tiegħu permezz tal-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi li jinsabu barra min-netwerk. Madankollu, ċerti tipi ta’ proġetti jista’ jkun li ma japplikawx fiż-żoni ta’ Natura 2000.

Fir-rigward tal-adattament għat-tibdil fil-klima, l-NCFF jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament, partikolarment, bl-iżvilupp, l-ittestjar u l-wiri ta’ aproċċi bbażati fuq l-ekosistemi għall-adattament għat-tibdil fil-klima. Jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp u l-wiri ta’ teknoloġiji, sistemi, metodi u strumenti innovattivi tal-adattament li jkunu tajbin biex jiġu rreplikati, ittrasferiti jew integrati.

5.3.1.2.   Struttura tal-istrument finanzjarju

L-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju ser tiġi fdata lill-Bank Ewropew tal-Investimenti (BEI) permezz ta’ maniġment indirett.

L-NCFF ser jikkumbina l-finanzjament dirett u indirett tal-proġetti permezz tad-djun u l-ekwità. Faċilità ta’ appoġġ mill-esperti ser tingħata sabiex jiġi żgurat li l-proġetti jilħqu stadju suffiċjenti ta’ maturità għall-finanzjament. L-NCFF ser jiġi żviluppat f’żewġ faċijiet; fażi pilota ser tippermetti li jsir ittestjar tal-għażliet ta’ finanzjament differenti, sabiex ikun hemm enfasi fuq l-aktar approċċi xierqa fit-tieni fażi operazzjonali. Waqt il-fażi pilota inizjali, l-NCFF huwa mistenni li jeżegwixxi bejn disa’ u 12-il operazzjoni (inklużi operazzjonijiet indiretti), jew bejn tliet u erba’ operazzjonijiet fis-sena.

Il-Kummissjoni Ewropea tiffinanzja l-proġetti u l-faċilità ta’ appoġġ mill-esperti, b’ammonti ugwali mill-BEI għall-finanzjament tal-proġetti. Ebda finanzjament minn partijiet terzi ma huwa ppjanat tul il-fażi pilota. Għat-tieni fażi operazzjonali, abbażi tar-riżultati mill-proġetti pilota, l-NCFF tfittex riżorsi addizzjonali minn investituri pubbliċi u privati oħrajn.

L-NCFF ser jipprovdi, prinċipalment, strumenti ta’ dejn (pereżempju, self) biex tiffinanzja investimenti fi proġetti bil-quddiem u kostijiet operazzjonali. Is-self jitħallas mill-introjtu ġġenerat mill-proġett u/jew mill-attività tan-negozju prinċipali tar-riċevitur. L-ekwità tintuża għal każijiet speċifiċi, prinċipalment għal investimenti fil-fondi.

L-operazzjonijiet indiretti ser jitwettqu ma’ intermedjarji bħal banek jew fondi ta’ investiment li mbagħad jiffinanzjaw portafoll ta’ proġetti.

Jintużaw tipi differenti ta’ djun, inkluż id-dejn mezzanin. Meta jaslu għand riċevitur finali, il-garanziji ser ikunu meħtieġa fil-forma ta’ garanzija korporattiva meta kumpanija tkun ir-riċevitur finali.

M’hemmx sehem fiss previst għar-ripartizzjoni bejn id-dejn u l-ekwità, tal-anqas għall-fażi pilota, minħabba li l-flessibbiltà hija neċessarja sabiex tforni l-bżonnijiet tas-suq u tippermetti li jkun hemm esperimentazzjoni. Madankollu, fid-dawl tal- kundizzjonijiet attwali tas-suq, il-faċilità ser timmira lejn sehem ta’ 70 % ta’ investimenti diretti u 30 % permezz ta’ intermedjarji tul il-fażi pilota, għalkemm dan tal-aħħar jista’ jkun ogħla jekk id-domanda mill-intermedjarji tiżdied.

Il-faċilità ser tinkludi mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tar-riskji mal-BEI minħabba li l-proġetti appoġġati mill-NCFF ser ikunu proġetti li normalment il-BEI ma jinvestix fihom, għax ikunu żgħar wisq jew inkella minħabba li jkollhom perċezzjoni ta’ riskju għoli li ma jkunx kumpatibbli mal-klassifikazzjoni AAA tal-bank. Biex jingħeleb dan, il-faċilità ser tinkludi mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tar-riskji li bih il-fondi tal-UE ser jassorbu l-ewwel telf fil-każ li l-proġett ifalli. Il-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni preċiż ser jiġi stabbilit fi ftehim ta’ delegazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI, li ser jiddefinixxi wkoll il-kriterji preċiżi tal-esklużjoni/l-għażla għall-proġetti, fejn jiġi żgurat li l-prijoritajiet korretti jiġu integrati fil-proċess tal-għażla u li jkun hemm kopertura settorjali u ġeografika biżżejjed.

L-interessi finzjarji tal-parteċipanti kollha fil-faċilità huma allinjati lejn l-ilħuq tal-objettivi ġenerali tal-istrument finanzjarju minħabba li l-parteċipanti kollha, inklużi l-BEI u l-Unjoni Ewropea jkunu ħadu l-impenn li jitfgħu l-fondi fil-faċilità. Barra minn hekk:

ser jitfasslu kriterji preċiżi ta’ esklużjoni/għażla għall-proġetti, kif ukoll politika ta’ investiment li ser issegwi l-prijoritajiet identifikati għall-immaniġġjar tal-kapital naturali. Finalment,

ser jingħataw tariffi tal-prestazzjoni lill-BEI bbażati fuq indikaturi speċifiċi mfasslin biex jiżguraw li l-immaniġġjar tal-faċilità jkun allinjat mal-objettivi identifikati.

L-allokazzjoni tal-fondi ser tkun valida sa meta tiġi ffinalizzata l-aħħar tranżazzjoni taħt il-programm.

Il-fażi pilota inizjali ser iddum mill-2014 sal-2017. Il-fażi operazzjonali ddum mill-2017 sal-2020. Wara tmiem il-fażi operazzjonali, ikun meħtieġ li l-faċilità tibqa’ fis-seħħ bi struttura aktar sempliċi biex jiġi mmaniġġjat il-portafoll u tirċievi l-pagamenti mill-ġdid għas-self u l-ekwità. Minħabba li t-tul tas-self ġeneralment ikun ta’ 10 snin, huwa mistenni li din il-fażi ddum 10 + 3 snin, b’dawn l-aħħar tliet snin minħabba pagamenti mill-ġdid li jistgħu jsiru tard, jew it-trattament ta’ pereżempju, il-fażi tat-tmien tal-fondi tal-investiment li l-faċilità tkun investiet fihom.

L-immaniġġjar tal-istrument finanzjarju ser isir mill-BEI. Kumitat ta’ Tmexxija ser jirrevedi, fuq bażi regolari, il-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Istrument Finanzjarju. Il-kumitat ta’ Tmexxija jinkludi appuntamenti li jsiru b’mod konġunt mill-Kummissjoni, inklużi servizzi tal-Kummissjoni bħal DĠ ENV, DĠ CLIMA, DĠ ECFIN, u l-BEI, appoġġat minn segretarjat ipprovdut mill-BEI.

Mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar ser jiġi stabbilit u l-informazzjoni tinqasam mal-Kumitat LIFE.

Il-monitoraġġ tal-istrumenti finanzjarji ser ikun skont ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament Finanzjarju (l-Artikolu 140) u r-Regolament Delegat (l-Artikolu 225) u sussegwentement kif interpretat fil-Ftehim Qafas Finanzjarju u Amministrattiv (Financial and Administrative Framework Agreement - FAFA) mal-BEI u l-Ftehim ta’ Delegazzjoni konsegwenti.

Il-BEI jkun responsabbli mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet skont l-istrument finanzjarju u l-produzzjoni ta’ rapporti tal-prestazzjoni u dawk finanzjarji skont format, kontenut u perjodiċità li għandhom jiġu miftiehma (inizjalment kull tliet xhur), biex jinkludu rapporti regolari u ad-hoc; żjarat fuq il-post; awditi. Jintużaw Indikaturi ta’ Prestazzjoni għar-rappurtar mill-istituzzjonijiet finanzjarji lill-BEI.

5.3.1.3.   Metodoloġija teknika għall-proċedura tal-għażla tal-proġetti

Il-BEI, flimkien man-netwerk tiegħu ta’ sħab imxerrdin mal-UE, ser jaħdem biex jidentifika direzzjoni ta’ proġetti potenzjalment relevanti, filwaqt li jibni wkoll fuq talbiet speċifiċi għall-finanzjament li jaslu mingħand riċevituri potenzjali minn madwar l-UE.

Il-proġetti jiġu kklassifikati f’erba’ kategoriji wesgħin:

Pagamenti għal Servizzi ta’ Ekosistemi (Payments for Ecosystem Services - PES): proġetti li jinvolvu pagamenti għall-flussi tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-kapital naturali, ġeneralment tranżazzjoni volontarja bilaterali fuq skala żgħira b’xerrej identifikat sew u bejjiegħ ta’ servizz ta’ ekosistema. Dawn huma bbażati fuq il-prinċipju li l-benefiċjarju jħallas, fejn il-pagamenti jsiru biex jiżguraw is-servizzi kritiċi tal-ekosistemi.

Infrastruttura Ekoloġika (Green Infrastructure - GI): Il-GI hija netwerk ippjanat b’mod strateġiku ta’ żoni naturali u seminaturali b’karatteristiċi ambjentali oħrajn ippjanat u mmaniġġjat biex jipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi tal-ekosistema. Jinkorpora spazji ekoloġiċi (inkella marittimi fir-rigward ta’ ekosistemi akkwatiċi) u karatteristiċi fiżiċi oħrajn f’żoni fuq l-art (inklużi mal-kosta) u f’żoni marini. Fuq l-art, l-GI teżisti f’żoni rurali u f’żoni urbani. Il-proġetti tal-GI għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw introjtu u li jiffrankaw il-kostijiet ibbażati fuq il-forniment ta’ prodotti u servizzi inkluż l-immaniġġjar tal-ilma, il-kwalità tal-arja, il-forestrija, ir-rikreazzjoni, il-kontroll tal-għargħar/l-erożjoni/in-nirien, il-pollinazzjoni u reżiljenza miżjuda għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima.

