EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0202

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2014 li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni tal-Entitajiet Amministrattivi skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni tal-programmi ta’ tikkettar tal-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar iż-żieda tal-ispeċifikazzjonijiet għas-servers tal-kompjuter u l-provvisti tal-enerġija mingħajr interruzzjoni mal-Anness C tal-Ftehim u dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għad-displejs u t-tagħmir tal-immaġni inkluż fl-Anness C tal-Ftehim (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2014/202/UE)

OJ L 114, 16.4.2014, p. 68–148 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/202/oj

16.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/68


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Marzu 2014

li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni tal-Entitajiet Amministrattivi skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni tal-programmi ta’ tikkettar tal-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar iż-żieda tal-ispeċifikazzjonijiet għas-servers tal-kompjuter u l-provvisti tal-enerġija mingħajr interruzzjoni mal-Anness C tal-Ftehim u dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għad-displejs u t-tagħmir tal-immaġni inkluż fl-Anness C tal-Ftehim

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/202/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/107/UE tat-13 ta’ Novembru 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Ftehim jistipula li l-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali (EPA — Environmental Protection Agency) tal-Istati Uniti, għandha tiżviluppa u perjodikament tirrevedi l-ispeċifikazzjonijiet komuni għat-tagħmir tal-uffiċċju, biex hekk temenda l-Anness C tal-Ftehim.

(2)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet se tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni.

(3)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jqisu l-opinjoni mogħtija mill-Bord tal-Energy Star tal-Unjoni Ewropea li jissemma fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju (2) kif emendat permezz tar-Regolament (UE) Nru 174/2013 (3).

(4)

L-ispeċifikazzjoni tad-displej fl-Anness C, il-parti II, u l-ispeċifikazzjoni tat-tagħmir tal-immaġni fl-Anness C, il-parti III għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti bl-ispeċifikazzjonijiet annessi ma’ din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni li se tadotta l-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni mill-Entitajiet Amministrattivi skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar tal-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċji dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tad-displej u t-tagħmir tal-immaġni fl-Anness C, il-partijiet II u III, u ż-żieda mal-Ftehim ta’ speċifikazzjonijiet ġodda għas-servers tal-kompjuters u l-provvisti tal-enerġija mingħajr interruzzjoni, għandha tkun ibbażata fuq id-deċiżjoni abbozzata mehmuża.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 63, 6.3.2013, p. 5.

(2)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 63, 6.3.2013, p. 1.


ANNESS I

ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI

ta’ …

tal-entitajiet Amministrattivi tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni tal-programmi tat-tikkettar tal-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar iż-żieda tal-ispeċifikazzjonijiet għas-servers tal-kompjuter u l-provvisti tal-enerġija mingħajr interruzzjoni fl-Anness C tal-Ftehim u dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tat-tagħmir tad-displej u l-immaġni inklużi fl-Anness C tal-Ftehim

L-ENTITAJIET AMMINISTRATTIVI,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni tal-programmi tat-tikkettar tal-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju, u b’mod partikolari l-Artikolu XII tiegħu,

Filwaqt li l-ispeċifikazzjonijijet għal prodotti ġodda ‘servers tal-kompjuter’ u ‘provvisti tal-enerġija mingħajr interruzzjoni’ għandhom jiżdiedu mal-Ftehim u għandhom jiġu riveduti l-ispeċifikazzjonijiet eżistenti għat-tip ta’ prodott tat-‘tagħmir tal-immaġni’ u d-‘displejs’,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Parti I “Displejs”, Parti II “Provvisti tal-Enerġija Mingħajr Interruzzjoni”, Parti III “Servers tal-Kompjuter” u Parti IV “Tagħmir tal-Immaġni” għandhom jiżdiedu mal-Anness C tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni tal-programmi ta’ tikkettar tal-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju kif hawn stipulat hawnhekk.

Parti II “Displejs” u Parti III “Tagħmir tal-Immaġni” li bħalissa huma inklużi fl-Anness C tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni tal-programmi ta’ tikkettar tal-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju għandhom jitħassru.

Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha. Id-Deċiżjoni, li qed issir b’duplikat, għandha tiġi ffirmata mill-Kopresidenti.

Iffirmat f’Washington DC fi […]

(…)

f’isem il-United States Environmental Protection Agency

Iffirmat fi Brussell fi […]

(…)

f’isem l-Unjoni Ewropea


ANNESS II

ANNESS C

PARTI II TAL-FTEHIM

'I.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAD-DISPLEJ

1.   Definizzjonijiet

1.1.   Tipi tal-Prodott

Displej Elettronika (Displej): Prodott disponibbli kummerċjalment bi skrin tad-displej u l-komponenti elettroniċi assoċjati, spiss magħluq f’kaxxa waħda, li l-funzjoni primarja tiegħu hija li juri informazzjoni viżwali minn (1) kompjuter, stazzjon tax-xogħol jew server permezz ta’ input wieħed jew aktar (eż. VGA, DVI, HDMI, Port tad-Displej, IEEE 1394, USB), (2) ħażna esterna (eż. USB flash drive, kard tal-memorja) jew (3) konnessjoni tan-netwerk.

(a)

Moniter tal-Kompjuter: Apparat elettroniku, tipikament b’daqs djagonali tal-iskrin ikbar minn 12-il pulzier u densità tal-pixels ikbar minn 5,000 pixel għal kull pulzier kwadru (pixels/in2), li juri l-interfaċċa tal-utent tal-kompjuter u l-programmi miftuħa, jippermetti lill-utent jinterektja mal-kompjuter, tipikament permezz ta’ tastiera u maws.

Displej bi Prestazzjoni Mtejba: Moniter tal-kompjuter li għandu l-elementi u l-funzjonalitajiet kollha li ġejjin:

(i)

Porzjoni tal-kuntrast ta’ mill-inqas 60:1 imkejjel f’angolo orizzontali tal-wiri ta’ mill-inqas 85°, bil-ħieġa ta’ kopertura tal-iskrin jew le;

(ii)

Riżoluzzjoni nativa ikbar minn jew daqs 2,3 megapixels (MP); u,

(iii)

Daqs gamut tal-kulur ta’ mill-inqas sRGB kif definit fl-IEC 61966 2-1. Huma permessi ċ-ċaqliqiet fl-ispazju tal-kuluri sakemm 99 % jew iktar tal-kuluri sRGB definiti huma appoġġatti.

(b)

Frejm tar-Ritratti Diġitali: Apparat elettroniku, tipikament b’daqs djagonali tal-iskrin iżgħar minn 12-il pulzier, li l-funzjoni primarja tiegħu hija li juri immaġnijiet diġitali. Jista’ jkollu wkoll arloġġ programmabbli, sensur tal-okkupazzjoni, awdjo, vidjo, jew konnettività bluetooth jew mingħajr fili.

(c)

Displej tas-Sinjalar: Apparat elettroniku tipikament b’daqs djagonali tal-iskrin ikbar minn 12-il pulzier u densità tal-pixels ta’ inqas minn jew daqs 5,000 pixels/in2. Huwa tipikament kummerċjalizzat bħala sinjalar kummerċjali għall-użu f’żoni fejn huwa intenzjonat li jarawh ħafna nies f’ambjenti li mhumiex ta’ fuq skrivanija, bħal ħwienet jew imħażen, ristoranti, mużewijiet, lukandi, postijiet fuq barra, ajruporti, swali tal-konferenzi jew klassijiet.

1.2.   Provvista Esterna tal-Enerġija (EPS): Magħrufa wkoll bħala adapter estern tal-enerġija. Komponent integrat f’kaxxa fiżika esterna separata mid-displej, iddisinjat biex jikkonverti l-input ac tal-vultaġġ fuq linja mis-sors tal-elettriku għal vultaġġ(i) dc iktar baxx(i) sabiex jipprovdi l-elettriku lid-displej. EPS tikkonnettja mad-displej permezz ta’ konnessjoni elettrika maskili/femminili, kejbil, kord jew tip ta’ wajer ieħor li jistgħu jiġu skonnettjati jew li jkunu fissi.

1.3.   Modalitajiet Operattivi:

(a)

Modalità Mixgħul: Il-Modalità tal-enerġija li fiha l-prodott ikun ġie attivat, u li tipprovdi funzjoni prinċipali waħda jew aktar. It-termini komuni “attiv,”“fl-użu,” u “operat normali” jiddeskrivu wkoll din il-modalità. L-enerġija f’din il-modalità hija tipikament akbar mill-enerġija kkonsmata fil-Modalità Rieqed u l-Modalità Mitfi.

(b)

Modalità Rieqed: Il-Modalità tal-enerġija li jidħol fiha l-prodott wara li jirċievi sinjal minn apparat konness jew minn stimolu intern. Il-prodott jista’ jidħol ukoll f’din il-modalità minħabba sinjal prodott mill-utent. Il-prodott irid jiġi attivat hekk kif jirċievi sinjal minn apparatt konness, netwerk, kontroll remot u/jew stimolu intern. Filwaqt li l-prodott ikun f’din il-modalità, mhux qed jipproduċi stampa viżibbli, bl-eċċezzjoni possibbli ta’ funzjonijiet orjentati lejn l-utent jew protettivi bħall-informazzjoni dwar il-prodott jew displejs tal-istatus, jew funzjonijiet ibbażati fuq is-sensuri.

Noti:

1.

Eżempji ta’ stimoli interni huma arloġġ jew sensur tal-okkupazzjoni.

2.

Il-kontroll tal-enerġija mhux eżempju ta’ input tal-utent.

(c)

Modalità Mitfi: Il-modalità tal-enerġija li fiha l-prodott huwa konness ma’ sors tal-elettriku, u ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni ta’ Modalità Mixgħul jew Modalità Rieqed. Din il-modalità tista’ tippersisti għal ħin indefinit. Il-prodott jista joħroġ minn din il-modalità biss permezz ta’ attwazzjoni diretta tal-utent ta’ swiċċ jew kontroll tal-enerġija. Xi prodotti jista’ ma jkollhomx din il-modalità.

1.4.   Luminanza: Il-kejl fotometriku tal-intensità luminuża għal kull erja ta’ unità ta’ dawl li sejjer f’direzzjoni partikolari, espress f’candelas għal kull metru kwadru (cd/m2). Luminanza tirreferi għas-settings tad-dija ta’ displej.

(a)

Luminanza Massima Rappurtata: Il-luminanza massima li d-displej tista’ tikseb fil-Modalità Mixgħul bis-setting issetjat minn qabel, u kif speċifikat mill-manifattur, pereżempju, fil-manwal tal-utent.

(b)

Luminanza Massima Mkejla: Il-luminanza massima li d-displej tista’ tikseb permezz ta-konfigurazzjoni manwali tal-kontrolli tagħha, bħad-dija u l-kuntrast.

(c)

Il-luminanza tal-prodott kif ikkonsenjat: Il-luminanza tad-displej fis-setting prestabilita tal-fabbrika ssettjat minn qabel li l-manifattur jagħżel għall-użu normali fid-dar jew għal użu applikabbli fis-suq. Il-luminanza tal-prodott kif ikkonsenjat tad-displejs b’Kontroll Awtomatiku tad-Dija (ABC) li tiġi attivata bħala prestabilita tista’ tvarja abbażi tal-Kundizzjonijiet tad-Dawl Ambjentali tal-post fejn id-displej tkun installata.

1.5.   Erja tal-iskrin: Il-wisa’ tal-iskrin viżibbli mmultiplikata bl-għoli tal-iskrin viżibbli, espressa f’pulzieri kwadri (in2).

1.6.   Kontroll Awtomatiku tad-Dija (ABC): Il-mekkaniżmu awtoattivat li jikkontrolla l-luminożità tad-displej bħala funzjoni tad-dawl ambjentali.

1.7.   Kundizzjonijiet tad-Dawl Ambjentali: Il-kombinazzjoni tal-illuminazzjonijiet tad-dawl fl-ambjent ta’ madwar id-displej, bħal f’salott jew uffiċċju.

1.8.   Konnessjoni Bridge: Konnessjoni fiżika bejn żewġ kontrolluri hub, tipikament, iżda mhux limitat għal, USB jew FireWire, li tippermetti l-espansjoni tal-ports tipikament għall-finijiet ta’ riallokazzjoni tal-ports għal pożizzjoni aktar konvenjenti jew żieda fl-għadd ta’ ports disponibbli.

1.9.   Kapaċità tan-netwerk: Abbiltà li jikseb indirizz IP meta mqabbad ma’ netwerk.

1.10.   Sensur tal-Okkupazzjoni: Apparat użat biex jindividwa l-preżenza umana quddiem displej jew fiż-żona ta’ madwar displej. Sensur tal-okkupazzjoni jintuża tipikament biex jaqleb displej mill-Modalità Mixgħul għall-Modalità Rieqed jew Mitfi.

1.11.   Familja ta’ Prodott: Grupp ta’ displejs, magħmula mill-istess ditta, li jikkondividu skrin tal-istess daqs u riżoluzzjoni, u magħluqa f’kaxxa waħda li jistà jkollha varjazzjonijiet tal-konfigurazzjonijiet tal-hardware.

Eżempju: Żewġ moniters tal-kompjuter tal-istess mudell, b’daqs djagonali tal-iskrin ta’ 21 pulzier u riżoluzzjoni ta’ 2,074 megapixels (MP), iżda b’elementi differenti bħal spikers jew kamera built-in jistgħu jitqiesu bħala familja ta’ prodott.

1.12.   Mudell Rappreżentattiv: Il-konfigurazzjoni tal-prodott li huwa ttestjat għall-kwalifika ENERGY STAR u huwa maħsub li jiġi kummerċjalizzat u tikkettat bħala ENERGY STAR.

2.   Kamp ta’ applikazzjoni

2.1.   Prodotti Inklużi

2.1.1.

Prodotti li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ displej kif speċifikat hawn ġew u li jieħdu l-enerġija direttament minn sors tal-elettriku ac, permezz ta’ provvista tal-enerġija esterna, jew permezz ta’ konnessjoni tad-dejta jew netwerk, huma eliġibbli għal kwalifika ENERGY STAR, bl-eċċezzjoni tal-prodotti elenkati fit-Taqsima 2.2.

2.1.2.

Prodotti tipiċi li jkunu eliġibbli għal kwalifika skont din l-ispeċifikazzjoni jinkludu:

(a)

Moniters tal-Kompjuter

(b)

Frejms tar-Ritratti Diġitali

(c)

Displejs tas-Sinjalar, u,

(d)

Prodotti addizzjonali inklużi moniters b’funzjonalità ta’ tastiera, vidjo u maws (KVM), u displejs oħra speċifiċi għall-industrija li jissodisfaw id-definizzjonijiet u l-kriterji ta’ kwalifika f’din l-ispeċifikazzjoni.

2.2.   Prodotti Esklużi

2.2.1.

Prodotti li huma koperti taħt speċifikazzjonijiet ta’ prodott ENERGY STAR ieħor ma humiex eliġibbli għal kwalifika taħt din l-ispeċifikazzjoni. Il-lista tal-ispeċifikazzjonijiet attwalment fis-seħħ tinsab fuq: www.eu-energystar.org.

2.2.2.

Il-prodotti li ġejjin ma humiex eliġibbli għal kwalifika taħt din l-ispeċifikazzjoni:

(a)

Prodotti b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli akbar minn 61 pulzier;

(b)

Prodotti bi tjuner tat-televixin integrat;

(c)

Prodotti li huma kummerċjalizzati u mibjugħa bħala televixins, inkluż prodotti b’input port tal-kompjuter (eż. VGA) li huma kumerċjalizzati u mibjugħa primarjament bħala televixins;

(d)

Prodotti li huma televixins bil-komponent. Televixin bil-komponent huwa prodott li huwa magħmul minn żewġ komponenti separati jew aktar (eż. apparat tad-displej u tjuner) li huma kummerċjalizzati u mibjugħa bħala televixin f’mudell wieħed jew deżinjazzjoni ta’ sistema. Televixin bil-komponent jista’ jkollu aktar minn wajer wieħed tal-elettriku;

(e)

Televixins/moniters tal-kompjuter ta’ funzjoni doppja li huma kummerċjalizzati u mibjugħa bħala tali;

(f)

Apparat mobbli tal-kompjuters u tal-komunikazzjoni (eż. kompjuters tablet, slates, qarrejja elettroniċi, smartphones);

(g)

Prodotti li jridu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet għal apparat mediku li jipprojbixxu kapaċitajiet ta’ ġestjoni tal-enerġija u/jew ma għandhomx stat ta’ enerġija li jissodisfa d-definizzjoni tal-Modalità Rieqed; u,

(h)

Thin clients, ultra-thin clients, jew żero clients.

3.   Kriterji tal-Kwalifika

3.1.   Numri Sinifikanti u Approssimazzjoni

3.1.1.

Il-kalkoli kollha għandhom jitwettqu b’valuri mkejla direttament (mhux approssimati).

3.1.2.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-konformità mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi evalwata bl-użu ta’ valuri kkalkulati jew imkejla direttament mingħajr kwalunkwe benefiċċju ta’ approssimazzjoni.

3.1.3.

Valuri mkejla direttament jew ikkalkulati li huma sottomessi għar-rapportar fuq is-sit tal-Internet tal-ENERGY STAR għandhom ikunu approssimati għall-eqreb ċifra sinifikanti kif espressa fir-rekwiżiti korrispondenti tal-ispeċifikazzjoni.

3.2.   Rekwiżiti Ġenerali

3.2.1.

Provvista Esterna tal-Elettriku: Jekk il-prodott joħroġ mill-fabbrika b’EPS, l-EPS għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-livell V skont l-International Efficiency Marking Protocol, u għandha tinkludi l-immarkar tal-livell V. Informazzjoni addizzjonali dwart il-Protokoll tal-Immarkar hija disponibbli fuq www.energystar.gov/powersupplies

Il-Provvisti Esterni tal-Elettriku għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-livell V meta ttestjati bl-użu ta’ Test Method for Calculating the Energy Efficiency of Single-Voltage External Ac-Dc and Ac-Ac Power Supplies, Aug. 11, 2004.

3.2.2.

Ġestjoni tal-Enerġija:

(a)

Il-prodotti għandhom joffru mill-inqas element wieħed tal-ġestjoni tal-enerġija li b’attivazzjoni prestabilita, u li jista’ jintuża għat-tranżizzjoni awtomatika mill-Modalità Mixgħul għall-Modalità Rieqed permezz ta’ apparat ospitanti konness jew intern (eż. appoġġ għas-Sinjalar tad-Displej tal-Ġestjoni tal-Enerġija VESA (DPMS), b’attivazzjoni prestabilita).

(b)

Prodotti li jiġġeneraw kontenut għad-displej minn sors intern wieħed jew aktar għandu jkollhom sensur jew arloġġ b’attivazzjoni prestabilita biex jattiva awtomatikament il-Modalità Rieqed jew Mitfi.

(c)

Il-ħin tad-dewmien għandu jiġu rrapportat għal prodotti li jkollhom ħin tad-dewmien prestabilit intern għat-tranżizzjonijiet tal-prodott mill-Modalità Mixgħul għall-Modalità Rieqed jew Mitfi.

(d)

Il-moniters tal-kompjuter għandhom awtomatikament jidħlu fil-Modalità Rieqed jew Mitfi fi żmien 15-il minuta wara li jiġu skonnettjati minn kompjuter ospitanti.

3.3.   Rekwiżiti tal-Modalità Mixgħul

3.3.1.

L-enerġija fil-Modalità Mixgħul (PON), kif imkejla skont il-metodu tat-test ENERGY STAR, għandha tkun inqas minn jew daqs ir-Rekwiżit Massimu tal-Enerġija fil-Modalità Mixgħul (PON_MAX), kif ikkalkulat u approssimat skont it-Tabella 1, hawn taħt.

Jekk id-densità tal-pixels ta’ prodott (DP), kif ikkalkulata skont l-Ekwazzjoni 1, hija ikbar minn 20 000 pixels/in2, f’dak il-każ ir-riżoluzzjoni tal-iskrin (r) użata għal kalkolu ta’ PON_MAX għandha tiġi determinata skont l-Ekwazzjoni 2.

Ekwazzjoni 1: Kalkolu tad-Densità tal-Pixels

Formula

Fejn:

DP hija d-densità tal-pixels ta’ prodott approssimata għall-eqreb numru sħiħ, f’pixels/in2,

r hija r-riżoluzzjoni tal-iskrin, f’megapixels, u

A hija l-erja tal-iskrin li tidher, f’in2.

Ekwazzjoni 2: Kalkolu ta’ Riżoluzzjoni jekk id-Densità tal-Pixels ta’ Prodott (DP) Taqbeż l-20 000 pixels/in2

Formula

Formula

Fejn:

r1 u r2 huma r-riżoluzzjonijiet tal-iskrin, f’megapixels, li għandhom jintużaw fil-kalkolu ta’ PON_MAX,

DP hija d-densità tal-pixels ta’ prodott approssimata għall-eqreb numru sħiħ, f’pixels/in2, u

A hija l-erja tal-iskrin viżibbli, f’in2.

Tabella 1

Kalkolu tar-Rekwiżiti tal-Enerġija tal-Modalità Mixgħul Massima (PON_MAX)

Tip ta’ Prodott u

Daqs Djagonali tal-Iskrin, d

(f’pulzieri)

PON_MAX

fejn Dp ≤ 20 000 pixels/in2

(f’watts)

Fejn:

r = Riżoluxxjoni tal-iskrin f’megapixels

A = Erja tal-iskrin viżibbli f’in2

Ir-riżultat għandu jiġi approssimat għall-eqreb parti ta’ għaxra ta’ watt

PON_MAX

fejn DP > 20 000 pixels/in2

(f’watts)

Fejn:

r = Riżoluxxjoni tal-iskrin f’megapixels

A = Erja tal-iskrin viżibbli f’in2

Ir-riżultat għandu jiġi approssimat għall-eqreb parti ta’ għaxra ta’ watt

d < 12,0

Formula

Formula

12,0 ≤ d < 17,0

Formula

Formula

17,0 ≤ d < 23,0

Formula

Formula

23,0 ≤ d < 25,0

Formula

Formula

25,0 ≤ d ≤ 61,0

Formula

Formula

30,0 ≤ d ≤ 61,0

(għall-prodotti li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ Displej tas-Sinjalar biss)

Formula

Formula

3.3.2.

Għal prodotti li jissodisfaw id-definizzjoni tad-Displej tal-Prestazzjoni Imtejba, konċessjoni tal-enerġija (PEP), kif ikkalkulata skont l-Ekwazzjoni 3, għandha tiżdied ma’ PON_MAX,, kif ikkalkulata skont it-Tabella 1. F’dan il-każ, PON, kif imkejla skont il-metodu tat-test ENERGY STAR, għandha tkun inqas minn jew daqs is-somma ta’ PON_MAX u PEP.

Ekwazzjoni 3: Kalkolu tal-Konċessjoni tal-Enerġija fil-Modalità Mixgħul għal Displejs bi Prestazzjoni Mtejba

Formula

Formula

Fejn:

PEP < 27″ hija l-konċessjoni tal-enerġija fil-Modalità Mixgħul, f’watts, għal Displej ta’ Prestazzjoni Mtejba b’daqs djagonali tal-iskrin inqas minn 27 pulzier,

PEP< 27″ hija l-konċessjoni tal-enerġija fil-Modalità Mixgħul, f’watts, għal Displej ta’ Prestazzjoni Mtejba b’daqs djagonali tal-iskrin ikbar minn jew daqs 27 pulzier, u

PON_MAX hija r-rekwiżit tal-enerġija massima tal-Modalità Mixgħul, f’watts.

3.3.3.

Għal prodotti b’Kontroll Awtomatiku ta’ Dija (ABC) attivata prestabilita, konċessjoni ta’ enerġija (PABC), if ikkalkulata skont l-Ekwazzjoni 5, għandha tiżdied ma’ PON_MAX, kif ikkalkulata skont it-Tabella 1, jekk it-tnaqqis tal-enerġija tal-Modalità Mixgħul (RABC), kif ikkalkulat skont l-Ekwazzjoni 4, huwa ikbar minn jew daqs 20 %.

(a)

Jekk RABC huwa inqas minn 20 %, PABC ma għandux jiżdied ma’ PON_MAX.

(b)

PON, kif imkejjel bl-ABC diżattivat skont il-metodu tat-test ENERGY STAR, għandu jkun inqas minn jew daqs PON_MAX.

Ekwazzjoni 4: Kalkolu tat-Tnaqqis tal-Enerġija fil-Modalità Mixgħul għal Prodotti b’ABC b’Attivazzjoni Prestabilita

Formula

Fejn:

RABC huwa t-tnaqqis ta’ perċentwal tal-enerġija tal-Modalità Mixgħul minħabba ABC,

P300 huwa l-enerġija mkejla tal-Modalità Mixgħul, f’watts, meta ttestjat b’livell ta’ dawl ambjentali ta’ 300 lux, u

P10 huwa l-enerġija mkejla tal-Modalità Mixgħul, f’watts, meta ttestjat b’livell ta’ dawl ambjentali ta’ 10 lux.

Ekwazzjoni 5: Kalkolu tal-Konċessjoni tal-Enerġija fil-Modalità Mixgħul għal Prodotti b’ABC b’Attivazzjoni Prestabilita

Formula

Fejn:

PABC huwa l-konċessjoni tal-enerġija tal-Modalità Mixgħul, f’watts, u

PON_MAX huwa r-rekwiżit tal-enerġija massima tal-Modalità Mixgħul, f’watts.

3.3.4.

Għal prodotti li jieħdu l-enerġija minn sors dc ta’ vultaġġ baxx, PON, kif ikkalkulat skont l-Ekwazzjoni 6, għandu jkun inqas minn jew daqs PON_MAX, kif ikkalkulat skont it-Tabella 1.

Ekwazzjoni 6: Kalkolu tal-Enerġija fil-Modalità Mixgħul għall-Prodotti li jieħdu l-enerġija minn Sors Dc b’Vultaġġ baxx

Formula

Fejn:

PON huwa l-enerġija kkalkulata tal-Modalità Mixgħul, f’watts,

PL huwa l-konsum tal-enerġija ac, f’watts, tas-sors dc ta’ vultaġġ baxx bl-unità taħt test (UUT) bħala t-tagħbija, u

PS huwa t-telf marġinali tal-provvista tal-enerġija ac tas-sors, f’watts.

3.4.   Rekwiżiti tal-Modalità Rieqed

3.4.1.

L-enerġija mkejla tal-Modalità Rieqed (PSLEEP) għal prodotti mingħajr l-ebda dejta jew kapaċitajiet tan-netwerk inklużi fit-Tabella 3 jew 4 għandha tkun inqas minn jew daqs ir-Rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Rieqed (PSLEEP_MAX), kif speċifikat fit-Tabella 2.

Tabella 2

Rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Rieqed (PSLEEP_MAX)

PSLEEP_MAX

(watts)

0,5

3.4.2.

L-enerġija Mkejla fil-Modalità Rieqed (PSLEEP) għal prodotti b’waħda mill-kapaċitajiet tad-dejta jew tan-netwerk jew iktar inklużi fit-Tabella 3 jew 4 għandu jkun inqas minn jew daqs ir-Rekwiżit Massimu tal-Enerġija fil-Modalità Rieqed tad-Dejta/tan-Netwerk (PSLEEP_AP), kif ikkalkolat skont l-Ekwazzjoni 7.

Ekwazzjoni 7: Kalkolu tar-Rekwiżit tad-Dejta Massima/Enerġija tan-Netwerking tal-Modalità Rieqed

Formula

Fejn:

PSLEEP_AP huwa r-Rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Rieqed, f’watts, għal prodotti li ġew ittestjati b’kapaċitajiet addizjonali tal-konsum tal-enerġija,

PSLEEP_MAX huwa r-Rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Rieqed, f’watts, kif speċifikat fit-Tabella 2,

PDN huwa l-konċessjoni tal-enerġija, f’watts, kif speċifikat fit-Tabella 3 għal kapaċità tad-dejta jew netwerking konness waqt l-ittestjar tal-Modalità Rieqed, u

PADD huwa l-konċessjoni tal-enerġija, f’watts, kif speċifikat fit-Tabella 4 għal kapaċitajiet addizzjonali attivati prestabiliti li huma attivi waqt l-ittestjar tal-Modalità Rieqed.

Tabella 3

Konċessjonijiet tal-Enerġija fil-Modalità Rieqed għall-Kapaċitajiet tad-Dejta jew tan-Netwerk

Kapaċità

Tipi Inklużi

PDN

(watts)

 

USB 1.x

0,1

USB 2.x

0,5

USB 3.x, DisplayPort (konnessjoni mhux tal-vidjo), Thunderbolt

0,7

Netwerk

Fast Ethernet

0,2

Gigabit Ethernet

1,0

Wi-Fi

2,0


Tabella 4

Konċessjonijiet tal-Enerġija fil-Modalità Rieqed għal Kapaċitajiet Addizzjonali

Kapaċità

Tipi Inklużi

PADD

(watts)

Sensur

Sensur tal-Okkupazzjoni

0,5

Memorja

Qarrejja tal-Flash memory-card/smart-card, interfaċċi tal-kamera, PictBridge

0,2

Eżempju 1: Frejm tar-ritratti diġitali b’kapaċità waħda ta’ bridging jew netwerking u attivat waqt l-ittestjar tal-Modalità Rieqed, Wi-Fi, u l-ebda kapaċità addizzjonali attivata waqt l-ittestajr tal-Modalità Rieqed, ikun qed jikkwalifika għal 2,0 W Wi-Fi adder. Tfakkira li, Formula.

Eżempju 2: Moniter tal-kompjuter b’kapaċità ta’ bridging ta’ USB 3.x u DisplayPort (konnessjoni mhux tal-vidjo) għandu jiġi ttestjat biss bil-USB 3.x konness u attivat. Jekk wieħed jassumi li ma jkunx hemm kapaċitajiet addizzjonali attivati fl-ittestjar fil-Modalità Rieqed, din id-displej tkun qed tikkwalifika għal 0,7 W USB 3.x adder. Tfakkira li, Formula.

Eżempju 3: Moniter tal-kompjuter b’kapaċità waħda ta’ bridging u waħda tan-netwerk, USB 3.x u Wi-Fi, għandu jiġi ttestjat biż-żewġ kapaċitajiet konnessi u attivati waqt l-ittestjar tal-Modalità Rieqed. Jekk wieħed jassumi li ma jkunx hemm kapaċitajiet addizzjonali attivati fl-ittestjar fil-Modalità Rieqed, din id-displej tkun qed tikkwalifika għal 0,7 W USB 3.x adder u t-2,0 W Wi-Fi adder. Tfakkira li, Formula.

3.4.3.

Għal prodotti li joffru aktar minn Modalità Rieqed waħda (eż. “Rieqed” u “Rieqed fit-Tul”), l-enerġija mkejla fil-Modalità Rieqed (PSLEEP) fi kwalunkwe Modalità Rieqed ma tistax taqbeż PSLEEP_MAX fil-każ ta’ prodotti mingħajr kapaċitajiet tad-dejta jew tal-konnessjoni tan-netwerk, jew PSLEEP_AP, fil-każ ta’ prodotti ttestjati b’kapaċitajiet addizzjonali ta’ konsum tal-enerġija, bħal konnessjonijiet bridge tad-dejta jew konnessjonijiet tan-netwerk. Jekk il-prodott ikollu varjeta ta’ Modalitajiet Rieqed li jistgħu jingħażlu manwalment, jew jekk il-prodott jista’ jidħol fil-Modalità Rieqed permezz ta’ metodi differenti (eż. kontroll remot jew jekk isserraħ il-PC ospitanti), l-enerġija mkejla fil-Modalità Rieqed (PSLEEP) imkejla tal-Modalità Rieqed bl-ogħla PSLEEP, kif imkejla skont it-Taqsima 6.5 tal-Metodu tat-Test, għandha tkun il-PSLEEP rapportata għall-kwalifika. Jekk il-prodott awtomatikament jittranżizzjona matul il-Modalitajiet Rieqed varji tiegħu, il-medja PSLEEP tal-Modalitajiet Rieqed kollha kif imkejla fit-Taqsima 6.5 tal-Metodu tat-Test għandha tkun il-PSLEEP rapportata għall-kwalifika.

3.5.   Rekwiżiti tal-Modalità Mitfi

3.5.1. L-enerġija mkejla tal-Modalità Mitfi (POFF) għandha tkun inqas minn jew daqs ir-Rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Mitfi (POFF_MAX) speċifikat fit-Tabella 5.

Tabella 5

Rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Mitfi (POFF_MAX)

POFF_MAX

(watts)

0,5

3.6.   Il-luminanza massima rapportata u mkejla għandha tkun rapportata għall-prodotti kollha; il-luminanza kif konsenjat għandha tkun rapportata għall-prodotti kollha ħlief dawk bl-ABC attivata prestabilita.

4.   Rekwiżiti tat-test

4.1.   Metodi tat-Test

Għal prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni Ewropea l-manifatturi huma meħtieġa jwettqu testijiet u jagħmlu awtoċertifikazzjoni ta’ dawk il-mudelli li jissodisfaw il-linji gwida Energy Star. Il-metodi tat-test identifikati hawn taħt għandhom jintużaw biex jiddeterminaw il-kwalifika għal ENERGY STAR.

Tip ta’ Prodott

Metodu tat-Test

It-Tipi tal-Prodotti u d-Daqsijiet tal-Iskrins Kollha

ENERGY STAR Test Method for Determining Displays Energy Use Version 6,0 — Rev. Jan-2013

4.2.   Għadd ta’ Unitajiet Meħtieġa għall-Ittestjar

4.2.1.

Għall-ittestjar għandha tingħażel Unità waħda ta’ Mudell Rappreżentattiv, kif definit fit-Taqsima 1.

4.2.2.

Għal kwalifika ta’ familja ta’ prodott, il-konfigurazzjoni tal-prodott li tirrappreżenta l-agħar xenarju ta’ konsum tal-enerġija għal kull kategorija tal-prodott fi ħdan il-familja għandha titqies bħala l-Mudell Rappreżentattiv.

4.3.   Kwalifika tas-Suq Internazzjonali

Il-prodotti għandhom jiġu ttestjati għall-kwalifika fil-kombinazzjoni rilevanti tal-vultaġġ/frekwenza tal-input għal kull suq li fih se jinbiegħu u jiġu promossi bħala ENERGY STAR.

5.   Interfaċċa tal-Utent

Il-manifatturi huma mħeġġa jiddisinjaw prodotti f’konformità mal-istandard tal-interfaċċa tal-utent, IEEE P1621: Standard for User Interface Elements in Power Control of Electronic Devices Employed in Office/Consumer Environments. Għad-dettalji, ara http://eetd.LBL.gov/Controls. Fil-każ li l-manifattur ma jadottax IEEE P1621, huwa għandu jipprovdi lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif jixraq, ir-raġunament għaliex ma għamilx hekk.

6.   Data effettiva

6.1.

Id-data meta l-manifatturi jistgħu jibdew jikkwalifikaw il-prodotti bħala Energy Star skont din il-Verżjoni 6.0, se tiġi ddefinita bħala d-data effettiva tal-Ftehim. Biex jikkwalifika għal ENERGY STAR, mudell ta’ prodott għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR fis-seħħ fid-data tal-manifattura tiegħu. Id-data tal-manifattura hija speċifika għal kull unità u hija d-data (eż. ix-xahar u s-sena) li fiha unità titqies li ġiet assemblata kompletament.

6.2.

Reviżjonijiet Futuri tal-Ispeċifikazzjoni: EPA u l-Kummissjoni Ewropea jirriservaw id-dritt li jibdlu din l-ispeċifikazzjoni jekk il-bidiet teknoloġiċi u/jew tas-suq jaffettwaw l-utilità tagħha għall-konsumaturi, l-industrija, jew l-ambjent. Sabiex ikun hemm konformità mal-politika attwali, ir-reviżjonijiet tal-ispeċifikazzjoni jsiru permezz ta’ diskussjoni tal-partijiet interessati. Fil-każ ta’ reviżjoni tal-ispeċifikazzjoni, jekk jogħġbok ħu nota li l-kwalifika ENERGY STAR ma tingħatax awtomatikament għat-tul tal-ħajja ta’ mudell.

7.   Kunsiderazzjonijiet għal reviżjonijet futuri

7.1.   Displejs b’Daqs Djagonali tal-Iskrin Akbar minn 61 pulzier

Wieħed jifhem li bħalissa jinsabu disponibbli fis-suq displejs interattivi b’daqs djagonali tal-iskrin akbar minn 60″ pulzier u li dawn jintużaw prinċipalment għal skopijiet kummerċjali u edukattivi. Hemm interess fir-rigward ta’ fehim aħjar tal-konsum tal-enerġija assoċjat ma’ dawn il-prodotti meta jiġu ttestjati skont il-Metodu tat-Test tad-Displejs, u l-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jaħdmu mal-partijiet interessati qabel, u matul il-proċess tal-iżvilupp tar-reviżjoni tal-ispeċifikazzjoni li jmiss biex jaċċessaw l-informazzjoni. Fil-prinċipju, l-EPA u l-Kummissjoni Ewropea huma interessati jesploraw l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ prodotti b’daqs djagonali tal-iskrin akbar minn 61″ pulzier fir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjoni li jmiss.

7.2.   Funzjonalità tat-Touch Skrin

EPA u l-Kummissjoni Ewropea huma impenjati jkomplu jiżviluppaw il-livelli ta’ prestazzjoni għal displejs li jinkludu elementi u funzjonalitajiet ġodda, u jantiċipaw li d-displejs bil-funzjonalità tat-touch skrin, li huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-ispeċifikazzjoni, se jsiru aktar prevalenti fis-suq, speċjalment fost id-displejs tas-sinjalar. Aktar ‘il quddiem, EPA, DOE u l-Kummissjoni Ewropea se jesploraw flimkien mal-partijiet interessati jekk il-funzjonalità tat-touch skrin għandhiex impatt fuq il-konsum tal-enerġija fil-Modalità Mixgħul biex jiddeterminaw safejn il-proċess li jmiss tal-iżvilupp tal-ispeċifikazzjoni għandu jindirizza l-funzjonalità tat-touch skrin.

II.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-PROVVISTI TAL-ENERĠIJA MINGĦAJR INTERRUZZJONI

1.   Definizzjonijiet

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it-termini kollha użati f’dan id-dokument huma konsistenti mad-definizzjonijiet tal-istandard tal-International Electrical Commission (IEC) IEC 62040-3 (1).

Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Provvista tal-Enerġija Mingħajr Interruzzjoni (UPS): Kombinazzjoni ta’ konverturi, swiċis, u apparat ta’ ħażna tal-enerġija (bħall-batteriji) li jikkostitwixxu sistema tal-enerġija għall-manutenzjoni tal-enerġija tat-tagħbija fil-każ li jieqaf l-input tal-enerġija (2).

1.1.

Mekkaniżmu ta’ konverżjoni tal-enerġija:

(a)

Static UPS: UPS fejn il-komponenti elettroniċi tal-enerġija fi stat solidu jipprovdu l-vultaġġ tal-output.

(b)

Rotary UPS: UPS fejn magna waħda ta’ rotazzjoni elettrika jew iktar jipprovdu l-vultaġġ tal-output.

(1)

Rotary UPS (RUPS) mingħajr Diżil: Rotary UPS li ma fihix magna tad-diżil integrata għall-provvista tal-enerġija għat-tagħbija meta jkun hemm waqfien fl-input tal-enerġija.

(2)

Rotary UPS akkoppjata bid-diżil (DRUPS): Rotary UPS li fiha magna tad-diżil integrata li tista’ tintuża għall-provvista tal-enerġija lit-tagħbija meta jkun hemm waqfien fl-input tal-enerġija.

(c)

Output tal-Enerġija:

(1)

UPS b’output ta’ Kurrent Alternanti (Ac): UPS li tipprovdi enerġija bi fluss kontinwu ta’ karga elettrika li perjodikament taqleb id-direzzjoni.

(2)

UPS/Rettifikatur b’output ta’ Kurrent Dirett (Dc): UPS li tipprovdi l-enerġija bi fluss kontinwu ta’ karga elettrika li tkun f’direzzjoni waħda. Tinkludi kemm l-unitajiet individwali ta’ rettifikatur għal applikazzjonijiet dc kif ukoll frejms jew sistemi UPS sħaħ ta’ output dc, li jikkonsistu minn moduli ta’ rettifikaturi, kontrolluri u kwalunkwe kompenent ieħor ta’ appoġġ.

Nota: UPSs b’output Dc huma magħrufa wkoll bħala rettifikaturi. Għall-finijiet ta’ dan id-dokument, jintuża t-terminu “UPS/Rettifikatur b’output Dc” għaliex “rettifikatur” jista’ jirreferi wkoll għal subsistema UPS b’output Ac.

1.2.

Modular UPS: UPS magħmula minn unità waħda jew aktar ta’ UPS, li tikkondividi qafas komuni wieħed jew aktar u sistema komuni tal-ħażna tal-enerġija, li l-outputs tagħha, fil-Modalità Normali tal-operat, huma konnessi ma’ bus tal-output komuni integrata kompletament fil-qafas/oqfsa. Il-kwantità totali ta’ unitajiet UPS uniċi f’UPS modulari hija daqs ‘n+r’ fejn n hija l-kwantità ta’ unitajiet UPS uniċi meħtieġa biex jappoġġaw it-tagħbija; r hija l-kwantità ta’ unitajiet UPS addizzjonali. Il-UPSs modulari jistgħu jintużaw biex jipprovdu kapaċità addizzjonali, biex tikber il-kapaċità jew it-tnejn.

1.3.

Kapaċità addizzjonali: Iż-żieda ta’ unitajiet UPS ma’ UPS parallella, biex tissaħħaħ il-kontinwità tal-enerġija tat-tagħbija, u kklassifikata kif ġej.

(a)

N + 0: UPS li ma tista’ tittollera l-ebda waqfien filwaqt li tkun qed iżomm l-operat fil-Modalità Normali. L-ebda kapaċità addizzjonali.

(b)

N + 1: UPS parallella li tista’ tittollera waqfien ta’ unità UPS waħda jew ta’ grupp ta’ unitajiet UPS filwaqt li tkun qed iżomm l-operat fil-Modalità Normali.

(c)

2N: UPS parallella li tista’ jittollera l-waqfien ta’ nofs l-unitajiet UPS tagħha filwaqt li żżomm l-operat fil-Modalità Normali.

1.4.

Modalitajiet tal-Operat tal-UPS:

(a)

Modalità Normali: Il-modalità tal-operat stabbli li UPS tkun kisbet skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Il-provvista tal-input Ac hija fil-limiti tat-tolleranzi meħtieġa u tissupplixxi l-UPS.

(2)

Is-sistema tal-ħażna tal-enerġija tibqa’ ċċarġjata jew tkun qed tiġi ċċarġjata mill-ġdid.

(3)

It-tagħbija hija fi ħdan in-nomina speċifika tal-UPS.

(4)

Il-Bypass huwa disponibbli u fil-limiti tat-tolleranzi speċifikati (jekk applikabbli).

(b)

Modalità ta’ Enerġija Maħżuna: Modalità ta’ operat stabbli li UPS tkun kisbet skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

L-enerġija tal-input Ac hija skonnettjata jew barra t-tolleranza meħtieġa.

(2)

L-enerġija kollha ġejja mis-sistema tal-ħażna tal-enerġija jew, fil-każ ta’ DRUPS, mill-magna Diżil integrata jew kombinazzjoni tat-tnejn.

(3)

It-tagħbija hija fi ħdan in-nomina speċifika tal-UPS.

(c)

Modalità Bypass: Modalità tal-operat li l-UPS tkun kisbet meta topera t-tagħbija provduta permezz tal-Bypass biss.

1.5.

Karatteristiċi ta’ Dipendenza tal-Input tal-UPS:

(a)

Dipendenti fuq il-Vultaġġ u l-Frekwenza (VFD): Kapaċi tipproteġi t-tagħbija minn qtugħ tal-elettriku. (3)

(b)

Indipendenti mill-Vultaġġ (VI): B’kapaċità ta’ protezzjoni tat-tagħbija kif meħtieġa għall-VFD, hawn fuq, u minbarra dan minn:

(1)

Vultaġġ imnaqqas applikat kontinwament għall-input

(2)

Il-vultaġġ żejjed huwa applikat kontinwament mal-input (4)

(c)

Indipendenti mill-Vultaġġ u mill-Frekwenza (VFI): Indipendenti mill-varjazzjonijiet tal-vultaġġ u tal-frekwenza u b’kapaċità ta’ protezzjoni tat-tagħbija kontra effetti avversi minn varjazzjonijiet bħal dawn mingħajr ma jitnaqqas is-sors tal-enerġija maħżuna.

1.6.

UPS b’Modalità normali waħda: UPS li tiffunzjona fil-Modalità Normali fi ħdan il-parametri ta’ sett wieħed biss ta’ karatteristiċi ta’ dipendenza tal-input. Pereżempju, UPS li tiffunzjona biss bħala VFI.

1.7.

UPS b’Modalità normali multipla: UPS li tiffunzjona fil-Modalità Normali fi ħdan il-parametri ta’ aktar minn sett wieħed ta’ karatteristiċi ta’ dipendenza tal-input. Pereżempju, UPS li tista’ tiffunzjona kemm bħala VFI kif ukoll bħala VFD.

1.8.

Bypass: Passaġġ alternattiv tal-enerġija għall-konvertitur ac.

(a)

Bypass (passaġġ) ta’ Manutenzjoni: Passaġġ alternattiv tal-enerġija provdut biex imantni l-kontinwità tal-enerġija tat-tagħbija waqt l-attivitajiet ta’ manutenzjoni.

(b)

Bypass Awtomatiku: Passaġġ alternattiv (primarju jew ta’ stennija) tal-enerġija għall-konvertitur ac indirett.

(1)

Mechanical Bypass: il-kontroll huwa permezz ta’ swiċċ b’kuntatti mekkaniċi seprabbli

(2)

Static Bypass (electronic bypass): il-kontroll huwa permezz ta’ swiċċ tal-enerġija elettroniku, pereżempju, transistors, thyristors, triacs jew apparat ieħor li huwa semikunduttur.

(3)

Hybrid Bypass: il-kontroll huwa permezz ta’ swiċċ b’kuntatti mekkaniċi separabbli f’kombinazzjoni ma’ mill-inqas apparat ta’ valv elettroniku kontrollat.

1.9.

Tagħbija tat-Test ta’ Referenza: Tagħbija jew kundizzjoni li fiha l-output tal-UPS iwassal l-enerġija attiva (W) li għaliha l-UPS huwa nominali. (5)

1.10.

Unità Taħt Test (UUT): Il-UPS li qed tiġi ttestjata, konfigurata bħallikieku se tiġi konsenjata lill-klijent, u inkluż kwalunkwe aċċessorju (eż. filtri jew trasformaturi) neċessarju sabiex jiġi sodisfatt is-set-up tat-test kif speċifikat fit-Taqsima 3 tal-Metodu tat-Test ENERGY STAR.

1.11.

Fattur tal-Enerġija: Il-proporzjon tal-valur assolut tal-enerġija attiva P mal-enerġija apparenti S.

1.12.

Familja ta’ Prodott: Grupp ta’ mudelli tal-prodott li huma (1) magħmula mill-istess manifattur, (2) suġġetti għall-istess kriterji tal-kwalifika ENERGY STAR, u (3) ta’ disinn bażiku komuni. Għall-UPSs, varjazzjonijiet aċċettabbli f’familja ta’ prodotti jinkludu:

(a)

L-għadd ta’ moduli installati;

(b)

Il-kapaċità addizzjonali;

(c)

It-tip u l-kwantità ta’ filtri tal-input u l-output;

(d)

Għadd ta’ rectifier pulses (6); u

(e)

Il-kapaċità tas-sistema tal-ħażna tal-enerġija.

1.13.

Taqsiriet:

(a)   A: Ampere

(b)   ac: Kurrent Alternanti

(c)   dc: Kurrent Dirett

(d)   DRUPS: Rotary UPS akkopjat bid-diżil

(e)   RUPS: Rotary UPS

(f)   THD: Distorsjoni Armonika Totali

(g)   UPS: Provvista tal-Enerġija Mingħajr Interruzzjoni

(h)   UUT: Unità Taħt Test

(i)   V: Volt

(j)   VFD: Dipendenti fuq il-Vultaġġ u l-Frekwenza

(k)   VFI: Indipendenti mill-Vultaġġ u l-Frekwenza

(l)   VI: Indipendenti mill-Vultaġġ

(m)   W: Watt

(n)   Wh: Siegħa-watt

2.   Kamp ta’ applikazzjoni

2.1.   Prodotti li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ Provvista tal-Enerġija Mingħajr Interruzzjoni (UPS) kif speċifikat hawnhekk inklużi Static u Rotary UPSs b’output Ac u UPSs/Rettifikaturi b’output Dc huma eliġibbli għal kwalifika ENERGY STAR, bl-eċċezzjoni tal-prodotti elenkati fit-Taqsima 2.3.

2.2.   Prodotti eliġibbli għall-kwalifika skont din l-ispeċifikazzjoni jinkludu:

(a)

UPSs tal-Konsumatur maħsuba biex jipproteġu l-kompjuters ta’ fuq l-iskrivanija u periferali relatati, u/jew apparat tad-divertiment fid-dar bħat-TVs, set top boxes, DVRs, Blu-ray u plejers tad-DVD;

(b)

UPSs kummerċjali maħsuba biex jipproteġu t-tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni tal-impriżi żgħar u tal-fergħat tal-uffiċċji bħal servers, swiċċijiet u routers tan-netwerk, u l-arranġamenti żgħar tal-ħażna;

(c)

UPSs taċ-Ċentru tad-Dejta biex jipproteġu installazzjonijiet kbar ta’ tagħmir tal-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni bħas-servers tal-intrapriża, it-tagħmir tan-netwerking, u arrays ta’ ħażna kbira; u,

(d)

UPSs/Rettifikaturi b’output Dc tat-Telekomunikazzjonijiet maħsuba biex jipproteġu sistemi tan-netwerk tat-telekomunikazzjoni li jinsabu f’uffiċċju ċentrali jew f’sit remot mingħajr fili/ċellulari.

2.3.   Prodotti Esklużi

2.3.1.

Prodotti li huma koperti taħt speċifikazzjonijiet ta’ prodott ENERGY STAR ieħor ma humiex eliġibbli għal kwalifika taħt din l-ispeċifikazzjoni. Il-lista tal-ispeċifikazzjonijiet attwalment fis-seħħ tinsab fuq: www.eu-energystar.org.

2.3.2.

Il-prodotti li ġejjin ma humiex eliġibbli għal kwalifika taħt din l-ispeċifikazzjoni:

(a)

Prodotti interni ta’ kompjuters jew tagħbija oħra tal-użu aħħari (eż. provvisti tal-enerġija interni ssupplimentati bil-batterija, jew batterija ta’ riżerva għal modems, sistemi ta’ sigurtà, eċċ.);

(b)

UPSs industrijali ddisinjati speċifikament biex jipproteġu proċessi jew operazzjonijiet kritiċi ta’ kontroll, manifattura, jew produzzjoni;

(c)

UPSs ta’ utilità maħsuba għall-użu bħala parti minn sistemi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku (eż. substazzjon tal-elettriku jew UPSs ta’ neighborhood-level);

(d)

UPSs tal-kejbil TV (CATV) iddisinjati biex joperaw is-sistema tad-distribuzzjoni tas-sinjal bil-kejbil barra t-tagħmir tal-impjant u konnessi direttament jew indirettament mal-kejbil innifsu. Il-kejbil jista’ jkun kejbil coaxial (wajer metalliku), fiber-optic, jew mingħajr fili (eż. “Wi-Fi”);

(e)

UPSs iddisinjati biex jikkonformaw ma’ standards tas-sikurezza UL speċifiċi għal applikazzjonijiet relatati mas-sikurezza, bħad-dawl tal-emerġenza, operazzjonijiet jew egress, jew tagħmir mediku dijanjostiku, u,

(f)

UPSs iddisinjati għal applikazzjonjiet mobbli, abbord bastiment, fil-baħar jew fl-ajru.

3.   Kriterji tal-Kwalifika

3.1.   Numri Sinifikanti u Approssimazzjoni

3.1.1.

Il-kalkoli kollha għandhom jitwettqu b’valuri mkejla direttament (mhux approssimati).

3.1.2.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-konformità mal-limiti speċifiċi għandha tiġi evalwata bl-użu ta’ valuri mkejla jew ikkalkulati direttament mingħajr kwalunkwe benefiċċju ta’ approssimazzjoni.

3.1.3.

Valuri mkejla jew ikkalkulati direttament li huma sottomessi għar-rapportar fuq is-sit tal-Internet tal-ENERGY STAR għandhom ikunu approssimati għall-eqreb ċifra sinifikanti kif espressa fil-limitu korrispondenti tal-ispeċifikazzjoni.

3.2.   Rekwiżiti għall-Effiċjenza Enerġetika għal UPSs b’output Ac

3.2.1.

UPSs b’Modalità normali waħda: L-effiċjenza medja tat-tagħbija aġġustata (EffAVG), kif ikkalkulata skont l-Ekwazzjoni 1, għandha tkun ikbar minn jew daqs ir-Rekwiżit tal-Effiċjenza Medja Minima (EffAVG_MIN), kif determinata skont it-Tabella 2, għall-output tal-enerġija nominali speċifikat u l-karatteristika tal-indipendenza tal-input, ħlief kif speċifikat hawn taħt.

Għal prodotti b’enerġija tal-output nominali ikbar minn 10 000 W u kapaċità ta’ komunkazzjoni u kejl, kif speċifikat fit-Taqsima 3.6, l-effiċjenza medja tat-tagħbija aġġustata (EffAVG), kif ikkalkolata skont l-Ekwazzjoni 1, għandha tkun ikbar minn jew daqs ir-Rekwiżit tal-Effiċjenza Medja Minima (EffAVG_MIN), kif determinat skont it-Tabella 3, għall-karatteristika speċifikata tad-dipendenza tal-input.

Ekwazzjoni 1: Kalkolu tal-Effiċjenza Medja għal UPSs b’output Ac

Formula

Fejn:

EffAVG hija l-effiċjenza medja aġġustata għat-tagħbija,

tn % hija l-proporzjon ta’ ħin meħud fil-punt partikolari ta’ n % tat-Tagħbija tat-Test ta’ Referenza, kif speċifikat fis-suppożizzjonijiet tat-tagħbija fit-Tabella 1, u

Eff|n% hija l-effiċjenza fil-punt partikolari ta’ n % tat-Tagħbija tat-Test ta’ Referenza, kif imkejla skont il-Metodu tat-Test ENERGY STAR.

Tabella 1

Suppożizzjonijiet tat-Tagħbija tal-UPS b’output Ac għall-Kalkolu tal-Effiċjenza Medja

Enerġija tal-Output Nominali, P,

f’watts (W)

Input

Dipendenza

Karatteristika

Proporzjon ta’ Ħin Meħud fil-Proporzjon Speċifikat

tat-Tagħbija tat-Test ta’ Referenza,

tn %

25  %

50  %

75  %

100  %

P ≤ 1 500 W

VFD

0,2

0,2

0,3

0,3

VFD

0

0,3

0,4

0,3

1 500 W < P ≤ 10 000 W

VFD, VI, jew VFI

0

0,3

0,4

0,3

P > 10 000 W

VFD, VI, jew VFI

0,25

0,5

0,25

0


Tabella 2

Rekwiżit tal-Effiċjenza Medja Minima ta’ UPS b’output Ac

Rekwiżit tal-Effiċjenza Medja Minima (EffAVG_MIN), fejn:

P hija l-Enerġija tal-Output Nominali f’watts (W), u

ln hija l-logaritmu naturali.

Enerġija tal-Output Nominali

Karatteristika tad-Dipendenza tal-Input

VFD

VI

VFI

P ≤ 1 500 W

0,967

0,0099 × ln(P) + 0,815

1 500 W < P ≤ 10 000 W

0,970

0,967

P > 10 000 W

0,970

0,950

0,0099 × ln(P) + 0,805


Tabella 3

Rekwiżit tal-Effiċjenza Medja Minima ta’ UPS b’output Ac għal Prodotti b’Kapaċità ta’ Metraġġ u ta’ Komunikazzjoni

Rekwiżit tal-Effiċjenza Medja Minima (EffAVG_MIN), fejn:

P hija l-Enerġija tal-Output Nominali f’watts (W), u

ln hija l-logaritmu naturali.

Enerġija tal-Output Nominali

Karatteristika tad-Dipendenza tal-Input

VFD

VI

VFI

P > 10 000 W

0,960

0,940

0,0099 × ln(P) + 0,795

3.2.2.

UPSs b’Modalità normali multipla li ma jintbagħtux fil-Modalità tal-Ogħla Dipendenza tal-Input Attivata Prestabilita: Jekk il-Multiple-normal-mode UPS ma tikkonsenjax bl-ogħla modalità tad-dipendenza tal-input tagħha b’attivazzjoni prestabilita, l-effiċjenza medja tat-tagħbija aġġustata tagħha (EffAVG), kif ikkalkolata skont l-Ekwazzjoni 1, għandha tkun ikbar minn jew daqs:

(a)

Ir-Rekwiżit tal-Effiċjenza Medja Minima (EffAVG_MIN), kif determinat skont it-Tabella 2, għall-enerġija tal-output nominali u l-modalità l-iktar baxxa tad-dipendenza tal-input ipprovduta mill-UPS, għal mudelli li għandhom enerġija tal-ouput inqas minn jew daqs 10 000 W jew mingħajr kapaċità ta’ komunikazzjoni u kejl kif speċifikat fit-Taqsima 3.6; jew

(b)

Ir-Rekwiżit tal-Effiċjenza Medja Minima (EffAVG_MIN), kif determinat skont it-Tabella 3, għall-enerġija tal-output nominali u l-modalità l-iktar baxxa tad-dipendenza tal-input ipprovduta mill-UPS, għal mudelli li għandhom enerġija tal-ouput ikbar minn 10,000 W u kapaċità ta’ komunikazzjoni u kejl kif speċifikat fit-Taqsima 3.6.

3.2.3.

UPSs b’Modalità normali multipla li jintbagħtu bil-Modalità tal-Ogħla Dipendenza tal-Input Attivata Prestabilita: Jekk il-Multiple-normal-mode UPS ma tikkonsenjax bl-ogħla modalità tad-dipendenza tal-input tagħha b’attivazzjoni prestabilita, l-effiċjenza medja tat-tagħbija aġġustata tagħha (EffAVG), kif ikkalkolata skont l-Ekwazzjoni 2, għandha tkun ikbar minn jew daqs:

(a)

Ir-Rekwiżit tal-Effiċjenza Medja Minima (EffAVG_MIN), kif determinat skont it-Tabella 2, għall-enerġija tal-output nominali u l-modalità l-iktar baxxa tad-dipendenza tal-input ipprovduta mill-UPS, għal mudelli li għandhom enerġija tal-ouput inqas minn jew daqs 10,000 W jew mingħajr kapaċità ta’ komunikazzjoni u kejl kif speċifikat fit-Taqsima 3.6; jew

(b)

Ir-Rekwiżit tal-Effiċjenza Medja Minima (EffAVG_MIN), kif determinat skont it-Tabella 3, għall-enerġija tal-output nominali u l-modalità l-iktar baxxa tad-dipendenza tal-input ipprovduta mill-UPS, għal mudelli li għandhom enerġija tal-ouput ikbar minn 10,000 W u kapaċità ta’ komunikazzjoni u kejl kif speċifikat fit-Taqsima 3.6.

Ekwazzjoni 2: Kalkolu tal-Effiċjenza Medja tal-Modalità normali multipla tal-UPSs b’output Ac

Formula

Fejn:

EffAVG hija l-effiċjenza medja aġġustata għat-tagħbija,

Eff1 hija l-effiċjenza medja tat-tagħbija aġġustata fil-modalità l-iktar baxxa tad-dipendenza tal-input (jiġifieri., VFI jew VI), kif ikkalkolata skont l-Ekwazzjoni 1, u

Eff2 hija l-effiċjenza medja tat-tagħbija aġġustata fil-modalità l-iktar għolja tad-dipendenza tal-input (jiġifieri., VFD), kif ikkalkolata skont l-Ekwazzjoni 1.

3.3.   Rekwiżiti għall-Effiċjenza Enerġetika għal UPSs/Rettifikaturi b’output Dc

L-effiċjenza medja tat-tagħbija aġġustata (EffAVG), kif ikkalkulata skont l-Ekwazzjoni 3, għandha tkun ikbar minn jew daqs ir-Rekwiżit tal-Effiċjenza Medja Minima (EffAVG_MIN), kif determinata skont it-Tabella 4. Dan ir-rekwiżit għandu japplika għal sistemi sħaħ u/jew moduli individwali. Il-manifatturi jistgħu jikkwalifikaw liema jridu minnhom, suġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Sistemi sħaħ li huma wkoll modulari għandhom ikunu kkwalifikati bħala Familji ta’ Prodott tal-UPS Modulari b’mudell partikolari ta’ modulu installat,

(b)

Il-kwalifika ta’ moduli individwali mhu se jkollha l-ebda influwenza fuq il-kwalifika ta’ sistemi modulari sakemm is-sistemi intieri huma kkwalifikati wkoll kif speċifikat hawn fuq.

(c)

Għal prodotti b’enerġija tal-output nominali ikbar minn 10 000 W u kapaċità ta’ komunkazzjoni u kejl, kif speċifikat fit-Taqsima 3.6, l-effiċjenza medja tat-tagħbija aġġustata (EffAVG), kif ikkalkolata skont l-Ekwazzjoni 3, għandha tkun ikbar minn jew daqs ir-Rekwiżit tal-Effiċjenza Medja Minima (EffAVG_MIN), kif determinat skont it-Tabella 5.

Ekwazzjoni 3: Kalkolu tal-Effiċjenza Medja għall-UPSs Kollha b’output Dc

Formula

Tabella 4

Rekwiżit tal-Effiċjenza Medja Minima tal-UPS/Rettifikatur b’output Dc

Effiċjenza Medja Minima

Rekwiżit (EffAVG_MIN)

0,955

Tabella 5

Rekwiżit tal-Effiċjenza Medja Minima ta’ UPS/Rettifikatur b’output Dc għal Prodotti b’Kapaċità ta’ Metraġġ u ta’ Komunikazzjoni

Enerġija tal-Ouput

Nominali

Effiċjenza Medja Minima

Rekwiżit (EffAVG_MIN)

P > 10 000 W

0,945

3.4.   Rekwiżiti tal-Fattur tal-Enerġija

Il-fattur tal-enerġija tal-input imkejjel għall-UPSs kollha b’output Ac f’100 % tat-Tagħbija tat-Test ta’ Referenza għandu jkun aktar minn jew daqs Rekwiżit ta’ Fattur tal-Enerġija Minimu speċifikat fit-Tabella 6 għal Modalitajiet Normali VFI u VI kollha meħtieġa għall-kwalifika.

Tabella 6

Rekwiżit ta’ Fattur ta’ Enerġija tal-Input Minimu tal-UPS għal UPSs b’output Ac

Rekwiżit tal-Fattur tal-Enerġija

Minimu

0,90

3.5.   Rekwiżiti tar-Rapportar tal-Informazzjoni Standard

3.5.1.

Id-dejta għal Skeda tad-Dejta tal-Enerġija u l-Prestazzjoni standardizata (PPDS) għandha tkun sottomessa lill-EPA u/jew il-Kummissjoni Ewropea għal kull mudell jew Familja ta’ Prodotti.

3.5.2.

Aktar dettalji dwar il-PPDS jinsabu fuq is-sit tal-Internet tal-ENERGY STAR għal UPS fuq www.energystar.gov/products.

Il-PPDS fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Karatteristiċi ġenerali (manifattur, isem u numru tal-mudell);

(b)

Karatteristiċi elettriċi (mekkaniżmu tal-konverżjoni tal-elettriku, topoloġija, vultaġġ u frekwenza tal-input u l-output);

(c)

L-effiċjenza medja użata għall-kwalifika;

(d)

L-effiċjenza f’kull punt ta’ tagħbija u r-riżultati tat-test tal-fattur tal-enerġija, f’kull Modalità Normali applikabbli, u għal konfigurazzjonijiet massimi u minimi ttestjati għal Familji ta’ Prodotti tal-UPS Modulari;

(e)

Abbiltà ta’ metraġġ u ta’ komunikazzjonijiet (id-dejta murija fuq il-miter, id-dejta pprovduta permezz tan-netwerk, u l-protokolli disponibbli);

(f)

Link elettronika għal dokument pubbliku disponibbli li fih linji gwida dwar il-proċedura tat-test skont il-mudell, jekk applikabbli;

(g)

Il-karatteristiċi tal-batterija/tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija;

(h)

Dimensjonijiet fiżiċi

3.5.3.

EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jirrevedu din il-PPDS perjodikament, kif ikun meħtieġ, u għandhom jinnotifikaw lill-Imsieħba dwar il-proċess ta’ reviżjoni.

3.6.   Rekwiżiti tal-Komunikazzjoni u tal-Kejl

3.6.1.

UPSs b’output Ac u UPSs/Rettifikaturi b’output Dc b’enerġija tal-output nominali ta’ aktar minn 10,000 W jistgħu jikkwalifikaw għal inċentiv tal-effiċjenza ta’ punt 1 perċentwali, kif rifless fit-Tabella 3 u t-Tabella 5, jekk jinbiegħu b’miter tal-enerġija li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

Il-miter jiġi konsenjat bħala komponent estern indipendenti li fil-punt tal-bejgħ jinġabar mal-UPS jew huwa integrat fil-UPS.

(b)

Il-miter ikejjel l-enerġija tal-output tal-UPS f’kWh f’kull Modalità Normali.

(c)

Il-miter jista’ jikkomunika r-riżultati tal-kejl fuq netwerk bl-użu ta’ wieħed mill-protokolli li ġejjin: Modbus RTU, Modbus TCP, jew SNMP (v1, 2, jew 3)

(d)

Jekk il-miter huwa estern għall-UPS, jissodisfa r-rekwiżiti tat-Taqsima 3.6.2.

(e)

Jekk il-miter huwa integrat fil-UPS, jissodisfa r-rekwiżiti tat-Taqsima 3.6.3.

3.6.2.

Rekwiżiti għal Miters Esterni: Miters esterni li jinbiegħu flimkien mal-UPS għandhom jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin għall-UPS biex jiksbu l-inċentiv tal-effiċjenza tal-metraġġ:

(a)

Jissodisfaw il-Klassi 2 tal-Korrettezza jew aħjar (jiġifieri Klassi 1, Klassi 0.5 S, jew Klass 0.2 S), kif speċifikat fi IEC 62053-21 (7), IEC 62053-22 (8), jew ANSI C12.2 (9);

(b)

Jesebixxu żball relattiv fil-kejl tal-enerġija inqas minn jew daqs 2 % meta mqabbel ma’ standard taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima 3.6.4, bl-eċċezzjoni tal-kurrent, li għandu jiġi ttestjat fi 25 % u 100 % tal-kurrent massimu tal-miter; jew

(c)

Jesebixxu żball relattiv fil-kejl tal-enerġija ta’ inqas minn jew daqs 5 % meta mqabbel ma’ standard meta jkunu parti minn sistema tal-kejl kompluta (inkluż trasformaturi tal-kurrent li jistgħu jiġu integrati mal-miter u l-UPS) skont il-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima 3.6.4.

3.6.3.

Rekwiżiti għal Miters Integrali: Il-miters integrali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin skont il-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima 3.6.4 għall-UPS biex tikseb l-inċentiv tal-effiċjenza tal-metraġġ:

Jesebixxu żball relattiv fil-kejl tal-enerġija ta’ inqas minn jew daqs 5 % meta mqabbel ma’ standard meta jkunu parti minn sistema tal-kejl kompluta (inklużi trasformaturi tal-kurrent integrati mal-miter u l-UPS).

3.6.4.

Kundizzjonijiet Ambjentali u tal-Elettriku għall-Korrettezza tal-Miter: Il-miter għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 3.6.2 jew 3.6.3 skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Kundizzjonijiet ambjentali: Konsistenti mal-Metodu tat-Test ENERGY STAR u l-istandards referenzjati hemmhekk; u

(b)

Kundizzjonijiet tal-elettriku: Konsistenti ma’ kull punt ta’ tagħbija fil-Metodu tat-Test tal-ENERGY STAR u l-istandards referenzjati hemmhekk.

4.   Ittestjar

4.1.   Metodi tat-Test

Għal prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni Ewropea l-manifatturi huma meħtieġa jwettqu testijiet u jagħmlu awtoċertifikazzjoni ta’ dawk il-mudelli li jissodisfaw il-linji gwida Energy Star. Waqt l-ittestjar tal-UPSs, il-metodi tat-test identifikati fit-Tabella 7 għandhom jintużaw biex tkun determinata l-kwalifika ENERGY STAR.

Tabella 7

Metodi tat-test għall-Kwalifika ENERGY STAR

Tip ta’ Prodott

Metodu tat-Test

Il-UPSs kollha

ENERGY STAR Test Method for Uninterruptible Power Supplies, Rev. May-2012

4.2.   Għadd ta’ Unitajiet Meħtieġa għall-Ittestjar

4.2.1.

Il-Mudelli Rappreżentattivi għandhom jingħażlu għall-ittestjar skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Għal kwalifika ta’ mudell ta’ prodott individwali, il-konfigurazzjoni ta’ prodott ekwivalenti għal dak li huwa maħsub sabiex jiġi kumerċjalizzat u ttikkettjat bħala ENERGY STAR hija meqjusa bħala Mudell Rappreżentattiv;

(b)

Għal kwalifika ta’ Familja ta’ Prodott ta’ Modular UPS fejn il-mudelli jvarjaw skont l-għadd ta’ moduli installati, il-manifattur għandu jagħżel il-konfigurazzjonijiet massimi u minimi biex iservu ta’ Mudelli Rappreżentattivi—jiġifieri, sistema modulari għandha tissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà kemm fil-konfigurazzjonijiet mhux addizzjonali massimi kif ukoll dawk minimi. Jekk il-Mudelli Rappreżentattivi tal-konfigurazzjoni massima u minima jissodisfaw il-kriterji tal-kwalifika ENERGY STAR fil-livelli tal-enerġija tal-output rispettivi tagħhom, il-mudelli intermedji tal-konfigurazzjoni kollha f’Familja ta’ Prodotti ta’ UPS Modulari jistgħu jikkwalifikaw għal ENERGY STAR.

(c)

Għal kwalifika ta’ Familja ta’ Prodott ta’ UPS fejn il-mudelli huma relatati permezz ta’ karatteristika apparti mill-għadd ta’ moduli installati, l-ogħla enerġija li tuża l-konfigurazzjoni fil-Familja tal-Prodott għandha tiġi kkunsidrata bħala l-Mudell Rappreżentattiv bl-eċċezzjoni tal-varjazzjonijiet tas-sistema tal-ħażna tal-enerġija — fejn il-manifattur jista’ jagħżel kwalunkwe sistema tal-ħażna tal-enerġija għat-test, fi ħdan ir-rekwiżiti tal-Metodu tat-Test ENERGY STAR. Prodotti oħra f’Familja ta’ Prodotti ma għandhomx għalfejn jiġu ttestjati għal kwalifika, iżda huma mistennija li jissodisfaw il-kriterji rilevanti tal-kwalifika għal ENERGY STAR u jistgħu jkunu suġġetti għall-ittestjar ta’ verifika xi żmien wara l-kwalifika inizjali.

4.2.2.

Għall-ittestjar għandha tingħażel unità waħda ta’ kull Mudell Rappreżentattiv.

4.2.3.

L-unitajiet kollha ttestjati għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-kwalifika ENERGY STAR.

5.   Data Effetiva

5.1.

Id-data meta l-manifatturi jistgħu jibdew jikkwalifikaw il-prodotti bħala Energy Star skont din il-Verżjoni 1.0, se tiġi ddefinita bħala d-data effettiva tal-Ftehim. Biex jikkwalifika għal ENERGY STAR, mudell ta’ prodott għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR fis-seħħ fid-data tal-manifattura tiegħu. Id-data tal-manifattura hija speċifika għal kull unità u hija d-data li fiha unità titqies li ġiet assemblata kompletament.

5.2.

Reviżjonijiet Futuri tal-Ispeċifikazzjoni: EPA u l-Kummissjoni Ewropea jirriservaw id-dritt li jibdlu din l-ispeċifikazzjoni jekk il-bidiet teknoloġiċi u/jew tas-suq jaffettwaw l-utilità tagħha għall-konsumaturi, l-industrija, jew l-ambjent. Sabiex ikun hemm konformità mal-politika attwali, ir-reviżjonijiet tal-ispeċifikazzjoni jsiru permezz ta’ diskussjoni tal-partijiet interessati. Fil-każ ta’ reviżjoni tal-ispeċifikazzjoni, jekk jogħġbok ħu nota li l-kwalifika ENERGY STAR ma tingħatax awtomatikament għat-tul tal-ħajja ta’ mudell ta’ prodott.

III.   SPEĊIFIKAZZJONI TAS-SERVERS TAL-KOMPJUTERS (VERŻJONI 2.0)

1.   Definizzjonijiet

1.1.   Tipi ta’ Prodott

1.1.1.

Server tal-Kompjuter: Kompjuter li jipprovdi servizzi u jamministra riżorsi netwerkjati għall-apparat tal-klijent (eż. kompjuters desktop, kompjuters notebook, thin clients, apparat mingħajr fili, PDAs, telefowns tal-IP, servers tal-kompjuter oħrajn, jew apparat ieħor tan-netwerk). Server tal-kompjuter jinbiegħ mingħand l-impriżi għall-użu fiċ-ċentri tad-dejta u f’ambjenti tal-uffiċċju/korporattivi. Server tal-kompjuter jiġi primarjament aċċessat permezz tal-konnessjonijiet tan-netwerk, u mhux permezz ta’ apparat tal-input tal-utent konness direttament bħat-tastiera jew il-maws. Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, server tal-kompjuter irid jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

huwa kummerjalizzat u mibjugħ bħala Server tal-Kompjuter;

(b)

huwa ddisinjat għal u elenkat bħala li jappoġġa sistema tal-operat (OS) ta’ server tal-kompjuter waħda jew iktar u/jew hypervisors;

(c)

huwa mmirat li jirranja applikazzjonijiet tipikament installati mill-utent, iżda mhux eskussivament, li fin-natura tagħhom huma tal-impriża;

(d)

jipprovdi appoġġ għall-kodiċi li tikkoreġi l-iżbalji (ECC) u/jew il-memorja bbaferjata (li tinkludi kemm moduli tal-memorja bbaferjati dual in-line (DIMMs) kif ukoll konfigurazzjonijiet ibbaferjati on board (BOB).

(e)

huwa mballat u mibjugħ bi provvista tal-enerġija ac-dc jew dc-dc waħda jew aktar; u

(f)

huwa ddisinjat f’tali mod li l-proċessuri kollha għandhom aċċess għal memorja tas-sistema kondiviża u huma viżibbli għal OS jew hypervisor waħda/wieħed.