Kumpens tal-bijodiversità: jeżistu azzjonijiet ta’ konservazzjoni maħsubin biex jikkumpensaw għad-dannu residwu u li ma jistax jiġi evitat għall-bijodiversità kkawżat minn proġetti ta’ żvilupp. Dawn huma bbażati fuq il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, fejn il-kumpens isir għall-konformità jew biex jiġu mmitigati r-riskji għar-reputazzjoni. Il-proġetti mmirati lejn il-kumpens tad-danni li jsiru f’siti ta’ Natura 2000 skont l-Artikolu 6.4.tad-Direttiva dwar il-Ħabitats mhumiex eliġibbli għal finanzjament mill-NCFF.

Investimenti favur il-bijodiversità u ta’ adattament innovattivi: dawn huma proġetti li jinvolvu l-forniment tal-prodotti u s-servizzi, ħafna drabi mill-SMEs, li jimmiraw li jipproteġu l-bijodiversità jew li jżidu r-reżiljenza tal-komunitajiet u ta’ setturi oħrajn tan-negozju.

L-għan ser ikun li jiġu identifikati u ffinanzjati proġetti b’kopertura ġeografika u settorjali wiesgħa biżżejjed, filwaqt li jiġu ttestjati diversi mekkaniżmi ta’ finanzjament, biex tiġi żgurata r-replikabbiltà mal-UE kollha tul il-fażi operazzjonali. Ir-regoli tal-eliġibbiltà għall-proġetti u l-politika tal-investiment għall-Faċilità (pereżempju l-istabbiliment ta’ limiti fuq is-setturi u l-kopertura ġeografika, kif ukoll kriterji minimi li għandhom jiġu ssodisfati u/jew prinċipji li magħhom għandu jkun hemm konformità, pereżempju ġerarkija tal-mitigazzjoni (39)) ser jiġu ddefiniti qabel it-twaqqif tagħha u jiġu maqbula b’mod kuntrattwali bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).

Il-kriterji tal-eliġibbiltà ser ikunu f’konformità mal-objettivi tan-natura u l-bijodiversità u tal-adattament għat-tibdil fil-klima kkristalizzati fir-Regolament LIFE, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prijoritajiet politiċi tal-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni tal-bijodiversità u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

Il-proġetti eliġibbli ta’ mmaniġġjar tal-kapital naturali għandhom jiġu ġġustifikati permezz ta’ valutazzjoni ekonomika abbażi ta’ analiżi tal-klassi tal-benefiċċji meta mqabblin mal-kostijiet – jiġifieri li l-kost nett preżenti tal-proġett tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu ikun inqas mill-valur nett preżenti tal-benefiċċji mistennija, inklużi l-esternalitajiet. Barra mill-kriterji standard imposti mill-BEI għall-operazzjonijiet kollha, ser ikun hemm kriterji addizzjonali li jiddefinixxu t-tip tal-proġetti u s-setturi koperti.

Bħala minimu, ir-riċevituri finali tal-istrument finanzjarju għandhom ikunu entitajiet legali u/jew persuni fiżiċi li jinvestu fi proġetti ta’ mmaniġġjar ta’ kapital naturali u li jkunu jistgħu:

juru li għandhom impatt pożittiv fuq il-kundizzjoni tal-ekosistema u r-reżiljenza u fuq il-forniment tas-servizzi tal-ekosistemi permezz ta’ valutazzjoni tal-impatt ambjentali mmirata;

jaġixxu ta’ pijunieri ta’ mudelli ġodda tan-negozju għall-immaniġġjar tal-kapital naturali, fost it-tipoloġiji identifikati hawn fuq, jiġifieri infrastruttura ekoloġika, pagamenti għas-servizzi tal-ekosistema, kumpensi għall-bijodiversità, jew negozji jew korporattivi innovattivi favur il-bijodiversità/l-adattament;

jissodisfaw waħda mill-kriterji li ġejjin:

jippromwovu l-konservazzjoni, ir-restawr, l-immaniġġjar u t-titjib tal-ekosistemi, inkluż permezz ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ekosistemi applikati għas-setturi tal-art, il-ħamrija, il-forestrija, l-agrikoltura, l-akkwakultura, l-ilma u l-iskart:

jippromwovu approċċi bbażati fuq l-ekosistemi li jippermettu lin-negozji u lill-komunitajiet jindirizzaw riskji identifikati assoċjati mal-impatti kurrenti u previsti tat-tibdil fil-klima, inkluż permezz ta’ proġetti ta’ infrastruttura ekoloġika urbana, rurali jew kostali.

Jeħtieġ li l-proġetti jkunu tal-anqas f’wieħed mill-Istati Membri biex ikunu eliġibbli.

Meta l-prodotti jkunu ffinanzjati b’mod indirett permezz tal-kontribuzzjoni għall-fondi mmaniġġjati minn istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji, l-għażla ta’ istituzzjonijiet bħal dawn tkun iddeterminata mid-domanda u skont il-prinċipji ta’ ġestjoni soda finanzjarja, trasparenza, nondiskriminazzjoni u li jiġu ssodisfati, inter alia, ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

li jkun settur privat jew istituzzjoni finanzjarja bbażata fuq is-suq;

(ii)

li timpenja ruħha u li turi kapaċità operazzjonali biex tqassam l-istrument finanzjarju;

(iii)

li turi kapaċità li tilħaq lir-riċevituri finali fil-mira tal-politiki tal-UE jew tal-Istati Membri tal-bijodiversità jew l-adattament għat-tibdil fil-klima;

(iv)

li twettaq l-obbligi u r-rekwiżiti assoċjati mad-distribuzzjoni tal-Istrument Finanzjarju;

(v)

li tikkonforma mal-istandrads relevanti u l-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-frodi tat-taxxa;

(vi)

li tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex tippermetti r-rilaxx tal-obbligi tagħha; u

(vii)

li tkun aċċettata bħala mutwatarju għall-BEI skont il-politika kreditizja tiegħu.

5.3.2.   Finanzjament Privat għall-istrumenti tal-Effiċjenza fl-Enerġija (Private Finance for Energy Efficiency instruments - PF4EE)

5.3.2.1.   Kontribut lejn l-objettivi LIFE

Il-PF4EE jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi ġenerali tar-Regolament LIFE kif huwa stipulat fl-Artikolu 3 u kif ikompli jiġi speċifikat fil-qasam prijoritarju “mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”. B’mod partikolari, il-PF4EE:

Jindirizza kwistjoni politika klimatika prinċipali, filwaqt li jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-objettiv ta’ Ewropa 2020 li jiġi żgurat l-iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis assoċjat fl-emissjonijiet;

Jipprovdi l-livell neċessarju ta’ pilotaġġ u wiri ta’ strument ta’ politika ġdid, b’potenzjal kbir li jagħti valur miżjud tal-UE;

Jikkumplimenta u jappoġġa r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri skont il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (National Energy Efficiency Action Plans - NEEAPs);

Joffri l-potenzjal biex tittejjeb il-kosteffikaċja tal-Programm LIFE permezz ta’ ingranaġġ u kumplimentarjetà;

Jibni kapaċità għal tul ta’ żmien f’attività finanzjarja kummerċjali sostenibbli, u b’hekk jiżgura appoġġ kontinwu u fuq medda ta’ żmien twil għall-iżvilupp sostenibbli;

Jappoġġa s-solidarjetà u l-kondiviżjoni tal-piż; u

Joffri l-potenzjal li l-inizjattiva tiġi integrata fil-programmi tal-Istati Membri (permezz tan-NEAAPs u potenzjalment programmi u inizjattivi oħrajn).

5.3.2.2.   Struttura tal-istrument finanzjarju

L-implimentazzjoni tal-istrument PF4EE ser tkun fdata lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) permezz ta’ maniġment indirett.

L-istrument PF4EE ser ikollu żewġ objettivi prinċipali:

li jagħmel is-self effiċjenti fl-enerġija (EE) attività aktar sostenibbli fost l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, billi jiġu inċentivizzati l-banek privati kummerċjali u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (it-tnejn flimkien “intermedjarji finanzjarji”) biex is-settur tal-effiċjenza fl-enerġija jiġi indirizzat bħala segment distint tas-suq, u

biex iżid id-disponibbiltà tal-finanzjament tad-dejn għal proġetti li jappoġġaw il-prijoritajiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-Istati Membri stipulati fin-NEEAPs.

L-istrument PF4EE ser jipprovdi (i) mekkaniżmu ta’ parteċipazzjoni fir-riskju (Faċilità ta’ Kondiviżjoni tar-Riskji) għall-istituzzjonijiet finanzjarji tas-settur privat u (ii) appoġġ ta’ esperti għall-intermedjarji finanzjarji (Faċilità ta’ Appoġġ mill-Esperti) ikkumbinat ma’ (iii) finanzjament għal tul ta’ żmien mill-BEI (Self tal-BEI għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija).

Il-PF4EE jipprovdi Strument Finanzjarju ta’ Kondiviżjoni tar-Riskji b’mekkaniżmi li joperaw b’mod kumparabbli għal garanzija b’limitu biex ir-riskju jinqasam bejn il-Kummissjoni (bħala finanzjatur) u l-intermedjarji finanzjarji (bħala selliefa).