1.1.2.

Managed Server: Server tal-Kompjuter li huwa ddisinjat għal disponibbiltà ta’ livell għoli f’ambjent ġestiet ħafna. Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, server ġestiet irid jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

huwa ddisinjat biex jiġi konfigurat bi provvisti tal-enerġija addizzjonali; u

(b)

fih kontrollur tal-ġestjoni dedikat installat (eż. proċessur tas-servizz).

1.1.3.

Blade System: Sistema magħmula minn xażi blade u blade server wieħed jew ħafna li jistgħu jitneħħew u/jew unitajiet oħrajn ((eż. ħażna blade, tagħmir tan-netwerk blade). Is-sistemi blade jipprovdu mezzi skalabbli biex jikkombinaw servers blade multipli jew unitajiet tal-ħażna f’kaxxa waħda, u huma ddisinjati biex jippermettu t-tekniċi tas-servizz fil-qasam biex faċilment iżiedu jew jibdlu (hot-swap) l-blades.

(a)

Blade Server: Server tal-kompjuter iddisjinat għall-użu fi blade chassis. Blade server huwa apparat ta’ densità għolja li jiffunzjona bħala server tal-kompjuter indipendenti u jinkludi mill-inqas proċessur wieħed u memorja tas-sistema, iżda huwa dipendenti fuq riżorsi kondiviżi tal-blade chassis (eż. provvisti tal-enerġija, tkessiħ) għall-operat. Proċessur jew modulu tal-memorja li huwa intenzjonat biex isaħħaħ server awtonomu mhux ikkunsidrat bħala Blade Server.

(1)

Multi-bay Blade Server: Blade server li jirrikjedi iktar minn bay waħda għall-installazzjoni fi blade chassis.

(2)

Single-wide Blade Server: Blade server li jirrikjedi l-wisa’ ta’ bay ta’ blade server standard.

(3)

Double-wide Blade Server: Blade server li jirrikjedi d-doppju tal-wisa’ ta’ bay ta’ blade server standard.

(4)

Half-height Blade Server: Blade server li jirrikjedi nofs l-għoli ta’ bay ta’ blade server standard.

(5)

Quarter-height Blade Server: Blade server li jirrikjedi kwart tal-għoli ta’ bay ta’ blade server standard.

(6)

Multi-Node Blade Server: Blade server li għandu ħafna nodi. Il-blade server innifsu għandu l-faċilità ta’ hot swap, iżda n-nodi individwali ma għandhomx.

(b)

Blade Chassis: Kaxxa li fiha riżorsi kondiviżi għall-operat ta’ servers blade, ħażna blade, u appart ieħor blade li huwa fattur tal-forma. Riżorsi kondiviżi pprovduti minn xażi jistgħu jinkludu provvisti tal-enerġija, ħażna tad-dejta, u hardware għad-distribuzzjoni tal-enerġija dc, ġestjoni termali, ġestjoni tas-sistema, u servizzi tan-netwerk.

(c)

Ħażna Blade: Apparat tal-ħażna li huwa ddisjinat għall-użu fi blade chassis. Apparat tal-ħażna blade huwa dipendenti fuq riżorsi kondiviżi tal-blade chassis (eż. provvisti tal-enerġija, tkessiħ) għall-operat.

1.1.4.

Server li Jittolera l-Iżbalji Kompletament: Server tal-kompjuter li huwa ddisinjat b’hardware komplut addizzjonali, fejn kull komponent li jikkomputa huwa replikat bejn żewġ nodi li joperaw tagħbiji tax-xogħol identiċi u fl-istess ħin (jiġifieri jekk jieqaf nodu wieħed jew jeħtieġ it-tiswija, it-tieni nodu jista’ jopera t-tagħbija tax-xogħol waħda biex jevita l-ħin fejn ma jistax jopera). Server li jittolera l-iżbalji kompletament juża żewġ sistemi biex simultanjament u repetitivament jopera tagħbija tax-xogħol unika għal disponibbilità kontinwa f’applikazzjoni li hija kritika skont il-missjoni.

1.1.5.

Server Reżiljenti: Server tal-kompjuter ddisinjat b’Affidabbiltà, Disponibbiltà, Servizzibbiltà (RAS) estensivi u elementi skalabbli integrati fil-mikroarkitettura tas-sistema, CPU u chipset. Għall-finijiet ta’ kwalifika ENERGY STAR skont din l-ispeċifikazzjoni, Server Reżiljenti għandu jkollu l-karatteristiċi kif deskritti fl-Appendiċi B ta’ din l-ispeċifikazzjoni.

1.1.6.

Multi-node Server: Server tal-kompjuter li huwa ddisinjat b’żewġ nodi tas-server indipendenti jew iktar li jikkondividu kaxxa waħda u provvista tal-enerġija waħda jew iktar. F’multi-node server, l-enerġija hija distribwita fin-nodi kollha permezz ta’ provvisti tal-enerġija kondiviżi. In-nodi tas-server f’multi-node server ma humiex iddisinjati biex ikollhom l-faċilità ta’ hot swap.

Dual-node Server: Server komuni b’konfigurazzjoni multi-nodi li tikkonsisti minn żewġ nodi tas-server.

1.1.7.

Tagħmir tas-Server: Server tal-kompjuter li fih OS u s-software tal-applikazzjonijiet installati minn qabel li jintuża biex iwettaq funzjoni dedikata jew sett ta’ funzjonijiet marbutin mill-qrib ħafna ma’ xulxin. L-għodod tas-server jipprovdu servizzi permezz ta’ netwerk wieħed jew aktar (eż. IP jew SAN), u huma tipikament ġestiti minn fuq l-Internet jew permezz ta’ interfaċċa tal-linja tal-kmand (command line). Il-konfigurazzjonijiet tal-hardware u s-software tal-għodda tas-server huma mfassla mill-bejjiegħ biex iwettqu kompitu speċifiku (eż. servizzi tal-isem, servizzi ta’ firewall, servizzi ta’ awtentikazzjoni, servizzi ta’ kriptaġġ. u servizzi ta’ vuċi fuq IP (VoIP), u ma humiex intenzjonati li jeżegwixxu software fornut mill-utent.

1.1.8.

Sistema ta’ Komputazzjoni ta’ Prestazzjoni Għolja (HPC): Sistema ta’ komputazzjoni li hija ddisinjata u ottimizzata biex teżegwixxi applikazzjonijiet parallelli ħafna. Is-sistemi HPC għandhom għadd kbir ta’ clustered homogeneous nodes li spiss ikollhom inter-processing interconnects ta’ veloċità għolja kif ukoll kapaċità ta’ memorja u bandwidth kbar. Is-sistemi HPC jistgħu jinbnew apposta, jew jiġu assemblati minn servers tal-kompjuter li huma iżjed disponibbli faċilment. Is-sistemi HPC iridu jissodisfaw il-kriterji KOLLHA li ġejjin:

(a)

Kummerċjalizzati u mibjugħa bħala Server tal-Kompjuter ottimizzat għal applikazzjonijiet ta’ komputazzjoni ta’ prestazzjoni ogħla;

(b)

Iddisinjati (jew assemblati) u ottimizzati biex jeżegwixxu applikazzjonijiet parallelli ħafna;

(c)

Jikkonsistu minn għadd ta’ nodi tal-komputazzjoni tipikament omoġenji, miġbura primarjament biex iżiedu l-kapaċità komputazzjonali;

(d)

Jinkludu interkonnessjonijiet tal-interproċessar ta’ veloċità għolja bejn in-nodi.

1.1.9.

Server tal-Kurrent Dirett (dc): Server tal-kompjuter li huwa ddisinjat unikament biex jopera fuq sors tal-elettriku dc.

1.1.10.

Server Kbir: Server reżiljenti/skalabbli li jiġi konsenjat bħala sistema integrata minn qabel/ittestjata minn qabel f’qafas wieħed komplut jew iktar jew racks, u li jinkludi subsistema I/O ta’ konnettività għolja b’minimu ta’ 32 slot I/O dedikati.

1.2.   Kategorija tal-Prodott

Klassifikazzjoni tas-sekonda ordni jew subtip fit-tip tal-prodott li hija bbażata fuq l-elementi tal-prodott u l-komponenti installati. Il-kategoriji tal-prodott jintużaw f’din l-ispeċifikazzjoni biex jiddeterminaw il-kwalifika u r-rekwiżiti tat-test.

1.3.   Fatturi tal-Forma tas-Server tal-Kompjuter

1.3.1.

Server fuq rack-mount: Server tal-kompjuter li huwa ddisinjat għall-varar fuq rack taċ-ċentru tad-dejta standard ta’ 19-il pulzier kif definit permezz tal-EIA-310, IEC 60297, jew DIN 41494. Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, blade server huwa kkunsidrat taħt kategorija separata u eskluż mill-kategorija tar-rack mount.

1.3.2.

Pedestal Server: Server tal-kompjuter self-contained li huwa ddisinjat bil-PSUs, tkessiħ, apparat I/O, u riżorsi oħrajn neċessarji għall-operat awtonomu. Il-qafas ta’ server pedestal huwa simili għal dak ta’ kompjuter fil-forma ta’ tower.

1.4.   Komponenti tas-Server tal-Kompjuter

1.4.1.

Unità tal-Provvista tal-enerġija (PSU): Appart li jikkonverti l-input tal-enerġija ac jew dc f’output wieħed tal-enerġija dc jew iktar sabiex jixgħel is-server tal-kompjuter. PSU tas-server tal-kompjuter trid tkun self-contained u fiżikament separabbli mill-motherboard u trid tkun konnessa mas-sistema permezz ta’ konnessjoni li tista’ titneħħa jew waħda elettrika li hija hard-wired.

(a)

Provvista tal-Enerġija Ac-Dc: PSU li tikkonverti l-enerġija tal-input ac line-voltage f’output wieħed tal-enerġija dc jew iktar sabiex tixgħel server tal-kompjuter.

(b)

Provvista tal-Enerġija Dc-Dc: PSU li tikkonverti l-enerġija tal-input dc line-voltage f’output wieħed tal-enerġija dc jew iktar sabiex tixgħel server tal-kompjuter. Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, konvertur dc-dc (magħruf ukoll bħala regolatur tal-vultaġġ) li jinsab ġewwa server tal-kompjuter u jintuża biex jikkonverti dc ta’ vultaġġ baxx (eż. 12 V dc) f’outputs oħra tal-enerġija dc biex jintużaw mill-komponenti tas-server tal-kompjuter mhux ikkunsidrat bħala provvista tal-enerġija dc-dc.

(c)

Provvista tal-Enerġija ta’ Output Singulari: PSU li hija ddisinjata biex twassal il-maġġoranza tal-output tal-enerġija nominali tagħha f’output dc primarju wieħed sabiex tixgħel server tal-kompjuter. PSUs ta’ output singulari jistgħu joffru output ta’ stennija wieħed jew iktar li jibqgħu attivi kull meta jkunu konnessi ma’ sors tal-input tal-enerġija. Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, l-output tal-enerġija nominali totali minn outputs tal-PSU addizzjonali li ma humiex outputs primarji jew ta’ stennija ma għandux ikun iktar minn 20 watts. PSUs li joffru outputs multipli fl-istess vultaġġ bħala l-output primarju huma kkunsidrati bħala PSUs ta’ output singulari sakemm dawk l-outputs (1) ma jkunux iġġenerati minn konverturi separati jew għandhom stadji ta’ retifikazzjoni tal-output separati, jew (2) għandhom limiti tal-kurrent indipendenti.

(d)

Provvista tal-Enerġija multi-output: PSU li hija ddisinjata biex twassal il-maġġoranza tal-output tal-enerġija nominali tagħha f’iktar minn output dc primarju wieħed sabiex tixgħel server tal-kompjuter. PSUs multi-output jistgħu joffru output ta’ stennija wieħed jew iktar li jibqgħu attivi kull meta jkunu konnessi ma’ sors tal-input tal-enerġija. Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, l-output tal-enerġija nominali totali minn outputs tal-PSU addizzjonali li ma humiex outputs primarji jew ta’ stennija ma għandux ikun iktar minn jew daqs 20 watts.

1.4.2.

Apparat I/O: Apparat li jipprovdi kapaċita ta’ input u output tad-dejta bejn server tal-kompjuter u apparat ieħor. Apparat I/O jista’ jkun integrali fuq il-motherboard tas-server tal-kompjuter jew jista’ jkun konness mal-motherboard permezz tas-slots tal-espansjoni (eż. PCI, PCIe). Eżempji ta’ apparat I/O jinkludu apparat diskret tal-Ethernet, apparat InfiniBand, kontrolluri RAID/SAS, u apparat Fibre Channel.

Port I/O: Iċ-ċirkwit fiżiku f’apparat I/O fejn tista’ tiġi stabilita sessjoni I/O indipendenti. Port mhux l-istess bħal riċevitur ta’ konnettur; huwa possibli li riċevitur ta’ konnettur uniku jista’ jaqdi ports multipli tal-istess interfaċċa.

1.4.3.

Motherboard: Il-bord taċ-ċirkwit prinċipali tas-server. Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, il-motherboard tinkludi konnetturi biex jitwaħħlu iktar bords u tipikament tinkludi l-komponenti li ġejjin: proċessur, memorja, BIOS, u slots tal-espansjoni.

1.4.4.

Proċessur: Iċ-ċirkwit loġiku li jirrispondi għal u jipproċessal-istruzzjonijiet bażiċi li joperaw server. Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, il-proċessur huwa l-unità ċentrali tal-ipproċessar (CPU) tas-server tal-kompjuter. CPU tipiku huwa pakkett fiżiku li għandu jiġi installat fuq il-motherboard tas-server permezz ta’ sokit jew ehmża diretta bis-solder. Il-pakkett tas-CPU jista’ jinkludi core tal-proċessur wieħed jew iktar.

1.4.5.

Memorja: Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, il-memorja hija parti minn server barra mill-proċessur fejn hija maħżuna l-informazzjoni għall-użu immedjat mill-proċessur.

1.4.6.

Hard Drive (HDD): L-apparat primarju tal-ħażna tal-kompjuter li jaqra u jikteb fuq plater ta’ diska manjetika li ddur, waħda jew iktar.

1.4.7.

Solid State Drive (SSD): Apparat tal-ħażna li juża chips tal-memorja minflok plater manjetiku li jdur għall-ħażna tad-dejta.

1.5.   Tagħmir ieħor taċ-Ċentru tad-Dejta:

1.5.1.

Tagħmir tan-Netwerk: Apparat li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jgħaddi d-dejta minn diversi interfaċċi tan-netwerk, jipprovdi konnettività tad-dejta bejn l-apparat konness (eż. routers u swiċċijiet). Il-konnettività tad-dejta tinkiseb permezz tar-routing tal-pakketti tad-dejta li jinsabu inkapsulati skont l-Internet Protocol, Fibre Channel, InfiniBand jew protokoll simili.

1.5.2.

Prodott tal-Ħażna: Sistema tal-ħażna li tiffunzjona kompletament li tforni servizzi ta’ ħażna tad-dejta lill-klijenti u l-apparat mhemuż direttament jew permezz ta’ netwerk. Komponenti u subsistemi li huma parti integrali tal-arkitettura tal-ħażna tal-prodott (eż. biex jipprovdu komunikazzjonijiet interni bejn il-kontrolluru u d-diski) huma kkunsidrati bħala parti mill-prodott tal-ħażna. B’kuntrast, il-komponenti li normalment huma assoċjati mal-ambjent tal-ħażna fil-livell taċ-ċentru tad-dejta (eż. apparat meħtieġ għall-operat ta’ SAN estern) ma humiex ikkunsidrati bħala parti mill-prodott tal-ħażna. Prodott tal-ħażna jista’ jkun magħmul minn kontrolluri integrati tal-ħażna, apparat tal-ħażna, elementi ingastati tan-netwerk, software, u apparat ieħor. Filwaqt li l-prodotti tal-ħażna jista’ jkun fihom proċessur ingastat wieħed jew iktar, dawn il-proċessuri ma jeżegwixxux applikazżjonijiet tas-software fornuti mill-utent iżda jistgħu jeżegwixxu applikazzjonijiet speċifiċi skont id-dejta (eż. replikazzjoni tad-dejta, utilitajiet tal-backup, kompressjoni tad-dejta, aġenti tal-installazzjoni).

1.5.3.

Provvista tal-Enerġija Mingħajr Interruzzjoni (UPS): Kombinazzjoni ta’ konverturi, swiċis, u apparat ta’ ħażna tal-enerġija (bħall-batteriji) li jikkostitwixxu sistema tal-enerġija għall-manutenzjoni tal-enerġija tat-tagħbija fil-każ li jieqaf l-input tal-enerġija.

1.6.   Modalitajiet Operattivi u Stati tal-Enerġija

1.6.1.

Stat Inattiv: L-istat operattiv fejn l-OS u software ieħor lestew jillowdjaw, is-server tal-kompjuter huwa kapaċi jlesti t-tranżazzjonijiet tat-tagħbija tax-xogħol, iżda ma jintalbux tranżazzjonijiet tat-tagħbija tax-xogħol jew huma pendenti fis-sistema (jiġifieri, is-server tal-kompjuter huwa operattiv, iżda ma jkunx qed iwettaq xi xogħol utli). Għal sistemi fejn japplikaw l-istandards ACPI, Stat Inattiv jikkorrispondi biss għal Sistema ACPI Livell S0.

1.6.2.

Stat Attiv: L-istat operattiv li fih server tal-kompjuter ikun qed iwettaq ix-xogħol bħala tweġiba għal talbiet esterni preċedenti jew fl-istess ħin (eż. struzzjoni minn fuq in-netwerk). Stat attiv jinkludi kemm (1) proċessar attiv kif ukoll (2) tiftix/irkupru tad-dejta mill-memorja, cache jew ħażna interna/esterna filwaqt li jistenna iktar input minn fuq in-netwerk.

1.7.   Termini Ewlenin Oħrajn:

1.7.1.

Sistema tal-Kontrollur: Kompjuter jew server tal-kompjuter li jamministra proċess ta’ evalwazzjoni ta’ valur referenzjarju. Is-sistema tal-kontrollur twettaq il-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

tibda u ttemm kull segment (fażi) tal-valur referenzjarju tal-prestazzjoni;

(b)

tikkontrolla t-talbiet tat-tagħbija tax-xogħol tal-valur referenzjarju tal-prestazzjoni;

(c)

tibda u ttemm il-ġbir tad-dejta mill-analizzatur tal-enerġija sabiex ikunu jistgħu jiġu korrelatati d-dejta tal-enerġija u l-prestazzjoni minn kull fażi;

(d)

taħżen fajls tal-log li fihom informazzjoni tal-valur referenzjarju dwar l-enerġija u l-prestazzjoni;

(e)

tikkonverti dejta mhux maħduma f’format adattat għar-rapportar tal-valur referenzjarju, is-sottomissjoni u l-validazzjoni; u

(f)

tiġbor u taħżen dejta ambjentali, jekk awtomatizzata għall-valur referenzjarju.

1.7.2.

Klijent tan-Netwerk (Ittestjar): Kompjuter jew server tal-kompjuter li jiġġenera traffiku tat-tagħbija tax-xogħol għat-trażmissjoni lil unità li tkun qed tiġi ttestjata (UUT) konnessa permezz ta’ swiċċ tan-netwerk.

1.7.3.

Elementi RAS: Akronimu għall-elementi ta’ affidabbiltà, disponibbiltà, u servizzibbiltà. RAS xi drabi jiġi estiż għal RASM li jżid il-kriterji amministrattivi (manageability). It-tliet komponenti primarji ta’ RAS kif jirrelataw ma’ sever tal-kompjuter huma definiti kif ġej:

(a)

Elementi tal-Affidabbiltà: Elementi li jappoġġaw l-abbiltà ta’ server biex iwettaq il-funzjoni intenzjonata tiegħu mingħajr interruzzjoni minħabba nuqqasijiet fil-komponenti (eż. l-għażla tal-komponent, it-tneħħija tar-rati tat-temperatura u/jew vultaġġ, detezzjoni ta’ żball u korrezzjoni).

(b)

Elementi tad-Disponibbiltà: Elementi li jappoġġaw abbiltà ta’ server biex jimmassimizza l-operat fuq kapaċità normali għal tul ta’ żmien speċifiku fejn ma jistax jopera (eż. kapaċità addizzjonali [kemm fil-livell mikro kif ukoll dak macro]).

(c)

Elementi tas-Servizzibbiltà: Elementi li jappoġġaw abbiltà ta’ server li jingħata servizz mingħajr ma jinterrompi l-operat tas-server (eż. hot plugging).

1.7.4.

Utilizzazzjoni tal-Proċessur tas-Server: Il-proporzjon tal-attività ta’ komputazzjoni tal-proċessur għal attività ta’ tagħbija kompluta ta’ komputazzjoni tal-proċessur fuq vultaġġ u frekwenza speċifikati, imkejla simultanjament jew b’medja tal-użu fuq terminu qasir fuq sett ta’ ċikli attivi u/jew inattivi.

1.7.5.

Hypervisor: Tip ta’ teknika ta’ virtwalità tal-hardware li tattiva sistemi tal-operat mistiedna (guest) multipli biex jirranjaw fuq sistema unika ospitanti fl-istess ħin.

1.7.6.

Aċċelleraturi Awżiljarji tal-Ipproċessar (APAs): Kards add-in tal-espansjoni tal-komputazzjoni installati fi slots tal-espansjoni add-in ta’ użu ġenerali (eż. GPGPUs installati f’PCI slot).

1.7.7.

DDR Channel Ibbaferjat: Channel jew Memory Port li jqabbad Kontrollur tal-Memorja ma’ għadd definit ta’ apparat tal-memorja (eż. DIMMs) f’server tal-kompjuter. Server tal-kompjuter tipiku jista’ jkollu ħafna Kontrolluri tal-Memorja, li min-naħa tagħhom jappoġġaw DDR Channel Ibbaferjat wieħed jew iktar. Bħala tali, kull DDR Channel Ibbaferjat iservi biss frazzjoni tal-ispazju tal-memorja totali indirizzabbli f’server tal-kompjuter.

1.8.   Familja ta’ Prodott

Deskrizzjoni tal-livell għoli li tirreferi għal grupp ta’ kompjuters li bejniethom jikkondividu kombinazzjoni ta’ xażi/motherboard wieħed li spiss ikollu mijiet ta’ konfigurazzjonijiet possibbli ta’ hardware u software.

1.8.1.   Attributi Komuni ta’ Familja ta’ Prodott: Sett ta’ elementi li huma komuni għall-mudelli/konfigurazzjonijiet kollha f’familja ta’ prodott li tikkostitiwixxi disinn bażiku komuni. Il-mudelli/konfigurazzjonijiet kollha f’familja ta’ prodott iridu jikkondividu dawn li ġejjin:

(a)

Ikunu mill-istess tip ta’ mudell jew magna:

(b)

Jikkondividu l-istess fattur tal-forma (jiġifieri fuq rack-mount, blade, pedestal) jew jikkondividu l-istess disinji mekkaniċi u elettriċi b’differenzi mekkaniċi superfiċjali biss biex iħeġġu disinn li jappoġġa fatturi tal-forma multipli;

(c)

Jikkondividu proċessuri minn serje ta’ proċessur uniku definit jew jikkondividu proċessuri li jaqbdu ma’ tip ta’ sokit komuni.

(d)

Jikkondividi PSUs li jwettqu b’effiċjenzi li huma ikbar minn jew daqs l-effiċjenzi fil-punti kollha tat-tagħbija meħtieġa speċifikati fit-Taqisma 3.2 (jiġifieri, 10 %, 20 %, 50 %, u 100 % tat-tagħbija massima nominali għal output uniku; 20 %, 50 %, u 100 % tat-tagħbija massima nominali għal output multiplu).

1.8.2.   Konfigurazzjonijiet ta’ Prodott Ittestjat ta’ Familja tal-Prodott

(a)

Varjazzjonijiet Ikkunsidrati tax-Xiri:

(1)

Konfigurazzjoni tal-Prestazzjoni Low-end: Il-kombinazzjoni tal-Enerġija tas-Sokit tal-Proċessur, PSUs, Memorja, Ħażna (HDD/SDD), u apparat I/O li jirrapreżentaw il-prezz iktar baxx jew il-pjattaforma tal-komputazzjoni ta’ prestazzjoni iktar baxxa f’Familja tal-Prodott.

(2)

Konfigurazzjoni tal-Prestazzjoni High-end: Il-kombinazzjoni tal-enerġija tas-Sokit tal-Proċessur, PSUs, Memorja, Ħażna (HDD/SDD), u apparat I/O li jirrapreżentaw il-prezz iktar għoli jew il-pjattaforma tal-komputazzjoni ta’ prestazzjoni iktar għolja f’Familja tal-Prodott.

(b)

Konfigurazzjoni Tipika:

Konfigurazzjoni Tipika: Konfigurazzjoni tal-prodott li tinsab bejn il-konfigurazzjonijiet tal-Enerġija Mimina u Massima u hija rappreżentattiva ta’ prodott varat b’bejgħ ta’ volum għoli.

(c)

Varjazzjonijiet fl-Utilizzazzjoni tal-Enerġija:

(1)

Konfigurazzjoni Minima tal-Enerġija: Il-konfigurazzjoni minima li tista’ tibbutja u teżegwixxi OSs appoġġati. Il-Konfigurazzjoni Minima fiha l-inqas Enerġija tas-Sokit tal-Proċessur, l-inqas għadd ta’ PSUs, Memorja, Ħażna (HDD/SDD), u apparat I/O installati, li jiġi offruta għall-bejgħ u huwa kapaċi wkoll jissodisfa r-rekwiżiti ENERGY STAR.

(2)

Konfigurazzjoni Massima tal-Enerġija: Il-kombinazzjoni magħżula minn bejjiegħ tal-komponenti li jimmassimizzaw l-użu tal-enerġija f’Familja tal-Prodott ladarba jkun assemblat u operat. Il-Konfigurazzjoni Massima fiha l-ogħla enerġija tas-Sokit tal-Proċessur, l-ikbar għadd ta’ PSUs, Memorja, Ħażna (HDD/SDD), u apparat I/O installati, li jiġi offrut għall-bejgħ u huwa kapaċi wkoll jissodisfa r-rekwiżiti ENERGY STAR.

2.   Kamp ta’ applikazzjoni

2.1.   Prodotti Inklużi

Prodott irid jissodisfa d-definizzjoni ta’ Server tal-Kompjuter mogħtija fit-Taqsima 1 ta’ dan id-dokument biex ikun eliġibbli għal kwalifika ENERGY STAR skont din l-ispeċifikazzjoni. L-eliġibbiltà skont il-Verżjoni 2.0 hija limitata għal Blade-, Multi-node, Rack-mounted, jew Pedestal form factor kompjuter servers b’mhux iktar minn erba’ sokits tal-proċessur fis-server tal-kompjuter (jew għal kull blade jew nodu fil-każ ta’ blade jew multi-node servers). Il-prodotti li huma espliċitament esklużi mill-Verżjoni 2.0 huma identifikati fit-Taqsima 2.2.

2.2.   Prodotti Esklużi

2.2.1.

Prodotti li huma koperti taħt speċifikazzjonijiet ta’ prodott ENERGY STAR ieħor ma humiex eliġibbli għal kwalifika taħt din l-ispeċifikazzjoni. Il-lista tal-ispeċifikazzjonijiet attwalment fis-seħħ tinsab fuq www.eu-energystar.org/

2.2.2.

Il-prodotti li ġejjin ma humiex eliġibbli għal kwalifika taħt din l-ispeċifikazzjoni:

(a)

Servers li Jittoleraw l-Iżbalji Kompletament;

(b)

Tagħmir tas-Servers;

(c)

Sistemi ta’ Komputazzjoni ta’ Prestazzjoni Għolja;

(d)

Servers Kbar;

(e)

Prodotti tal-Ħażna inkluż Ħażna Blade; u

(f)

Tagħmir tan-Netwerk.

3.   Kriterji tal-Kwalifika

3.1.   Numri Sinifikanti u Approssimazzjoni

3.1.1.

Il-kalkoli kollha għandhom jitwettqu b’valuri mkejla direttament (mhux approssimati).

3.1.2.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-konformità mal-limiti speċifiċi għandha tiġi evalwata bl-użu ta’ valuri mkejla jew ikkalkulati direttament mingħajr kwalunkwe benefiċċju ta’ approssimazzjoni.

3.1.3.

Valuri mkejla jew ikkalkulati direttament li huma sottomessi għar-rapportar fuq is-sit tal-Internet tal-ENERGY STAR għandhom ikunu approssimati għall-eqreb ċifra sinifikanti kif espressa fil-limitu korrispondenti tal-ispeċifikazzjoni.

3.2.   Rekwiżiti tal-Provvista tal-Enerġija

3.2.1.

Id-dejta tat-test tal-provvista tal-enerġija u r-rapporti tat-test minn entitajiet tal-ittestjar rikonoxxuti minn EPA biex iwettqu ttestjar tal-provvista tal-enerġija għandhom ikunu aċċettati għall-iskop tal-ikkwalifikar tal-prodott ENERGY STAR.

3.2.2.

Kriterji tal-Effiċjenza tal-Provvista tal-Enerġija Provvisti tal-Enerġija użati fi prodotti eliġibbli skont din l-ispeċifikazzjoni jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin meta ttestjati permezz tal-Generalized Internal Power Supply Efficiency Test Protocol, Rev. 6.6 (disponibbli fuq www.efficientpowersupplies.org). Id-dejta tal-Provvista tal-Enerġija ġenerata permezz ta’ Rev. 6.4.2 (kif meħtieġ fil-Verżjoni 1.1), 6.4.3, jew 6.5, hija aċċettabbli sakemm it-test twettaq qabel id-data effettiva tal-Verżjoni 2.0 ta’ din l-ispeċifikazzjoni.

(a)

Pedestal u Rack-mounted Servers: Biex jikkwalifika għal ENERGY STAR, pedestal jew rack-mounted kompjuter server irid ikun konfigurjat biss b’PSUs li jissodisfaw jew jeċċedu r-rekwiżiti tal-effiċjenza applikabbli speċifikati fit-Tabella 1 qabel il-konsenja.

(b)

Blade u Multi-node Servers: Biex jikkwalifika għal ENERGY STAR, Blade jew Multi-node kompjuter server konsenjat b’xażi irid ikun konfigurjat b’tali mod li l-PSUs kollha li jfornu l-enerġija lix-xażi jissodisfaw jew jeċċedu r-rekwiżiti tal-effiċjenza applikabbli speċifikati fit-Tabella 1 qabel il-konsenja.

Tabella 1

Rekwiżiti tal-effiċjenza għall-PSUs

Tip ta’ Provvista tal-Enerġija

Enerġija tal-Output Nominali

Tagħbija ta’ 10 %

Tagħbija ta’ 20 %

Tagħbija ta’ 50 %

Tagħbija ta’ 100 %

Multi-output

(Ac-Dc)

Il-livelli Kollha tal-Output

Mhux Applikabbli

85  %

88  %

85  %

Output Singulari

(Ac-Dc)

Il-livelli Kollha tal-Output

80  %

88  %

92  %

88  %

3.2.3.

Kriterji tal-Fattur tal-Enerġija tal-Provvista tal-Enerġija: Provvisti tal-Enerġija użati f’kompjuters eliġibbli skont din l-ispeċifikazzjoni jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin meta ttestjati permezz tal-Generalized Internal Power Supply Efficiency Test Protocol, Rev. 6.6 (disponibbli fuq www.efficientpowersupplies.org). Id-dejta tal-Provvista tal-Enerġija ġenerata permezz ta’ Rev. 6.4.2 (kif meħtieġ fil-Verżjoni 1.1), 6.4.3, jew 6.5, hija aċċettabbli sakemm it-test twettaq qabel id-data effettiva tal-Verżjoni 2.0.

(a)

Pedestal u Rack-mounted Servers: Biex jikkwalifika għal ENERGY STAR, pedestal jew rack-mounted kompjuter server irid ikun konfigurjat biss b’PSUs li jissodisfaw jew jeċċedu r-rekwiżiti tal-fattur tal-enerġija speċifikati fit-Tabella 2 qabel il-konsenja, taħt il-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha li għalihom l-enerġija tal-output hija ikbar minn jew daqs 75 watts. L-imsieħba huma metħieġa jkejlu u jirrapportaw il-fattur tal-enerġija tal-PSU taħt il-kundizzjonijiet tat-tagħbija ta’ inqas minn 75 watts, iżda ma japplikawx rekwiżiti tal-fattur tal-enerġija minimi.

(b)

Blade jew Multi-node Servers: Biex jikkwalifika għal ENERGY STAR, Blade jew Multi-node kompjuter server konsenjat b’xażi irid ikun konfigurjat b’tali mod li l-PSUs kollha li jfornu l-enerġija lix-xażi jissodisfaw jew jeċċedu r-rekwiżiti tal-fattur tal-enerġija speċifikati fit-Tabella 2 qabel il-konsenja, taħt il-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha li għalihom l-enerġija tal-output hija ikbar minn jew daqs 75 watts. L-imsieħba huma metħieġa jkejlu u jirrapportaw il-fattur tal-enerġija tal-PSU taħt il-kundizzjonijiet tat-tagħbija ta’ inqas minn 75 watts, iżda ma japplikawx rekwiżiti tal-fattur tal-enerġija minimi.

Tabella 2

Rekwiżiti tal-Fattur tal-Enerġija għall-PSUs

Tip ta’ Provvista tal-Enerġija

Enerġija tal-Output Nominali

Tagħbija ta’ 10 %

Tagħbija ta’ 20 %

Tagħbija ta’ 50 %

Tagħbija ta’ 100 %

Ac-Dc Multi-output

Ir-rati kollha tal-output

Mhux Applikabbli

0,80

0,90

0,95

Ac-Dc Output-singulari

Rata tal-output ≤ 500 W

Mhux Applikabbli

0,80

0,90

0,95

Rata tal-output ≤ 500 W

u

Rata tal-output ≤ 1 000 W

0,65

0,80

0,90

0,95

Rata tal-Output > 1 000 W

0,80

0,90

0,90

0,95

3.3.   Rekwiżiti għall-Ġestjoni tal-Enerġija

3.3.1.

Ġestjoni tal-Enerġija tal-Proċessur tas-Server: Biex jikkwalifika għal ENERGY STAR, Server tal-Kompjuter irid joffri ġestjoni tal-enerġija tal-proċessur li hija attivata prestabilita fil-BIOS u/jew permezz ta’ kontrollur tal-ġestjoni, proċessur tas-servizz, u/jew is-sistema tal-operat konsenjata mas-server tal-kompjuter. Il-proċessuri kollha jridu jkunu jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-enerġija fil-mumenti ta’ utilizzazzjoni baxxa b’:

(a)

jnaqqsu l-vultaġġ u/jew il-frekwenza permezz ta’ Skalar Dinamiku tal-Vultaġġ u l-Frekwenza (DVFS), jew

(b)

jippermettu stati tal-enerġija ridotta tal-proċessur jew tal-core fil-każ li core jew sokit ma jkunux qed jintużaw.

3.3.2.

Ġestjoni tal-Enerġija tas-Supervisur: Biex jikkwalifika għal ENERGY STAR, prodott li joffri sistema ta’ superviżjoni intstallata minn qabel (eż. sistema tal-operat, hypervisor) irid joffri ġestjoni tal-enerġija tas-superviżur li tiġi attivata Prestabilita.

3.3.3.

Rapportar tal-Ġestjoni tal-Enerġija: Biex jikkwalifikaw għal ENERGY STAR, it-tekniki kollha ta’ ġestjoni tal-enerġija li jiġu attivati prestabiliti jridu jitqassmu fuq l-Iskeda tad-Dejta tal-Enerġija u l-Prestazzjoni. Dan ir-rekwiżit japplika għal elementi tal-ġestjoni tal-enerġija fil-BIOS, is-sistema tal-operat, jew kwalunkwe oriġini oħra li tista’ tiġi kkonfigurata mill-utent aħħari.

3.4.   Kriterji ta’ Sistema Blade u Multi-Node

3.4.1.

Ġestjoni Termali u Moniteraġġ ta’ Blade u Multi-Node: Biex jikkwalifika għal ENERGY STAR, blade jew multi-node server irid jipprovdi moniteraġġ tat-temperatura fil-ħin reali tax-xażi jew tal-inlet tal-blade/nodu u kapaċità ta’ ġestjoni tal-veloċità tal-fann li tiġi attivata prestabilita.

3.4.2.

Dokumentazzjoni tat-Trasportazzjoni ta’ Blade u Multi-Node Server: Biex jikkwalifika għal ENERGY STAR, blade jew multi-node server li jiġi konsenjat lil konsumatur indipendenti mix-xażi jrid ikun akkumpanjat mid-dokumentazzjoni biex jinforma lill-konsumatur li l-blade jew multi-node server huwa kwalifikat ENERGY STAR biss jekk jiġi installat f’xażi li jissodisfa r-rekwiżiti fit-Taqsima 3.4.1 ta’ dan id-dokument. Għandha tiġi pprovduta wkoll lista tax-xażis li jikkwalifikaw u informazzjoni dwar l-ordnijiet mall-blade jew multi-node server bħala parti mill-kollateral tal-prodott. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu sodisfatti permezz ta’ materjali stampati, dokumentazzjoni elettronika pprovduta mall-blade jew multi-node server, jew informazzjoni pubblikament disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-Imsieħeb fejn tinsab l-informazzjoni dwar il-blade jew multi-node server.

3.5.   Kriterji tal-Effiċjenza fi Stat Attiv

3.5.1.