Il-Faċilità RS hija mfassla sabiex tnaqqas ir-riskju kreditizju ffaċċjat mill-intermedjarji finanzjarji meta jsellfu lis-settur tal-EE u biex tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tagħhom. L-impatt ser jiddependi fuq il-kundizzjonijiet tas-suq u l-karatteristiċi speċifiċi tal-proġetti. Il-Faċilità RS hija mistennija li żżid l-attività ta’ self tagħha, l-aċċess għall-finanzi u/jew kundizzjonijiet aħjar ta’ self lir-riċevituri finali, inklużi prezzijiet aktar baxxi, maturitajiet itwal, kollateral aktar baxx u affarijiet oħrajn.

Biex tiġi ingranata l-kontribuzzjoni LIFE, is-self tal-BEI ser jingħata lill-intermedjarji finanzjarji b’rati preferenzjali għas-self ta’ fondi mislufa. Ir-rati preferenzjali ser jingħaddew lir-riċevituri finali biex jiġi mħeġġeġ it-teħid;

Ir-riċevituri wkoll ser ikunu mistennija jagħmlu kontribuzzjoni għall-kostijiet tal-proġetti, li ser tirriżulta f’ingranaġġ miżjud ikkalkolat fuq il-kostijiet tal-investiment;

Il-protezzjoni tar-riskju kreditizju tingħata lill-intermedjarji finanzjarji billi l-objettiv tal-istrument PF4EE huwa li jiżdied is-self tal-intermedjarji finanzjarji għall-investimenti fl-EE. Normalment il-BEI ma jeħtiġx protezzjoni tar-riskju kreditizju sakemm dan isellef lill-intermedjarji finanzjarji li jkunu konformi mal-politika tar-riskju kreditizju tiegħu, li attwalment hija l-preżunzjoni li ssir minħaba l-fażi pilota tal-PF4EE.

Jekk intermedjarju finanzjarju parteċipanti jkollu telf fil-portafoll tas-self li fih ikollu finanzjament tal-BEI bħala self tal-fondi mislufa (portafoll tas-self tal-EE), dan it-telf jiġi kopert parzjalment mill-istrument Finanzjarju tal-Kondiviżjoni tar-Riskji.

Il-finanzjament LIFE jintuża biex jipprovdi l-kontribuzzjoni finanzjarja meħtieġa għall-faċilità tal-kondiviżjoni tar-riskji u l-faċilità ta’ appoġġ mill-esperti, kif ukoll il-kostijiet tal-amministrazzjoni u dawk diretti mġarrbin mill-BEI għall-istabbiliment u l-immaniġġjar tal-istrument;

Ammont ta’ flus kontanti massimu (Kollateral Massimu Disponibbli) jiġi allokat lil kull intermedjarju finanzjarju biex jiġi kkumpensat it-telf fil-portafoll tas-Self għall-EE, iżda jkollu limitu li jkun perċentwal mill-valur totali mmirat tal-portafoll tas-self li għandu jinħoloq mill-istituzzjoni finanzjarja. Dan l-ammont ikollu limitu sa perċentwal speċifiku tal-portafoll tas-self għall-EE totali fil-mira, skont il-profil tar-riskju tar-riċevituri finali fil-mira u l-għażla tal-kondiviżjoni tar-riskji maqbula.

Ir-riċevituri finali fil-mira għall-istrument PF4EE huma mistennija li jiġu ddefiniti fil-kuntest tan-NEEAPs tal-Istati Membri u ser ikunu primarjament dawk fil-mira tal-iskemi nazzjonali/reġjonali żviluppati mill-Istati Membri biex jimplimentaw in-NEEAPs tagħhom. Dawn jinkludu l-SMEs u kumpaniji akbar b’kapitalizzazzjoni medja u individwi privati, iżda jistgħu jinkludu wkoll muniċipalitajiet jew korpi oħra tas-settur pubbliku li jagħmlu investimenti żgħar fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, kapaċi jużaw l-iffrankar tal-enerġija biex iħallsu s-self bil-quddiem.

L-istrument PF4EE jipprevedi bejn 6 u 10 ftehim ta’ finanzjament (Self tal-BEI għall-EE u Faċilitajiet ta’ Kondiviżjoni tar-Riskji/Appoġġ mill-esperti) iffirmati mal-istituzzjonijiet finanzjarji tul l-ewwel erba’ snin, bil-potenzjal għal żieda għal bejn 14 u 20 ftehim f’7 snin.

Il-PF4EE jibni fuq l-inizjattiva Ekoloġika tal-BEI Dejn għall-Proġetti ta’ Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (Debt for Energy Efficiency Projects - DEEP). L-inizjattiva Ekoloġika DEEP timmira li żżid id-disponibbiltà tal-finanzjament tad-dejn għall-investiment fl-EE fl-Unjoni Ewropea.

L-għażla tal-intermedjarji finanzjarji ser tkun iddeterminata mid-domanda u skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda, it-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u l-issodisfar, inter alia, tar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

li jkunu istituzzjoni finanzjarja fis-settur privat;

(ii)

li jimpenjaw ruħhom u li juru kapaċità operazzjonali biex iqassmu l-istrument PF4EE;

(iii)

li juru kapċità li jilħqu lir-riċevituri finali fil-mira tal-prijorità relevanti tan-NEEAP u/jew tal-iskema ta’ appoġġ għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u/jew tad-Direttivi tal-UE marbutin mal-effiċjenza fl-enerġija fl-Istat Membru kkonċernat;

(iv)

li jwettqu l-obbligi u r-rekwiżiti assoċjati mad-distribuzzjoni tal-Istrument PF4EE;

(v)

li tikkonforma mal-istandrads relevanti u l-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-frodi tat-taxxa;

(vi)

li tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex tippermetti r-rilaxx tal-obbligi tagħha; u

(vii)

li jkunu aċċettati bħala mutwatarji għall-BEI skont il-politika kreditizja tiegħu u konsistenti mad-distribuzzjoni ġeografika fil-mira tal-PF4EE.

Distribuzzjoni ġeografika wiesgħa tal-istrument finanzjarju tul il-ħajja tal-programm ser tiġi żgurata billi jiġu stabbiliti proporzjonijiet ta’ konċentrazzjoni ġeografika massimi u billi jingħataw inċentivi lill-BEI biex tiġi inkoraġġuta l-parteċipazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji fl-Istati Membri kollha.

Skont l-interess espress mill-intermedjarji finanzjarji, in-negozjati tal-kuntratti jistgħu jipprijoritizzaw lil dawk l-intermedjarji finanzjarji li jkunu qed ifittxu li joperaw fl-Istati Membri fejn il-bżonnijiet tal-investiment (distanza mill-mira) ikunu l-akbar. Billi jinnegozja l-livell ta’ protezzjoni mir-riksji offrut, il-BEI ser jinċentivizza lill-intermedjarji finanzjarji biex joperaw fl-Istati Membri b’riskji akbar li jirrifletti, pereżempju, sottożvilupp sinifikanti fl-użu tal-finanzjament tas-self għall-EE jew fejn il-kapaċità li jintuża s-self titqies li hi waħda partikolarment baxxa. L-użu tal-Faċilità tal-Appoġġ mill-Esperti jista’ jiġi mmirat ukoll biex jappoġġa lill-intermedjarji finanzjarji u jnaqqas ir-riskju fi Stati Membri b’riskju akbar.

Jeħtieġ li l-PF4EE ikun operazzjonali sakemm is-self sottostanti kopert mill-Faċilità RS jibqa’ pendenti. Il-perjodu massimu li għandu jitħalla skont il-Faċilità RS ser ikun ta’ 20 sena. Għaldaqstant, il-PF4EE ser ikun fis-seħħ sa 20 sena wara t-tmiem tal-perjodu tal-implimentazzjoni (2042).

L-allokazzjoni tal-fondi ser tkun valida sakemm l-aħħar tranżazzjoni taħt il-programm tiġi finalizzata kompletament.

L-immaniġġjar tal-istrument finanzjarju ser jitwettaq mill-BEI. Kumitat ta’ Tmexxija ser jirrevedi, fuq bażi regolari, il-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Istrument Finanzjarju. Il-Kumitat ta’ Tmexxija jinkludi appuntamenti li jsiru b’mod konġunt mill-Kummissjoni, inklużi servizzi tal-Kummissjoni bħal DĠ CLIMA, DĠ ECFIN u DĠ ENER, u l-BEI, appoġġat minn segretarjat ipprovdut mill-BEI.

Mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar ser jiġi stabbilit u l-informazzjoni tinqasam mal-Kumitat LIFE.

Il-monitoraġġ tal-istrumenti finanzjarji ser ikun skont ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament Finanzjarju (l-Artikolu 140) u r-Regolament Delegat (l-Artikolu 225) u sussegwentement kif interpretat fil-Ftehim Qafas Finanzjarju u Amministrattiv (Financial and Administrative Framework Agreement - FAFA) mal-BEI u l-Ftehim ta’ Delegazzjoni konsegwenti.

Il-BEI jkun responsabbli mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet skont l-istrument finanzjarju u l-produzzjoni ta’ rapporti tal-prestazzjoni u dawk finanzjarji skont format, kontenut u perjodiċità li għandhom jiġu miftiehma (inizjalment kull tliet xhur), biex jinkludu rapporti regolari u ad-hoc; żjarat fuq il-post; awditi. Jintużaw Indikaturi ta’ Prestazzjoni għar-rappurtar mill-istituzzjonijiet finanzjarji lill-BEI

5.3.2.3.   Metodoloġija teknika għall-proċedura tal-għażla tal-proġetti

Ir-riċeventi jinkludu individwi privati, assoċjazzjonijiet ta’ sidien ta’ djar, SMEs, korporazzjonijiet u/jew istituzzjonijiet/korpi pubbliċi li jagħmlu investimenti għall-EE skont in-NEEAP ta’ kull Stat Membru.

Id-daqs tas-self għall-EE mogħti lir-riċevituri, ivarja minn EUR 40 000, li jista’ jitnaqqas biex jakkomoda investimenti żgħar fis-settur residenzjali, sa EUR 5 miljun u f’każijiet eċċezzjonali anki sa EUR 15 miljun.

L-Istati Membri ser ikunu f’pożizzjoni li jinfluwenzaw x’hemm maħsub għall-proġetti u b’hekk b’mod indirett anki l-gaħżla tal-proġetti permezz tal-prijoritajiet tan-NEEAP. Ir-riċeventi ser ikunu dawk l-entitajiet legali u/jew il-persuni fiżiċi li:

jagħmlu investimenti għall-EE fil-kuntest ta’ skema ta’ appoġġ ta’ Stat Membru u/jew skont il-prijoritajiet tan-NEEAP u/jew id-Direttivi tal-UE marbutin mal-EE;

jieħdu self għall-EE mogħti minn intermedjarju finanzjarju parteċipanti;

ikunu eliġibbli għas-self tal-BEI u tal-intermedjarji finanzjarji; u

ikunu għaddew minn analiżi ekonomika li tinkorpora l-kostijiet tal-esternalitajiet tal-karbonju, biex il-kost attwali nett tal-proġett tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu jkun inqas mill-valur attwali nett tal-enerġija ffrankata.

6.   SKEDI TA’ ŻMIEN INDIKATTIVI GĦAS-SEJĦIET GĦALL-PROPOSTI (L-ARTIKOLU 24(2)(e) TAR-REGOLAMENT LIFE)

6.1.   Skedi indikattivi għall-għotjiet

Tipi ta’ proġetti

Sottoprogramm

2014

2015

2016

2017

Proġetti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(a), (b), (c) u (h) tar-Regolament LIFE

ENV

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

CLIMA

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

Proġetti integrati (l-Artikolu 18(d) tar-Regolament LIFE)

ENV

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

CLIMA

 

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

Proġetti ta’ assistenza teknika (l-Artikolu 18(e) tar-Regolament LIFE)

ENV

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

CLIMA

 

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

Proġetti ta’ bini tal-kapaċità (l-Artikolu 18(f) tar-Regolament LIFE)

ENV u CLIMA b’mod konġunt

Jibdew fit-2ni trimestu tal-2014 sat-3et trimestu tal-2015

 

 

Proġetti preparatorji (l-Artikolu 18(g) tar-Regolament LIFE)

ENV

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

CLIMA

 

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

Għotjiet operattivi (OG) (l-Artikolu 21 tar-Regolament LIFE)

ENV u CLIMA b’mod konġunt

Sejħa konġunta għall-proposti fit-2ni trimestu għall-Għotjiet Operazzjonali għas-sena finanzjarja 2015.

Ftehimiet ta’ qafas ta’ sħubija u Għotjiet Operazzjonali għas-sena finanzjarja 2016 fit-2ni trimestu

Għotjiet operazzjonali għas-sena finanzjarja 2017 fit-2ni trimestu

Għotjiet operazzjonali għas-sena finanzjarja 2018 fit-2ni trimestu

6.2.   Skedi indikattivi għall-istrumenti finanzjarji:

Strument finanzjarju

Sottoprogramm

2014

2015

2016

2017

NCFF

ENV

it-3et trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

CLIMA

it-3et trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

PF4EE

ENV

 

 

 

 

CLIMA

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

it-2ni trimestu

7.   EŻITI KWALITATTIVI U KWANTITATTIVI, INDIKATURI U MIRI GĦAL KULL QASAM PRIJORITARJU U T-TIPI TA’ PROĠETTI (L-ARTIKOLU 24(2)(c) TAR-REGOLAMENT LIFE

Skont l-indikaturi tal-prestazzjoni (l-Artikolu 3(3) tar-Regolament LIFE) u l-objettivi speċifiċi għall-qasam prijoritarju kkonċernat, għal kull qasam u tip ta’ proġett prijoritarju huma stabbiliti l-eżiti, l-indikaturi u l-miri kwantitattivi u kwalitattivi (l-Artikolu 24(2)(c) tar-Regolament LIFE) (40).

Bil-limitazzjoni tal-qasam ta’ applikazzjoni tal-proġetti integrati għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji speċifiċi, il-pjanijiet u l-pjanijiet direzzjonali taħt il-leġiżlazzjoni tal-UE fl-oqsma tan-natura, l-ilma, l-iskart, u l-arja, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima, ir-riżultati u l-miri mistennija li jintlaħqu minn dawn il-proġetti jistgħu jiġu limitati.

Taħt is-sottoprogramm għall-Ambjent, il-prijoritajiet tematiċi skont l-Anness III tar-Regolament LIFE u s-suġġetti tal-proġetti taħt il-punt 3 tal-MAWP attwali wkoll iżidu l-fokus tal-proġetti iffinanzjati li jwasslu għal impatt aktar tanġibbli fuq l-istat tal-ambjent. Abbażi tal-evalwazzjoni tal-impatt stmat tal-programm LIFE ġew definiti xi riżultati u miri ġenerali, b’kunsiderazzjoni tal-funzjoni katalitika tal-programm u għalhekk, fejn marbutin mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni, l-importanza tar-replikabbiltà ta’ proġetti li jirnexxu (l-Artikolu 3(3)(b) tar-Regolament LIFE).

Madankollu, in-numru u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proġetti li jirnexxu f’qasam prijoritarju jiddependu prinċipalment fuq l-għadd ta’ applikazzjonijiet eliġibbli ppreżentati, li jikkonformaw mal-kriterji tal-għażla u tal-għoti, u fuq fatturi tekniċi u soċjoekonomiċi barra mill-influwenza tal-Kummissjoni.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, u sabiex jiżdied kemm ikun jista’ jitkejjel il-kontribut tal-Programm LIFE lejn l-objettivi tas-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-UE (l-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament LIFE), fejn ikun possibbli, ir-Eżiti mistennija ġew iddefiniti wkoll bħala riżultati previsti fil-livell tal-proġett. Il-benefiċjarji tal-proġetti ser ikollhom jiddefinixxu l-linja ta’ bażi fil-bidu tal-proġett tagħhom u r-riżultat finali b’rabta mal-objettivi fil-mira. L-objettivi ambjentali/klimatiċi li għandhom jintlaħqu minn kull proġett għandhom jimplimentaw, jew saħansitra jmorru lil hinn mill-miri, limiti tal-emissjonijiet jew objettivi stipulati mill-politiki u l-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni.

LIFE huwa katalist u r-replikabbiltà tal-kontenut tal-proġett għalhekk hija kruċjali biex tiżgura l-effettività tal-programm fil-kisba ta’ riżultati pożittivi fuq l-ambjent u l-klima. Filwaqt li l-proposti kollha tal-proġetti jimmiraw għar-replikabbiltà fil-qasam ambjentali jew tat-tibdil fil-klima rispettiv, 80 % biss tal-proġetti pilota u dawk ta’ wiri jistgħu jkunu mistennija li jkunu replikabbli, billi hemm riskju li t-tekniki u l-metodoloġiji li għandhom jiġu ttestjati u murija ma jagħtux ir-Eżiti mistennija. Barra minn hekk, fid-dawl ta’ diffikultajiet ekonomiċi u amministrattivi possibbli, indipendenti minn impossibiltajiet tekniċi bħal dawn mhux il-proġetti kollha jistgħu jkunu mistennija li jiġu ffinalizzati b’suċċess.

Għandu jiġi nnutat li ftit li xejn proġetti taħt il-programm LIFE l-ġdid ser ikunu ffinalizzati sal-2017.Għaldaqstant il-miri ambjentali jew għall-azzjoni klimatika previsti probabbilment mhux ħa jkunu ntlaħqu.

Għalhekk, fejn il-miri jirreferu għal proġetti li jibqgħu għaddejjin, dawn ikunu fil-fatt aktar qishom punti ewlenin. Dawn il-punti ewlenin jikkonsistu fl-istabbiliment ta’ proġetti b’tali mod li dawn ikunu jistgħu jilħqu l-miri sal-2020. Il-ftit proġetti li ser ikunu ffinalizzati sal-2017 għandhom jilħqu l-mira li dawn ġew stabbiliti biex jilħqu b’mod naturali.

Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, taħt kull qasam prijoritarju t-tipi tal-proġetti fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 2 u 18 tar-Regolament LIFE previsti biex jippruvaw jilħqu objettivi relatati huma ggruppati flimkien, fejn dan huwa possibbli. It-tipi ta’ proġetti indipendenti mill-oqsma prijoritarji, bħall-proġetti tal-bini tal-kapaċità, huma elenkati separatament.

L-indikaturi huma inklużi fid-deskrizzjoni tar-riżultati u l-miri u għaldaqstant mhumiex imsemmija b’mod separat fit-tabelli ta’ hawn taħt.

7.1   Is-sottoprogramm għall-Ambjent;

Għas-sottoprogramm għall-ambjent, l-objettivi ġenerali ddefiniti fl-Artikolu 3(1), l-objettivi speċifiċi stipulati għal kull qasam prijoritarju msemmi fl-Artikoli 10, 11 u 12 kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament LIFE huma kkunsidrati.

Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi

Proġetti skont l-Artikolu 18(a) u (b) tar-Regolament LIFE

Il-prijoritajiet tematiċi

Eżiti kwantitattivi (41)

Eżiti kwalitattivi

Miri/Punti prinċipali fl-2017

ILMA (inkluż l-ambjent marin)

Numru ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew finalizzati li jindirizzaw il-korpi tal-ilma (interni/tranżitorji/kostali) bi status ekoloġiku ħażin

Perċentwal ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li huma ffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u li jinsabu miexjin lejn lejn status ekoloġiku tajjeb fil-livell tal-proġett

80  %

Numru ta’ korpi tal-ilma bi status ekoloġiku fqir fil-mira ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew huma ffinalizzati

Korpi tal-ilma (interni/tranżitorja/kostali) koperti minn proġetti li li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli li ġew stabbiliti biex itejbu l-istatus ekoloġiku tagħhom

100  (42)

SKART

Numru ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew ġew iffinalizzati mmirati lejn il-kisba tal-miri legali tal-UE għall-iskart u l-implimentazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart (immaniġġar adegwat tal-iskart).