Rapportar tal-Effiċjenza fi Stat Attiv: Biex jikkwalifika għal ENERGY STAR, Server tal-Kompjuter jew Familja tal-Prodott ta’ Server tal-Kompjuter iridu jkunu sottomessi għall-kwalifika bl-informazzjoni li ġejja mogħtija kompluta u fil-kuntest tar-rapport tat-test tal-effiċjenza nominali tal-Istat Attiv komplut:

(a)

Ir-riżultati finali tal-għodod nominali SERT, li jinkludu l-fajls tar-riżultati (kemm f’format html kif ukoll test) u l-fajls kollha results-chart png; u

(b)

Ir-riżultati intermedjarji tal-għodod tar-rati SERT dwar il-prova intiera tat-test, li jinkludu l-fajls tar-riżultati dettaljati (kemm f’format html kif ukoll test) u l-fajls png kollha taċ-ċart tar-riżultati.

Ir-rapportar tad-dejta u r-rekwiżiti tal-ifformattjar huma diskussi fit-Taqsima 4.1 ta’ din l-ispeċifikazzjoni.

3.5.2.

Rapportar Inkomplut: L-imsieħba ma għandhomx jirrapportaw ir-riżultati individwali tat-tagħbija tax-xogħol b’mod selettiv, jew inkella jippreżentaw riżultati tal-għodod tar-rati tal-effiċjenza fi kwalunkwe forma oħra apparti minn rapport tat-test komplut, fid-dokumentazzjoni tal-klijent jew fil-materjali tal-kummerċjalizzazzjoni.

3.6.   Kriterji tal-Effiċjenza tal-Istat Inattiv — ta’ One-Socket (1S) u Two-Socket (2S) Servers (la Blade u lanqas Multi-Node)

3.6.1.

Rapportar tad-Dejta fl-Istat Inattiv: L-enerġija Massima tal-Istat Inattiv (PIDLE_MAX) għandha titkejjel u tiġi rapportata, kemm fil-materjali ta’ kwalifika u kif meħtieġa fit-Taqsima 4.

3.6.2.

Effiċjenza tal-Istat Inattiv: L-enerġija Mkejla tal-Istat Inattiv (PIDLE) għandha tkun inqas minn jew daqs ir-Rekwiżit Massimu tal-Enerġija tal-Istat Inattiv (PIDLE_MAX), kif ikkalkulat skont l-Ekwazzjoni 1.

Ekwazzjoni 1: Kalkolu tal-Enerġija Massima tal-Istat Inattiv

Formula

Fejn:

PIDLE_MAX huwa r-Rekwiżit Massimu tal-Enerġija tal-Istat Inattiv,

PBASE huwa l-konċessjoni bażi tal-enerġija inattiva, kif determinata skont it-Tabella 3,

PADDL_i huwa l-konċessjoni tal-enerġija tal-Istat Inattiv għall-komponenti addizzjonali, kif determinata skont it-Tabella 4.

(a)

Dawn il-limiti tal-enerġija Inattiva huma applikabbli għal sistemi ta’ sokit wieħed jew tnejn biss.

(b)

Uża t-Taqsima 6.1 tal-Metodu tat-Test tas-Servers tal-Kompjuter ENERGY STAR għad-determinazzjoni tal-enerġija tal-Istat Inattiv għall-kwalifika.

(c)

Il-kategorija Reżiljenti fit-Tabella 3 tapplika biss għal sistemi ta’ żewġ sokits li jissodisfaw id-definizzjoni tas-Server Reżiljenti kif ippreżentata fl-Appendiċi B.

(d)

Il-kwantitajiet kollha (bl-eċċezzjoni tal-proċessuri installati) fit-Tabella 3 u t-Tabella 4 jirreferu għall-għadd ta’ komponenti installati fis-sistema, mhux l-għadd massimu ta’ komponenti li s-sistema tista’ tappoġġa (eż. memorja installata, mhux memorja appoġġata, eċċ.)

(e)

Il-konċessjoni tal-Provvista tal-Enerġija Addizzjonali tista’ tiġi applikata għal kull provvista tal-enerġija addizzjonali użata fil-konfigurazzjoni.

(f)

Għall-finijiet ta’ determinazzjoni tal-konċessjonijiet tal-enerġija Inattiva, il-kapaċitaijiet tal-memorja kollha għandhom jiġu approssimati għall-eqreb GB (10)

(g)

Il-konċessjoni tal-Apparat I/O Addizzjonali tista’ tiġi applikata għall-Apparat I/O kollu fuq il-Konfigurazzjoni Bażi (eż. apparat tal-Ethernet addizzjonali ma’ żewġ ports ikbar minn jew daqs 1 Gigabit għal kull sekonda (Gbit/s), Ethernet onboard, flimkien ma’ kwalunkwe apparat I/O mhux tal-Ethernet), inkluż apparat I/O onboard installat permezz ta’ slots tal-espansjoni. Din il-konċessjoni tista’ tiġi applikata għal kull wieħed mit-tipi li ġejjin tal-funzjonalità tal-I/O: Ethernet, SAS, SATA, Fibre Channel u Infiniband.

(h)

Il-konċessjoni tal-Apparat I/O Addizzjonali tista’ tiġi kkalkulata bbażata fuq il-veloċità nominali tal-link ta’ konnessjoni unika, approssimata għall-eqreb Gbit. Apparat I/O b’veloċità ta’ inqas minn 1 Gbit ma jikkwalifikax għall-konċessjoni tal-Apparat I/O Addizzjonali.

(i)

Il-konċessjoni tal-Apparat I/O Addizzjonali għandha tiġi applikata biss għal apparat I/O li huwa attiv/operattiv malli jiġi konsenjat, u li huwa kapaċi jiffunzjona meta mqabbad ma’ swiċċ attiv.

Tabella 3

Konċessjonijiet tal-Enerġija Bażi tal-Istat Inattiv għal 1S u 2S Servers

Kategorija

Għadd Massimu Possibbli ta’ Proċessuri Installati

(# P)

Server Ġestiet

Konċessjoni tal-Enerġija Bażi tal-Istat Inattiv, PBASE

(watts)

A

1

Le

47,0

B

1

Iva

57,0

C

2

Le

92,0

D

2

Iva

142,0

Reżiljenti

2

Iva

205,0


Tabella 4

Konċessjonijiet Addizzjonali tal-Istat Inattiv għall-Komponenti Extra

Karatteristika tas-Sistema

Tapplika Għal:

Konċessjoni Addizzjonali tal-Enerġija Inattiva

Addizzjonali

Provvisti tal-Enerġija

Provvisti tal-enerġija installati espliċitament għall-enerġija addizzjonali

20 watts għal kull Provvista tal-Enerġija

Hard Drives (inklużi solid state drives)

Għal kull hard drive installata

8,0 watts għal kull Hard Drive

Memorja Addizzjonali

Memorja installata ikbar minn 4 GB

0,75 watts għal kull GB

DDR Channel Ibbaferjat:

DDR Channels Ibbaferjati installati li huma ikbar minn 8 channels

(Servers Reżiljenti biss)

4,0 watts għall kull DDR Channel Ibbaferjat

Addizzjonali

Apparat I/O

Apparat Installat ikbar minn żewġ ports ta’ ≥ 1 Gbit, Ethernet onboard

< 1 Gbit: Mingħajr Konċessjoni

= 1 Gbit: 2,0 watts/Port Attiv

> 1 Gbit u < 10 Gbit: 4,0 watts/Port Attiv

≥ 10 Gbit: 8,0 watts/Port Attiv

3.7.   Kriterji tal-Effiċjenza tal-Istat Inattiv — Three-Socket (3S) u Four-Socket (4S) Servers (la Blade u lanqas Multi-Node)

3.7.1. Rapportar tad-Dejta fl-Istat Inattiv: L-enerġija tal-Istat Inattiv (PIDLE) għandha titkejjel u rapportata, kemm fil-materjali ta’ kwalifika u kif meħtieġa fit-Taqsima 4.

3.8.   Kriterji tal-Effiċjenza tal-Istat Inattiv — Blade Servers

3.8.1.

Rapportar tad-Dejta fl-Istat Inattiv: L-enerġija tal-Istat Inattiv (PTOT_BLADE_SYS) u (PBLADE) għandha titkejjel u tiġi rapportata, kemm fil-materjali ta’ kwalifika u kif meħtieġa fit-Taqsima 4.

3.8.2.

L-ittestjar tal-Blade Servers għall-konformità mat-Taqsima 3.8.1 għandu jitwettaq skont il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

Il-valuri tal-enerġija għandhom jitkejlu u jiġi rapportati bl-użu ta’ Xażi Blade nofsu mimli. Il-Blade Servers b’dominji multipli tal-enerġija, jagħżlu l-għadd ta’ dominji tal-enerġija li huwa l-eqreb għall-mili ta’ nofs ix-Xażi Blade. F’każ fejn hemm żewġ għażliet li b’mod indaqs huma viċin nofs, ittestja mad-dominju jew kombinazzjoni ta’ dominji li jutilizzaw għadd ikbar ta’ Servers Blade. Għandu jiġi rapportat l-għadd ta’ blades ittestjati matul test ta’ Xażi Blade nofsu mimli.

(b)

L-enerġija għal xażi blade mimli tista’ titkejjel u tiġi rapportata b’mod fakultattiv, sakemm tiġi pprovduta wkoll d-dejta tax-xażi nofsu mimli.

(c)

Il-Blade Servers kollha installati f’Xażi Blade għandhom jikkondividu l-istess konfigurazzjoni (omoġenji).

(d)

Il-valuri tal-enerġija għal kull blade għandhom jiġu kkalkolati bl-użu ta’ Ekwazzjoni 2.

Ekwazzjoni 2: Kalkolu tal-Enerġija ta’ Blade Uniku

Formula

Fejn:

PBLADE hija l-Enerġija għal kull Blade Server

PTOT_BLADE_SYS hija l-enerġija totali mkejla tal-Blade System,

NINST_BLADE_SRV huwa l-għadd ta’ Blade Servers installati fil-Blade Chassis ittestjat.

3.9.   Kriterji tal-Effiċjenza tal-Istat Inattiv — Multi-Node Servers

3.9.1.

Rapportar tad-Dejta fl-Istat Inattiv: L-enerġija tal-Istat Inattiv (PTOT_NODE_SYS) u (PNODE) għandha titkejjel u tiġi rapportata, kemm fil-materjali ta’ kwalifika u kif meħtieġa fit-Taqsima 4, taħt.

3.9.2.

L-ittestjar tal-Multi-Node Servers għall-konformità mat-Taqsima 3.9.1 għandhom jitwettqu skont il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

Il-valuri tal-enerġija għandhom jitkejlu u jiġi rapportati bl-użu ta’ Xażi Multi-Node nofsu mimli.

(b)

Il-Multi-Node Servers kollha installati f’Xażi Multi-Nodi għandhom jikkondividu l-istess konfigurazzjoni (omoġenji).

(c)

Il-valuri tal-enerġija għal kull nodu għandhom jiġu kkalkolati bl-użu ta’ Ekwazzjoni 3.

Ekwazzjoni 3: Kalkolu tal-Enerġija ta’ Nodu Uniku

Formula

Fejn:

PBLADE hija l-Enerġija għal kull Node Server

PTOT_NODE_SYS hija l-enerġija totali mkejla tal-Multi-Node Server,

NINST_NODE_SRV huwa l-għadd ta’ Multi-Node Servers installati f’Multi-Node Chassis ttestjat.

3.10.   Kriterji Oħrajn tal-Ittestjar

Rekwiżiti APA: Għandhom japplikaw il-kriterji u d-dispożizzjonijiet li ġejjin għas-servers tal-kompjuters kollha mibjugħin bl-APAs:

(a)

Għal konfigurazzjonijiet uniċi: L-ittestjar tal-Istat Inattiv kollu għandu jitwettaq kemm bl-APAs installati kif ukoll mhux installati. Il-kejl tal-Enerġija Inattiva li jsir kemm bl-APAs installati kif ukoll mneħħija għandu jiġi sottomess lill-EPA jew lill-Kumissjoni Ewropea, kif jixraq bħala parti mill-materjali ta’ kwalifika ta’ ENERGY STAR.

(b)

Għal Familji ta’ Prodott: L-ittestjar tal-Istat Inattiv għandu jitwettaq kemm bl-APAs installati kif ukoll mhux installati fil-Konfigurazzjoni Enerġija Massima/Prestazzjoni High-end li tinsab fi 1.8.2. B’mod fakultattiv l-ittestjar bl-APAs intallati u mhux installati jista’ jitwettaq u jiġi żvelat fil-punti l-oħrajn tat-test.

(c)

Il-kejl tal-Enerġija fi Stat Inattiv li jsir bl-APAs installati u mneħħija għandu jiġi sottomess lill-EPA jew lill-Kumissjoni Ewropea, kif jixraq bħala parti mill-materjali ta’ kwalifika ta’ ENERGY STAR. Dan il-kejl għandu jiġi sottomess għal kull prodott APA individwali li huwa intenzjonat għall-bejgħ mal-konfigurazzjoni kwalifikata.

(d)

Il-kejl ta’ PIDLE fit-Taqsimiet 3.6 u 3.7, PBLADE fit-Taqsima 3.8 u PNODE fit-Taqsima 3.9 għandu jitwettaq bl-APAs imneħħija, anke jekk huma installati mal-konsenja. Dan il-kejl għandu mbagħad jiġi ripetut ma’ kull APA installat, wieħed wieħed, għall-evalwazzjoni tal-konsum tal-enerġija tal-Istat Inattiv ta’ kull APA installat.

(e)

Il-konsum tal-enerġija tal-Istat Inattiv ta’ kull APA installat fil-konfigurazzjonijiet kwalifikati ma għandux jaqbeż is-46 watts.

(f)

Għandu jiġi rapportat il-konsum tal-enerġija tal-Istat Inattiv ta’ kull prodott APA individwali mibjugħ b’konfigurazzjoni kwalifikata.

4.   Rekwiżiti tar-Rapportar tal-Informazzjoni Standard

Rekwiżiti ta’ Rapportar ta’ Dejta

4.1.

L-oqsma kollha tad-dejta meħtieġa fil-formola ENERGY STAR Version 2.0 Kompjuter Servers Qualified Product Exchange għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni Ewropea għal kull Server tal-Kompjuter jew Familja ta’ Prodott ta’ Server tal-kompjuter kwalifikat ENERGY STAR.

(a)

L-imsieħba huma mħeġġa jipprovdu sett wieħed ta’ dejta għal kull konfigurazzjoni ta’ prodott kwalifikat ENERGY STAR, għalkemm il-Kummissjoni Ewropea se taċċetta wkoll sett tad-dejta għal kull familja ta’ prodott kwalifikata.

(b)

Kwalifika ta’ familja ta’ prodott trid tinkludi dejta għal punti kollha definiti tat-test f’1.8.2 kif applikabbli.

(c)

Kull meta jkun possibbli, l-Imsieħba jridu jipprovdu wkoll hyperlink għal kalkolatur dettaljat tal-enerġija fuq is-sit tal-Internet tagħhom li jista’ jintuża mix-xerrejja biex jifhmu d-dejta tal-enerġija u l-prestazzjoni għal konfigurazzjonijiet speċifiċi fil-familja tal-prodott.

4.2.

Id-dejta li ġejja se tintwera fuq is-sit tal-Internet tal-ENERGY STAR tal-UE permezz tal-għodda li ssib prodott:

(a)

isem u numru tal-mudell, SKU li jidentifika u/jew ID tal-konfigurazzjoni;

(b)

karatteristiċi tas-sistema (fattur tal-forma, sokits/slots disponibbli, speċifikazzjonijiet tal-enerġija, eċċ.);

(c)

tip ta’ sistema (mhux ġestita, ġestita, skalabbli, eċċ.);

(d)

konfigurazzjoni(jiet) tas-sistema (inkluż Konfigurazzjoni tal-Prestazzjoni Low-end, Konfigurazzjoni tal-Prestazzjoni High-end, Konfigurazzjoni Minima tal-Enerġija, Konfigurazzjoni Massima tal-Enerġija, u Konfigurazzjoni Tipika għal kwalifika ta’ Familja tal-Prodott);

(e)

konsum tal-enerġija u dejta tal-prestazzjoni mill-ittestjar meħtieġ tal-Kriterji tal-Effiċjenza tal-Istat Attiv u Inattiv inkluż results.xml, results.html, results.txt, il-fajls kollha results-chart png, results-details.html, results-details.txt, il-fajls kollha results-details-chart png;

(f)

elementi disponibbli u attivi tat-tfaddil tal-enerġija (eż. ġestjoni tal-enerġija);

(g)

lista ta’ dejta magħżula mir-Rapport Termali ASHRAE;

(h)

kejl tat-temperatura tal-arja tal-inlet li jsir qabel il-bidu tal-ittestjar, fil-konklużjoni tal-ittestjar tal-Istat Inattiv, u fil-konklużjoni tal-ittestjar tal-Istat Attiv;

(i)

għall-kwalifiki ta’ familja ta’ prodott, lista ta’ konfigurazzjonijiet kwalifikati b’SKUs kwalifikati jew IDs tal-konfigurazzjoni; u

(j)

għal blade server, lista ta’ xażi blade kompatibbli li jissodisfa l-kriterji tal-kwalifika ENERGY STAR.

4.3.

L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jirrevedu din il-lista perjodikament, kif ikun meħtieġ, u għandhom jinnotifikaw u jistiedu l-impenn tal-partijiet interessati f’tali proċess ta’ reviżjoni.

5.   Kejl tad-Dejta tal-Prestazzjoni Standard u Rekwiżiti tal-Output

5.1.   Kejl u Output

5.1.1.

Server tal-kompjuter jrid jipprovdi dejta dwar il-konsum tal-enerġija tal-input (W), temperatur tal-inlet tal-arja (°C), u utilizzazzjoni medja tas-CPUs loġiċi kollha. Id-dejta trid issir disponibbli f’format ippubblikat jew aċċessibbli mill-utent li jista’ jinqara minn software amministrattiv mhux proprjetarju, tat-terza parti fuq netwerk standard. Għal blade u multi-node servers u sistemi, id-dejta tista’ tiġi aggregata fil-livell tax-xażi.

5.1.2.

Is-servers tal-kompjuter klassifikati bħala Class B equipment kif hemm stabilit f’EN 55022:2006 huma eżentati mir-rekwiżiti li jipprovdu dejta dwar il-konsum tal-enerġija tal-input u t-temperatura tal-inlet f’5.1.1. Il-Klassi B tirreferi għal tagħmir domestiku u tal-uffiċċju fid-dar (intenzjonat għall-użu f’ambjent domestiku). Is-servers kollha tal-kompjuter fil-programm jridu jissodisfaw ir-rekwiżit u l-kundizzjonijiet biex jirraportaw l-utilizzazzjoni tas-CPUs loġiċi kollha.

5.2.   Implimentazzjoni tar-Rapportar

5.2.1.

Il-prodotti jistgħu jużaw komponenti ingastati jew apparat add-in li huwa mballat mas-server tal-kompjuter biex jagħmlu d-dejta disponibbli għall-utenti aħħarin (eż. proċessur tas-servizz, enerġija ingastata jew metraġġ termali (jew teknoloġija oħra out-of-band), jew OS installata minn qabel);

5.2.2.

Il-prodotti li jinkludu OS installata minn qabel iridu jinkludu d-drivers u s-software kollha neċessarji għall-utenti aħħarin biex jaċċessaw dejta standardizzata kif speċifikat f’dan id-dokument. Prodotti li ma jinkludux OS installata minn qabel iridu jkunu imballati b’dokumentazzjoni stampata ta’ kif jiġu aċċessati r-registers li fihom l-informazzjoni rilevanti dwar is-sensur. Dan ir-rekwiżit jista’ jiġi sodisfatt permezz ta’ materjali stampati, dokumentazzjoni elettronika pprovduta mas-server tal-kompjuter, jew informazzjoni pubblikament disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-Imsieħeb fejn tinsab l-informazzjoni dwar is-server tal-kompjuter.

5.2.3.

Meta jsir disponibbli standard miftuħ u universali tal-ġbir u r-rapportar tad-dejta, il-manifatturi għandhom jinkorporaw l-istandard universali fis-sistemi tagħhom;

5.2.4.

L-evalwazzjoni tar-rekwiżiti tal-korrettezza (5.3.) u t-teħid tal-kampjuni (5.4.) għandha ssir permezz ta’ reviżjoni tad-dejta minn skedi tad-dejta tal-prodott tal-komponent. Jekk din id-dejta tkun nieqsa, għandha tintuża dikjarazzjoni tal-Imsieħeb biex tevalwa l-korrettezza u t-teħid tal-kampjuni.

5.3.   Korrettezza tal-Kejl

5.3.1.

Enerġija tal-input: Il-kejl irid jiġi rapportat b’korrettezza ta’ mill-inqas ± 5 % tal-valur attwali, b’livell massimu ta’ korrettezza ta’ ±10 W għal kull PSU intallat (jiġifieri l-korrettezza tar-rapportar tal-enerġija għal kull provvista tal-enerġija qatt ma hija meħtieġa li tkun aħjar minn ± 10 watts) fil-firxa operattiva minn enerġija Inattiva għal Kompluta;

5.3.2.

Utilizzazzjoni tal-proċessur; L-utilizzazzjoni medja trid tiġi stmata għal kull CPU loġiku li huwa viżibbli għall-OS u trid tiġi rrapportata lill-operatur jew l-utent tas-server tal-kompjuter fl-ambjent operattiv (OS jew hypervisor);

5.3.3.

Temperatura tal-arja tal-inlet: Il-kejl irid jiġi rapportat b’korrettezza ta’ mill-inqas ± 2 °C.

5.4.   Rekwiżiti tat-teħid tal-kampjuni

5.4.1.

Enerġija tal-input u utilizzazzjoni tal-proċessur: Il-kejl tal-enerġija tal-input u l-utilizzazzjoni tal-proċessur irid jittieħidlhom kampjun internament fis-server tal-kompjuter f’rata li hija iktar minn jew daqs kejl 1 kull 10 sekondi kontigwi. Medja rolling, miġbura f’perjodu ta’ mhux iktar minn 30 sekonda, irid jittieħdilha kampjun internament fis-server tal-kompjuter fi frekwenza ta’ iktar minn jew daqs darba kull għaxar sekondi.

5.4.2.

Temperatura tal-arja tal-inlet: Il-kejl tat-temperatura tal-arja tal-inlet irid jittieħidlu kampjun internament fis-server tal-kompjuter f’rata li hija iktar minn jew daqs kejl 1 kull 10 sekondi.

5.4.3.

Stamping tal-ħin: Is-sistemi li jimplimentaw l-istamping tal-ħin ta’ dejta ambjentali għandhom jieħdu kampjun internament tad-dejta tas-server tal-kompjuter f’rata li hija iktar minn jew daqs kejl 1 kull 30 sekonda.

5.4.4.

Software tal-Ġestjoni: Il-kejl kollu li ttieħed kampjun tiegħu irid isir disponibbli għas-software amministrattiv estern permezz ta’ metodu pull fuq domanda, jew permezz ta’ metodu push koordinat. Fi kwalunkwe każ is-software amministrattiv tas-sistema huwa responsabbli mill-istabbilment tal-iskala taż-żmien tat-twassil tad-dejta filwaqt li s-server tal-kompjuter huwa responsabbli mill-assigurazzjoni li t-twassil tad-dejta jissodisfa r-rekwiżit ta’ hawn fuq tal-kampjuni u l-korrettezza.

6.   Ittestjar

6.1.   Metodi tat-Test

6.1.1.

Waqt l-ittestjar tal-prodotti tas-Server tal-Kompjuter, il-metodi tat-test identifikati fit-Tabella 5 għandhom jintużaw biex tkun determinata l-kwalifika ENERGY STAR.

Tabella 5

Metodi tat-test għall-Kwalifika ENERGY STAR

Tip jew Komponent ta’ Prodott

Metodu tat-Test

Kollha

ENERGY STAR Test Method for Kompjuter Servers (Rev. March-2013)

Kollha

Standard Performance Evaluation Corporation (SPEC) Server Efficiency Rating Tool (SERT), Version 1.0.0, Rev. Feb 26, 2013

6.1.2.

Meta jsir l-ittestjar tal-prodotti tas-Server tal-Kompjuter, il-UUTs jrid ikollhom is-Sokits tal-Proċessur mimlijin kollha matul l-ittestjar.

Jekk Server tal-Kompjuter ma jistax jimla s-Sokits tal-Proċessur kollha matul l-ittestjar, is-sistema f’dak il-każ trid timtela sal-funzjonalità massima tagħha. Dawn is-sistemi se jkunu suġġetti għall-konċessjoni bażi tal-enerġija tal-istat inattiv ibbażata fuq l-għadd ta’ sokits fis-sistema.

6.2.   Għadd ta’ Unitajiet Meħtieġa għall-Ittestjar

Il-Mudelli Rappreżentattivi għandhom jingħażlu għall-ittestjar skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Għall-kwalifika ta’ konfigurazzjoni ta’ prodott individwali, il-konfigurazzjoni unika li hija maħsuba sabiex tiġi kumerċjalizzata u ttikkettjata bħala ENERGY STAR hija meqjusa bħala Mudell Rappreżentattiv.

(b)

Għall-kwalifika ta’ familja ta’ prodott tat-tipi kollha tal-prodott, konfigurazzjoni waħda tal-prodott għal kull wieħed mill-ħames punti identifikati fid-definizzjonijiet 1.8.2. fi ħdan il-familja huwa kkunsidrat Mudell Rappreżentattiv. Il-mudelli rappreżentattivi kollha bħal dawn għandu jkollhom l-istess Attributi Komuni ta’ Familja ta’ Prodott kif definit fi 1.8.1.

6.3.   Familji ta’ Prodotti li Jikkwalifikaw

6.3.1.

L-imsieħba huma mħeġġa jittestjaw u jissottomettu dejta dwar konfigurazzjonijiet individwali tal-prodott għall-kwalifika għal ENERGY STAR. Madankollu, Imsieħeb jista’ jikkwalifika konfigurazzjonijiet tal-prodott multipli taħt denominazzjoni waħda ta’ Familja tal-Prodott jekk kull konfigurazzjoni fil-familja tissodisfa waħda mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Il-prodotti individwali huma mibnija fuq l-istess pjattaforma, huma eliġibbli u jissodisfaw l-istess rekwiżiti speċifiċi f’din l-ispeċifikazzjoni, u huma identiċi f’kull rigward għal konfigurazzjoni tal-prodott rappreżentattiv ittestjat ħlief għall-kaxxa u l-kulur; jew

(b)

Il-prodotti individwali jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ familja ta’ prodott, kif definit fit-Taqsima 1.8, fuq. F’dan il-każ, l-imsieħba jridu jittestjaw u jissottomettu dejta kif meħtieġa fit-Taqsima (b).

6.3.2.

L-imsieħba huma meħtieġa jissottomettu Skeda tad-Dejta tal-Enerġija u l-Prestazzjoni għal kull familja tal-prodott li hija sottomessa għal kwalifika.

6.3.3.

Il-konfigurazzjonijiet kollha tal-prodott f’familja tal-prodott li qed tiġi sottomessa għal kwalifika jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti ENERGY STAR, inkluż prodotti li għalihom id-dejta ma kinetx rapportata.

7.   Data Effetiva

7.1.

Id-data effettiva ta’ din l-ispeċifikazzjoni tas-Servers tal-Kompjuter ENERGY STAR Verżjoni 2.0 se tkun definita bħal d-data effettiva tal-Ftehim. Biex jikkwalifika għal ENERGY STAR, mudell ta’ prodott għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR fis-seħħ fid-data tal-manifattura tiegħu. Id-data tal-manifattura hija speċifika għal kull unità u hija d-data li fiha unità titqies li ġiet assemblata kompletament.

7.2.

Reviżjonijiet Futuri tal-Ispeċifikazzjoni: EPA u l-Kummissjoni Ewropea jirriservaw id-dritt li jibdlu din l-ispeċifikazzjoni jekk il-bidiet teknoloġiċi u/jew tas-suq jaffettwaw l-utilità tagħha għall-konsumaturi, l-industrija, jew l-ambjent. Sabiex ikun hemm konformità mal-politika attwali, ir-reviżjonijiet tal-ispeċifikazzjoni jsiru permezz ta’ diskussjoni tal-partijiet interessati. Fil-każ ta’ reviżjoni tal-ispeċifikazzjoni, jekk jogħġbok ħu nota li l-kwalifika ENERGY STAR ma tingħatax awtomatikament għat-tul tal-ħajja ta’ mudell ta’ prodott.

8.   Kunsiderazzjonijiet għal Reviżjonijet Futuri

8.1.

Kriterji tal-Effiċjenza fi Stat Attiv: EPA u l-Kummissjoni Ewropea għandhom l-intenzjoni li jiffissaw kriterji tal-effiċjenza tal-istat attiv fil-Verżjoni 3.0 għall-kategoriji kollha ta’ server tal-kompjuter fejn għandha biżżejjed dejta SERT biex tiddifferenzja bejn il-prodotti b’mod adegwat.

8.2.

Teħid tad-Daqs it-Tajjeb tal-Provvisti tal-Enerġija: EPA u l-Kummissjoni Ewoprea se jinvestigaw l-opportunitajiet biex iħeġġu t-teħid tad-daqs it-tajjeb għall-provvisti tal-enerġija fil-Verżjoni 3.0.

8.3.

Inklużjoni ta’ Servers tal-Kompjuter Dc-Dc: EPA u l-Kummissjoni Ewropea jħeġġu lill-manifatturi biex jaħdmu ma’ SPEC biex jiżviluppaw appoġġ għas-servers dc fis-SERT, sabiex is-servers tal-kompjuter dc jistgħu jiġu kkunsidrati għal kwalifika fil-Verżjoni 3.0.

8.4.

Inklużjoni ta’ Arkitetturi Addizzjonali tas-Sistema: EPA u l-Kummissjoni Ewropea iħeġġu lill-manifatturi biex jaħdmu ma’ SPEC biex jiżviluppaw appoġġ għal arkitetturi li bħalissa ma humiex appoġġati minn SERT, iżda li jirrapreżentaw parti mdaqsa tas-suq tas-Servers tal-Kompjuter. EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jikkunsidraw kwalunkwe arkitettura li hija appoġġata minn SERT qabel l-iżvilupp ta’ Verżjoni 3.0.

8.5.

Tneħħija ta’ Adder għal Provvisti Addizzjonali tal-Enerġija Addizzjonali: EPA u l-Kummissjoni Ewropea huma konxji ta’ teknoloġija li tippermetti provvisti addizzjonali tal-enerġija biex jinżammu f’Modalità Stennija u jiġu attivati biss meta meħtieġa. EPA u l-Kummissjoni Ewropea jħeġġu l-adozzjoni ta’ din it-teknoloġija fis-servers tal-kompjuter, u se jinvestigaw jekk l-adder attwali għal provvisti addizzjonali tal-enerġija addizzjonali għadux neċessarju fil-Verżjoni 3.0.

8.6.

Rekwiżiti tal-Aċċelleratur Awżiljarju tal-Ipproċessar (APA): EPA u l-Kummissjoni Ewropea għandhom l-intenzjoni li jirrevedu u potenzjalment jespandu r-rekwiżiti tal-APA fil-Verżjoni 3.0, abbażi tad-dejta APA miġbura mill-Verżjoni 2.0 kif ukoll l-inkorporazzjoni tal-evalwazzjoni APA fis-SERT.

8.7.

Rekwiżiti tar-Rapportar u l-Ittestjar Termali: EPA u l-Kummissjoni Ewropea qed jippjanaw li jevalwaw mill-ġdid ir-rekwiżiti attwali tar-rapportar u l-ittestjar tat-temperatura biex jimmassimizzaw il-valur tad-dejta miġbura għall-manifatturi kif ukoll l-operaturi taċ-ċentru tad-dejta.

Appendiċi A

Kalkoli tal-Kampjun

1.   Rekwiżiti tal-Enerġija tal-Istat Inattiv

Għad-determinazzjoni tar-Rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Istat Inattiv għall-kwalifika ENERGY STAR, irid jiġi determinat il-livell bażi tal-istat inattiv mit-Tabella 3, u wara jiżdiedu l-konċessjonijiet tal-enerġija mit-Tabella 4 (ipprovduti fit-Taqsima 3.6 ta’ dawn il-Kriterji tal-Eliġibbiltà). Hawn taħt qed jiġi pprovdut eżempju:

Eżempju: Server tal-Kompjuter standard bi proċessur uniku b’8 GB ta’ memorja, żewġ hard drives u żewġ biċċiet apparat I/O (l-ewwel wieħed b’żewġ ports ta’ 1 Gbit u t-tieni b’sitt ports ta’ 1 Gbit).

1.1.

Konċessjoni bażi:

(a)

Iddetermina l-konċessjoni bażi inattiva mit-Tabella 3, ipprovduta għar-referenza hawn taħt.

(b)

Is-server tal-eżempju huwa evalwat taħt il-Kategorija A u jista’ jikkonsma sa mhux iktar minn 47,0 watts f’Inattiv biex jikkwalifika għal ENERGY STAR.

Kategorija

Għadd ta’ Proċessuri Installati

(# P)

Server Ġestiet

Konċessjoni tal-Enerġija Inattiva Bażi

(W)

A

1

Le

47,0

B

1

Iva

57,0

C

2

Le

92,0

D

2

Iva

142,0

Reżiljenti

2

Iva

205,0

1.2.

Konċessjonijiet Addizzjonali tal-Enerġija Inattiva: Ikkalkula l-konċessjonijiet inattivi addizzjonali għal komponenti extra mit-Tabella 4, ipprovduti għar-referenza hawn taħt.

Karatteristika tas-Sistema

Tapplika Għal

Konċessjoni Addizzjonali tal-Enerġija Inattiva

Provvisti tal-Enerġija Addizzjonali

Provvisti tal-enerġija installati espliċitament għall-enerġija addizzjonali

20,0 watts għal kull Provvista tal-Enerġija

Hard Drives (inklużi solid state drives)

Hard drives kollha installati

8,0 watts għal kull Hard Drive

Memorja Addizzjonali

Memorja installata ikbar minn 4 GB

0,75 watts għal kull GB

DDR Channel Ibbaferjat:

DDR Channels Ibbaferjati installati li huma ikbar minn 8 channels

(Servers Reżiljenti biss)

4,0 watts għall kull DDR Channel Ibbaferjat

Apparat I/O Addizzjonali (veloċità ta’ konnessjoni unika approsimata għal eqreb Gbit)

Apparat Installat ikbar minn żewġ ports ta’ ≥ 1 Gbit, Ethernet onboard

< 1 Gbit: Mingħajr Konċessjoni

= 1 Gbit: 2,0 watts/Port Attiv

> 1 Gbit u < 10 Gbit: 4,0 watts/Port Attiv

≥ 10 Gbit: 8,0 watts/Port Attiv

(a)

Is-server tal-eżempju għandu żewġ hard drives. Għalhekk huwa pprovdut b’konċessjoni addizzjonali ta’ 16,0 watt għal kull hard drive (2 HDD × 8,0 watts).

(b)

Is-server tal-eżempju għandu 4 GB iżjed mill-konfigurazzjoni bażi. Għalhekk huwa pprovdut b’konċessjoni addizzjonali ta’ 3,0 watt għall-memorja (4 extra GB × 0,75 watts/GB).

(c)

Is-server tal-eżempju għandu I/O kard waħda li ma tikkwalifikax għal adder: l-ewwel apparat għandu żewġ Ethernet ports u ma jaqbiżx il-livell limitu ta’ żewġ ports. It-tieni apparat tiegħu jikkwalifika għal adder: is-server għandu konċessjoni addizzjonali ta’ 12,0 watts għall-apparat (sitt 1Gbit ports × 2,0 watts/port attiv).

1.3.

Ikkalkula l-konċessjoni finali inattiva billi żżid il-konċessjoni bażi mal-konċessjonijiet tal-enerġija addizzjonali. Is-sistema tal-eżempju tkun mistennija li tikkonsma mhux iktar minn 78,0 watts f’Inattiva biex tikkwalifika (47,0 W + 16,0 W + 3,0 W + 12,0 W).

2.   Konċessjoni Addizzjonali Inattiva — Provvisti tal-Enerġija

L-eżempji li ġejjin juru l-konċessjonijiet tal-enerġija inattiva għal provvisti tal-enerġija addizzjonali:

2.1.

Jekk Server tal-Kompjuter jirrikjedi żewġ provvisti tal-enerġija biex jopera, u l-konfigurazzjoni tinkludi tlett provvisti tal-enerġija installati, is-server jkun qed jirċievi konċessjoni addizzjonali ta’ enerġija inattiva ta’ 20,0 watts.

2.2.

Jekk l-istess server kellu minflok jiġi konsenjat b’erba’ provvisti tal-enerġija installati, ikun qed jirċievi konċessjoni addizzjonali tal-enerġija inattiva ta’ 40,0 watts.

3.   Konċessjoni Addizzjonali Inattiva — DDR Channel Ibbaferjat Addizzjonali

L-eżempji li ġejjin juru l-konċessjonijiet tal-enerġija inattiva għal DDR Channels Ibbaferjati addizzjonali:

3.1.

Jekk Server tal-Kompjuter reżiljenti jiġi konsenjat b’sitt DDR Channels installati Bbaferjati, is-server ma jkunx qed jirċievi konċessjoni addizzjonali tal-enerġija inattiva.

3.2.

Jekk l-istess server reżiljenti kellu minflok jiġi konsenjat b’16-il DDR Channel installat Ibbaferjat, ikun qed jirċievi konċessjoni addizzjonali tal-enerġija inattiva ta’ 32,0 watts (l-ewwel 8 channels = l-ebda konċessjoni addizzjonali, it-tieni 8 channels = 4,0 watts × 8 DDR channels ibbaferjati).