Perċentwal ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u li jinsabu miexjin lejn lejn l-immaniġġar adegwat tal-iskart

80  %

Numru ta’ muniċipalitajiet addizzjonali jew reġjuni madwar l-Unjoni b’immaniġġjar tal-iskart mhux adegwat li qegħdin fil-mira ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Muniċipalitajiet jew reġjuni koperti minn proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli stabbiliti sabiex jinkiseb immaniġġjar adegwat tal-iskart

20

EFFIĊJENZA FL-UŻU TAR-RIŻORSI (inklużi l-ħamrija, il-foresti, u l-ekonomija ekoloġika u ċirkulari)

Numru ta’ proġetti finalizzati jew li jinsabu għaddejjin li jimplimentaw il-miri tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward il-qasam tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi (bl-esklużjoni tal-ħamrija u l-foresti).

Perċentwal ta’ proġetti li jisnabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u li jinsabu miexjin lejn lejn l-implimentazzjoni ta’ aspetti tal-ekonomija ekoloġika ċirkulari

80  %

Numru ta’ kumpaniji addizzjonali mxerrdin mal-Unjoni li huma fil-mira ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Kumpaniji addizzjonali koperti minn proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli li ġew stabbiliti biex jimplimentaw l-ekonomija ekoloġika ċirkulari

10

Numru ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw l-objettivi tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ħamrija.

Perċentwal ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u jipprogressaw lejn iż-żamma jew it-titjib tal-funzjonijiet tal-ħamrija

80  %

Ettari ta’ art madwar l-Unjoni fil-mira ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Art koperta minn proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli li ġew stabbiliti biex iżommu u jtejbu l-funzjonijiet tal-ħamrija.

2 000

Numru ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jippromwovu l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea għall-Foresti.

Perċentwal ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin u ffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u li jinsabu miexjin lejn lejn l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea għall-Foresti

80  %

Perċentwal ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin u ffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli stabbiliti biex jipprovdu dejta liċ-Ċentru Ewropew gaħd-Dejta Forestali (European Forest Data Centre - EFDAC)

80  %

AMBJENT u SAĦĦA (inklużi s-sustanzi kimiċi u l-istorbju)

Numru ta’ proġetti li jinsab u għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw il-politika tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi inklużi proġetti li jippromwovu s-sostituzzjoni tas-sustanzi u t-tnaqqis tal-esponiment

Perċentwal ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin u ffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u li jinsabu miexjin lejn lejn il-kisba jew li jmorru lil hinn mill-miri relevanti għas-sustanzi kimiċi tal-Unjoni fil-livell ta’ proġett

80  %

Numru ta’ persuni madwar l-Unjoni li huma fil-mira ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li huma mmirati lejn it-tnaqqis tas-sustanzi kimiċi

Persuni koperti minn proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli stabbiliti sabiex jitnaqqsu l-effetti negattivi tas-sustanzi kimiċi fuq is-saħħa u l-ambjent, inklużi stimi fuq l-effetti għal tul ta’ żmien

50 000

Numru ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li finalizzati li jimmiraw lejn it-tnaqqis tal-istorbju

Perċentwal ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u li jinsabu miexjin lejn lejn il-kisba jew li jmorru lil hinn mill-miri relevanti tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-istorbju fil-livell ta’ proġett

80  %

Perċentwal ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli li jimmiraw lejn it-tnaqqis fl-istorbju u li jinsabu miexjin lejn lejn it-tnaqqis fl-esponiment għall-istorbju b’tal-anqas 3 dB

80  %

Numru ta’ persuni madwar l-Unjoni li huma fil-mira ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Persuni li jibbenefikaw minn proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli stabbiliti biex il-livelli tal-ħsejjes jitnaqqsu b’tal-anqas 3 dB

10 000

Kwalità tal-Arja u l-emissjonijiet (inkluż l-ambjent urban)

Numru ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri legali tal-UE għall-kwalità tal-arja u għall-implimentazzjoni tal-immaniġġjar tal-kwalità tal-arja.

Perċentwal ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u li jinsabu miexjin lejn lejn il-kisba jew li jmorru lil hinn mill-mira relevanti tal-Unjoni għall-kwalità tal-arja fil-livell ta’ proġett:

f’żoni ta’ Kwalità tal-Arja fejn il-livelli tas-sustanzi niġġiesa huma ogħla mill-miri stabbiliti mil-liġi: il-proġetti jipprevedu l-iżvilupp ta’ miżuri ġodda, metodi jew tekniki li jistgħu jservu ta’ mudelli għall-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni

fejn qed jiġu żviluppati u implimentati politiki tal-Kwalità tal-Arja: il-proġetti jipprevedu li jiżviluppaw miżuri ġodda, metodi u tekniki li jistgħu jservu ta’ mudelli għall-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni.

80  %

Numru ta’ persuni li huma fil-mira ta’ proġetti dwar il-kwalità tal-arja li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Persuni koperti minn proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli li jinsabu miexjin lejn biex jiksbu jew imorru lil hinn mill-mira relevanti tal-Unjoni fir-rigward tal-kwalità tal-arja

1 miljun.


Natura u Bijodiversità

Proġetti skont l-Artikolu 18(a), (b) u (c) tar-Regolament LIFE

Il-prijoritajiet tematiċi

Eżiti kwantitattivi

Eżiti kwalitattivi

Miri/Punti prinċipali 2017

NATURA

Numru ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-ħabitats jew l-ispeċijiet bi status ta’ konservazzjoni li huwa inqas minn favorevoli/mhux sikur

Perċentwal ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li ġew stabbiliti biex itejbu l-istatus ta’ konservazzjoni fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u d-Direttiva 2009/147/KE dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi

100  %

Nru ta’ ħabitats immirati minn proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati bi status ta’ konservazzjoni inqas minn favorevoli/sigur

Perċentwal ta’ ħabitats jew speċji jew siti ta’ Natura 2000 li jkunu fil-mira ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jkunu miexjin lejn status ta’ konservazzjoni imtejjeb

10 % tal-ħabitats fil-mira

Nru ta’ speċji mmirati minn proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati bi status ta’ konservazzjoni inqas minn favorevoli/sigur

10 % tal-ispeċji fil-mira

Nru ta’ siti ta’ Natura 2000/ettari ta’ siti ta’ Natura 2000 li jkunu fil-mira ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

10 % tas-siti ta’ Natura 2000/ettari tas-siti ta’ Natura 2000 fil-mira

BIJODIVERSITÀ

Nru ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati mmirati lejn l-implimentazzjoni tal-miri 2, 3, 4 u 5 tal-Istrateġija tal-Bijodiversità sal-2020

Perċentwal ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli sabiex jittejbu jew jiġu rrestawrati l-ekosistemi fil-mira

80  %

Nru ta’ tipi ta’ ekosistemi u ettari ta’ uċuħ ta’ ekosistemi li jkunu fil-mira ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Perċentwal ta’ tipi jew uċuħ ta’ ekosistema fil-mira ta’ proġetti li jisnabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u li jinsabu miexjin lejn titjib jew restawr

10 % tat-tipi ta’ ekosistema fil-mira

10 % tal-uċuħ ta’ ekosistemi fil-mira


Proġetti Integrati (PI) – skont l-Artikolu 18(d) tar-Regolament LIFE

Il-prijoritajiet tematiċi

Eżiti kwantitattivi

Eżiti kwalitattivi

Miri/Punti prinċipali 2017

Ilma (inkluż l-ambjent marin)

Numru ta’ distretti kollha tal-baċini tax-xmajjar (river basin districts - RBD) madwar l-Unjoni li huma fil-mira ta’ PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Perċentwal ta’ RBD koperti minn PI dwar l-ilma

3  %

Numru ta’ PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar (river basin management plans - RBMP)

Persetaġġ ta’ PI stabbiliti biex jimplimentaw RBMP konformi u effiċjenti fl-RBD koperti skont id-Direttiva ta’ Qafas tal-Ilma

100  %

Numru ta’ PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni tal-RBMP

Perċentwal ta’ PI, fejn il-finanzjament kumplimentarju mobilizzat permezz tal-PI huwa akbar mill-valur totali tal-baġits ta’ dawn il-PI

100  %

SKART

Numru ta’ reġjuni tal-Unjoni koperti minn PI dwar l-iskart li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Perċentwal ta’ reġjuni koperti minn PI dwar l-iskart

2  %

Numru ta’ PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Mmaniġġjar tal-Iskart (Waste Management Plans - WMP) u/jew Programmi ta’ Prevenzjoni tal-Iskart (Waste Prevention Programmes - WPP)

Perċentwal ta’ PI stabbiliti biex jipprovdu WMP konformi u effiċjenti u/jew WPP fir-Reġjun kopert, skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-iskart 2008/98/KE.

100  %

Numru ta’ PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni tal-WMP u/jew il-WPP

Perċentwal ta’ PI, fejn il-fondi mmobilizzati permezz tal-PI huma akbar mill-valur totali tal-baġits ta’ dawn il-PI

100  %

Kwalità tal-Arja u l-emissjonijiet (inkluż l-ambjent urban)

Numru ta’ persuni minn reġjuni minn madwar l-Unjoni fil-mira ta’ PI dwar l-Artja li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Perċentwal tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni minn reġjuni koperti minn PI dwar il-kwalità tal-arja

3  %

Numru ta’ PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni ta’ Pjanijiet u Programmi dwar il-Kwalità tal-Arja (Air Quality Plans and Programmes - AQPP)

Perċentwal ta’ PI stabbiliti biex jimplimentaw AQPP konformi u effiċjenti fir-reġjuni koperti, skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja aktar nadifa għall-Ewropa.

100  %

Numru ta’ PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni tal-AQPP

Perċentwal ta’ PI, fejn il-fondi kumplimentarji mobilizzati permezz tal-PI huma akbar mill-valur totali tal-baġits ta’ dawn il-PI

100  %

NATURA

Numru ta’ siti ta’ Natura 2000 li huma fil-mira ta’ PI dwar in-natura li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Perċentwal ta’ siti ta’ Natura 2000 koperti mill-PI dwar in-natura

4  %

Numru ta’ PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni tal-Oqfsa ta’ Azzjoni Prijoritarja (PAFs)

Perċentwal ta’ PI stabbiliti biex jimplimentaw il-PAFs biex jiġi żgurat immaniġġjar adegwat tas-siti ta’ Natura 2000

100  %

Numru ta’ PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni tal-PAFs

Perċentwal ta’ PI, fejn il-fondi kumplimentarji mmobilizzati permezz tal-PI huma akbar mill-valur totali tal-baġits ta’ dawn il-PI

100  %


Informazzjoni u governanza

Proġetti skont l-Artikolu 18(h) tar-Regolament LIFE

Il-prijoritajiet tematiċi

Eżiti kwantitattivi

Eżiti kwalitattivi

Miri/Punti prinċipali 2017

INFORMAZZJONI U SENSIBILIZZAZZJONI

Numru ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin u finalizzati li huma mmirati lejn is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, l-impriżi, l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet reġistrati mhux governattivi (NGO) u oħrajn tas-soċjetà ċivili (partijiet interessati u ċittadini)

Perċentwal ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli li jinsabu miexjin lejn il-kopertura ta’ aktar minn żewġ oqsma lil hinn mill-qasam tal-proġett u b’aktar minn lingwa waħda

80  %

Numru ta’ partijiet interessati u ċittadini fil-mira ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati, li mhumiex konxji mill-objettivi ambjentali li fir-rigward tagħhom għandha ssir is-sensibilizzazzjoni

Perċentwal ta’ żieda fil-partijiet interessati u ċ-ċittadini li huma fil-mira ta’ proġetti ta’ sensibilizzazzjoni li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli li qed isiru konxji mill-objettivi politiċi ambjentali li huma fil-mira ta’ dawn il-proġetti kif jitkejlu fi stħarriġ ax-ante u ex-post (imwettqin mill-proġetti LIFE jew minn entitajiet oħrajn)

25  %

Numru ta’ partijiet interessati u ċittadini fil-mira ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Parteċipazzjoni attiva tal-partijiet interessati u taċ-ċittadini f’attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni offruti minn proġetti li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli (pereżempju parteċipazzjoni fi stħarriġ, volontarjat, parteċipazzjoni f’tours iggwidati, tniżżil ta’ informazzjoni, sottomissjoni ta’ mistoqsijiet)

> 500 000

INFURZAR

Numru ta’ proġetti mmirati lejn konformità mtejba u infurzar tal-liġi ambjentali tal-UE

Perċentwal ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli li jkunu miexjin lejn konformità jew infurzar imtejba

10  %

NGO

Numru ta’ interventi mill-NGOs li jirċievi għotjiet operazzjonali f’konsultazzjonijiet dwar il-politika ambjentali tal-UE

Perċentwal fiż-żieda ta’ interventi li jappoġġaw il-politika tal-UE

12  %


Proġetti oħra

Proġetti skont l-Artikolu 18(e) u (f) tar-Regolament LIFE

 

Eżiti kwantitattivi

Eżiti kwalitattivi

Miri/Punti prinċipali 2017

Proġetti ta’ assistenza teknika

Numru ta’ proġetti ta’ assistenza teknika li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Proġetti ta’ assistenza teknika li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jippreparaw PI.

10 li jippreparaw PI dwar in-Natura, ħamsa li jipprepraw PI dwar l-Iskart, l-Ilma jew l-Arja

Numru ta’ proġetti tekniċi li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Perċentwal ta’ proġetti ta’ assistenza teknika li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jwasslu għal proġetti integrati ta’ LIFE tal-UE li jkollhom kwalità mtejba

90  %

Proġetti ta’ bini tal-kapaċità

Nru ta’ proġetti ddedikati għall-bini tal-kapaċità

Perċentwal ta’ proġetti ta’ bini tal-kapaċità li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati u li jinsabu miexjin lejn żieda fl-adozzjoni fl-Istati Membri kkonċernati

90  %

Numru ta’ applikazzjonijiet għal għotjiet ta’ azzjoni li ġew aċċettati u li joriġinaw minn Stati Membri bi proġetti ta’ bini ta’ kapaċità kontinwi

Sehem relattiv miżjud ta’ applikazzjonijiet li jiġu aċċettati u li joriġinaw minn Stat Membri bi proġetti ta’ bini ta’ kapaċità li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati meta mqabbla mal-adozzjoni bejn l-2010 u l-2012 (f’perċentwal)

5  %

7.2.   Sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika

Mitigazzjoni

 

 

 

 

Eżiti kwantitattivi

Riżultati Kwantitattivi

Miri/Punti prinċipali 2017

Proġetti integrati

Nru ta’ proġetti

Numru u kopertura taż-żoni u ċ-ċittadini milħuqin bl-istrateġiji ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew il-pjanijiet ta’ azzjoni implimentati.

Numru u volum ta’ proġetti kumplimentari ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni jew minn fondi oħra.

Numru miżjud ta’ Stati Membri/reġjuni li japplikaw approċċi integrati, bl-appoġġ minn PI jew li jirreplikaw ir-riżultati minn PI.

Numru miżjud ta’ miżuri ta’ kumplimentarjetà fi Proġetti Integrati ffinanzjati minn Fondi tal-Unjoni oħrajn.

Tnaqqis ta’ tunnellati ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’teknoloġiji, sistemi, strumenti ġodda u/jew approċċi oħra tal-aħjar prassi żviluppati u użati b’segwitu ta’ eżempji minn LIFE.

7 Stati Membri li qed japplikaw l-approċċi integrati bl-appoġġ minn PI jew li qed jirreplikaw ir-riżultati minn PI.

Il-fondi kumplimentari ffinalizzati permezz ta’ PI huma akbar mill-valur totali tal-baġits ta’ dawn il-PI.

Proġetti ta’ assistenza teknika

Nru ta’ proġetti

Perċentwal ta’ proġetti ta’ assistenza teknika li jwasslu għal PI ta’ LIFE

Numru miżjud u kwalità mtejba ta’ PI marbutin mal-assistenza teknika

100 % tal-proġetti wasslu għal PI ta’ LIFE

Proġetti ta; bini tal-kapaċità

Nru ta’ proġetti.

Sehem relattiv miżjud ta’ applikazzjonijiet li jiġu aċċettati minn Stati Membri eliġibbli għall-bini tal-kapaċità.

7 Stati Membri għandhom tal-anqas proġett wieħed ta’ mitigazzjoni ffinanzjat mis-sottoprogramm klima ta’ LIFE.

Proġetti oħra

Nru ta’ proġetti.

Numru ta’ proġetti ffinanzjati li jippromwovu teknoloġiji, sistemi u strumenti innovattivi u/jew soluzzjonijiet tal-aħjar prattika oħrajn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra.

Numru miżjud ta’ teknoloġiji, sistemi u strumenti innovattivi u/jew soluzzjonijiet tal-aħjar prattika oħrajn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra.

Perċentwal miżjud ta’ approċċi aġġornati jew ġodda żviluppati permezz ta’ LIFE li sistematikament intużaw jew ittejbu mis-settur privat u dak pubbliku.

Tnaqqis ta’ tunnellati ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’teknoloġiji, sistemi, strumenti ġodda u/jew approċċi oħra tal-aħjar prattika żviluppati u użati b’segwitu ta’ eżempji minn LIFE.

80 % tal-proġetti kollha mibdijin jistabbilixxu teknoloġiji, sistemi u strumenti innovattivi li jservu u/jew soluzzjonijiet tal-aħjar prattika għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra.

Adattament

 

 

 

 

Eżiti kwantitattivi

Eżiti kwalitattivi

Miri/Punti prinċipali 2017

Proġetti integrati

Nru ta’ proġetti

Numru u kopertura taż-żoni u persuni milħuqin mill-istrateġiji ta’ adattament jew mill-pjanijiet ta’ azzjoni, jew pjanijiet oħra ta’ adattament b’kamp ta’ applikazzjoni territorjali kbir implimentati permezz ta’ LIFE.

Numru ta’ proġetti ta’ adattament transreġjonali jew transfruntiera.

Numru u volum ta’ proġetti kumplimentari ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni jew minn fondi oħra.

Impatt pożittiv fuq ir-reżiljenza klimatika f’reġjun jew f’setturi ekonomiċi permezz ta’ azzjonijiet iffinanzjati minn LIFE jew minn proġetti kumplimentari oħrajn.

Numru miżjud ta’ Stati Membri/reġjuni li qed japplikaw approċċi integrati bl-appoġġ minn Proġett Integrat jew bir-replikazzjoni tar-riżultati minn Proġett Integrat.

Numru miżjud ta’ miżuri kumplimentari ffinanzjati minn Fondi tal-Unjoni oħrajn.

Impatt pożittiv tal-proġetti LIFE fuq ir-reżiljenza klimatika ta’ oqsma partikolarment vulnerabbli identifika fl-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE.

7 Stati Membri li qed japplikaw approċċi integrati bl-appoġġ minn PI jew bir-replikazzjoni tar-riżultati minn PI.

Il-fondi kumplimentari mobilizzati permezz ta’ PI huma aktar mill-valur totali tal-baġits ta’ dawn il-PI

Proġetti ta’ assistenza teknika

Nru ta’ proġetti.

Perċentwal ta’ proġetti ta’ assistenza teknika li jwasslu għal PI ta’ LIFE.

Numru miżjud u kwalità mtejba tal-proġetti integrati marbutin mal-assistenza teknika.