Appendiċi B

Identifikazzjoni tal-klassi tas-server reżiljenti

1.

Processor RAS u Skalabbiltà — Dawn kollha li ġejjin għandhom jiġu appoġġati:

1.1.

Proċessur RAS: Il-proċessur irid ikollu kapaċitajiet li jinduna, jikkoreġi u jrażżan l-iżbalji tad-dejta, kif deskritt minn dawn kollha li ġejjin:

(a)

Detezzjoni tal-iżball fuq L1 caches, directories u l-indirizzar ta’ buffers tat-traduzzjoni bl-użu tal-protezzjoni tal-parita;

(b)

Korrezzjoni ta’ żball ta’ bit unika (jew aħjar) bl-użu ta’ ECC fuq caches li jistgħu jrażżnu d-dejta modifikata. Id-dejta kkoreġuta titwassal lir-riċevitur (jiġifieri l-korrezzjoni tal-iżball ma tintużax biss għall-iscrubbing fl-isfond);

(c)

Irkupu u trażżin tal-iżball permezz ta’ (1) ippruvar mill-ġdid u rkupru taċ-checkpoint tal-proċessur, (2) indikazzjoni tal-velenu tad-dejta (tagging) u propagazzjoni, jew (3) it-tnejn li huma. Il-mekkaniżmi jinnotifikaw lill-OS jew il-hypervisor biex iżomm żball fi proċess jew partition, biex b’hekk inaqqas il-bżonn għar-reboots tas-sistema; u

(d)

(1) Kapaċi ta’ azzjonijiet ta’ mitigazzjoni awtonoma tal-iżball fil-hardware ta;-proċesur, bħad-diattivazzjoni tal-partijiet tal-cache li jfallu, (2) appoġġ għall-analiżi ta’ falliment imbassar billi jinnotifika lill-OS, hypervisor, jew il-proċessur tas-servizz tal-post u/jew il-kawża root tal-iżbalji, jew (3) it-tnejn li huma.

1.2.

It-teknoloġija tal-proċessur użat f’servers reżiljenti u skalabbli hija ddisinjata biex tipprovdi kapaċità u funzjonalità addizzjonali mingħajr chipsets addizzjonali, u b’hekk tħeġġihom ikunu ddisinjati f’sistemi b’4 sokits tal-proċessur jew iktar. Il-proċessuri għandhom infrastruttura addizzjonali biex jappoġġaw busses tal-proċessur built-in, extra, biex jappoġġaw id-domanda ta’ sistemi ikbar.

1.3.

Is-server jipprovdi interfaċċi ta’ bandwidth I/O għolja biex jaqbad ma’ apparat ta’ espansjoni ta’ I/O estern jew I/O remot mingħajr ma jnaqqas l-għadd ta’ sokits tal-proċessur li jistgħu jiġu konnessi flimkien. Dawn jistgħu jkunu interfaċċi proprjetarji jew interfaċċi standard bħal PCIe. Il-kontrollur I/O ta’ prestazzjoni għolja biex jappoġġa dawn is-slots jista’ jkun ingastat fis-sokit tal-proċessur prinċipali jew fuq il-bord tas-sistema.

2.

Memorja RAS u Skalabbiltà — Dawn il-kapaċitajiet u l-karatteristiċi kollha li ġejjin għandhom ikunu preżenti:

(a)

Tipprovdi detezzjoni u rkupru ta’ żball tal-memorja permezz ta’ ECC estiża;

(b)

Fi x4 DIMMs, l-irkupru minn nuqqas ta’ funzjonament ta’ żewġ chips ħdejn xulxin fl-istess rank;

(c)

Migrazzjoni tal-memorja: Il-memorja li ma tkunx qed taħdem tista’ titneħħa mill-allokazzjoni b’mod proattiv u d-dejta tiġi migrata lejn memorja disponibbli. Dan jista’ jiġi implimentat fil-granularità ta’ DIMMs jew blokok loġiċi tal-memorja. Alternattivament, il-memorja tista’ tiġi wkoll mirrored;

(d)

Tuża bafers tal-memorja għal konnessjoni ta’ proċessur ta’ veloċità ogħla - il-memorja tillinkja ma’ DIMMs mqabba ma’ channels DDR ta’ veloċità iktar baxxa. Il-bafer tal-memorja jista’ jkun bafer chip separata, standalone li hija integrata fuq il-bord tas-sistema, jew integrata fil-kards tal-memorja li huma mfassla apposta. L-użu ta’ buffer chip huwa meħtieġ għal appoġġ DIMM estiż; dan jippermetti kapaċità ikbar tal-memorja minħabba l-appoġġ għal DIMMs ta’ kapaċità ikbar, iktar DIMM slots għal kull channel tal-memorja, u memory bandwidth ogħla għal kull channel tal-memorja minn DIMMs mqabbda direttament. Il-moduli tal-memorja jista’ jkunu mfassla wkoll apposta, bil-bafers tal-memorja u c-chips DRAM integrati fuq l-istess kard;

(e)

Juża links reżiljenti bejn il-proċessuri u l-buffers tal-memorja bil-mekkaniżmi minn żbalji tranżjenti fuq il-link; u

(f)

Lane sparing fil-links tal-memorja tal-proċessur. Hija disponibbli spare lane waħda jew iktar għal lane failover fil-każ ta’ żball permanenti.

3.

Provvista tal-Enerġija RAS: Il-PSUs kollha installati jew konsenjati mas-server għandhom ikunu addizzjonali u fl-istess ħin jistgħu jiġu mantnuti. Il-komponenti addizzjonali u li jissewwew jistgħu jkunu ppakkjati wkoll f’provvista tal-enerġija fiżika unika, iżda jridu jkunu jistgħu jissewwew mingħajr ma jeħtieġu li s-sistema tonqsilha l-enerġija. Għandu jkun preżenti l-appoġġ biex jopera s-sistema fil-modalità degradata meta l-kapaċità ta’ twassil tal-enerġija hija degradata minħabba famillimenti fil-provvisti tal-enerġija jew telf tal-input tal-enerġija.

4.

RAS għal Termali u Tkessiħ: Il-komponenti kollha tat-tkessiħ attivi, bħall-fannijiet jew tkessiħ li jaħdem bl-ilma, għandhom ikunu addizzjonali u fl-istess ħin li jistgħu jiġu mantnuti. Il-kumpless tal-proċessur irid ikollu mekkaniżmi biex jippermettilu li tiġi kkontrollata f’emerġenzi termali. L-appoġġ irid ikun preżenti biex is-sistema topera f’modalità degradata meta jinstabu emerġenzi termali fil-komponenti tas-sistema.

5.

Reżiljenza tas-Sistema — mhux inqas minn sitta mill-karatteristiċi li ġejjin għandhom ikunu preżenti fis-server:

(a)

Appoġġ ta’ kontrolluri tal-ħażna addizzjonali jew path addizzjonali għall-ħażna esterna:

(b)

Proċessuri tas-servizz addizzjonali;

(c)

Stadji tar-regolatur dc-dc addizzjonali wara l-outputs tal-provvista tal-enerġija;

(d)

Il-hardware tas-server jappoġġa d-deallokazzjoni tal-operat ta’ proċessur;

(e)

L-adattaturi I/O jew il-hard drives huma hot-swappable;

(f)

Jipprovdi bus error retry minn tarf sa tarf fuq il-proċessur għal memorja jew interkonnessjonijiet minn proċessur għal proċessur;

(g)

Jappoġġa espansjoni/irtirar minn fuq l-Internet tar-riżorsi tal-hardware mingħajr il-ħtieġa li tiġi operata reboot tas-sistema (elementi “fuq domanda”);

(h)

Migrazzjoni tas-Sokit tal-Proċessur: Bl-assitenza ta’ hypervisor u/jew OS, il-kompiti li jeżegwixxu fuq sokit tal-proċessur jistgħu jiġu migrati lejn sokit ieħor tal-proċessur mingħajr il-ħtieġa li s-sistema terġa tinbeda;

(i)

Il-memory patrol jew il-background scrubbing huma attivati għad-detezzjoni proattiva u l-korrezzjoni ta’ żbalji biex tonqos il-probabbiltà ta’ żbalji li ma jistgħux jiġu kkoreġuti; u

(j)

Reżiljenza tal-ħażna interna: Sistemi reżiljenti għandhom xi forma ta’ hardware RAID fil-konfigurazzjoni bażi, permezz ta’ appoġġ fuq il-bord tas-sistema jew slot dedikata għal kard kontrollur RAID għall-appoġġ tad-drives interni tas-server.

6.

Skalabbiltà tas-Sistema — Dawn kollha li ġejjin għandhom ikunu preżenti fis-server:

(a)

Kapaċità ta’ memorja ikbar: >=8 DDR3 jew DDR4 DIMM Ports għal kull sokit, b’links reżiljenti bejn is-sokit tal-proċessur u l-buffers tal-memorja; u

(b)

Possibbiltà ikbar ta’ espansjoni ta’ I/O: Infrastruttura bażi ta’ I/O ikbar u appoġġ għal għadd ikbar ta’ slots I/O. Ipprovdi mill-inqas 32 lane iddedikati PCIe Gen 2 jew bandwidth I/O ekwivalenti, b’mill-inqas slot waħda x16 jew interfaċċa dedikata oħra biex tappoġġa PCIe estern ta’ appoġġ, interfaċċa proprjetarja I/O jew interfaċċa I/O standard tal-industrija oħra.

Appendiċi C

Metodu tat-Test

1.   Ħarsa Ġenerali

Il-metodu tat-test li ġej għandu jintuża għad-determinazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ENERGY STAR għas-Servers tal-Kompjuter u meta tinġabar dejta tat-test għar-rapportar tal-enerġija fi Stat Inattiv jew enerġija fi Stat Attiv fuq l-Iskeda tad-Dejta tal-Enerġija u Prestazzjoni ENERGY STAR.

2.   Applikabbiltà

Il-metodu tat-test li ġej huwa applikabbli għall-prodotti kollha eliġibbli għal kwalifika skont l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ENERGY STAR għas-Servers tal-Kompjuter.

3.   Definizzjonijiet

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, it-termini kollha użati f’dan id-dokument huma konsistenti mad-definizzjonijiet li jinsabu fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ENERGY STAR għas-Servers tal-Kompjuter.

4.   Arranġament tat-test

4.1.

Enerġija tal-Input: L-enerġija tal-input għandha tkun kif speċifikat fit-Tabella 6 u t-Tabella 7. Il-frekwenza għall-enerġija tal-input għandha tkun kif speċifikata fit-Tabella 8.

Tabella 6

Rekwiżiti tal-Enerġija tal-Input għal Prodotti b’Enerġija tan-Nameplate Nominali Inqas Minn jew Daqs 1 500 watts (W)

Tip ta’ Prodott

Vultaġġ tal-Provvista

Tolleranza tal-Vultaġġ

Distorsjoni Armonika Massima Totali

Servers li għandhom Unitajiet tal-Provvista tal-Enerġija ta’ Output Uniku (PSUs) b’kurrent li jalterna (ac)-kurrent dirett (dc)

230 volts (V) ac jew 115 V ac (*)

+/- 1,0 %

2,0  %

Servers li għandhom ac-dc Multi-Output PSUs

230 V ac jew 115 V ac (*)

Kundizzjonijiet tal-Ittestjar Fakultattivi għal ac-dc (Suq Ġappuniż)

100 V ac

Three-phase Servers (Suq tal-Amerika ta’ Fuq)

208 V ac

Three-phase Servers (Suq Ewropew)

400 V ac


Tabella 7

Rekwiżiti tal-Enerġija tal-Input għal Prodotti b’Enerġija tan-Nameplate Nominali Ikbar Minn 1 500 W

Tip ta’ Prodott

Vultaġġ tal-Provvista

Tolleranza tal-Vultaġġ

Distorsjoni Armonika Massima Totali

Servers li għandhom PSUs ta’ Output uniku ac-dc

230 V ac jew 115 V ac (*)

+/- 4,0 %

5,0  %

Servers li għandhom ac-dc Multi-Output PSUs

230 V ac jew 115 V ac (*)

Kundizzjonijiet tal-Ittestjar Fakultattivi għal ac-dc (Suq Ġappuniż)

100 V ac

Three-phase Servers

(Suq tal-Amerika ta’ Fuq)

208 V ac

Three-phase Servers (Suq Ewropew)

400 V ac

Tabella 8

Rekwiżiti tal-Frekwenza tal-Input għall-Prodotti Kollha

Vultaġġ tal-Provvista

Frekwenza

Tolleranza tal-Frekwenza

100 V ac

50 hertz (Hz) jew 60 Hz

± 1,0 %

115 V ac

60  Hz

230 V ac

50 Hz jew 60 Hz

Three-phase

(Suq tal-Amerika ta’ Fuq)

60  Hz

Three-phase

(Suq Ewropew)

50  Hz

4.2.

Temperatura Ambjentali: It-temperatura ambjentali għandha tkun 25 ± 5 °C.

4.3.

Umdità Relattiva: L-umdità relattiva għandha tkun bejn 15 % u 80 %.

4.4.

Analizzatur tal-Enerġija: L-analiżżatur tal-enerġija għandu jirrapporta l-enerġija vera tar-Root Mean Square (RMS) u mill-inqas tnejn mill-unitajiet tal-kejl li ġejjin: vultaġġ, kurrent, u fattur tal-enerġija. L-analizzaturi tal-enerġija għandu jkollhom l-attributi li ġejjin:

(a)

Konformità: Is-sensur tal-enerġija għandu jingħażel mil-lista ta’ apparat li jkejjel l-enerġija speċifikata fis-Server Efficiency Rating Tool (SERT)TM  (11) Design Document 1.0.0 (12).

(b)

Kalibrazzjoni: L-analizzatur għandu jkun ġie kkalibrat fi żmien sena mid-data tat-test, bi standard li huwa traċċabbli għand in-National Institute of Science and Technology (USA) jew istitut tal-metroloġija nazzjonali bħalu f’pajjiżi oħrajn.

(c)

Il-fattur Crest: Disponibbiltà tal-ogħla fattur tal-kurrent crest ta’ 3 jew aktar fil-valur tal-firxa nominali tiegħu; Għal analizzaturi li ma jispeċifikawx il-fattur crest attwali, l-analizzatur irid ikun kapaċi jkejjel l-ispike tal-amperaġġ ta’ mill-inqas 3 darbiet l-amperaġġ massimu imkejjel matul kwalunkwe kampjun ta’ sekonda 1.

(d)

Reazzjoni tal-Frekwenza Minima: 3,0 kHz.

(e)

Riżoluzzjoni Minima:

(1)

0,01 W għall-kejl ta’ valuri inqas minn 10 W;

(2)

0,1 W għall-kejl ta’ valuri minn 10 W sa 100 W; u

(3)

1,0 W għall-kejl ta’ valuri iktar minn 100 W;

(f)

Logging: Ir-rata tal-qari appoġġata mill-analizzatur għandha tkun mill-inqas sett 1 ta’ kejl kull sekonda, fejn sett huwa definit bħala kejl tal-qawwa, f’watts. L-interval tal-medjar tad-dejta tal-analizzatur għandu jkun daqs l-interval tal-qari. L-interval tal-medjar tad-dejta huwa definit bħala l-perjodu ta’ ħin li matulu l-kampjuni kollha maqbuda mill-elettroniċi ta’ veloċità qawwija tat-teħid tal-kampjuni huma medjati biex jipprovdu sett ta’ kejl.

(g)

Korrettezza tal-Kejl: L-enerġija tal-kejl għandha tiġi rapportata mill-analizzatur b’korrettezza kumplessiva ta’ 1 % jew aħjar għall-valuri tal-enerġija kollha mkejla.

4.5.

Sensuri tat-Temperatura: Is-sensur tat-temperatura għandu jkollu l-attributi li ġejjin:

(a)

Konformità: Is-sensur tat-temperatura għandu jingħażel mil-lista ta’ apparat li jkejjel it-temperatura speċifikata fid-Dokument tad-Disinn SERT 1.0.0.

(b)

Logging: Is-sensur għandu jkollu rata minima ta’ qari ta’ 4 kampjuni kull minuta.

(c)

Korrettezza tal-Kejl: It-temperatura trid titkejjel mhux iktar minn 50 mm quddiem l-inlet tal-fluss tal-arja prinċipali (upwind minnha) tal-Unità Taħt Test (UUT) u rapportata mis-sensur b’korrettezza kumplessiva ta’ ± 0,5 °C jew aħjar.

4.6.

Għodda tat-Test tal-Istat Attiv: SERT 1.0.0, ipprovdut minn Standard Performance Evaluation Corporation (SPEC) (13).

4.7.

Sistema tal-Kontrollur: Is-Sistema tal-Kontrollur tista’ tkun Server, kompjuter ta’ fuq l-iskrivanija, jew laptop u għandha tintuża biex tirreġistra d-dejta tal-enerġija u t-temperatura.

(a)

L-analizzatur tal-enerġija u s-sensur tat-temperatura għandhom ikunu konnessi mas-Sistema tal-Kontrollur.

(b)

Is-Sistema tal-Kontrollur u l-UUT għandhom ikunu konnessi ma’ xulxin permezz ta’ swiċċ tan-netwerk tal-Ethernet.

4.8.

Rekwiżiti ġenerali tas-SERT Kwalunkwe rekwiżit addizzjonali speċifikat fi kwalunkwe dokument ta’ appoġġ SPEC jew SERT 1.0.0. għandu jiġi segwit, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-metodu tat-test. Dokumenti ta’ appoġġ minn SPEC jinkludu:

(a)

SPEC Power and Performance Methodology

(b)

SPEC Power Measurement Setup Guide

(c)

SPEC PTDaemon Design Document

(d)

SERT Design Document

(e)

SERT Run and Reporting Rules

(f)

SERT User Guide

(g)

SERT JVM Options

(h)

SERT Result File Fields

5.   Twettiq tat-test

5.1.   Konfigurazzjoni tat-Test

L-enerġija u l-effiċjenza għandhom jiġu ttestjati u rapportati għas-Servers tal-Kompjuter li qed jiġu ttestjati. L-ittestjar għandu jitwettaq kif ġej:

5.1.1.

Kundizzjoni kif jiġi konsenjat: Il-prodotti għandhom jiġu ttestjati fil-konfigurazzjoni tagħhom ta’ “kif jintbagħtu”, li tinkludi kemm il-konfigurazzjoni tal-hardware kif ukoll is-settings tas-sistema, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, f’dan il-metodu tat-test. Fejn rilevanti, l-għażliet kollha tas-software għandhom jiġu ffissati għall-kundizzjoni prestabilita tagħhom.

5.1.2.

Post tal-Kejl: Il-kejl kollu tal-enerġija għandu jittieħed minn punt bejn is-sors tal-enerġija ac u l-UUT. Ma għandhomx jitqabbdu unitajiet ta’ Provvista tal-Enerġija Mingaħjr Interruzzjoni (UPS) u l-UUT. Il-metraġġ tal-enerġija għandu jibqa fis-seħħ sakemm id-dejta tal-enerġija kollha fi Stat Inattiv u Attiv tiġi reġistrata kompletament. Meta tiġi ttestjata Sistema Blade, l-enerġija għandha titkejjel fl-input tax-Xażi Blade (jiġifieri fil-provvisti tal-enerġija li jikkonvertu l-enerġija tad-distribuzzjoni taċ-ċentru tad-dejta f’enerġija tad-distribuzzjoni tax-Xażi).

5.1.3.

Fluss tal-Arja: Huwa pprojbit li l-arja tiġi direzzjonata apposta fil-viċinat tat-tagħmir tal-kejl b’tali mod li jkun inkonsisteni mal-prattiċi normali taċ-ċentru tad-dejta.

5.1.4.

Provvisti tal-Enerġija: Il-PSUs kollha għandhom ikunu konnessi u operattivi.

UUTs b’PSUs Multipli: Il-provvisti tal-enerġija kollha għandhom jiġu konnessi mas-sors tal-enerġija ac u operattivi matul it-test. Jekk hemm bżonn, tista’ tintuża Unità tad-Distribuzzjoni tal-Enerġija (PDU) biex tqabbad provvisti tal-enerġija multipli ma’ sors uniku. Jekk tintuża PDU, kwalunkwe użu tal-elettriku żejjed mill-PDU għandu jiġi inkluż fil-ġestjoni tal-enerġija tal-UUT. Meta jiġu ttestjati l-Blade Servers b’konfigurazzjonijiet tax-Xażi nofsu mimli, il-provvisti tal-enerġija għad-dominji vojta tal-enerġija jistgħu jiġu skonnettjati (ara t-taqsima 5.2.4(b). għal iktar informazzjoni).

5.1.5.

Ġestjoni tal-Enerġija u Sistema tal-Operat: Għandha tkun installata s-sistema tal-operat kif konsenjata jew sistema tal-operat rappreżentanta. Il-prodotti li jintbagħtu mingħajr sistemi tal-operat għandhom jiġu ttestjati bi kwalunkwe sistema tal-operat installata. Għat-testijiet kollha, it-tekniki ta’ ġestjoni tal-enerġija u/jew elementi tat-tfaddil tal-enerġija għandhom jitħallew kif jintbagħtu. Kwalunwke elementi tal-ġestjoni tal-enerġija li jirrikjedu l-preżenza ta’ sistema tal-operat (jiġifieri dawk li ma humiex espliċitament kontrollati mis-Sistema Bażika Input Output (BIOS) jew kontrollu tal-ġestjoni) għandhom jiġu ttestjati billi jintużaw biss dawk l-elementi tal-ġestjoni tal-enerġija attivati prestabiliti mis-sistema tal-operat.

5.1.6.

Ħażna: Il-prodotti għandhom jiġu ttestjati għall-kwalifika minn tal-iqas Hard Disk Drive (HDD) waħda jew Solid State Drive (SSD) waħda installata. Prodotti li ma jinkludux hard drives installati minn qabel (HDD jew SSD) għandhom jiġu ttestjati bl-użu tal-konfigurazzjoni tal-ħażna użata f’mudell identiku għall-bejgħ li ma jinkludix hard drives installati minn qabel. Prodotti li ma jappoġġawx l-installazzjoni tal-hard drives (HDD jew SSD) u, minflok, jiddependu esklussivament fuq soluzzjonijiet tal-ħażna esterni (eż. netwerk tal-erja tal-ħażna) għandhom jiġu ttestjati bl-użu ta’ soluzzjonijiet esterni tal-ħażna.

5.1.7.

Blade System u Dual/Multi-Node Servers: Sistema Blade jew Server Dual/Multi-Node għandu jkollhom konfigurazzjonijiet identiċi għal kull nodu jew Server Blade inkluż il-komponenti kollha tal-hardware u s-software/settings tal-ġestjoni tal-enerġija. Dawn is-sistemi għandhom jitkejlu wkoll f’tali mod li jiżguraw li l-enerġija kollha min-nodi kollha ttestjati/Servers Blade tinqabad mill-metraġġ tal-enerġija matul it-test intier.

5.1.8.

Xażi Blade: Ix-Xażi Blade bħala minimu, għandu jkollu kapaċitajiet tal-enerġija, tkessiħ, u netwerking għas-Servers Blade kollha. Ix-Xażi għandu jimtela kif speċifikat fit-taqsima 5.2.4. Il-kejl kollu tal-enerġija għas-Sistemi Blade għandu jsir fl-input tax-Xażi.

5.1.9.

Settings tal-BIOS u tas-Sistema UUT: Is-settings kollha tal-BIOS għandhom jibqgħu kif intbagħtu sakemm ma ġiex speċifikat mod ieħor fil-metodu tat-test.

5.1.10.

Input/Output (I/O) u Konnessjoni tan-Netwerk: Il-UUT għandu jkollha mill-inqas port wieħed konness ma’ swiċċ tan-netwerk tal-Ethernet. Is-swiċċ irid ikun jista’ jappoġġa l-ogħla veloċitajiet nominali u l-iktar baxxi tan-netwerk tal-UUT. Il-konnessjoni tan-netwerk għandha tkun attiva matul it-testijiet kollha, u, għalkemm il-link għandha tkun lesta u kapaċi tittrażmetti l-pakketi, mhux meħtieġ traffiku speċifiku fuq il-konnessjoni matul l-ittestjar. Għall-finijiet tal-ittestjar għandu jkun żgurat li l-UUT toffri mill-inqas port tal-Ethernet wieħed (bl-użu ta’ kard add-in unika jekk ma jkunx offrut appoġġ tal-Ethernet onboard).

5.1.11.

Konnessjonijiet tal-Ethernet: Prodotti li jintbagħtu bl-appoġġ għal Ethernet Effiċjenti fl-Enerġija (konformi mal-IEEE 802.3az) għandhom ikunu konnessi biss ma’ tagħmir tan-netwerk li huwa konformi mal-Ethernet Effiċjenti fl-Enerġija matul l-ittestajr. Għandhom jittieħdu miżuri li jixirqu biex jattivaw l-elementi EEE fuq iż-żewġ truf tal-link tan-netwerk matul it-testijiet kollha.

5.2.   Tħejjija tal-UUT

5.2.1.

Il-UUT għandha tkun ittestjata bis-sokits tal-proċessur mimlija kif speċifikat fit-Taqsima 6.1.2 tal-Kriterji tal-Eliġibbiltà ENERGY STAR Verżjoni 2.0.

5.2.2.

Installa l-UUT f’rack jew post tat-test. Il-UUT ma għandhiex titressaq fiżikament sakemm jitlesta l-ittestjar.

5.2.3.

Jekk il-UUT hija sistema Multi-node, il-UUT għandha tiġi ttestjata għal kull enerġija tal-konsum fuq nodu fil-konfigurazzjoni ta’ Xażi kompletament mimli. Il-Multi-node Servers kollha installati fix-Xażi għandhom ikunu identiċi, u jikkondividu l-istess konfigurazzjoni.

5.2.4.

Jekk il-UUT hija Sistema Blade, il-UUT għandha tiġi ttestjata għall-konsum tal-enerġija ta’ Server Blade f’konfigurazzjoni ta’ Xażi nofsu mimli bl-għażla addizzjonali tal-ittestjar tal-UUT f’konfigurazzjoni ta’ Xażi mimli kompletament. Għal Sistemi Blade, imla x-Xażi kif ġej:

(a)

Konfigurazzjoni Individwali ta’ Server Blade

Is-Servers Blade kollha installati f’xażi Blade għandhom ikunu identiċi u jikkondividu l-istess konfigurazzjoni (omoġenji).

(b)

Xażi nofsu mimli (Meħtieġ)

(1)

Ikkalkula l-għadd ta’ Servers Blade meħtieġa biex jimtelew nofs l-islots ta’ Server Blade Single-wide disponibbli fuq Xażi Blade.

(2)

Is-Servers Blade li għandhom dominji multipli tal-enerġija, agħżel l-għadd ta’ dominji tal-enerġija li huwa l-eqreb għall-mili a’ nofs ix-Xażi. F’każ fejn hemm żewġ għażliet li b’mod indaqs huma viċin li jimlew nofs ix-Xażi, ittestja mad-dominju jew kombinazzjoni ta’ dominji li jutilizzaw għadd ikbar ta’ Servers Blade.

Eżempju 1: Xażi Blade partikolari jappoġġa sa 7 ingle-wide Blade Servers fuq żewġ dominji tal-enerġija. Dominju tal-enerġija wieħed jappoġġa 3 Blade Servers u l-ieħor jappoġġa 4 Blade Servers. F’dan l-eżempju, id-dominju tal-enerġija li jappoġġa 4 Blade Servers ikun mimli kompletament matul l-ittestjar, filwaqt li d-dominju l-ieħor tal-enerġija jibqa vojt.

Eżempju 2: Xażi Blade partikolari jappoġġa sa 16-il Single-wide Blade Server fuq erba’ dominji tal-enerġija. Kull wieħed mill-erba’ dominji tal-enerġija jappoġġa 4 Blade Servers. F’dan l-eżempju, tnejn mid-dominji tal-enerġija ikunu mimlijin kompletament matul l-ittestjar, filwaqt li ż-żewġ dominji l-oħrajn tal-enerġija jibqgħu vojta.

(3)

Segwi r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-manwal tal-utent jew il-manifattur biex timla x-Xażi parzjalment, li jista’ jinkludi l-iskonnettjar ta’ wħud mill-provvisti tal-enerġija u l-fannijiet tat-tkessiħ għad-dominji tal-enerġija vojta.

(4)

Jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-manwal tal-utent ma jkunux disponibbli jew mhumiex kompluti, f’dak il-każ uża l-gwida li ġejja:

(i)

Imla d-dominji tal-enerġija kompletament.

(ii)

Jekk possibbli, skonnettja l-provvisti tal-enerġija u l-fannijiet ta’ tkessiħ mid-dominji tal-enerġija li huma vojta.

(iii)

Imla l-bays vojta kollha bil-blanking panels jew restrizzjoni tal-fluss tal-arja ekwivalenti għad-durata tal-ittestjar.

(c)

Popolazzjoni kompluta tax-Xażi (Fakultattiva)

Imla l-bays tax-Xażi kollha disponibbli. Il-provvisti tal-enerġija u l-fannijiet tat-tkessiħ kollha jridu jkunu konnessi. Ipproċedi bit-testijiet kollha meħtieġa fil-proċedura tat-test kif speċifikat fit-Taqsima 6.

5.2.5.

Qabbad il-UUT ma’ swiċċ tan-netwerk tal-Ethernet (IEEE 802.3) attiv. Il-konnessjoni attiva għandha tinżamm matul id-durata tal-ittestjar, ħlief meta jkun hemm waqfien qasir meħtieġ għat-tranżizzjoni bejn il-veloċitajiet tal-link.

5.2.6.

Is-Sistema tal-Kontrollur meħteġa biex tipprovdi kontroll ġestiet tat-tagħbija tax-xogħol SERT, akkwist tad-dejta, jew appoġġ tal-ittestjar tal-UUT ieħor, għandha tkun konnessa mal-istess swiċċ tan-netwerk bħall-UUT u tissodisfa r-rekwiżiti l-oħrajn tan-netwerk tal-UUT. Kemm il-UUT kif ukoll is-Sistema tal-Kontrollur għandhom jiġu konfigurati biex jikkomunikaw permezz tan-netwerk.

5.2.7.

Qabbad il-miter tal-elettriku mas-sors tal-vultaġġ ac issettjat skont il-vultaġġ u l-frekwenza adattati għat-test, kif speċifikat fit-Taqsima 4.

5.2.8.

Ipplakkja l-UUT fl-outlet tal-kejl tal-enerġija fuq il-miter tal-elettriku billi ssegwi l-linji gwida fi 5.1.2.

5.2.9.

Qabbad l-interfaċċa tal-output tad-dejta mal-metraġġ tal-enerġija u s-sensur tat-temperatura mal-input li jixraq tas-Sistema tal-Kontrollur.

5.2.10.

Ivverifika li l-UUT hija konfigurjata– fil-konfigurazzjoni tagħha tal-konsenja.

5.2.11.

Ivverifika li s-Sistema tal-Kontrollur u l-UUT huma konnessi mal-istess netwerk intern permezz ta’ swiċċ tan-netwerk tal-Ethernet.

5.2.12.

Uża ping command normali biex tivverifika li s-Sistema tal-Kontrollur u l-UUT jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin.

5.2.13.

Installa SERT 1.0.0 fuq il-UUT u s-Sistema tal-Kontrollu kif speċifikat fis-SERT User Guide 1.0.0 (14).

6.   Proċeduri tat-test għall-prodotti kollha

6.1.   Ittestjar tal-Istat Inattiv

6.1.1.

Ixgħel il-UUT, jew billi tixgħel l-iswiċċ jew billi tqabdu mal-provvista tal-elettriku.

6.1.2.

Ixgħel is-Sistema tal-Kontrollur.

6.1.3.

Ibda rreġistra l-ħin li għadda.

6.1.4.

Bejn 5 u 15-il minuta wara t-tlestija tal-boot inizjali jew il-login, issettja l-metraġġ tal-enerġija biex jibda jakkumula l-valuri tal-enerġija inattiva akkumulati f’intervall ta’ iktar minn jew daqs qari 1 kull sekonda.

6.1.5.

Akkumula l-valuri tal-enerġija inattiva għal 30 minuta. Il-UUT għandha tibqa fi Stat Inattiv matul dan il-perjodu kollu u ma għandhiex tidħol fi stati ta’ inqas enerġija b’funzjonalità limitata (eż rieqed jew hibernate).

6.1.6.

Irreġistra l-enerġija medja inattiva (medja aritmetika) matul 30 minuta ta’ perjodu tat-test.

6.1.7.

Waqt l-ittestjar ta’ Sistema Multi-node jew Blade, ipproċedi kif ġej biex tikseb enerġija ta’ nodu wieħed jew ta’ Server Blade uniku:

(a)

Iddividi l-enerġija inattiva totali mkejla fit-Taqsima 6.1.6 bl-għadd ta’ nodi/Blade Servers installati għat-test;

(b)

Irrekordja t-total imkejjel u l-valuri tal-enerġija għal kull nodu/Blade Server kif ikkalkulati f’6.1.7(a) (għal kull kejl).

6.2.   Ittestjar tal-Istat Attiv bl-Użu ta SERT

6.2.1.

Irributja l-UUT.

6.2.2.

Bejn 5 u 15-il minuta wara t-tlestija tal-boot inizjali jew log in, segwi l-Gwida tal-Utent tas-SERT 1.0.0 biex tvara lis-SERT.

6.2.3.

Segwi l-passi kollha spjegati fil-Gwida tal-Utent tas-SERT 1.0.0 biex tħaddem SERT b’suċċess.

6.2.4.

Matul l-eżekuzzjoni tas-SERT mhumiex permessi l-intervenzjoni manwali jew l-ottimizzazzjoni tas-Sistema tal-Kontrollur, UUT, jew l-ambjent intern jew estern tagħha.

6.2.5.

Meta SERT ilesi, inkludi l-fajls tal-output li ġejjin bir-riżultati kollha tal-ittestjar:

(a)

Results.xml

(b)

Results.html

(c)

Results.txt

(d)

Il-fajls kollha results-chart.png (eż. results-chart0.png, results-chart1.png, eċċ.)

(e)

Results-details.html

(f)

Results-details.txt

(g)

Il-fajls kollha results-details-chart png files (eż. results-details-chart0.png, results-details-chart1.png, eċċ.)

IV.   SPEĊIFIKAZZJONI TAT-TAGĦMIR TAL-IMMAĠNI (VERŻJONI 2.0)

1.   Definizzjonijiet

1.1.

Tipi ta’ Prodott:

1.1.1.

Stampatur: Prodott li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jiġġenera output tal-karta minn input elettroniku. Stampatur huwa kapaċi jirċievi informazzjoni minn utent uniku jew kompjuters fuq netwerk, jew apparat tal-input ieħor (eż kameras diġitali). Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbiegħu fis-suq bħala stampaturi, u stampaturi li jistgħu jiġu aġġornati fil-qasam biex jissodisfaw id-definizzjoni ta’ MFD.

1.1.2.

Skener: Prodott li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jikkonverti prodotti oriġinali tal-karta f’immaġnijiet elettroniċi li jistgħu jinħażnu, jiġu editjati, jew trażmessi, primarjament f’ambjent ta’ użu tal-kompjuter personali. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbiegħu fis-suq bħala Skeners.

1.1.3.

Kopjatur: Prodott li l-funzjoni unika tiegħu hija li jipproduċi kopji doppji tal-karta minn oriġinali fuq il-karta. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbiegħu fis-suq bħala kopjaturi, u kopjaturi diġitali li jistgħu jiġu aġġornati (UDCs).

1.1.4.

Magna Facsimile (Fax): Prodott li l-funzjonijiet primarji tiegħu huma (1) skan ta’ oriġinali fuq karta għal trażmissjoni elettronika lejn unitajiet remoti, u (2) biex jirċievi trażmissjonijiet elettroniċi għall-konverżjoni lejn output tal-karta. Magna tal-fax tista’ tkun kapaċi wkoll tipproduċi l-kopji doppji tal-karta. It-trażmissjoni elettronika sseħħ primarjament permezz ta’ sistema tat-telefown pubblika, iżda tista’ ssir ukoll permezz tan-netwerk tal-kompjuter jew l-Internet. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbiegħu fis-suq bħala magni tal-fax.

1.1.5.

Apparat Multifunzjoni (MFD): Prodott li jwettaq żewġ funzjonijiet prinċipali jew iktar ta’ Stampatur, Skener, Kopjatur jew Magna tal-Fax. MFD jista’ jkollu fattur tal-forma fiżiku integrat, jew jista’ jikkonsisti minn kombinazzjoni ta’ komponenti integrati tal-funzjonalità. Il-funzjonalità tal-kopja ta’ MFD hija kkunsidrata bħala distinta minn funzjonalità ta’ kkupjar ta’ konvenjenza fuq folja waħda li xi drabi jkollha magna tal-fax. Din id-definizzjoni tinkludi prodotti kummerċjalizzati bħala MFDs, u “prodotti multifunzjoni” (MFPs).

1.1.6.

Duplikatur Diġitali: Prodott li jinbiegħ bħala sistema ta’ duplikatur awtomata kompletament permezz tal-metodu ta’ duplikazzjoni tal-istencil b’funzjonalità ta’ riproduzzjoni diġitali. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbiegħu fis-suq bħala duplikaturi diġitali.

1.1.7.

Magna tal-Posta: Prodott li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jistampa bolol fuq oġġetti tal-posta. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbiegħu fis-suq bħala magni tal-posta.

1.2.

Teknoloġiji tal-Immarkar:

1.2.1.

Termali Diretti (DT): Teknoloġija tal-immarkar karatterizzata bil-ħruq ta’ tikek fuq midja tal-istampar koperta li tgħaddi minn print head taħraq. Il-prodotti DT ma juzawx zigarelli.

1.2.2.

Sublimazzjoni tal-Kulurant (DS): Teknoloġija tal-immarkar karatterizzata bid-depożizzjoni (sublimazzjoni) tal-kulurant fuq midja tal-istampar bħala enerġija li tiġi fornuta lill-elementi tas-sħana.

1.2.3.

Elettrofotografiku (EP): Teknoloġija tal-immarkar karatterizzata mill-illuminazzjoni ta’ fotokonduttur f’disinn li jirrappreżenta l-immaġini stampata mixtieqa permezz ta’ sors tad-dawl, l-iżvilupp tal-immaġini bil-partiċelli tat-toner bl-użu tal-immaġini latenti fuq il-fotokonduttur biex tkun definita l-preżenza jew in-nuqqas tat-toner f’post definit, it-trasferiment tat-toner fuq il-midja finali stampata, u l-fużjoni biex l-output isir durabbli. Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, prodotti tal-Kulur EP simultanjament joffru tliet kuluri tat-toner uniċi jew iktar, filwaqt li prodotti Monokromatiċi EP simultanjament joffru kulur wieħed tat-toner uniku jew tnejn. Din id-definizzjoni tinkludi teknoloġiji ta’ illuminazzjoni Laser, Diode li Jagħti d-Dawl (LED), u Displej tal-Kristall Likwidu (LCD).

1.2.4.

Impatt: Teknoloġija tal-immarkar karatterizzata mill-formazzjoni ta’ immaġni tal-output mixtieq billi tittrasferixxi l-kolorant minn “żigarella” għal fuq il-midja tal-istampa permezz ta’ proċess tal-impatt. Din id-definizzjoni tinkludi Dot Formed Impact u Fully Formed Impact.

1.2.5.

Ġett tal-linka (IJ): Teknoloġija tal-immarkar karatterizzata bid-depożizzjoni tal-kolorant f’qatriet żgħar direttament fuq il-midja tal-istampar fil-manjiera ta’ matriċi. Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, prodotti Kulur IJ joffru żewġ koloranti uniċi jew iktar fl-istess mument, filwaqt li prodotti Monokromatiċi IJ joffru kolorant wieħed f’mument. Din id-definizzjoni tinkludi Piezo-elettriku (PE) IJ, Sublimazzjoni tal-IJ u IJ Termali. Din id-definizzjoni ma tinkludix IJ ta’ Prestazzjoni Għolja.

1.2.6.

IJ ta’ Prestazzjoni Għolja: Teknoloġija tal-immarkar IJ li tinkludi serje ta’ żennuni li huma mifruxa fuq wisa’ ta’ paġna u/jew l-abbiltà li jnixfu l-linka fuq il-midja tal-istampar permezz ta’ mekkaniżmi tat-tisħin tal-midja supplimentari. Prodotti IJ ta’ prestazzjoni għolja jintużaw fl-applikazzjonijeit tan-negozju li normalment ikollhom prodotti tal-kummerċ elettrofotografiċi.

1.2.7.

Linka Solida (SI): Teknoloġija tal-immarkar karatterizzata mil-linka li hija solida f’temperatura normali u likwida meta msaħħna għat-temperatura tal-ġett. Din id-definizzjon tinkludi kemm trasferiment dirett u trasferiment offset permezz ta’ tambur jew ċintorin intermedjarju.

1.2.8.

Stensil: Teknoloġija tal-immarkar karatterizzata bit-trasferiment tal-immaġni fuq il-midja tal-istampar minn stensil li tkun imwaħħla madwar tambur tal-linka.

1.2.9.

Trasferiment Termali (TT): Teknoloġija tal-immarkar karatterizzata mid-depożizzjoni ta’ taqtir żgħir tal-kolorant solidu (normalment xemgħa tal-kulur) fi stat maħlul/fluwidu direttament fuq il-midja tal-istampar f’manjiera ta’ matriċi. It-TT huwa differenti mill-IJ għaliex il-linka hija solida f’temperatura normali u ssir likwida meta tissaħħan.

1.3.

Modalitajiet Operattivi:

1.3.1.

Modalità Mixgħul:

(a)

Stat Attiv: L-istat tal-enerġija li fih il-prodott huwa konness ma’ sors tal-enerġija u attivament qed jipproduċi output, kif ukoll iwettaq xi funzjonijiet primarji oħrajn tiegħu.

(b)

Stat Lest: L-istat tal-enerġija li fih il-prodott mhux qed jipproduċi output, laħaq il-kundizzjonijiet tal-operat, għadu ma daħalx f’modalitajiet ta’ enerġija baxxa, u jista’ jidħol fil-Modalità Attiva mingħajr dewmien. L-elementi kollha tal-prodotti jistgħu jitħaddmu f’dan l-istat, u l-prodott jista’ jirritorna għal Stat Attiv billi jirrispondi għal kwalunkwe input potenzjali, inkluż stimulu elettriku estern (eż stimulu min-netwerk, sejħa mill-fax, jew kontroll remot) u intervenzjoni fiżika diretta (eż attivar ta’ swiċċ fiżiku jew buttuna).

1.3.2.

Modalità Mitfi: L-istat tal-enerġija li jidħol fih il-prodott meta jkun intefa’ manwalment jew awtomatikament iżda għadu pplaggjat u konness mas-sors tal-elettriku. Isir ħruġ minn din il-modalità meta jsir stimolu minn input, bħal swiċċ manwali tal-enerġija jew bil-ħin, biex l-unità tinġieb f’Modalità Lest. Meta dan l-istat jirriżulta minn intevent manwali minn utent, spiss issir referenza għalih bħala Tifi Manwali, u meta jirriżulta minn stimuli awtomatiċi jew predeterminati, (eż. żmien ta’ dewmien jew arloġġ) spiss issir referenza għalih bħala Tifi Awtomatiku. (15)

1.3.3.

Modalità Rieqed: Stat tal-enerġija ridott li prodott jidħol fih awtomatikament wara perjodu ta’ inattivita (jiġifieri Ħin ta’ Dewmien Prestabilit), bħala risposta għal azzjoni manwali tal-utent (eż. f’ħin tal-ġurnata ffissat mill-utent, bħala risposta għal attivazzjoni tal-utent ta’ swiċċ fiżiku jew buttuna), jew bħala risposta għal stimulu elettriku estern (eż. stimulu fuq netwerk, sejħa tal-fax, kontroll remot). Għal prodotti evalwati skont il-metodu tat-test TEC, il-Modalità Rieqed tippermetti l-operat tal-elementi kollha tal-prodott (inkluż il-manutenzjoni ta’ konnettività tan-netwerk), minkejja b’dewmien possibbli għat-tranżizzjoni lejn Stat Attiv. Għal prodotti evalwati skont il-metodu tat-test OM, il-Modalità Rieqed tippermetti l-operat tal-interfaċċa tan-netwerk attiv unika, kif ukoll konnessjoni tal-fax jekk disponibbli, minkejja b’dewmien possibbli għat-tranżizzjoni lejn Stat Attiv.

1.3.4.

Stennija: L-iżjed stat baxx tal-konsum tal-enerġija li ma jistax jintefa (influwenzat) mill-utent u li jista’ jippersisti għal żmien indefinit meta l-prodott ikun konness ma’ provvista ċentrali tal-elettriku u użat f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur (16). Stennija huwa l-istat tal-enerġija minimu tal-prodott. Għal prodotti ta’ Tagħmir tal-Immaġni indirizzati minn din l-ispeċifikazzjoni, il-Modalità Stennija normalment tikkorrispondi għal Modalità Mitfi, iżda tista’ tikkorrispondi wkoll għal Stat Lest jew Modalità Rieqed. Prodott ma jistax joħroġ minn Stennija u jilħaq stat ta’ enerġija aktar baxx sakemm ma jkunx fiżikament skonnettjat minn mal-provvista ewlenija tal-enerġija b’riżultat ta’ manipulazzjoni manwali.

1.4.

Format tal-Midja:

1.4.1.

Format Kbir: Prodotti ddisinjati għal midja A2 u ikbar, inkluż dawk iddisinjati biex jakkomadaw midja ta’ forma kontinwa li huma ikbar minn jew daqs wisa’ ta’ 406 mm. Il-prodotti ta’ Format Kbir jistgħu jkunu wkoll kapaċi jistampaw fuq midja tad-daqs standard jew ta’ format żgħir.

1.4.2.

Format Standard: Il-prodotti ddisinjati għal midja ta’ daqs standard (eż. Ittra, Legali, Ledger, A3, A4, u B4), inklużi dawk disinjati biex jakkomodaw midja ta’ forma kontinwa b’wisa’ ta’ bejn 210 mm u 406 mm. Il-prodotti ta’ daqs Standard jistgħu wkoll ikollhom il-kapaċità jistampaw fuq midja ta’ format żgħir.

Kapaċità ta’ A3: Prodotti ta’ Format Standard b’wisa’ tal-path tal-karta daqs jew ikbar minn 275 mm.

1.4.3.

Format Żgħir: Prodotti ddisinjati għal daqsijiet ta’ midja iżgħar minn dawk definiti bħala Standard (eż. A6, 4″ × 6″, microfilm), inkluż dawk iddisinjati biex jakkomadaw midja ta’ forma kontinwa ta’ inqas minn wisa’ ta’ 210 mm.

1.4.4.

Forma Kontinwa: Prodotti li ma jużaw format ta’ midja ta’ karta maqtugħa u li huma ddisinjati għal applikazzjonijiet bħall istampar ta’ bar codes, tikketti, irċevuti, banners u disinji tal-inġiniera. Prodotti ta’ Forma Kontinwa jistgħu ikunu ta’ Format Żgħir, Standard jew Kbir.

1.5.

Termini Addizzjonali:

1.5.1.

Duplexing Awtomatiku: Il-kapaċità ta’ kopjatur, magna tal-fax, MFD jew stampatur li jipproduċu l-immaġnijiet fuq iż-żewġ naħat ta’ folja tal-output, mingħajr manipulazzjoni manwali tal-output bħala pass intermedju. Prodott huw kkunsidrat li għandu kapaċità ta’ duplexing awtomatika biss jekk l-aċċessorji kollha meħtieġa għall-produzzjoni ta’ output duplex huma inklużi mal-prodott meta jiġi konsenjat.

1.5.2.

Konnessjoni tad-Dejta: Konnessjoni li tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni bejn t-Tagħmir tal-Immaġni u apparat wieħed imqabbad esternament jew midjum tal-ħażna.

1.5.3.

Ħin tad-Dewmien Prestabilit: Il-ħin stabilit mill-manifattur qabel il-konsenja li jiddetermina meta l-prodott jidħol f’modalità tal-enerġija iktar baxxa (eż. Rieqed, Automatikament Mitfi) wara li jlesti l-funzjoni primarja tiegħu.

1.5.4.

Digital Front-end (DFE): Server funzjonalment integrat li jospita kompjuters u applikazzjonijiet oħrajn u jaġixxi bħala interfaċċa għat-Tagħmir tal-Immaġni. DFE jipprovdi iktar funzjonalità lit-Tagħmir tal-Immaġini.

(a)

DFE joffri tlieta minn dawn l-elementi avvanzati li ġejjin jew iktar:

(1)

Konnettività ma’ netwerk f’ambjenti diversi;

(2)

Funzjonalità ta’ kaxxa tal-posta (mailbox);

(3)

Ġestjoni tal-kju tal-kompiti;

(4)

Ġestjoni tal-magni (eż. jattiva t-Tagħmir tal-Immaġini minn stat ta’ enerġija mnaqqsa);

(5)

Interfaċċa tal-utent (UI) grafika avvanzata;

(6)

Abbiltà li jibda komunikazzjoni ma’ servers ospitanti oħrajn u kompjuters klijenti (eż. jiskanja għall-posta elettronika, jippolja kaxxi tal-posta remoti għall-kompiti); jew

(7)

L-abbiltà ta’ post-ipproċessar tal-paġni (eż. l-ifformattjar mill-ġdid tal-paġni qabel l-istampar).

(b)

DFE tat-Tip 1: DFE li jieħu l-enerġija dc tiegħu mill-provvista tal-enerġija ac tiegħu stess (interna jew esterna), li tkun separata mill-provvista tal-enerġija li tagħti l-enerġija lit-Tagħmir tal-Immaġni. Dan id-DFE jista’ jieħu l-enerġija ac tiegħu direttament minn plakka fil-ħajt, jew jista’ jeħodha mill-enerġija ac assoċjata mal-provvista interna tal-enerġija tat-Tagħmir tal-Immaġni. DFE tat-Tip 1 jista’ jinbiegħ standard mal-prodott tat-Tagħmir tal-Immaġni jew bħala aċċessorju.

(c)

DFE tat-Tip 2: DFE li jieħu l-enerġija dc tiegħu mill-istess provvista tal-enerġija bħat-Tagħmir tal-Immaġni li biha jopera. Id-DFEs tat-Tip 2 għandu jkollhom bord jew muntatura b’unità tal-ipproċessar separata li tkun kapaċi tattiva permezz tan-netwerk u li tkun tista’ titneħħa fiżikament, tiġi iżolata jew diżattivata permezz ta’ prattiċi komuni tal-inġinerija biex ikun jista’ jittieħed kejl tal-enerġija.

(d)

Aċċelleratur Awżiljarju tal-Ipproċessar (APA): Kard add-in tal-espansjoni tal-komputazzjoni installata fi slot tal-espansjoni add-in ta’ użu ġenerali (eż. GPGPU installata f’PCI slot).

1.5.5.

Konnessjoni tan-Netwerk: Konnessjoni li tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni bejn t-Tagħmir tal-Immaġni u apparat wieħed imqabbad esternament jew iktar.

1.5.6.

Adder Funzjonali: Interfaċċa tad-dejta jew netwerk jew komponent ieħor li jżid il-funzjonalità fil-magna tal-immarkar ta’ prodott tat-Tagħmir tal-Immaġni u jipprovdi konċessjoni tal-enerġija meta jikkwalifika l-prodotti skont il-metodu OM.

1.5.7.

Modalità tal-Operat (OM): Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, metodu ta’ tqabbil tal-prestazzjoni tal-enerġija ta’ prodott permezz ta’ evalwazzjoni tal-enerġija (imkejla f’watts) fi stati varji tal-operat, kif speċifikat fit-Taqsima 9 tal-Metodu tat-Test tat-Tagħmir tal-Immaġni ENERGY STAR.

1.5.8.

Konsum Tipiku tal-Enerġija (TEC): Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, metodu ta’ tqabbil tal-prestazzjoni tal-enerġija ta’ prodott permezz ta’ evalwazzjoni tal-enerġija (imkejla f’sigħat kilowatts) matul operat normali fuq perjodu speċifiku ta’ ħin, kif speċifikat fit-Taqsima 8 tal-Metodu tat-Test tat-Tagħmir tal-Immaġni ENERGY STAR.

1.5.9.

Magna tal-Immarkar: Il-magna fundamentali ta’ prodott tat-Tagħmir tal-Immaġni li tmexxi l-produzzjoni tal-immaġni. Magna tal-immarkar tiddependi fuq adders funzjonali biex tikseb l-abbiltà tal-komunikazzjoni u biex tipproċessal-immaġni. Mingħajr adders funzjonali u komponenti oħrajn, magna tal-immarkar ma tistax tikseb dejta tal-immaġni biex tipproċessahom u hija nonfunzjonali.

1.5.10.

Prodott Bażi: Il-konfigurazzjoni l-iktar fundamentali ta’ Mudell tal-Prodott partikulari, li jippossjedi l-għadd minimu tal-adders funzjonali disponibbli. Komponenti u aċċessorji fakultattivi ma humiex ikkunsidrati parti mill-prodott bażiku.

1.5.11.

Aċċessorju: Parti ta’ tagħmir periferali li mhux meħtieġ għall-operat tal-Prodott Bażiku iżda li tista’ tiżdied qabel jew wara l-konsenja sabiex tiżdied il-funzjonalità. Aċċessorju jista’ jinbiegħ separatament bin-numru tal-mudell tiegħu stess, jew jinbiegħ ma’ prodott bażiku bħala parti minn pakkett jew minn konfigurazzjoni.

1.5.12.

Mudell tal-Prodott: Tagħmir tal-immaġini li jinbiegħ jew jitqiegħed fis-suq taħt numru ta’ mudell uniku jew isem kummerċjali uniku. Mudell tal-prodott jista’ jkun magħmul minn prodott bażiku jew prodott bażiku bl-aċċessorji.

1.5.13.

Familja ta’ Prodott: Grupp ta’ mudelli tal-prodott li huma (1) magħmula mill-istess manifattur, (2) suġġetti għall-istess kriterji tal-kwalifika ENERGY STAR, u (3) ta’ disinn bażiku komuni. Mudelli tal-prodott f’familja ivarjaw minn xulxin skont element jew karatteristika waħda jew iktar li (1) ma għandhomx impatt fuq il-prestazzjoni ta’ prodott fir-rigward tal-kriterji tal-kwalifika ENERGY STAR jew (2) huma speċifikati hawn ġew bħala varjazzjonijiet aċċettabbli f’familja ta’ prodott. Għat-Tagħmir ta’ Immaġni, varjazzjonijiet aċċettabbli f’familja ta’ prodotti jinkludu:

(a)

Il-kulur,

(b)

Il-kaxxa,

(c)

L-aċċessorji amministrattivi tal-input jew l-output tal-karta,

(d)

Il-komponenti elettroniċi mhux assoċjati mal-magna tal-immarkar tal-prodott tat-Tagħmir tal-Immaġni, inkluż DFEs tat-Tip 1 u t-Tip 2.

2.   Kamp ta’ applikazzjoni

2.1.   Prodotti Inklużi

2.1.1.

Prodotti kummerċjalment disponibbli li jissodisfaw waħda mid-definizzjonijiet tat-Tagħmir tal-Immaġni fit-Taqsima 1.1 u huma kapaċi jieħdu l-elettriku minn (1) plakka ta’ mal-ħajt, (2) konnessjoni tad-dejta jew netwerk, jew (3) kemm plakka ta’ mal-ħajt kif ukoll konnessjoni tad-dejta jew netwerk, huma eliġibbli għal kwalifika ENERGY STAR, bl-eċċezzjoni tal-prodotti elenkati fit-Taqsima 2.2.

2.1.2.

Prodott tat-Tagħmir tal-Immaġni jrid jiġi klassifikat iktar bħala “TEC” jew “OM” fit-Tabella 1 taħt, skont il-metodu tal-evalwazzjoni ENERGY STAR.

Tabella 1

Metodi ta’ Evalwazzjoni għal Tagħmir tal-Immaġni

Tip ta’ Tagħmir

Format tal-Midja

Teknoloġija tal-Immarkar

Metodu tal-Evalwazzjoni ENERGY STAR

Kopjatur

Standard

DT, DS, EP, SI, TT

TEC

Kbir

DT, DS, EP, SI, TT

OM

Duplikatur Diġitali

Standard

Stensil

TEC

Magna tal-Fax

Standard

DT, DS, EP, SI, TT

TEC

IJ

OM

Magna tal-Posta

Kollha

DT, EP, IJ, TT

OM

Apparat Multifunzjoni (MFD)

Standard

IJ, DT, DS, EP, SI, TT ta’ Prestazzjoni Għolja

TEC

IJ, Impact

OM

Kbir

DT, DS, EP, IJ, SI, TT

OM

Stampatur

Standard

IJ, DT, DS, EP, SI, TT ta’ Prestazzjoni Għolja

TEC

IJ, Impact

OM

Kbir jew Żgħir

DT, DS, EP, Impact, IJ, SI, TT

OM

Żgħir

IJ ta’ Prestazzjoni Għolja

TEC

Skener

Kollha

Mhux Applikabbli

OM

2.2.   Prodotti Esklużi

2.2.1.

Prodotti li huma koperti taħt speċifikazzjonijiet ta’ prodott ENERGY STAR ieħor ma humiex eliġibbli għal kwalifika taħt din l-ispeċifikazzjoni. Il-lista tal-ispeċifikazzjonijiet attwalment fis-seħħ tinsab fuq: www.eu-energystar.org.

2.2.2.

Prodotti li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew iktar ma humiex eliġibbli għal kwalifika ENERGY STAR skont din l-ispeċifikazzjoni.

Prodotti li huma ddisinjati biex joperaw direttament fuq enerġija ta’ three phase.

3.   Kriterji tal-Kwalifika

3.1.   Numri Sinifikanti u Approssimazzjoni

3.1.1.

Il-kalkoli kollha għandhom jitwettqu b’valuri mkejla direttament (mhux approssimati).

3.1.2.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-konformità mal-limiti speċifiċi għandha tiġi evalwata bl-użu ta’ valuri mkejla jew ikkalkulati direttament mingħajr kwalunkwe benefiċċju ta’ approssimazzjoni.

3.1.3.

Valuri mkejla jew ikkalkulati direttament li huma sottomessi għar-rapportar fuq is-sit tal-Internet tal-ENERGY STAR għandhom ikunu approssimati għall-eqreb ċifra sinifikanti kif espressa fil-limitu korrispondenti tal-ispeċifikazzjoni.

3.2.   Rekwiżiti Ġenerali

3.2.1.

Provvista Esterna tal-Enerġija (EPS):

Jekk il-prodott joħroġ mill-fabbrika b’EPS ta’ vultaġġ uniku, l-EPS għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-livell V skont il-Protokoll Internazzjonali tal-Immarkar tal-Effiċjenza, u għandu jinkludi l-immarkar tal-livell V. Informazzjoni addizzjonali dwart il-Protokoll tal-Immarkar hija disponibbli fuq www.energystar.gov/powersupplies.

EPS ta’ output uniku għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-livell V meta ttestjati bl-użu tal-Metodu tat-Test għall-Kalkolu tal-Effiċjenza tal-Enerġija ta’ Provvisti tal-Enerġija ta’ Ac-Dc u Ac-Ac Esterni b’Vultaġġ Uniku, 11 ta’ Awwissu 2004,

EPS multi-output għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-livell V meta tiġi ttestjata bl-użu tal-Protokoll tat-Test tal-Effiċjenza Ġeneralizzata tal-Provvista tal-Enerġija Interna EPRI 306, Rev. 6.6. Id-dejta tal-Provvista tal-Enerġija iġġenerata permezz ta’ Rev. 6.4.2 (kif meħtieġ fil-Verżjoni 1.2), hija aċċettabbli sakemm it-test twettaq qabel id-data effttiva tal-Verżjoni 2.0.

3.2.2.

Sett tal-Idejn Addizzjonali Mingħajr Fili: Il-magni tal-fax jew MFD bil-kapaċità tal-fax li jinbiegħu bis-settijiet tal-idejn addizzjonali mingħajr fili għandhom jużaw sett tal-idejn kwalifikat ENERGY STAR, jew wieħed li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tat-Telefonija tal-ENERGY STAR meta ttestjat għall-metodu tat-test fid-data meta t-Tagħmir tal-Immaġini huwa kwalifikat bħala ENERGY STAR. L-ispeċifikazzjoni ENERGY STAR u l-metodu tat-test għall-prodotti tat-telefonija tinsab fuq www.energystar.gov/products.

3.2.3.

MFD Integrat Funzjonalment: Jekk MFD jikkonsisti minn sett ta’ komponenti li huma integrati funzjonalment, (jiġifieri, l-MFD mhux apparat fiżiku uniku), is-somma tal-enerġija mkejla jew il-konsum tal-enerġija għall-komponenti kollha għandu jkun inqas mill-enerġija MFD rilevanti jew ir-rekwiżiti tal-konsum tal-qawwa għall-kwalifika ENERGY STAR.

3.2.4.

Rekwiżiti DFE: Il-Konsum tal-Elettriku Tipiku (TECDFE) ta’ DFE tat-TIP 1 jewTip 2 mibjugħ bi prodott tat-Tagħmir Tal-Immaġni fil-mument tal-bjegħ għandu jiġi kkalkulat permezz ta’ Ekwazzjoni 1 għal DFE mingħajr Modalità Rieqed jew Ekwazzjoni 2 għal DFE bil-Modalità Rieqed. Il-valur TECDFE li jirriżulta għandu jkun inqas minn jew daqs ir-rekwiżit massimu TECDFE speċifikat fit-Tabella 2 għat-tip ta’ DFE partikolari.

(a)

Il-valur TEC jew l-enerġija ta’ Stat Lest ta’ DFE li tissodisfa r-rekwiżiti massimi TECDFE għandu jkun eskluż jew imnaqqas mill-enerġija TEC u l-kejl tal-enerġija OM tal-prodott tat-Tagħmir tal-Immaġni kif jixraq.

(b)

It-Taqsima 3.3.2 tipprovdi iktar dettall dwar it-tnaqqis tal-valuri TECDFE mill-prodotti TEC;

(c)

It-Taqsima 3.4.2 tipprovdi iktar dettall għall-esklużjoni ta’ DFEs minn livelli ta’ OM Rieqed u Stennija.

Ekwazzjoni 1: Kalkolu TECDFE għal Digital Front Ends mingħajr Modalità Rieqed

Formula

Fejn:

TECDFE huwa l-konsum tal-enerġija tipiku ta’ kull ġimgħa għad-DFEs, espress f’sigħat kilowatt (kWh) u approssimat għall-eqreb 0,1 kWh;

PDFE_READY huwa l-enerġija tal-Istat Lest imkejla fil-proċedura tat-test f’watts.

Ekwazzjoni 2: Kalkolu TECDFE għal Digital Front Ends bil-Modalità Rieqed

Formula

Fejn:

TECDFE huwa l-konsum tal-enerġija tipiku ta’ kull ġimgħa għad-DFEs, espress f’sigħat kilowatt (kWh) u approssimat għall-eqreb 0,1 kWh;

PDFE_READY huwa l-enerġija tal-Istat DFE Lest imkejla fil-proċedura tat-test f’watts.

PDFE_SLEEP huwa l-enerġija DFE tal-Modalità Rieqed imkejla fil-proċedura tat-test f’watts.

Tabella 2

Rekwiżiti TECDFE Massimi għal DFEs tat-Tip 1 u t-Tip 2

Kategorija tad-DFE

Deskrizzjoni tal-Kategorija

TECDFE Massimu (kWh/ġimgħa, approssimat għall-eqreb 0,1 kWh/ġimgħa

għar-rapportar)

DFE tat-Tip 1

DFE tat-Tip 2

A

Id-DFEs kollha li ma jissodisfawx id-definizzjoni tal-Kategorija B ikunu kkunsidrati fil-Kategorija A għall-kwalifika ENERGY STAR.

10,9

8,7

B

Biex jikkwalifikaw taħt il-Kategorija B id-DFEs irid ikollhom:

2 CPUs fiżiċi jew iktar jew CPU 1 u Aċċelleratur Awżiljarju tal-Ipproċessar diskret ≥ 1 (APAs)

22,7

18,2

3.3.   Rekwiżiti għal Prodotti tal-Konsum Tipiku tal-Elettriku (TEC)

3.3.1.

Kapaċità ta’ Duplexing Awtomatiku:

(a)

Għall-kopjaturi, MFDs u stampaturi kollha suġġett għall-metodu tat-test TEC, il-kapaċità ta’ duplexing awtomatiku għandha tkun preżenti fil-mument tax-xiri kif speċifikat fit-Tabella 3 u t-Tabella 4. Stampaturi li l-funzjoni intenzjonata tagħhom hija li jistampaw fuq midja ta’ naħa waħda speċjali għall-istampar ta’ naħa waħda (eż. rilaxx ta’ karta miksija għat-tikketti, midja termali diretta, eċċ.) huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.

Tabella 3

Rekwiżiti ta’ Duplexing Awtomatiku għal l-Kopjaturi tal-Kulur TEC, MFDs u l-Istampaturi kollha

Veloċità tal-Prodott Monokromatiku, s, kif ikkalkulata fil-Metodu tat-Test

(ipm)

Rekwiżit ta’ Duplexing Awtomatiku

s ≤ 19

Xejn

19 < s < 35

Integrali għall-prodott bażi jew aċċessorju fakultattiv

s ≥ 35

Integrali għall-prodott bażiku


Tabella 4

Rekwiżiti ta’ Duplexing Awtomatiku għal l-Kopjaturi Monokromatiċi TEC, MFDs u l-Istampaturi kollha

Veloċità tal-Prodott Monokromatiku, s, kif ikkalkulata fil-Metodu tat-Test (ipm)

Rekwiżit ta’ Duplexing Awtomatiku

s ≤ 24

Xejn

24 < s < 37

Integrali għall-prodott bażi jew aċċessorju fakultattiv

s ≥ 37

Integrali għall-prodott bażiku

(b)

Jekk prodott mhux bilfors se jinġabar fi trej tad-duplex awtomatiku, l-imsieħeb għandu jiċċara dan fil-letteratura tal-prodott tiegħu, fuq is-sit tal-Internet tiegħu, u fil-litteratura tal-bejgħ istituzzjonali li għalkemm il-prodott jissodisfa r-rekwiżiti tal-effiċjenza tal-enerġija ENERGY STAR, il-prodott jikkwalifika kompletament biss għal ENERGY STAR meta jkun miġbur ma’ jew jintuża ma’ trej duplexer. EPA u l-Kummissjoni Ewropea jitolbu lill-imsieħba jużaw il-lingwa li ġejja biex iwasslu dan il-messaġġ lill-klijenti: “Achieves ENERGY STAR energy savings; product fully qualifies when packaged with (or used with) a duplex tray.”

3.3.2.

Konsum Tipiku tal-Enerġija (TEC): Il-Konsum tal-Enerġija Tipiku Kkalkulat (TEC) skont l-Ekwazzjoni 3 jew l-Ewazzjoni 4 għandu jkun inqas minn jew daqs ir-Rekwiżit Massimu TEC (TECMAX) speċifikat fl-Ekwazzjoni 6.

(a)

Għal Tagħmir tal-Immaġni b’DFE tat-Tip 2 li jissodisfa r-rekwiżit massimu tad-DFE tat-Tip 2 TECDFE fit-Tabella 2, il-konsum tal-enerġija mkejla tad-DFE għandu jiġi diviż b’0,80 sabiex jikkumpensa għat-telf tal-provvista tal-enerġija interna u wara jiġi eskluż meta jitqabbel il-valur TEC tal-prodott imkejjel ma’ TECMAX. Id-DFE m’għandux jaffettwa l-abbiltà tat-Tagħmir tal-Immaġni biex jidħol jew joħroġ mill-modalitajiet tal-enerġija l-aktar baxxa tiegħu. L-użu tal-enerġija ta’ DFE jista’ jiġi eskluż biss jekk jissodisfa d-definiżżjoni tad-DFE fit-Taqsima 1 u huwa unità separata tal-ipproċessar li hija kapaċi tibda attività fuq in-netwerk.

Eżempju: Ir-riżultat TEC totali ta’ stampatur huwa 24,50 kWh/wk u l-valur tad-DFE tat-Tip 2 tiegħu TECDFE kalkulat fit-Taqsima 3.2.4 huwa 9,0 kWh/wk. Il-valur TECDFE wara jiġi diviż b’0.80 sabiex jikkumpensa għat-telf tal-provvista tal-enerġija interna bit-Tagħmir tal-Immaġni fil-Modalità Lest, li jirriżulta f’11,25 kWh/wk. Il-valur aġġustat tal-provvista tal-enerġija jitnaqqas mill-valur TEC ittestjat: 24,50 kWh/wk — 11,25 kWh/wk = 13,25 kWh/wk. Dan ir-riżultat ta’ 13,25 kWh/wk wara jitqabbel mat-TECMAX rilevanti biex jiddetermina l-kwalifika.

(b)

Għal stampaturi, magni tal-fax, duplikaturi diġitali b’kapaċità ta’ stampar u MFDs b’kapaċità ta’ stampar, TEC għandu jiġi kkalkulat skont l-Ekwazzjoni 3.

Ekwazzjoni 3: Kalkolu TEC għall-Istampaturi, Magni tal-Fax, Duplikaturi Diġitali b’Kapaċità tal-Istampar, u MFDs b’Kapaċità tal-Istampar.

Formula,

Fejn:

TEC huwa l-konsum tipiku tal-enerġija kull ġimgħa għall-istampaturi, il-magni tal-fax, id-duplikaturi diġitali b’kapaċità ta’ stampar, u MFDs b’kapaċità ta’ stampar, espress f’sigħat kilowatt (kWh) u approssimat għall-eqreb 0,1 kWh;

EJOB_DAILY huwa l-enerġija tal-kompitu ta’ kuljum, kif ikkalkulata skont l-Ekwazzjoni 5, f’kWh;

EFINAL huwa l-enerġija finali, kif imkejla fil-proċedura tat-test, konvertita f’kWh;

NJOBS huwa l-għadd ta’ kompiti kull jum, kif ikkalkolat fil-proċedura tat-test,

tFINAL huwa l-ħin finali għal Rieqed, kif imkejjel fil-proċedura tat-test, konvertit f’sigħat;

ESLEEP huwa l-enerġija Rieqed, kif imkejla fil-proċedura tat-test, konvertita f’kWh; u

tSLEEP huwa l-ħin Rieqed, kif imkejjel fil-proċedura tat-test, konvertit f’sigħat.

(c)

Għal kopjaturi, duplikaturi diġitali mingħajr kapaċità ta’ stampar u MFDs mingħajr kapaċità ta’ stampar, TEC għandu jiġi kkalkulat skont l-Ekwazzjoni 4.

Ekwazzjoni 4: Kalkolu TEC għall-Kopjaturi, id-Duplikaturi Diġitali Mingħajr il-Kapaċità tal-Istampar, u l-MFDs mingħajr il-Kapaċità tal-Istampar

Formula,

Fejn:

TEC huwa l-konsum tipiku tal-enerġija kull ġimgħa għall-kopjaturi, id-duplikaturi diġitali mingħajr kapaċità ta’ stampar, u MFDs mingħajr kapaċità ta’ stampar, espress f’sigħat kilowatt (kWh) u approssimat għall-eqreb 0,1 kWh,

EJOB_DAILY huwa l-enerġija tal-kompitu ta’ kuljum, kif ikkalkulata skont l-Ekwazzjoni 5, f’kWh,

EFINAL huwa l-enerġija finali, kif imkejla fil-proċedura tat-test, konvertita f’kWh,

NJOBS huwa l-għadd ta’ kompiti kull jum, kif ikkalkolat fil-proċedura tat-test,

tFINAL huwa l-ħin finali għal Rieqed, kif imkejjel fil-proċedura tat-test, konvertit f’sigħat,

EAUTO huwa l-enerġija Mitfi Awtomatiku, kif imkejla fil-proċedura tat-test, konvertita f’kWh, u

tAUTO huwa l-ħin Mitfi Awtomatiku, kif imkejjel fil-proċedura tat-test, konvertit f’sigħat.

(d)

L-Enerġija tal-Kompitu ta’ Kuljum għandha tiġi kkalkulata skont l-Ekwazzjoni 5.

Ekwazzjoni 5: Kalkolu tal-Enerġija ta’ Kompitu ta’ Kuljum għal Prodotti TEC

Formula,

Fejn:

EJOB_DAILY huwa l-enerġija tal-kompitu ta’ kuljum, espress f’sigħat kilowatt (kWh),

EJOBi huwa l-enerġija tal-kompitu xxx, kif imkejla fil-proċedura tat-test, konvertita f’kWh, u

NJOBS huwa l-għadd ta’ kompiti kull jum, kif ikkalkolat fil-proċedura tat-test.

Ekwazzjoni 6: Kalkolu tar-Rekwiżit TEC Massimu

Formula,

Fejn:

TECMAX huwa r-rekwiżit TEC massimu f’sigħat kilowatt kull ġimgħa (kWh/wk), approssima għall-eqreb 0,1 kWh/wk għar-rapportar,

TECREQ huwa r-rekwiżit TEC speċifikat fit-Tabella 5, f’kWh, u

AdderA3 huwa konċessjoni ta’ 0,3 kWh/wk ipprovduta għall-prodotti kollha li għandhom kapaċità ta’ A3.

Tabella 5

Rekwiżit TEC Qabel il-Konċessjoni A3 (Jekk Applikabbli)

Kapaċità tal-Kulur

Veloċità tal-Prodott Monokromatiku, s, kif Ikkalkulata fil-Metodu tat-Test

(ipm)

TECREQ

(kWh/ġimgħa, għall-eqreb 0,1 kWh/ġimgħa għar-rapportar)

Monokromatiku Mhux MFD

s ≤ 5

0,3

5 < s ≤ 20

Formula

20 < s ≤ 30

Formula

30 < s ≤ 40

Formula

40 < s ≤ 65

Formula

65 < s ≤ 90

Formula

s > 90

Formula

Monokromatiku MFD

s ≤ 5

0,4

5 < s ≤ 30

Formula

30 < s ≤ 50

Formula

50 < s ≤ 80

Formula

s > 80

Formula

Kulur Mhux MFD

s ≤ 10

1,3

10 < s ≤ 15

Formula

15 < s ≤ 30

Formula

30 < s ≤ 75

Formula

s > 75

Formula

Kulur MFD

s ≤ 10

1,5

10 < s ≤ 15

Formula

15 < s ≤ 30

Formula

30 < s ≤ 70

Formula

70 < s ≤ 80

Formula

s > 80

Formula

3.3.3.

Rekwiżiti tar-Rapportar Addizzjonali tar-Riżultati tat-Test:

(a)

Il-ħinijiet ta’ rkpuru minn modilatijiet diversi (ħinijiet Attiv 0, Attiv 1, Attiv 2) u l-Ħin tad-Dewmien Prestabilit għandhom jiġu rapportati għall-prodotti kollha ttestjati bl-użu tal-metodu tat-test TEC.