100 % tal-proġetti wasslu għal proġett integrat ta’ LIFE.

Proġetti ta’ bini tal-kapaċità

Nru ta’ proġetti.

Sehem relattiv miżjud ta’ applikazzjonijiet li ġew aċċettati mill-Istati Membri eliġibbli għall-bini tal-kapaċità.

7 Stati Membri għandhom tal-anqas proġett ta’ adattament wieħed iffinanzjat minn LIFE.

Proġetti oħra

Nru ta’ proġetti.

Numru ta’ proġetti ffinanzjati li jippromwovu teknoloġiji, sistemi u strumenti innovattivi u/jew soluzzjonijiet tal-aħjar prattiki oħrajn għar-reżiljenza klimatika.

Numru ta’ valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà, strateġiji jew pjanijiet ta’ azzjoni ta’ adattament għat-tibdil fil-klima permezz ta’ LIFE.

Numru ta’ proġetti ta’ adattament transreġjonali jew transfruntiera.

Żieda attribwibbli fir-reżiljenza klimatika, spjegata skont is-settur, dovuta għall-wiri ta’ teknoloġiji, sistemi, strumenti ġodda u/jew approċċi oħra tal-aħjar prattiki żviluppati u użati b’segwitu ta’ eżempji minn LIFE.

Impatt pożittiv tal-proġetti LIFE fuq ir-reżiljenza klimatika ta’ oqsma partikolarment vulnerabbli identifikati għall-finanzjament minn LIFE fl-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE.

80 % tal-proġetti mibdijin stabbilixxew teknoloġiji, sistemi u strumenti innovattivi u/jew soluzzjonijiet tal-aħjar prattika li jżidu r-reżiljenza klimatika.

Governanza

 

 

 

 

Eżiti kwantitattivi

Eżiti kwalitattivi

Miri/Punti prinċipali 2017

 

 

 

 

Proġetti ta’ informazzjoni, sensibilizzazzjoni u tixrid

Nru ta’ proġetti.

Numru ta’ ċittadini, impriżi, awtoritajiet lokali, organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGO) irreġistrati u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili.

Firxa ġeografika u ż-żona koperta.

Għarfien miżjud dwar it-tibdil fil-klima kkawżat mill-bniedem u s-soluzzjonijiet, kif imjekla mill-istħarriġ tal-Eurobarometer.

Parteċipazzjoni miżjuda f’konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati jew diskussjonijiet politiċi relatati mal-politika klimatika u l-atti leġiżlattivi.

Żieda ta’ 25 % fil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati u ċ-ċittadini f’attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni.

Żieda ta’ 10 % fiċ-ċittadini fil-mira ta’ proġetti ta’ LIFE li jikkunsidraw it-tibdil fil-klima kkawżat mill-bniedem bħala problema tassew serja.

Proġetti tal-aħjar prattiki u proġetti oħrajn

Nru ta’ proġetti.

Nru ta’ prattiki kkonsolidati attribwibbli bl-użu ta’ indikaturi jew għodod żviluppati u ttestjati permezz ta’ eżempji minn LIFE;

Nru ta’ approċċi politiċi jew leġiżlazzjoni bbażati fuq ir-riżultati tal-proġetti.

Numru miżjud tal-aħjar prattiki adottati mill-unitajiet domestiċi, l-impriżi u l-awtoritajiet jew inkorporati fi programmi jew pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali/reġjonali.

Numru imnaqqas ta’ każijiet ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE attribwibbli għal interventi ta’ LIFE.

25 % tal-prattiki jew l-approċċi tal-proġetti ġew inkorporati fi programmi jew pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali/reġjonali.

80 % tal-proġetti LIFE li jimmiraw lejn il-governanza klimatika rriżultaw f’governanza klimatika mtejba.

Riżultati speċifiċi, indikaturi jew miri għall-istrumenti finanzjarji

Indikaturi komuni għall-istrumenti finanzjarji kollha

Ser jintlaħaq ftehim mal-entità kkonsennjata dwar ir-riżultati, l-indikaturi u l-miri għall-istrument finazjarju. Bħala minimu, dawn għandhom ikopru:

In-numru ta’ ftehimiet (self, garanziji, eċċ) mal-intermedjarji finanzjarji intermedji (n);

Il-volum tal-finanzjament disponibbli mill-istrumenti finanzjarji (EUR m);

Il-volum ta’ finanzjament privat ingranat mill-istrumenti finanzjarji (EUR m);

In-numru tar-reċiventi finali (n);

In-numru tal-Istati Membri li fihom il-proġetti ġew iffinanzjati mill-istrumenti finanzjarji (n);

Indikaturi speċifiċi għall-NCFF

Il-finanzjament li jsir disponibbli minn istituzzjonijiet finanzjarji intermedji mill-istrument finanzjarju b’riżultat tal-proġetti ffinanzjati (EUR m);

Il-finanzjament disponibbli għaż-żoni ta’ Natura 2000 b’riżultat tal-proġetti ffinanzjati; (EUR m);

L-impatti fuq ir-reżiljenza għall-klima (esponiment għat-tibdil fil-klima u sensittività għall-impatti tiegħu) tar-reġjuni u s-setturi ekonomiċi, partikolarment f’żoni vulnerabbli identifikati bħala prijorità għall-finanzjament minn LIFE fl-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE b’riżultat tal-proġetti ffinanzjati;

Impatti fuq il-kundizzjoni tal-ekosistema b’riżultat tal-proġetti ffinanzjati;

Il-ħolqien tal-impjiegi: numru ta’ impjiegi maħluqin b’riżultat tal-proġetti ffinanzjati (numru ta’ impjiegi Ekwivalenti għal Full Time).

Indikaturi speċifiċi għall-PF4EE

Finanzjament privat ingranat (EUR m) b’riżultat tas-self tal-PF4EE;

Iffrankar tal-enerġija ġġenerat (GWh) b’riżultat tas-self tal-PF4EE;

Tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 (tunnellati ta’ CO2) b’riżultat tas-self tal-PF4EE;

Ħolqien tal-impjiegi: numru ta’ impjiegi maħluqa b’riżultat tas-self tal-PF4EE (numru ta’ impjiegi Ekwivalenti għal Full Time).

Eżiti mistennija speċifiċi għall-NCFF

Minħabba l-fażi pilota inizjali, l-NCFF huwa mistenni li jeżegwixxi bejn disa’ u 12-il operazzjoni (inklużi operazzjonijiet indiretti), jew bejn tlieta u erba’ operazzjonijiet fis-sena. L-investimenti individwali jibqgħu taħt EUR 10-15 miljun.

L-ingranaġġ stmat tal-valur tal-faċilità għad-dispożizzjoni LIFE huwa bejn 2,2 u 3,2 darbiet. B’kunsiderazzjoni tal-kontribuzzjoni possibbli tar-riċevituri finali fil-kostijiet tal-proġetti ta’ 25 %, l-ingranaġġ tal-investiment totali għad-dispożizzjoni LIFE jista’ jkun bejn 2,8 u 4,2 darbiet. L-investiment totali fil-proġetti ta’ mmaniġġjar kapitali naturali tul il-fażi pilota biss jista’ jlaħħaq sa EUR 420 m.

Waqt il-fażi operazzjonali li għandha tiġi segwita, l-ingranaġġ mistenni jista’ jitla’ sa 6, speċjalment jekk investituri oħrajn jingħaqdu mal-faċilità u jekk aktar investimenti jibdew isiru permezz ta’ intermedjarju u fondi.

Eżiti mistennija speċifiċi għall-PF4EE

Taħt il-PF4EE bejn 6 u 10 ftehimiet ta’ finanzjament (Self tal-BEI għall-EE u Faċilitajiet ta’ Kondiviżjoni tar-Riskji/Appoġġ mill-Esperti) jistgħu jiġu ffirmati mal-intermedjarji finanzjarji fil-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2017. Ftehim ta’ finanzjament jista’ jkopri l-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju f’aktar minn Stat Membru wieħed u intermedjarju finanzjarju jista’ tiffirma aktar minn ftehim ta’ finanzjament wieħed.

Huwa mistenni li tul il-ħajja tal-programm (2014-17), bi preżunzjoni li l-investiment medju jqum EUR 300 000, madwar 1,800 riċevent u proġett finali ser jirċievu finanzjament ta’ self totali ta’ madwar EUR 430 m. L-investiment totali fl-EE tul dan il-perjodu jista’ jkun ta’ madwar EUR 540 m.

L-ingranaġġ stmat tal-valur tal-portafoll tas-self għad-dispożizzjoni ta’ LIFE huwa ta’ sitt darbiet. B’kunsiderazzjoni li l-kontribuzzjoni possibbli tar-riċeventi finali għall-kostijiet tal-proġetti hija 25 %, l-ingranaġġ tal-investiment totali għad-dispożizzjoni ta’ LIFE jista’ jkun sa 8 darbiet.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f’“ ‘Orizzont 2020’- Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).

(3)  L-ewwel Programm ta’ Ħidma ta’ Orizzont 2020 ikopri s-snin bejn l-2014 u l-2015. Orizzont 2020 jiffoka fuq tliet prijoritajiet, li huma l-ġenerazzjoni tax-xjenza eċċellenti sabiex tissaħħaħ l-eċċellenza ta’ klassi dinjija tal-Unjoni fix-xjenza, it-trawwim tat-tmexxija industrijali biex jiġu appoġġati n-negozji, inklużi l-impriżi mikro, żgħar u medji (SMEs) u l-innovazzjoni u l-indirizzar ta’ sfidi tas-soċjetà, biex jingħata rispons dirett għall-isfidi identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020 billi jiġu appoġġati attivitajiet li jkopru l-ispettru kollu mir-riċerka sas-suq. F’Orizzont 2020, ir-riċerka u l-innovazzjoni Ambjentali u Klimatika huma indirizzati b’serje ta’ azzjonijiet u opportunitajiet għal kollaborazzjoni, partikolarment fl-Isfida Soċjetali “Azzjoni klimatika, l-ambjent, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-materja prima”. F’dan il-kuntest, ir-riċerka u l-innovazzjoni ambjentali jimmiraw li jwasslu għal soċjetà u ekonomija li jkunu effiċjenti fl-użu tal-ilma u reżiljenti għall-bidla fil-klima. Għal aktar referenza u dokumenti rreferi għal http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/funding/reference_docs.html#h2020-work-programmes-2014-15-main-wp, u partikolarment għall-programm ta ħidma li jaqa’ taħt l-isfida Soċjetali “Azzjoni klimatika, l-ambjent u ekonomija u soċjetà effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u reżiljenti għall-bidla fil-klima”.

(*)  30 % tar-riżorsi baġitarji allokati għall-proġetti appoġġati permezz ta’ għotjiet ta’ azzjoni huma allokati għal proġetti integrati. Skont in-numru attwali ta’ proposti għal proġetti integrati, ir-riżorsi li ma jintużawx ser jintużaw għal proġetti oħra ffinanzjati minn għotjiet ta’ azzjoni.

(**)  Ammont indikattiv ta’ mhux aktar minn 1 % ta’ dan l-ammont ser jintuża għal proġetti preparatorji.

(***)  Il-livell massimu ta’ kost ta’ ġestjoni relatat mal-implimentazzjoni tal-IF ma għandux jaqbeż is-7 % tal-envelopp totali għall-IF.

(****)  Dan jinkludi l-EUR 5 miljun għall-faċilità ta’ appoġġ għall-esperti.

(*****)  30 % tar-riżorsi baġitarji allokati għall-proġetti appoġġati permezz ta’ għotjiet ta’ azzjoni huma allokati għal proġetti integrati.Skont in-numru attwali ta’ proposti għal proġetti integrati, ir-riżorsi li ma jintużawx ser jintużaw għal proġetti oħrajn iffinanzjati minn għotjiet ta’ azzjoni.

(******)  Il-livell massimu ta’ kost ta’ ġestjoni relatat mal-implimentazzjoni tal-IF ma għandux jaqbeż is-7 % tal-envelopp totali għall-IF

(*******)  Dan jinkludi l-EUR 5 miljun għall-faċilità ta’ appoġġ għall-esperti.

(4)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar, u l-immaniġġjar tar-riskji tan-nixfa (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27).

(6)  Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

(7)  Stabbiliti miċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka (Joint Research Centre (JRC)) u d-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (DĠ ENV).

(8)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE tad-9 ta’ April 2013 dwar l-użu ta’ metodi komuni biex tiġi mkejla u kkomunikata l-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u l-organizzazzjonijiet (ĠU L 124, 27.4.2013, p. 1).

(9)  http://ec.europa.eu/environment/soil/sealing_guidelines.htm

(10)  Forest Europe, 2011. L-istat tal-foresti fl-Ewropa 2001.

(11)  Komunikazzjoni COM(2013) 659 finali mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti tal-20 ta’ Settembru 2013.

(12)  Komunikazzjoni COM(2011) 244 finali mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “L-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: l-istrateġija tal-UE dwar il-bijodiversità sal-2020”.

(13)  Forest Europe, 2011. L-istat tal-foresti fl-Ewropa 2001.

(14)  EEA, 2009. Tipi ta’ Foresti fl-Ewropa.

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva Nru 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(17)  Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).

(18)  Id-Direttiva 2012/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).

(19)  Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22).

(20)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(21)  Vetturi b’emissjonijiet tassew baxxi fi ħdan it-tifsira tal-programm ta’ ħidma ta’ Orizzont 2020.

(22)  Il-prodotti previsti jistgħu jkunu karozzi kif ukoll vetturi b’żewġ roti jew tlieta motorizzati.

(23)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(24)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(25)  Ir-referenza għat-terminu “interess tal-Komunità” użat f’dan il-kuntest għandu jinftiehem bħala “interess tal-Unjoni”.

(26)  L-Anness I(2) tad-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina.

(27)  Ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tas-Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1).

(28)  Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).

(29)  Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabilità dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma’ dawk l-attivitajiet (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 80).

(30)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjun: Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (COM/2013/0216 finali).

(31)  It-tifsira tat-terminu “għażla” fl-Artikolu 24(2)(e) tar-Regolament LIFE tinkludi t-tifsira tat-terminu “eliġibbiltà” fl-Artikolu 19 tar-Regolament LIFE u l-Artikolu 131 tar-Regolament Finanzjarju.

(32)  Avviż tal-Kummissjoni Nru 2013/C 205/05 (ĠU C 205, 19.7.2013, p. 9).

(33)  Il-proposti li jittrattaw ir-riċerka jistgħu jiġu indirizzati lill-programmi relevanti ta’ Orizzont 2020: http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/index.html

(********)  Proposta għal proġett trid iġġib tal-anqas il-punteġġ minimu biex wieħed jgħaddi għal kull kriterju tal-għoti, kif ukoll total ta’ punti għall-kriterji li għalihom il-punteġġ minimu għandu jkun 55 punt jew aktar.

(*********)  Proposta għal proġett trid iġġib tal-anqas il-punteġġ minimu biex wieħed jgħaddi għal kull kriterju tal-għoti, kif ukoll total ta’ punti għall-kriterji li għalihom il-punteġġ minimu għandu jkun 55 punt jew aktar.

(**********)  Proposta għal proġett trid tilħaq tal-anqas il-punteġġ minimu għal kull kriterju tal-għoti, u wkoll it-total ta’ punti għall-kriterji li għalihom ġie stabbilit punteġġ minimu għandu jkun ekwivalenti għal 55 punt jew aktar.

(34)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(35)  Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

(36)  http://ec.europa.eu/clima/events/articles/0069_en.htm

(37)  B’mod partikolari l-ambjent marittimu skont l-objettivi tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina.

(***********)  Proposta għal proġett trid iġġib tal-anqas il-punteġġ minimu biex wieħed jgħaddi għal kull kriterju tal-għoti, u t-total ta’ punti għall-kriterji li għalihom ġie stabbilit punteġġ minimu għandu jkun ekwivalenti għal 55 punt jew aktar.

(************)  Proposta għal proġett trid iġġib tal-anqas il-punteġġ minimu biex wieħed jgħaddi għal kull kriterju tal-għoti, u t-total ta’ punti għall-kriterji li għalihom ġie stabbilit punteġġ minimu għandu jkun ekwivalenti għal 55 punt jew aktar.

(*************)  Proposta għal proġett trid iġġib tal-anqas il-punteġġ minimu biex wieħed jgħaddi għal kull kriterju tal-għoti, u t-total ta’ punti għall-kriterji li għalihom ġie stabbilit punteġġ minimu għandu jkun ekwivalenti għal 55 punt jew aktar.

(**************)  Proposta għal proġett trid iġġib tal-anqas il-punteġġ minimu biex wieħed jgħaddi għal kull kriterju tal-għoti, u t-total ta’ punti għall-kriterji li għalihom ġie stabbilit punteġġ minimu għandu jkun ekwivalenti għal 55 punt jew aktar.

(38)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(39)  Il-ġerarkija ta’ mitigazzjoni tinvolvi: (1) L-evitar jew il-prevenzjoni ta’ impatti negattivi fuq l-ambjent b’mod ġenerali u l-bijodiversità b’mod partikolari; (2) L-imminimizzar u r-rijabilitazzjoni tal-effetti tal-iżvilupp fuq is-sit jekk l-impatti ma jkunux jistgħu jiġu evitati; u (3) Miżuri ta’ tpattija/kumpens li jittieħu bħala l-aħħar rimedju (fuq is-sit jew mhux fuq is-sit) għall-impatti avversi residwali.

(40)  Ara wkoll l-Istqarrija tal-Programm fl-Abbozz tal-Baġit għall-2014, COM(2013) 450, p. 181ff. N.b.: L-indikaturi u l-miri fl-Istqarrija tal-Programm ġew imfassla mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-proposta tagħha mill-2011. Matul il-proċedura leġiżlattiva, iddaħħlu bosta bidliet: iddaħħlu proġetti ta’ kapaċità u assistenza teknika, il-baġit totali tniżżel bi 15 % u l-ammont għan-Natura u l-Bijodiversità żdied għal 55 % tar-riżorsi allokati għal proġetti (i.e. tnaqqas l-ammont allokat għall-Ambjent u l-Effiċjenza tar-Riżorsi), ir-rata ta’ kofinanzjament żdiedet għal 60 % jew aktar għall-proġetti kollha għall-perjodu 2014-2020, iddaħħlu prijoritajiet tematiċi, u l-perċentwal ta’ proġetti integrati tnaqqas għal 30 % tar-riżorsi allokati għal għotijiet għal azzjoni. L-eżiti u l-miri ġew adattati kif meħtieġ.

(41)  Minħabba l-approċċ minn isfel għal fuq u l-varjetà kbira ta’ sfidi ambjentali u ta’ tibdil fil-klima indirizzati mill-programm LIFE u l-fondi limitati disponibbli biex jindirizzawhom, minkejja l-introduzzjoni ta’ prijoritajiet tematiċi u suġġetti tal-proġetti, l-adozzjoni ta’ proġetti f’oqsma speċifiċi hija inċerta u l-miri kwantitattivi b’hekk ma jistgħux jiġu ddefiniti ex ante għall-biċċa l-kbira tal-oqsma ta’ prijorità koperti u l-objettivi segwiti, bl-eċċezzjoni tal-prijoritajiet tematiċi għan-natura.

(42)  Huwa mistenni li bejn l-2015 u l-2017, l-istatus ekoloġiku ta’ 6,900 korp ta’ ilma madwar l-Unjoni ser jitjieb, bi 1,4 % minnhom (100) minħabba kontribuzzjoni minn LIFE.


Top