(b)

L-isem/numru tal-mudell DFE, l-enerġija tal-Istat Lest, l-enerġija tal-Modalità Rieqed, u TECDFE għandhom jiġu rapportati għal kwalunkwe DFE tat-Tip 1 mibjugħ ma’ prodott tat-Tagħmir tal-Immaġni, inkluż dawk li ma jiġux ittestjati mal-prodott tat-Tagħmir tal-Immaġni bħala parti mill-konfigurazzjoni li tuża l-iktar enerġija skont it-Taqsima 4.2.1(c).

3.4.   Rekwiżiti għal Prodotti ta’ Modalità Operattiva (OM)

3.4.1.

Modalitajiet Multipli Rieqed: Jekk prodott huwa kapaċi jidħol awtomatikament f’Modalitajiet Rieqed multipli suċċessivi, l-istess Modalità Rieqed għandha tintuża għad-dterminazzjoni tal-kwalifika taħt il-Ħin ta’ Dewmien Prestabilit għar-rekwiżiti ta’ Rieqed speċifikati fit-Taqsima 3.4.3 u r-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija tal-Modalità Rieqed speċifikati fit-Taqsima 3.4.4.

3.4.2.

Rekwiżiti DFE: Għal Tagħmir tal-Immaġni b’DFE inegrat b’mod funzjonali li jiddependi fuq it-Taqgħmir tal-Immaġni għall-enerġija tiegħu, u li jissodisfa r-rekwiżit massimu li jixraq ta’ TECDFE li jinsab fuq it-Tabella 2, l-enerġija tad-DFE għandha tkun eskluża suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-enerġija tal-Istat Lest tad-DFE, kif imkejla fil-metodu tat-test, għandha tiġi diviża b’0,60 sabiex tikkumpensa għat-telf intern tal-provvista tal-enerġija.

(1)

Rekwiżiti tal-Modalità Rieqed: Jekk l-enerġija li tirriżulta fil-Paragrafu,, hija inqas minn jew daqs l-enerġija tal-Istat Lest jew Modalità Rieqed tat-Tagħmir tal-Immaġni, f’dak il-każ l-enerġija għandha tiġi eskluża mill-enerġija mkejla tal-Istat Lest jew il-Modalità Rieqed tat-Tagħmir tal-Immaġni meta jitqabblu r-rekwiżiti tal-Modalità Rieqed fit-Taqsima 3.4.4, taħt. Inkella, l-enerġija tal-Modalità Rieqed tad-DFE, kif imkejla fil-metodu tat-test, għandha tiġi diviża b’0,60 u eskluża mill-enerġija tal-Modalità Lest jew Rieqed tat-Tagħmir tal-Immaġni għat-tqabbil mar-rekwiżiti.

(2)

Rekwiżiti għal Stennija: Jekk l-enerġija li tirriżulta fil-Paragrafu,, hija inqas minn jew daqs l-enerġija tal-Istat Lest, Modalità Rieqed jew Modalità Mitfi tat-Tagħmir tal-Immaġni, f’dak il-każ l-enerġija għandha tiġi eskluża mill-enerġija tal-Istat Lest, il-Modalità Rieqed jew il-Modalità Mitfi tat-Tagħmir tal-Immaġni meta jitqabblu r-rekwiżiti ta’ Stennija fit-Taqsima 3.4.5, taħt. Inkella, l-enerġija tal-Modalità Rieqed tad-DFE, kif imkejla fil-metodu tat-test, għandha tiġi diviża b’0,60 u eskluża mill-enerġija tal-Modalità Lest, Modalità Rieqed jew Modalità Mitfi tat-Tagħmir tal-Immaġni għat-tqabbil mar-rekwiżiti.

(b)

Id-DFE m’għandux jinterferixxi mal-abbiltà tat-Tagħmir tal-Immaġni biex jidħol jew joħroġ mill-modalitajiet tal-enerġija l-aktar baxxi tiegħu.

(c)

Sabiex jittieħed vantaġġ ta’ din l-esklużjoni, id-DFE jrid jissodisfa d-definizzjoni tat-Taqsima 1 u jkun unità separata tal-ipproċessar li hija kapaċi tibda attività minn fuq in-netwerk.

Eżempji: Prodott 1 huwa prodott ta’ Tagħmir tal-Immaġni li d-DFE tat-Tip 2 tiegħu ma għandux modalità rieqed distinta. Id-DFE tat-Tip 2 għandu enerġija mkejla tal-Istat Lest u l-Modalità Rieqed li t-tnejn huma daqs 30 watts. L-enerġija mkejla tal-Modalità Rieqed tal-prodott hija 53 watts. Meta jitnaqqsu 50 watts (30 watts/0,60) mill-enerġija mkejla tal-Modalità Rieqed tal-prodott, 53 watts, it-3 watts li jirriżultaw huma l-enerġija tal-Modalità Rieqed tal-prodott għall-użu fil-limiti tal-kriterji hawn taħt.

Il-Prodott 2 huwa prodott tat-Tagħmir tal-Immaġni li d-DFE tat-Tip 2 tiegħu toroqd meta t-Tagħmir tal-Immaġni jorqod waqt l-ittestjar. Id-DFE tat-Tip 2 għandu enerġija mkejla tal-Istat Lest u l-Modalità Rieqed tad-DFE daqs 30 watts u 5 watts, rispettivament. L-enerġija mkejla tal-Modalità Rieqed tal-prodott hija 12 watts. Meta jitnaqqsu 50 watts (30 watts/0,60) mill-enerġija mkejla tal-Modalità Rieqed tal-prodott, 12 watts, ir-riżultat huwa -38 watts. F’dan il-każ minflok naqqas 8,33 watts (5 watts/0,60) mill-enerġija mkejla tal-Modalità Rieqed tal-prodott, 12 watts, li tirriżulta f’3,67 watts li jintużaw fil-limiti tal-kriterji hawn taħt.

3.4.3.

Ħin tad-Dewmien Prestabilit: Il-Ħin tad-Dewmien Prestabilit għal Rieqed (tSLEEP) għandu jkun inqas minn jew daqs ir-rekwiżit tal-Ħin tad-Dewmien Prestabilit Meħtieġ għal Rieqed (tSLEEP_REQ) speċifikat ft-Tabella 6, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-Ħin tad-Dewmien Prestabilit għal Rieqed ma jistax jiġi aġġustat mill-utent biex ikun ikbar mill-Ħin tad-Dewmien Massimu tal-Magna. Il-Ħin tad-Dewmien Massimu tal-Magna għandu jiġi ffissat mill-manifattur biex ikun inqas minn jew daqs 4 sigħat.

(b)

Meta jirrapportaw prodotti tad-dejta u ta’ kwalifika li jistgħu jidħlu f’Modalità rieqed b’modi multipli, l-imsieħba għandhom jirreferenzjaw il-livell Rieqed li jista’ jintlaħaq awtomatikament. Jekk il-prodott huwa kapaċi jidħol b’livelli Rieqed multipli suċċessivi, huwa fid-diskrezzjoni tal-manifattur liema minn dawn il-livelli jintuża għall-skopijiet tal-kwalifika; madankollu, il-ħin tad-dewmien prestabilit ipprovdut irid jikkorrispondi għal dak il-livell li jintuża.

(c)

Il-Ħin tad-Dewmien Prestabilit ma japplikax għal prodotti OM li jistgħu jissodifaw ir-rekwiżiti tal-Modalità Rieqed fl-Istat Lest.

Tabella 6

Ħin ta’ Dewmien Prestabilit Meħtieġ għal Rieqed għal Prodotti OM

Tip ta’ Prodott

Format tal-Midja

Veloċità tal-Prodott Monokromatiku, s, kif Ikkalkulata fil-Metodu tat-Test

(ipm jew mppm)

Ħin ta’ Dewmien Prestabilit Meħtieġ għal Rieqed, tSLEEP_REQ

[minuti]

Kopjatur

Kbir

s ≤ 30

30

s > 30

60

Magna tal-Fax

Żgħir jew Standard

Kollha

5

MFD

Żgħir jew Standard

s ≤ 10

15

10 < s ≤ 20

30

s > 20

60

Kbir

s ≤ 30

30

s > 30

60

Stampatur

Żgħir jew Standard

s ≤ 10

5

10 < s ≤ 20

15

20 < s ≤ 30

30

s > 30

60

Kbir

s ≤ 30

30

s > 30

60

Skener

Kollha

Kollha

15

Magna tal-Posta

Kollha

s ≤ 50

20

50 < s ≤ 100

30

100 < s ≤ 150

40

s > 150

60

3.4.4.

Konsum tal-Enerġija fil-Modalità Rieqed: Il-konsum tal-enerġija mkejla tal-Modalità Rieqed (PSLEEP) għandu jkun inqas minn jew daqs ir-rekwiżit tal-konsum tal-enerġija massima tal-Modalità Rieqed (PSLEEP_MAX) determinat skont l-Ekwazzjoni 7, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Jistgħu jiġu kkunsidrati biss bħala adders funzjonali dawk l-interfaċċi li huma preżenti u ueżti matul it-test, inkluż kwalunkwe interfaċċa tal-fax.

(b)

Il-funzjonalità tal-prodott offruta permezz ta’ DFE ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala adder funzjonali.

(c)

Interfaċċa waħda li twettaq funzjonijiet multipli tista’ tingħadd darba biss.

(d)

Kwalunkwe interfaċċa li tissodisfa iktar minn definizzjoni tat-tip tal-interfaċċa waħda għandha tiġi kklassifikata skont il-funzjonalità użata matul it-test.

(e)

Għal prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżit tal-enerġija tal-Modalità Rieqed fl-Istat Lest, mhux meħtieġ iktar tnaqqis tal-enerġija awtomatiku biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-Modalità Rieqed.

Ekwazzjoni 7: Kalkolu tar-Rekwiżit tal-Konsum tal-Enerġija Massima tal-Modalità Rieqed għal prodotti OM

Formula

Fejn:

PSLEEP_MAX huwa r-rekwiżit massimu tal-konsum tal-enerġija tal-Modalità Rieqed, express f’watts (W), u approssimat għall-eqreb 0,1 watt,

PMAX_BASE huwa l-konċessjoni massima tal-enerġija tal-Modalità Rieqed għal magna bażi tal-immarkar, kif determinata skont it-Tabella 7, f’watts,

AdderINTERFACE huwa l-konċessjoni tal-enerġija għal adders funzjonali tal-interfaċċa użati matul it-test, inkluż kwalunkwe kapaċità ta’ fax, u kif magħżula mill-manifattur mit-Tabella 8, f’watts,

n huwa l-għadd ta’ konċessjonijiet dikjarati għall-adders funzjonali tal-interfaċċa matul it-test, inkluż kwalunkwe kapaċità ta’ fax, u huwa inqas minn jew daqs 2,

AdderOTHER huwa l-konċessjoni tal-enerġija għal adders funzjonali mhux tal-interfaċċa użati matul it-test, kif magħżula mill-manifattur mit-Tabella 8, f’watts, u

m huwa l-għadd ta’ konċessjonijiet dijkarati għall-adders funzjonali mhux tal-interfaċċa li jkunu qed jintużaw matul it-test, u huwa mingħajr limitu.

Tabella 7

Konċessjoni tal-Enerġija fil-Modalità Rieqed għal Magna tal-Immarkar Bażi

Tip ta’ Prodott

Format tal-Midja

Teknoloġija tal-Immarkar

PMAX_BASE

(watts)

Impatt

Ġett tal-Linka

L-oħrajn kollha

Mhux aplikabbli

Kopjatur

Kbir

 

 

x

 

8,2

Magna tal-Fax

Standard

 

x

 

 

0,6

Magna tal-Posta

Mhux Applikabbli

 

x

x

 

5,0

MFD

Standard

x

x

 

 

0,6

Kbir

 

x

 

 

4,9

 

 

x

 

8,2

Stampatur

Żgħir

x

x

x

 

4,0

Standard

x

x

 

 

0,6

Kbir

x

 

x

 

2,5

 

x

 

 

4,9

Skener

Kwalunkwe

 

 

 

x

2,5


Tabella 8

Konċessjonijiet tal-Enerġija fil-Modalità Rieqed għal Adders Funzjonali

Tip ta’ Adder

Tip ta’ Konnessjoni

Rata Massima tad-Dejta, r

(Mbit/sekonda)

Dettalji

Konċessjoni tal-Adder Funzjonali

(watts)

Interfaċċa

Bil-fili

r < 20

Tinkludi: USB 1.x, IEEE 488, IEEE 1284/Parallel/Centronics, RS232

0,2

20 ≤ r < 500

Tinkludi: USB 2.x, IEEE 1394/FireWire/i.LINK, 100Mb Ethernet

0,4

r ≥ 500

Tinkludi: USB 3.x,1 G Ethernet

0,5

Kwalunkwe

Tinkludi: Qarrejja tal-Flash memory-card/smart-card, interfaċċi tal-kamera, PictBridge

0,2

Fax Modem

Kwalunkwe

Tapplika għall-Magni tal-Fax u l-MFDs biss.

0,2

Mingħajr Fili, Frekwenza tar-Radju (RF)

Kwalunkwe

Tinkludi: Bluetooth, 802.11

2,0

Mingħajr Fili, Infrared (IR)

Kwalunkwe

Tinkludi: IrDA.

0,1

Settijiet tal-idejn mingħajr fili

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Il-kapaċità ta’ Tagħmir tal-Immaġini li jikkomunika mas-sett tal-idejn mingħajr fili. Applikat darba biss, irrilevanti mill-għadd ta’ settijiet tal-idejn mingħajr fili li l-prodott huwa ddisinjat li jamministra. Ma jindirizzax ir-rekwiżiti tal-enerġija tas-sett tal-idejn mingħajr fili nnifsu.

0,8

Memorja

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Japplika għall-kapaċità interna disponibbli fit-Tagħmir tal-Immaġni għall-ħażna tad-dejta. Tapplika għall-volumi kollha ta’ memorja interna u għandhom jiġu skalati skont dan għar-RAM. Din l-adder ma tapplikax għall-hard disks jew il-memorja flash.

0,5/GB

Skener

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Tapplika għall-MFDs u l-Kopjaturi biss.

Tinkludi: Cold Cathode Fluorescent Lamp (CCFL) jew teknoloġija oħra apparti minn CCFL, bħal Light-Emitting Diode (LED), Halogen, Hot-Cathode Fluorescent Tube (HCFT), Xenon, jew teknoloġiji Tubular Fluorescent (TL). (Applikat darba biss, irrilevanti mid-daqs tal-lampa jew l-għadd ta’ bozoz/lampi użati.)

0,5

Provvista tal-Enerġija

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Japplika għal provvisti tal-enerġija kemm interni kif ukoll esterni għal Magni tal-Posta u l-prodotti tal-Format Standard li jużaw teknoloġiji tal-immarkar Inkjet u Impact bl-enerġija tal-output tan-nameplate (POUT) ikbar minn 10 watts.

0,02 x

(POUT – 10,0)

Displej tal-Pannella Touch

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Tapplika għad-displejs tal-pannella touch monokromatika kif ukoll tal-kulur.

0,2

Disk Drives Interni

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

JInkludi kwalunkwe prodott ta’ ħażna ta’ kapċità kbira, inkluż hard-disk u solid-state drives. Ma tkoprix interfaċċi ma’ drives esterni.

0,15

3.4.5.

Konsum tal-Enerġija f’Stennija: L-enerġija tal-Modalità Stennija, li hija inqas minn l-Enerġija tal-Istat Lest, l-Enerġija tal-Modalità Rieqed u l-Enerġija tal-Modalità Mitfi, kif imkejla fil-proċedura tat-test, għandha tkun inqas minn jew daqsl-Enerġija Stennija Massima speċifikata fit-Tabella 9, suġġett għall-kundizzjoni li ġejja.

It-Tagħmir tal-Immaġni għandu jissodisfa r-rekwiżit tal-Enerġija Stennija indipendentament mill-istat ta’ kwalunkwe appparat ieħor (eż. PC ospitanti) konness miegħu.

Tabella 9

Rekwiżit tal-Enerġija Massima ta’ Stennija

Tip ta’ Prodott

Enerġija Massima ta’ Stennija

(watts)

Il-Prodotti OM kollha

0,5

4.   Ittestjar

4.1.   Metodi tat-Test

Waqt l-ittestjar tal-prodotti tat-Tagħmir tal-Immaġni, il-metodi tat-test identifikati fit-Tabella 10 għandhom jintużaw biex tkun determinata l-kwalifika ENERGY STAR.

Tabella 10

Metodi tat-test għall-Kwalifika ENERGY STAR

Tip ta’ Prodott

Metodu tat-Test

Il-Prodotti Kollha

ENERGY STAR Imaging Equipment Test Method, Rev. May-2012

4.2.   Għadd ta’ Unitajiet Meħtieġa għall-Ittestjar

4.2.1.

Il-Mudelli Rappreżentattivi għandhom jingħażlu għall-ittestjar skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Għal kwalifika ta’ mudell ta’ prodott individwali, konfigurazzjoni ta’ prodott ekwivalenti għal dak li huwa maħsub sabiex jiġi kummerċjalizzat u ttikkettat bħala ENERGY STAR hija meqjusa bħala Mudell Rappreżentattiv;

(b)

Għall-kwalifika ta’ familja tal-prodott li ma tinkludix DFE tat-Tip 1, l-ogħla konfigurazzjoni li tuża l-enerġija fi ħdan il-familja għandha tkun ikkunsidrata l-Mudell Rappreżentattiv. Kwalunkwe falliment susssegwenti tal-ittestjar (eż. bħala parti mill-ittestjar tal-verifika) ta’ kwalunkwe mudell fil-familja se jkollu implikazzjonijiet għall-mudelli kollha fil-familja.

(c)

Għall-kwalifika ta’ familja tal-prodott li tinkldui DFE tat-Tip 1, il-konfigurazzjoni li tuża l-ogħla enerġija tat-Tagħmir tal-Immaġni u l-ogħla enerġija li tuża d-DFE fi ħdan il-familja għandha tiġi ttestjata għal skopijiet ta’ kwalifika. Kwalunkwe waqfien sussegwenti fl-ittestjar (eż. bħala parti mill-itestjar tal-verifika) ta’ kwalunkwe mudell fil-familja u d-DFEs tat-Tip 1 kollha mibjugħin mat-Tagħmir tal-Immaġni, inkluż dawk mhux ittestjati mal-prodott tat-Tagħmir tal-Immaġni, se jkollu implikazzjonijiet għall-mudelli kollha fil-familja. Il-prodotti tat-Tagħmir tal-Immaġni li ma jinkorporawx id-DFE tat-Tip 1 ma jistgħux jiġu miżjuda ma’ din il-familja tal-prodott għal kwalifika u jridu jiġu kwalifikati bħala familja separata mingħajr DFE tat-Tip 1.

4.2.2.

Għall-ittestjar għandha tingħażel unità waħda ta’ kull Mudell Rappreżentattiv.

4.3.   Kwalifika tas-Suq Internazzjonali

Il-prodotti għandhom jiġu ttestjati għall-kwalifika fil-kombinazzjoni rilevanti tal-vultaġġ/frekwenza tal-input għal kull suq li fih se jinbiegħu u jiġu promossi bħala ENERGY STAR.

5.   Interfaċċa tal-Utent

Il-manifatturi huma mħeġġa jiddisinjaw prodotti f’konformità mal-istandard tal-interfaċċa tal-utent, IEEE P1621: Standard for User Interface Elements in Power Control of Electronic Devices Employed in Office/Consumer Environments. Għad-dettalji, ara http://eetd.LBL.gov/Controls.

6.   Data Effetiva

Data Effettiva: L-ispeċifikazzjoni tal-Verżjoni 2.0 ENERGY STAR tat-Tagħmir tal-Immaġni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, 2014. Biex jikkwalifika għal ENERGY STAR, mudell ta’ prodott għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR fis-seħħ fid-data tal-manifattura tiegħu. Id-data tal-manifattura hija speċifika għal kull unità u hija d-data li fiha unità titqies li ġiet assemblata kompletament.

6.1.

Reviżjonijiet Futuri tal-Ispeċifikazzjoni: EPA u l-Kummissjoni Ewropea jirriservaw id-dritt li jibdlu din l-ispeċifikazzjoni jekk il-bidiet teknoloġiċi u/jew tas-suq jaffettwaw l-utilità tagħha għall-konsumaturi, l-industrija, jew l-ambjent. Sabiex ikun hemm konformità mal-politika attwali, ir-reviżjonijiet tal-ispeċifikazzjoni jsiru permezz ta’ diskussjoni tal-partijiet interessati. Fil-każ ta’ reviżjoni tal-ispeċifikazzjoni, jekk jogħġbok ħu nota li l-kwalifika ENERGY STAR ma tingħatax awtomatikament għat-tul tal-ħajja ta’ mudell ta’ prodott.

6.2.

Oġġetti għall-Konsiderazzjoni f’Reviżjoni Futura:

(a)

Bidliet tal-Metodu tat-Test: EPA, DOE u l-Kummissjoni Ewropea se jkomplu jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-kapaċità ta’ proxy tal-hardware tat-Tagħmir tal-Immaġni u jikkunsidraw l-iżvilupp ta’ metodu tat-test biex jiddeterminaw il-preżenza ta’ netwerk proxy (eż. wieħed li huwa konformi ma’ ECMA-393 ProxZzzy għal Ospitanti Reqdin). EPA, DOE u l-Kummissjoni Ewropea se jevalwaw ukoll il-possibbiltà tal-kejl u rapporta tal-veloċità tal-prodott kif konsenjat,il-ħin ta’ rkupru mill-Modalitajiet Rieqed u Mitfi għal prodotti OM, u l-qawmien mill-Modalità Rieqed ikkawżata minn avvenimenti komuni tan-netwerk.

(b)

Ir-Rekwiżiti TEC f’sigħat-Kilowatt għal kull Sena: EPA u l-Kummissjoni Ewropea żiedu l-kolonni mat-Tabelli TEC li jesprimu r-rekwiżiti f’sigħat kilowatt għal kull sena flimkien mas-sigħat kilowatt użati attwalmwent bħalissa kull ġimgħa. Għalkemm din hija purament informattiva, l-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jikkunsidraw jagħmlu din l-unità l-unika mod kif tesprimi TEC fir-reviżjoni futura tal-ispeċifikazzjoni bħala mod biex tindirizza kwistjonijiet dwar il-korrettezza tar-rapportar u t-tqabbil bjen prodotti oħrajn ENERGY STAR (li tipikament jirrapportaw f’sigħat kilowatt/sena).

(c)

Tagħmir għall-Midja tal-Istampar u l-Iskanjar Apparti mill-Karta: EPA u l-Kummissjoni Ewropea spiss jiriċievu mistoqsijiet dwar il-prodotti ta’ kwalifika li jistampaw jew jiskanjaw il-midja apparti mill-karta (eż. drapp, microfilm, eċċ.) u japprezzaw id-dejta dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom. Dejta bħal din tkun qed tappoġġa l-iżvilupp tar-rekwiżiti għal dawn il-prodotti f’verżjoni futura tal-ispeċifikazzjoni.

(d)

Prodotti Professjonali (Prodotti TEC ta’ veloċità qawwija għall-Istampar fuq Karta Itqal u Ikbar): EPA u l-Kummissjoni Ewropea skoprew li xi prodotti TEC ta’ veloċità qawwija għandhom rekwiżiti addizzjonali għall-ġestjoni ta’ karta ikbar u itqal. EPA u l-Kummissjoni Ewoprea se jikkunsidraw jisseparaw dawn f’kategorija separata fil-verżjoni futura tal-ispeċifikazzjoni.

(e)

Rekwiżiti Diżakkopjati għall-Kategoriji TEC: Fil-Verżjoni 1 u 2 tal-ispeċifikazzjonijiet tat-Tagħmir tal-Immaġni, EPA u l-Kummissjoni Ewropea assumew li l-prodotti tal-kulur se jkollhom TEC ogħla mill-prodotti monoktromatiċi minħabaa l-kumpessità addizzjonali tagħhom, u l-multifunzjoni jkollha TEC ogħla minn funzjoni unika. Ir-rekwiżiti TEC ġew strutturati biex jirriflettu din ir-relazzjoni. Madankollu, EPA u l-Kummissjoni Ewropea riċentament skoprew li l-MFDs tal-kulur — prodott primjum — jistgħu jinkorporaw elementi ta’ tfaddil tal-enerġija li jnaqqsu l-konsum tagħhom tal-enerġija inqas minn dak tat-tagħmir mhux MFD monokromatiku. EPA u l-Kummissjoni Ewoprea għalhekk se jikkunsidraw id-diżakoppjament tar-rekwiżiti TEC fil-futur biex jirrikonoxxu l-ogħla prestaturi fost il-kategoriji TEC kollha.

(f)

Evalwazzjoni mill-ġdid tal-Kamp ta’ Applikazzjoni: EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħ jivvalutaw mill-ġdid is-susq attwali tat-Tagħmir tal-Immaġni biex jiddeterminaw jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodotti inklużi għadux rilevanti u jekk it-tikketta ENERGY STAR tkomplix tipprovdi divrenzjar fis-suq għall-kalssijiet kollha tal-prodott fil-kamp ta’ applikazzjoni.

(g)

Espansjoni tar-Rekwiżiti tad-Duplexing: EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jivvalutaw mill-ġdid ir-rekwiżit għall-preżenza tad-duplexing bħala integrali għall-prodott bażi u jikkunsidraw kif ir-rekwiżiti fakultattivi jistgħu jsiru iktar stretti. It-tibdil tar-rekwiżiti biex jirriżulta f’kopertura ikbar ta’ prodotti b’duplexing integrali għall-magna bażi tal-immarkar jista’ jnaqqas l-użu tal-karta.

Appendiċi D

Metodu tat-Test għad-Determinazzjoni Użu tal-Enerġija tat-Tagħmir tal-Immaġni

1.   Ħarsa Ġenerali

Il-metodu tat-test li ġej għandu jintuża għd-determinazzjoni tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-Kriterji tal-Eliġibbiltà ENERGY STAR għat-Tagħmir tal-Immaġni.

2.   Applikabbiltà

Ir-rekwiżiti tat-test ENERGY STAR huma dipendenti fuq is-sett ta’ elementi tal-prodott li qed jiġi evalwat. It-Tabella 11 għandha tintuża biex tiddetermina l-applikabbiltà tal-kull taqsima ta’ dan id-dokument.

Tabella 11

Applikabbiltà tal-Proċedura tat-Test

Tip ta’ Prodott

Format tal-Midja

Teknoloġija tal-Immarkar

Metodu tal-Evalwazzjoni ENERGY STAR

Kopjatur

Standard

Termali Dirett (DT), Sublimazzjoni tal-Kulurant (DS), Elettrofotografiku (EP), Linka Solida (SI), Trasferiment Termali (TT)

Konsum Tipiku tal-Enerġija (TEC)

Kbir

DT, DS, EP, SI, TT

Modalità Operattiv (OM)

Duplikatur Diġitali

Standard

Stensil

TEC

Magna tal-Fax

Standard

DT, DS, EP, SI, TT

TEC

Ġett tal-Linka (IJ)

OM

Magna tal-Posta

Kollha

DT, EP, IJ, TT

OM

Apparat Multifunzjoni (MFD)

Standard

IJ, DT, DS, EP, SI, TT ta’ Prestazzjoni Għolja

TEC

IJ, Impact

OM

Kbir

DT, DS, EP, IJ, SI, TT

OM

Stampatur

Standard

IJ, DT, DS, EP, SI, TT ta’ Prestazzjoni Għolja

TEC

IJ, Impact

OM

Kbir jew Żgħir

DT, DS, EP, Impact, IJ, SI, TT

OM

Żgħir

IJ ta’ Prestazzjoni Għolja

TEC

Skener

Kollha

Mhux Applikabbli

OM

3.   Definizzjonijiet

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, it-termini kollha użati f’dan id-dokument huma konsistenti mad-definizzjonijiet li jinsabu fl-ENERGY STAR Eligibility Criteria for Imaging Equipment.

4.   Setup tat-Test

Setup Ġenerali tat-Test

4.1.

Setup tat-Test u Instrumentazzjoni: Setup tat-test u intrumentazzjoni għall-porzjonijiet kollha ta’ din il-proċedura għandhom ikunu f’konformità mar-rekwiżiti tal-International Electrotechnical Commission (IEC) Standard 62301, Ed. 2.0, “Measurement of Household Appliance Standby Power”, Section 4, “General Conditions for Measurements.” Fil-każ ta’ rekwiżiti konfliġġenti, il-metodu tat-test ENERGY STAR għandu jieħu preċedenza.

4.2.

Enerġija tal-Input ac: Il-prodotti intenzjonati li jieħdu l-elettriku minn sors tal-elettriku prinċipali ac għandhom jiġu koonnessi ma’ sors tal-vultaġġ adattat għas-suq intenzjonat, kif speċifikat fit-Tabella 12 jew it-Tabella 13.

(a)

Il-prodotti konsenjati bi provvisti tal-elettriku esterni (EPSs) għandhom l-ewwel jiġu konnessi mal-EPS u wara mas-sors tal-vultaġġ speċifikat fit-Tabella 12 jew it-Tabella 13.

(b)

Jekk prodott huwa nominat biex jopera b’kombinazzjoni ta’ vultaġġ/frekwenza f’suq speċifiku li huwa differenti mill-kombinazzjoni tal-vultaġġ/frekwenza għal dak is-suq (eż. 230 volts (V), 60 hertz (Hz) fl-Amerika ta’ Fuq), l-unità għandha tiġi ttestjata fil-kombinazzjoni tal-vultaġġ/frekwenza nominali tal-manifattur għal dik l-unità. Għandhom jiġu rapportati l-vultaġġ/frekwenza użati.

Tabella 12

Rekwiżiti tal-Enerġija tal-Input għal Prodotti b’ Enerġija Nominali tan-Nameplate Inqas Minn jew Daqs 1 500 W

Suq

Vultaġġ

Tolleranza tal-Vultaġġ

Distorsjoni Armonika Massima Totali

Frekwenza

Tolleranza tal-Frekwenza

l-Amerika ta’ Fuq, it-Tajwan

115 V ac

+/– 1,0 %

2,0  %

60  Hz

+/– 1,0 %

l-Ewropa, l-Awstralja, New Zealand

230 V ac

+/– 1,0 %

2,0  %

50  Hz

+/– 1,0 %

il-Ġappun

100 V ac

+/– 1,0 %

2,0  %

50 Hz/60 Hz

+/– 1,0 %


Tabella 13

Rekwiżiti tal-Enerġija tal-Input għal Prodotti b’ Enerġija Nominali tan-Nameplate Ikbar minn 1 500 W

Suq

Vultaġġ

Tolleranza tal-Vultaġġ

Distorsjoni Armonika Massima Totali

Frekwenza

Tolleranza tal-Frekwenza

l-Amerika ta’ Fuq, it-Tajwan

115 V ac

+/– 4,0 %

5,0  %

60  Hz

+/– 1,0 %

l-Ewropa, l-Awstralja, New Zealand

230 V ac

+/– 4,0 %

5,0  %

50  Hz

+/– 1,0 %

il-Ġappun

100 V ac

+/– 4,0 %

5,0  %

50 Hz/60 Hz

+/– 1,0 %

4.3.

Enerġija tal-Input Dc ta’ vultaġġ baxx:

(a)

Il-prodotti jista’ jkollhom sors tal-enerġija dc ta’ vultaġġ baxx (eż. permezz ta’ netwerk jew konnessjoni tad-dejta) biss jekk is-sors tal-enerġija dc huwa l-unika sors aċċettabbli tal-enerġija għall-prodott (jiġifieri ma humiex disponibbli plakka ac jew EPS).

(b)

Il-prodotti li jieħdu l-elettriku minn vultaġġ baxx dc għandhom ikunu konfigurati b’sors ac tal-enerġija dc għall-ittestjar (eż. hub ac-powered universal serial bus (USB)).

Is-sors ac tal-enerġija dc użata għall-ittestjar għandha tiġi rekordjata u rapportata għat-testijiet kollha.

(c)

L-elettriku għall-unità taħt test (UUT) għandu jinkludi li ġej, kif imkejjel skont it-Taqsima 5 ta’ dan il-metodu:

(1)

Il-konsum tal-enerġija ac tas-sors dc ta’ vultaġġ baxx mal-UUT bħala t-tagħbija (PL); u

(2)

Il-konsum tal-enerġija ac tas-sors dc ta’ vultaġġ baxx mingħajr tagħbija (PS).

4.4.

Temperatura Ambjentali: It-temperatura ambjentali għandha tkun 23 ± 5 °C.

4.5.

Umdità Relattiva: L-umdità relattiva għandha tkun bejn 10 % u 80 %.

4.6.

Miter tal-Enerġija: Il-miters tal-enerġija għandu jkollhom l-attributi li ġejjin:

(a)

Reazzjoni Minima tal-Frekwenza: 3,0 kHz

(b)

Riżoluzzjoni Minima:

(1)

0,01 W għal valuri tal-kejl inqas minn 10 W;

(2)

0,1 W għal valuri tal-kejl minn 10 W sa 100 W;

(3)

1 W għal valuri tal-kejl minn 100 W sa 1,5 kW; u

(4)

10 W għal valuri tal-kejl ikbar minn 1,5 kW.

(5)

Il-kejl tal-enerġija għandu jkollu riżoluzzjonijiet ġeneralment konsistenti ma’ dawn il-valuri meta konvertiti għal enerġija medja. Għall-kejl tal-enerġija akkumulata, iċ-ċifra tal-mertu għad-determinazzjoni tal-korrettezza meħtieġa hija l-valur massimu tal-enerġija matul il-perjodu tal-kejl, mhux il-medja, għaliex huwa l-massimu li jiddetermina t-tagħmir u s-setup tal-kejl.

4.7.

Inċertezza tal-Kejl (17):

(a)

Il-kejl ta’ ikbar minn jew daqs 0.5 W għandu jkollu inċertezza ta’ 2 % jew aħjar fil-livell tal-kunfidenza ta’ 95 %.

(b)

Il-kejl ta’ inqas minn 0.5 W għandu jkollu inċertezza ta’ 0.02 W jew aħjar fil-livell tal-kunfidenza ta’ 95 %.

4.8.

Kejl tal-Ħin: Il-kejl tal-ħin jista’ jsir bi stopwatch standard jew kwalunkwe tip ta’ arloġġ ieħor b’riżoluzzjoni ta’ mill-inqas sekonda 1.

4.9.

Speċifikazzjonijiet tal-Karta:

(a)

Prodotti ta’ Format Standard għandhom jiġu ttestjati f’konformità mat-Tabella 14.

(b)

Prodotti ta’ Format Kbir, Żgħir u Kontinwu għandhom jiġu ttestjati bl-użu ta’ kwalunkwe daqs ta’ karta kompatibbli.

Tabella 14

Rekwiżiti tad-Daqs u l-Piż tal-Karta

Suq

Daqs tal-karta

Piż Bażi

(g/m2)

l-Amerika ta’ Fuq, it-Tajwan

8,5″ × 11″

75

l-Ewropa/l-Awstralja/New Zealand

A4

80

il-Ġappun

A4

64

5.   Kejl tas-sors dc ta’ vultaġġ baxx għall-prodotti kollha

5.1.

Qabbad is-sors dc mal-miter tal-enerġija u l-provvista ac rilevanti kif speċifikat fit-Tabella 12.

5.2.

Ivverifika li s-sors dc huwa mingħajr tagħbija.

5.3.

Ħalli s-sors tad-dc jistabilizza għal minimu ta’ 30 minuta.

5.4.

Kejjel u rrekordja l-enerġija tas-sors dc mingħajr tagħbija (PS) skont IEC 62301 Ed. 1.0.

6.   Konfigurazzjoni UUT ta’ qabel it-test għall-prodotti kollha

6.1.   Konfigurazzjoni Ġenerali

6.1.1.

Veloċità tal-Prodott għall-Kalkoli u r-Rapportar: Il-veloċità tal-prodott għall-kalkoli kollha u r-rapportar għandha tkun l-ogħla veloċità kif dikjarata mill-manifattur skont il-kriterji li ġejjin, espressa f’immaġnijiet kull minuta (ipm) u approssimati għall-eqreb numru sħiħ:

(a)

Inġenerali, il-prodotti ta’ daqs Standard, folja waħda A4 jew 8,5″ × 11″ stampata/ikkupjata/skenjata fuq naħa waħda f’minuta waħda hija daqs 1 (ipm).

Meta jkun hemm operat f’modalità duplex, folja waħda A4 jew 8,5″ × 11″ stampata/ikkupjata/skenjata fuq iż-żewġ naħiet f’minuta waħda hija daqs 2 (ipm).

(b)

Għall-prodotti kollha, il-veloċità tal-prodott għandha tkun ibbażata fuq:

(1)

Il-veloċità tal-istampar dikjarata mill-manifattur, sakemm il-prodott ma jkunx jista’ jistampa, f’liema każ,

(2)

Il-veloċità tal-ikkopjar dikjarata mill-manifattur, sakemm il-prodott ma jkunx jista’ jistampa jew jikkopja, f’liema każ,

(3)

Il-veloċità tal-iskan dikjarata mill-manifattur.

(4)

Meta manifattur ikollu l-intenzjoni li jikkwalifika prodott f’ċertu suq billi juża r-riżultati tat-test li kkwalifikaw il-prodtt f’suq ieħor bl-użu ta’ daqsijiet oħrajn tal-karta (eż. A4 versus 8,5″ × 11″), u jekk il-veloċitajiet tiegħu dikjarati, kif determinati skont it-Tabella 15, ivarjaw meta jiġu prodotti immaġnijiet fuq daqsijiet differenti ta’ karta, għandha tintuża l-ogħla veloċità.

Tabella15

Kalkolu tal-Veloċità tal-Prodott għal Prodotti ta’ Format Standard, Żgħir, u Kbir bl-Eċċezzjoni ta’ Magni tal-Posta

Format tal-Midja

Daqs tal-Midja

Veloċità tal-Prodott, s

(ipm)

Fejn:

sP huwa l-veloċità monokromatika massima dikjarata f’immaġnijiet kull minuta fl-ipproċessar tal-midja partikolari,

w hija l-wisa’ tal-midja, f’metri (m),

hija t-tul tal-midja, f’metri (m).

Standard

8,5″ × 11″

sP

A4

sP

Żgħir

4″ × 6″

0,25 × sP

A6

0,25 × sP

Inqas minn A6 jew 4″ × 6″

16 × w × × sP

Kbir

A2

4 × sP

A0

16 × sP

(c)

Għal prodotti ta’ Forma Kontinwa, il-veloċità tal-prodott għandha tiġi kkalkulata skont l-Ekwazzjoni 8.

Ekwazzjoni 8: Kalkolu tal-Veloċità tal-Prodott

Formula

Fejn:

s huwa l-veloċità tal-prodott, f’ipm,

w hija l-wisa’ tal-midja, f’metri (m),

sL huwa l-veloċità monokromatika massima dikjarata, f’metri kull minuta.

(d)

Għall-Magni tal-Posta, il-veloċità tal-prodott għandha tiġi rapportata f’unitajiet ta’ oġġetti tal-posta kull minuta (mppm).

(e)

Il-veloċità tal-prodott użata għall-kalkoli kollha u l-kwalifika, kif ikkalkolat hawn fuq, tista’ ma tkunx l-istess bħall-veloċità tal-prodott użat għall-ittestjar.

6.1.2.

Kulur: Prodotti li għandhom il-kapaċità tal-kulur għandhom jiġu ttestjati billi jagħmlu immaġnijiet monokormatiċi (suwed).

(a)

Għal dawk il-prodotti mingħajr linka sewda, għandu jintuża iswed kompożitu.

Konnessjonijiet tan-Netwerk: Prodotti li huma kapaċi li jkunu konnessi man-netwerk kif konsenjati għandhom jiġu kkonnessi ma’ netwerk.

(b)

Il-prodotti għandhom ikunu konnessi ma’ netwerk wieħed jew konnessjoni tad-dejta waħda biss għad-durata tat-test.

Kompjuter wieħed biss jista’ jitqabbad mal-UUT, direttament jew permezz ta’ netwerk.

(c)

It-tip ta’ konnessjoni tan-netwerk tiddependi mill-karatteristiċi tal-UUT u għandha tkun il-konnessjoni fil-quċċata tal-lista fit-Tabella 16 disponibbli fl-unità kif ikkonsenjata.

Tabella 16

Konnessjonijiet tan-Netwerk jew tad-Dejta għall-użu fit-Test

Ordni ta’ Preferenza għall-Użu fit-Test (jekk Ipprovdut mill-UUT)

Konnessjonijiet għall-Prodotti kollha

1

Ethernet – 1 Gb/s

2

Ethernet – 100/10 Mb/s

3

USB 3.x

4

USB 2.x

5

USB 1.x

6

RS232

7

IEEE 1284 (18)

8

Wi-Fi

9

Iwwajerjati oħrajn — f’ordni ta’ preferenza mill-ogħla veloċità sal-iktar baxxa

10

Iwwajerjati oħrajn — f’ordni ta’ preferenza mill-ogħla veloċità sal-iktar baxxa

11

Jekk l-ebda minn ta’ hawn fuq, ittesjta b’liema konnessjoni tkun ipprovduta mill-apparat (jew xejn)

(d)

Il-prodotti konnessi mal-Ethernet, skont il-paragrafu 6.1.2(c) fuq, u kapaċi jappoġġaw Ethernet Effiċjenti fl-Enerġija (IEEE Standard 802.3az) (19), għandhom ikunu konnessi ma’ swiċċ tan-netwerk jew router li jappoġġaw ukoll l-Ethernet Effiċjenti fl-Enerġija għad-durata tat-test.

(e)

Fil-każijiet kollha t-tip ta’ konnessjoni użata matul it-test għandha tiġi rapportata.

Modalitajiet tas-Servizz/Manutenzjoni: Il-UUTs ma għandom qatt ikunu modalitajiet tas-servizz/manutenzjoni, inkluż kalibrar tal-kulur, matul l-ittestjar.

(f)

Il-modalitajiet tas-Servizz/Manutenzjoni għandhom jiġu diżattivati qabel l-ittestjar.

(g)

Il-manifatturi għandhom jipprovdu struzzjonijiet li jiddettaljaw kif jiġu diżattivati l-modalitajiet tas-servizz/manuttenzjoni jekk din l-informazzjoni ma tkunx inkluża fil-pakkett tad-dokumentazzjoni tal-prodott mal-UUT jew ma tkunx disponibbli faċilment fuq l-Internet.

(h)

Jekk il-modalitajiet tas-servizz/manutenzjoni ma jistgħux jiġu diżattivati u modalità tas-servizz/manutenzjoni tokkorri matul kompitu apparati mill-ewwel kompitu, ir-riżultati mill-kompitu bil-modalità tas-servizz/manutenzjoni jistgħu jinbidlu b’riżultati minn kompitu sostitut. F’dan il-każ, il-kompitu sostitut għandu jiddaħħal fil-proċedura tat-test immedjatament wara l-Kompitu 4, u l-inklużjoni tal-kompitu sostitut għandha tiġi rapportata. Kull perjodu ta’ kompitu għandu jkun 15-il minuta.

6.2.   Konfigurazzjoni għal Magni tal-Fax

Il-magni kollha tal-fax u l-MFDs b’kapaċità tal-fax li jikkonnettjaw ma’ linja tat-telefown għandhom jiġu konnessi ma’ linja tat-telefown matul it-test, minbarra ma’ konnessjoni tan-netwerk speċifikata fit-Tabella 16 jekk il-UUT għandha kapaċità tan-netwerk.

(a)

Fil-każ li linja tat-telefown ooperattiva mhix disponibbli, jista’ jintuża minflok simluatur ta’ linja.

(b)

Il-magni tal-fax biss għandhom jiġu ttestjati bl-użu tal-kapaċtià tal-fax.

Il-magni tal-fax għandhom jiġu ttestjati skont immaġni għal kull kompitu.

6.3.   Konfigurazzjoni għal Duplikaturi Diġitali

Ħlief kif innutat hawn taħt, id-duplikaturi diġitali għandhom ikunu konfigurati u ttestjati bħala stampaturi, kopjaturi jew MFDs, skont il-kapaċitajiet tagħhom kif ikkonsenjati.

(a)

Id-duplikaturi diġitali għandhom jiġu ttestjati fil-veloċità massima dikjarata, li hija wkoll il-veloċità li għandha tintuża għad-determinazzjoni tad-daqs tal-kompitu għat-twettiq tat-test, mhux fil-veloċità prestabilita mal-konsenja, jekk differenti.

(b)

Għad-duplikaturi diġitali, għandu jkun ħemm immaġni oriġinali waħda biss.

7.   Inizjalizzazzjoni tal-UUT qabel it-test għall-prodotti kollha

Inizjalizzazzjoni Ġenerali

Qabel il-bidu tal-ittestjar, il-UUT għandha tiġi inizzjalizzata kif ġej:

(a)

Arma l-UUT skont l-istruzzjonijiet fl-Istruzzjonijiet jew id-dokumentazzjoni tal-Manifattur.

(1)

L-aċċessorji, bħas-sors tal-karta, li jiġu konsenjati mal-prodott bażi u huma intenzjonati li jiġu installati jew mqabbda mill-utent aħħari għandhom jiġu installati kif intenzjonat għall-mudell tal-prodott. Il-karta għandha titqiegħed fis-sorsi kollha tal-karta destinati li jżommu l-karta speċifikata għall-ittestjar, u l-UUT għandha tieħu mis-sors prestabilit tal-karta, bl-użu tas-settings tas-sors tal-karta kif konsenjata.

(2)

Jekk il-prodott ikun konness ma’ kompjuter, direttament jew fuq netwerk, matul it-test, il-kompjuter irid ikun qed jopera l-iktar veżjoni ġdida tad-driver prestabilit tal-manifattur disponibbli fil-mument tal-ittestjar bl-użu ta’ settings li jikkorispondu għas-settings prestabiliti meta jiġi konsenjat, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan il-metodu tat-test. Għandha tiġi rreġistrat il-verżjoni tal-print driver użat għall-ittestjar.

(i)

Fil-każ li setting ma għandux modalità prestabili u mhux definit f’dan il-metodu tat-test, is-setting għandu jkun skont id-diskrezzjoni tat-tester u għandu jiġi rrekordjat.

(ii)

Is-settings tad-driver tal-istampatur japplikaw biss għall-kompjuter li qed jibgħat il-kompiti tal-istampar lill-UUT, meta tkun qed issir konnessjoni permezz ta’ netwerk li fuqu jkun hemm ħafna kompjuters imqabbdin.

(3)

Għal prodotti ddisinjati li joperaw fuq l-enerġija tal-batterija meta ma jkunux konnessi mas-sors tal-enerġija prinċipali, il-batterija għandha titneħħa għat-testijiet kollha. Għal UUTs fejn l-operat mingħajr pakkett ta’ batterija mhux konfigurazzjoni appoġġata, it-test għandu jitwettaq b’pakkett(i) tal-batterija mimlija kompletament installati, filwaqt li jkun żgurat li din il-konfigurazzjoni tiġi rapportata fir-riżultati tat-test. Biex tiżgura li l-batterija hija kkargata kompletament wettaq il-passi li ġejjin:

(i)

Għal UUTs li għandhom indikatur biex juri l-batterija hija mimlija, kompli ċċarġja għal 5 sigħat oħra wara li tidher din l-indikazzjoni.

(ii)

Jekk ma hemmx indikatur taċ-ċarġ, iżda l-istruzzjonijiet tal-manifattur jipprovdu stima tal-ħin għal meta tiċċarġja din il-batterija jew kemm tesa’ din il-batterija biex tkun mimlija, kompli ċċarġja għal 5 sigħat addizzjonali wara l-indikazzjoni tal-manifattur.

(iii)

Jekk ma jkunx hemm indikatur jew stima tal-ħin fl-istruzzjonijiet, id-durata għandha tkun 24 siegħa.

(b)

Qabbad il-UUT mas-sors tal-elettriku tagħha.

(c)

Ixgħel il-UUT u wettaq il-konfigurazzjoni inizzjali tas-sisteam, kif applikabbli. Ivverifika li l-ħinijiet prestabiliti tad-dewmien huma konfigurati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u/jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.

(1)

Veloċità tal-Prodott għall-Ittestjar: Il-prodott għandu jiġi ttestjat b’settings tal-veloċità fil-konfigurazzjoni prestabilita tagħhom kif konsenjati.

(2)

Automatikament Mitfi għall-Prodotti TEC: Jekk stampatur, duplikatur diġitali, magna tal-fax, jew MFD b’kapaċità tal-istampar għandhom kapaċità ta’ Mitfi Awtomatiku u hija attivata mal-konsenja, għanha tiġi diżattivata qabel it-test.

(3)

Automatikament Mitfi għall-Prodotti OM: Jekk prodott għandu Modalità Mitfi Awtomatiku attivata mal-konsenja, għandha tibqa attivata għad-durata tat-test.

(d)

Matul id-durata tat-test il-karatteristiċi ta’ kontra l-umdità li huma kontrollati mill-utent għandhom jintfew jew jiġu diżattivati.

(e)

Kondizzjonament minn qabel: Qiegħed il-UUT f’Modalità Mitfi, u wara ħalli l-UUT toqgħod inattiva għal 15-il minuta.

(1)

Għal prodotti EP-TEC, ħalli l-UUT toqgħod f’Modalità Mitfi għal 105 minuti addizzjonali, għal total ta’ mill-inqas 120 minuta (sagħtejn - 2).

(2)

Il-prekundizzjonament huwa meħtieġ biss qabel l-ewwel test fuq kull UUT.

8.   Proċedura tat-Test tal-Konsum Tipiku tal-Enerġija (TEC)

8.1.   Struttura tal-Kompitu

8.1.1.

Kompiti ta’ kull Jum: L-għadd ta’ kompiti kull jum (NJOBS) huwa speċifikat fit-Tabella 17.

Tabella 17

Għadd ta’ Kompiti kull Jum (NJOBS)

Veloċità tal-Prodott Monokromatiku, s

(ipm)

Kompiti kull Jum

(NJOBS)

s ≤ 8

8

8 < s < 32

s

s ≥ 32

32

8.1.2.

Immaġnijiet għal kull Kompitu: Ħlief għal magni tal-fax, l-għadd ta’ immaġnijiet għandu jiġi komputat skont l-Ekwazzjoni 9, taħt. Għall-konvenjenza, it-Tabella 21 fl-aħħar ta’ dan id-dokument hemm l-immaġnijiet li jirriżulaw għal-kull komputazzjoni ta’ kompitu għal kull numru sħiħ tal-veloċità tal-prodott sa 100 ipm.

Ekwazzjoni 9: Kalkolu tal-Għadd ta’ Immaġnijiet għal kull Kompitu

NIMAGES =

1

s < 4

s ≥ 4

Formula

Fejn:

NIMAGES huwa l-għadd ta’ immaġnijiet għal kull kompitu, approssimat l’isfel (truncated) għall-eqreb numru sħiħ,

s huwa l-veloċità massima (monokromatika) rapportata f’immaġnijiet kull minuta (ipm), kalkulata fit-taqsima 6.1.1, tal-proċedura tat-test, u

NJOBS huwa l-għadd ta’ kompiti kull jum, kif ikkalkolat skont it-Tabella 17.

Immaġni tat-Test: Test Pattern A mill-International Organization for Standardization (ISO)/IEC Standard 10561:1999 għandha tintuża bħala l-immaġni oriġinali għall-ittestjar kollu.

(a)

L-immaġnijiet ittestjati għandhom jiġu rendered f’daqs ta’ 10 point f’tipa ta’ wisa’ fissa Courier (jew l-eqreb ekwivalenti).

(b)

It-tipi Ġermaniżi speċifiċi ma hemmx għalfejn jiġu riprodotti jekk il-prodott mhux kapaċi jirriproduċi tipi Ġermaniżi.

Kompiti tal-Istampar: Il-kompiti tal-istampar għat-test għandhom jintbagħtu minn fuq il-konnessjoni tan-netwerk magħżula fit-Tabella 16 immedjatament qabel jiġi stampat kull kompitu.

(c)

Kull immaġni f’kompitu tal-istampar għandha tintbagħat separatament (jiġifieri l-immaġnijiet kollha jistgħu jkunu parti mill-istess dokument), iżda ma għandhomx ikunu speċifikati fid-dokument bħala kopji multipli ta’ immaġni oriġinali unika (sakemm il-prodott huwa duplikatur diġitali).

(d)

Għal stampaturi u MFDs li jistgħu jinterpretaw il-page description language (PDL) (eż. Printer Command Language PCL, Postscript), l-immaġnijiet għandhom jintbagħtu lill-prodott f’PDL.

Kompiti tal-Ikkupjar:

(e)

Għal kopjaturi b’veloċità inqas minn jew daqs 20 ipm, għandu jkun hemm oriġinali waħda għal kull immaġni metħieġa.

(f)

Għal kopjaturi b’veloċità ikbar minn 20 ipm, jista’ ma jkunx possibbli li jitqabbel l-għadd ta’ immaġnijiet oriġinali meħtieġa (jiġifieri minħabba l-limiti fuq il-kapaċità tal-feeder tad-dokument). F’dan il-każ, huwa permess li jsiru kopji multipli ta’ kull oriġinali, u l-għadd ta’ oriġinali għandu jkun ikbar minn jew daqs għaxra.

Eżempju: Għal unità ta’ 50 ipm li tirrikejdi 39 immaġni għal kull kompitu, it-test jista’ jitwettaq b’erba’ kopji ta’ 10 oriġinali jew tliet kopji ta’ 13-il orġinali.

(g)

L-oriġinali għandhom jitqiegħdu fil-feeder tad-dokumenti qabel ma jibda t-test.

Il-prodotti mingħajr feeder tad-dokumenti jistgħu jagħmlu l-immaġnijiet kollha minn oriġinali waħda imqiegħda fuq il-platen.

Kompiti tal-Fax: Il-kompiti tal-fax għandhom jintbagħtu permezz tal-linja tat-telefown konnessa jew simulatur tal-linja tat-telefown immedjatament qabel it-twettiq ta’ kull kompitu.

8.2.   Proċeduri tal-Kejl

Il-kejl ta’ TEC għandu jitwettaq skont it-Tabella 18 għall-istampaturi, magni tal-fax, duplikaturi diġitali b’kapaċità tal-istampar, u MFDs b’kapaċità tal-istampar, u t-Tabella 19 għal kopjaturi, duplikaturi diġitali mingħajr kapaċità tal-istampar, u MFDs mingħajr kapaċità tal-istampar, suġġett għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Karta: Għandu jkun hemm biżżejjed karti fil-UUT biex twettaq il-kompiti tal-istampar jew ikkupjar speċifikati.

(b)

Duplexing: Il-prodotti għandhom jiġu ttestjati fil-modalità simplex, sakemm il-veloċità tal-output tal-modalità duplex huwa ikbar mill-veloċità tal-output tal-modalità simplex, f’liema każ jiġu ttestjati fil-modalità duplex. Fil-każijiet kollha, il-modalità li fiha l-unità ġiet ittestjata u l-veloċità tal-istampar użata għandhom jiġu dokumentati. L-oriġinali li se jiġu kkopjati għandhom ikunu immaġni simplex.

(c)

Metodu tal-Kejl tal-Enerġija: Il-kejl kollu għandu jiġi rrekordjat bħala enerġija akkumulata matul il-ħin, f’Wh; il-ħin kollu għandu jiġi rrekordjat f’minuti.

Ir-referenzi għal ‘miter fuq żero’ jistgħu jinkisbu billi jiġi rrekordjat il-konsum tal-enerġija akkumulata f’dak il-ħin minflok fiżikament il-miter jitmexxa għal żero.

Tabella 18

Proċedura tat-Test TEC għall-Istampaturi, Magni tal-Fax, Duplikaturi Diġitali b’Kapaċità tal-Istampar, u MFDs b’Kapaċità tal-Istampar

Pass

Stat Inizjali

Azzjoni

Irrekordja (fl-aħħar tal-pass)

Unità ta’ Kejl

Stati Possibbli Mkejla

1

Mitfi

Qabbad il-UUT mal-miter. Żgura li l-unità hija mixgħula u fil-Modalità Mitfi. Poġġi l-miter fuq żero; kejjel l-enerġija għal 5 minuti jew iktar. Irrekordja kemm l-enerġija kif ukoll il-ħin.

Enerġija f’mitfi

Sigħat watt (Wh)

Mitfi

Ħin tal-Interval tal-Ittestjar

Minuti (min)

2

Mitfi

Ixgħel l-unità. Stenna sakemm l-unità tindika li hija fil-Modalità Lest.

3

Lest

Stampa kompitu ta’ mill-inqas immaġni waħda iżda mhux aktar minn kompitu wieħed għal kull Tabella 21. Kejjel u rreġistra l-ħin biex l-ewwel l-karta toħroġ mill-untià.

Ħin ta’ Attiv 0

Minuti (min)

4

Lest (jew mod ieħor)

Stenna sakemm il-miter juri li l-unità daħlet fil-Modalità Rieqed finali tagħha jew il-ħin speċifikat mill-manifattur.

5

Rieqed

Poġġi l-miter fuq żero; Poġġi l-miter fuq żero, kejjel l-enerġija u l-ħin għal siegħa 1. Irrekordja l-enerġija u l-ħin.

Enerġija Rieqed, ESLEEP

Sigħat watt (Wh)

Rieqed

Ħin f’rieqed,

tSLEEP

(≤ 1 siegħa)

Minuti (min)

6

Rieqed

Qiegħed il-miter u l-arloġġ fuq żero. Stampa kompitu wieħed (ikkalkulat hawn fuq). Kejjel l-enerġija u l-ħin. Irrekordja l-ħin meta l-ewwel folja toħroġ mill-unità. Kejjel l-enerġija għal 15-il minuta mill-bidu tal-kompitu. Il-kompitu jrid ikun lest fi żmien 15-il minuta.

Enerġija tal-Kompitu 1,

EJOB1

Sigħat watt (Wh)

Irkupru, Attiv, Lest, Rieqed

Ħin ta’ Attiv 1

Minuti (min)

7

Lest (jew mod ieħor)

Irrepeti Pass 6.

Enerġija tal-Kompitu 2,

EJOB2

Sigħat watt (Wh)

L-istess bħal fuq

Ħin ta’ Attiv 2

Minuti (min)

8

Lest (jew mod ieħor)

Irrepeti Pass 6 (mingħajr kejl tal-ħin Attiv)

Enerġija tal-Kompitu 3,

EJOB3

Sigħat watt (Wh)

L-istess bħal fuq

9

Lest (jew mod ieħor)

Irrepeti Pass 6 (mingħajr kejl tal-ħin Attiv)

Enerġija tal-Kompitu 4,

EJOB4

Sigħat watt (Wh)

L-istess bħal fuq

10

Lest (jew mod ieħor)

Poġġi l-miter u l-arloġġ fuq żero. Kejjel l-enerġija u l-ħin sakemm il-miter u/jew l-unità juru li l-unità daħlet fil-Modalità Rieqed jew il-Modalità Rieqed finali għal unitajiet b’modalitajiet Rieqed multipli, jew il-ħin speċifikat mill-manifattur, jekk mogħti. Irreġistra l-enerġija u l-ħin.

Enerġija finali,

EFINAL

Sigħat watt (Wh)

Lest, Rieqed

Ħin finali,

tFINAL

Minuti (min)

Noti: Passi 4 u 10: Għal dawk l-unitajiet li ma jindikawx meta daħlu fil-Modalità Rieqed Finali, il-manifatturi għandhom jispeċifikaw il-ħin għall-Modalità Rieqed Finali għall-finijiet tal-ittestjar.


Tabella 19

Proċedura tat-Test TEC għall-Kopjaturi, Duplikaturi Diġitali mingħajr Kapaċità ta’ Stampar, u MFDs mingħajr Kapaċità ta’ Stampar

Pass

Stat Inizjali

Azzjoni

Irrekordja

Unità ta’ Kejl

Stati Possibbli Mkejla

1

Mitfi

Qabbad il-UUT mal-miter. Żgura li l-unità hija mixgħula u fil-Modalità Mitfi. Poġġi l-miter fuq żero; kejjel l-enerġija għal 5 minuti jew iktar. Irrekordja kemm l-enerġija kif ukoll il-ħin.

Enerġija f’mitfi

Sigħat watt (Wh)

Mitfi

Ħin tal-Interval tal-Ittestjar

Minuti (min)

2

Mitfi

Ixgħel l-unità. Stenna sakemm l-unità daħlet fil-Modalità Lest.

3

Lest

Ikkopja kompitu ta’ mill-inqas immaġni waħda iżda mhux aktar minn kompitu wieħed għal kull Tabella tal-Kompiti. Kejjel u rreġistra l-ħin biex l-ewwel l-karta toħroġ mill-unità.

Ħin ta’ Attiv 0

Minuti (min)

4

Lest (jew mod ieħor)

Stenna sakemm il-miter juri li l-unità daħlet fil-Modalità Rieqed finali tagħha jew il-ħin speċifikat mill-manifattur.

5

Rieqed

Poġġi l-miter fuq żero; Poġġi l-miter fuq żero, kejjel l-enerġija u l-ħin għal siegħa 1 jew sakemm l-unità tidħol fil-Modalità Mitfi Awtomatiku. Irrekordja l-enerġija u l-ħin.

Enerġija Rieqed

Sigħat watt (Wh)

Rieqed

Ħin f’rieqed

(≤ 1 siegħa)

Minuti (min)

6

Rieqed

Qiegħed il-miter u l-arloġġ fuq żero. Ikkopja kompitu wieħed (ikkalkulat hawn fuq). Kejjel u rreġistra l-enerġija u l-ħin fl-ewwel unità tal-istampar tal-karta. Kejjel l-enerġija għal 15-il minuta mill-bidu tal-kompitu. Il-kompitu jrid ikun lest fi żmien 15-il minuta.

Enerġija tal-Kompitu 1,

EJOB1

Sigħat watt (Wh)

Irkupru, Attiv, Lest, Stennija, Tifi Awtomatiku

Ħin ta’ Attiv 1

Minuti (min)

7

Lest (jew mod ieħor)

Irrepeti Pass 6.

Enerġija tal-Kompitu 2,

EJOB2

Sigħat watt (Wh)

L-istess bħal fuq

Ħin ta’ Attiv 2

Minuti (min)

8

Lest (jew mod ieħor)

Irrepeti Pass 6 (mingħajr kejl tal-ħin Attiv)

Enerġija tal-Kompitu 3,

EJOB3

Sigħat watt (Wh)

L-istess bħal fuq

9

Lest (jew mod ieħor)

Irrepeti Pass 6 (mingħajr kejl tal-ħin Attiv)

Enerġija tal-Kompitu 4,

EJOB4

Sigħat watt (Wh)

L-istess bħal fuq

10

Lest (jew mod ieħor)

Qiegħed il-miter u l-arloġġ fuq żero. Kejjel l-enerġija u l-ħin sakemm il-miter u/jew l-unità juru li l-unità daħlet fil-Modalità Mitfi Awtomatiku jew l-ħin speċifikat mill-manifattur. Irrekordja l-enerġija u l-ħin; jekk l-unità bdiet dan il-pass meta kienet fil-Modalità Mitfi Awtomatiku, irrapporta il-valuri tal-enerġija kif ukol tal-ħin bħala żero.

Enerġija finali,

EFINAL

Sigħat watt (Wh)

Lest, Rieqed

Ħin finali,

tFINAL

Minuti (min)

11

Mitfi awtomatiku

Poġġi l-miter fuq żero; kejjel l-enerġija u l-ħin għal 5 minuti jew iktar. Irrekordja kemm l-enerġija kif ukoll il-ħin.

Enerġija f’mitfi awtomatiku,

EAUTO

Sigħat watt (Wh)

Rieqed,

Mitfi awtomatiku

Ħin ta’ Mitfi Awtomatiku,

tAUTO

Minuti (min)

Noti: Passi 4 u 10: Għal dawk l-unitajiet li ma jindikawx meta daħlu fil-Modalità Rieqed Finali, il-manifatturi għandhom jispeċifikaw il-ħin għall-Modalità Rieqed Finali għall-finijiet tal-ittestjar.

9.   Proċedura tat-Test tal-Modalità Operattiva (OM)

Proċeduri tal-Kejl

Il-kejl tal-enerġija OM u l-ħinijiet ta’ dewmien għandhom jitwettqu skont it-Tabella 20, suġġett għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Kejl tal-Enerġija: Il-kejl kollu tal-enerġija għandu jsir permezz tal-użu tal-approċċi tal-enerġija medja jew l-enerġija akkumulata kif deskritt hawn taħt:

(1)

Metodu tal-Enerġija Medja: L-enerġija medja vera għandha titkejjel matul perjodu magħżul mill-utent, li ma għandux ikun inqas minn 5 minuti.

Għal dawk il-modalitajiet li ma jdumux 5 minuti, l-enerġija medja vera għandha titkejjel matul id-durata intiera tal-modalità.

(2)

Approċċ tal-Enerġija Akkumulata: Jekk l-istrument tat-test mhux kapaċi ikejjel l-enerġija medja vera, għandu jitkejjel il-konsum tal-enerġija akkumulata matul perjodu magħżul mill-utent. Il-perjodu tat-test ma għandux ikun inqas minn 5 minuti. L-enerġija medja għandha tiġi determinata bid-diviżjoni tal-konsum tal-enerġija akkumulata bil-ħin tal-perjodu tat-test.

(3)

Jekk il-konsum tal-enerġija tal-modalità ttestjata huwa perjodiku, f’dak il-każ id-durata tat-test għandu jkun fija perjodu komplut wieħed jew iktar.

Pass

Stat Inizjali

Azzjoni(jiet)

Irrekordja

Unità ta’ Kejl

1

Mitfi

Ipplakkja l-UUT fil-miter. Ixgħel l-unità. Stenna sakemm l-unità tindika li hija fil-Modalità Lest.

 

2

Lest

Stampa, ikkopja jew skanja immaġini waħda.

 

3

Lest

Kejjel l-enerġija Lest.

Enerġija f’lest,

PREADY

Watts (W)

4

Lest

Stenna u kejjel il-ħin tad-dewmien prestabilit għal Rieqed.

Rieqed prestabilit- ħin tad-dewmien,

tSLEEP

Minuti (min)

5

Rieqed

Kejjel l-enerġija Rieqed.

Enerġija f’rieqed,

PSLEEP

Watts (W)

6

Rieqed

Stenna u kejjel il-ħin tad-dewmien prestabilit għal Mitfi Awtomatiku. (Injorah jekk ma hemmx Modalità Mitfi Awtomatiku).

Mitfi Awtomatiku Prestabilit- ħin tad-dewmien

Minuti (min)

7

Mitfi awtomatiku

Kejjel l-enerġija Mitfi Awtomatiku. (Injorah jekk ma hemmx Modalità Mitfi Awtomatiku).

Enerġija f’Mitfi Awtomatiku

PAUTO-OFF

Watts (W)

8

Mitfi awtomatiku

Itfi l-apparat manwalement u stenna sakemm l-unità tintefa. (Jekk ma hemmx swiċċ manwali mixgħul-mitfi, ħu nota u stenna għall-Istat Rieqed l-iktar baxx).

9

Mitfi

Kejjel l-enerġija f’Mitfi. (Jekk ma hemmx swiċċ manwali mixgħul-mitfi, ħu nota u kejjel l-enerġija tal-Modalità Rieqed).

Enerġija f’mitfi

POFF

Watts (W)

Pass 1 – Jekk l-unità ma għandhiex indikatur Lest, uża l-ħin li fih il-livell tal-konsum tal-enerġija jistabilixxi fil-livell Lest, u ħu nota ta’ dan id-detall meta tirrapporta d-dejta tat-test tal-prodott.

Pass 4 – Il-Ħin ta’ Dewmien Prestabilit għandu jitkejjel billi jinbeda mit-tlestija tal-kompitu sakemm l-unità tidħol fil-Modalità Rieqed.

Passi 4 u 5 – Għal prodotti b’iktar minn livell Rieqed wieħed, irrepeti dawn il-passi kemm ikun hemm bżonn sabiex taqbad il-livelli kollha ta’ Rieqed suċċessivi u rrapporta din id-dejta. Tipikament jintużaw żewġ livelli ta’ Rieqed fil-kopjaturi tal-format kbir u fl-MFDs li jużaw teknoloġiji tal-immarkar bi sħana għolja. Għal prodotti li ma għandhomx din il-Modalità, injora l-Passi 4 u 5.

Passi 4 u 5 – Għal prodotti mingħajr Modalità Rieqed, wettaq u rreġistra l-kejl mill-Modalità Lest.

Passi 4 u 6 – Il-kejl tad-dewmien tal-ħin prestabilit għandu jitkejjel b’mod parallell, kumulattiv mill-bidu tal-Pass 4. Pereżempju, prodott issettjat li jidħol fil-livell Rieqed fi żmien 15-il minuta u li jidħol fit-tieni livell Rieqed 30 minuta wara li jidħol fl-ewwel livell Rieqed se jkollu ħin ta’ dewmien prestabilit ta’ 15-il minuta għall-ewwel livell u 45 minuta ta’ ħin ta’ dewmien prestabilit għat-tieni livell.

10.   Proċeduri tat-Test għal Prodotti b’Digital Front End (DFE)

Dan il-pass japplika biss għal prodotti li għandhom DFE kif definit fit-Taqsima 1 tar-Rekwiżiti tal-Programm għat-Tagħmir tal-Immaġni ENERGY STAR.

10.1.   Test DFE Modalità Lest

10.1.1.

Prodotti li għandhom kapaċità tan-netwerk kif konsenjati għandhom jiġu konnessi wat l-ittestjar. Il-konnessjoni tan-netwerk użata għandha tiġi determinata permezz tat-Tabella 16.

10.1.2.

Jekk id-DFE għandu wajer tas-sors tal-elettriku separat, irrilevanti mill-fatt jekk il-wajer u l-kontrollur humiex interni jew esterni mill-prodott tal-immaġni, għandu jsir kejl tal-enerġija ta’ 10 minuti tad-DFE waħdu, u l-enerġija medja rrekordjata sakemm il-prodott prinċipali jkun fil-Modalità Lest.

10.1.3.

Jekk id-DFE ma jkollux wajer tal-elettriku ċentrali separat, it-tester għandu jkejjel l-enerġija dc meħtieġa għad-DFE meta l-unità kumplessiva tkun fil-Modalità Lest. Għandu jsir kejl tal-enerġija ta’ 10 minuti tal-input dc għad-DFE, u l-enerġija medja rrekordjata waqt li l-prodott prinċipali jkun fil-Modalità Lest. Din probabbiltment tinkiseb billi jittieħed kejl instantaneju tal-input dc għad-DFE.

10.2.   Test DFE Modalità Rieqed

Dan l-ittestjar għandu jitwettaq biex tinkiseb l-enerġija tal-Modalità Rieqed tal-apparat DFE matul perjodu ta’ siegħa 1. Il-valur li jirriżulta se jintuża biex jikkwalifika prodotti tat-Tagħmir tal-Immaġni li jinkorporaw DFEs b’Modalitajiet Rieqed li għandhom kapaċità tan-netwer.

10.2.1.

Prodotti li għandhom kapaċità tan-netwerk kif konsenjati għandhom jiġu konnessi wat l-ittestjar. Il-konnessjoni tan-netwerk użata għandha tiġi determinata permezz tat-Tabella 16.

10.2.2.

Jekk id-DFE għandu wajer tas-sors tal-elettriku separat, irrilevanti mill-fatt jekk il-wajer u l-kontrollur humiex interni jew esterni mill-prodott tal-immaġni, għandu jsir kejl tal-enerġija ta’ siegħa 1 tad-DFE waħdu, u l-enerġija medja rrekordjata sakemm il-prodott prinċipali jkun fil-Modalità Rieqed. Fl-aħħar tal-ġestjoni tal-enerġija ta’ siegħa 1, il-kompitu tal-istampar għandu jintbagħat lill-prodott prinċipali sabiex jiżgura li d-DFE qed jirrispondi.

10.2.3.

Jekk id-DFE ma jkollux wajer tal-elettriku ċentrali separat, it-tester għandu jkejjel l-enerġija dc meħtieġa għad-DFE meta l-unità kumplessiva tkun fil-Modalità Rieqed. Għandu jsir kejl tal-enerġija ta’ siegħa 1 tal-input dc għad-DFE, u l-enerġija medja rrekordjata waqt li l-prodott prinċipali jkun fil-Modalità Rieqed. Fl-aħħar tal-ġestjoni tal-enerġija ta’ siegħa 1, il-kompitu tal-istampar għandu jintbagħat lill-prodott prinċipali sabiex jiżgura li d-DFE qed jirrispondi.

10.2.4.

Fil-każijiet 10.2.2 u 10.2.3, japplikaw ir-rewkiżiti li ġejjin:

(a)

Il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar:

(1)

Jekk il-Modalità Rieqed DFE hix attivata kif konsenjata; u

(2)

Il-ħin mistenni għal rieqed tad-DFE.

(b)

Jekk id-DFE ma jweġibx għad-domanda tal-istampar sa wara siegħa 1, il-livell tal-enerġija tal-Modalità Lest imkejjel fil-metodu tat-test għandu jiġi rapportat bħala l-enerġija tal-Modalità Rieqed.

Nota: L-informazzjoni kollha speċifikata jew ipprovduta mill-manifatturi għall-ittestjar ta’ prodott għandha tkun disponibbli pubblikament.

11.   Referenzi

11.1.

ISO/IEC 10561:1999. Information technology — Office equipment — Printing devices — Method for measuring throughput — Class 1 and Class 2 printers.

11.2.

IEC 62301:2011. Household Electrical Appliances — Measurement of Standby Power. Ed. 2.0.

Tabella 21

Għadd ta’ Immaġnijiet kull Jum Ikkalkulat għall-Veloċitajiet tal-Prodott minn 1 sa 100 ipm

Veloċità (ipm)

Kompiti/Jum

Immaġnijiet Mhux Approssimati/Kompitu

Immaġnijiet/Kompitu

Immaġnijiet/Jum

1

8

0,06

1

8

2

8

0,25

1

8

3

8

0,56

1

8

4

8

1,00

1

8

5

8

1,56

1

8

6

8

2,25

2

16

7

8

3,06

3

24

8

8

4,00

4

32

9

9

4,50

4

36

10

10

5,00

5

50

11

11

5,50

5

55

12

12

6,00

6

72

13

13

6,50

6

78

14

14

7,00

7

98

15

15

7,50

7

105

16

16

8,00

8

128

17

17

8,50

8

136

18

18

9,00

9

162

19

19

9,50

9

171

20

20

10,00

10

200

21

21

10,50

10

210

22

22

11,00

11

242

23

23

11,50

11

253

24

24

12,00

12

288

25

25

12,50

12

300

26

26

13,00

13

338

27

27

13,50

13

351

28

28

14,00

14

392

29

29

14,50

14

406

30

30

15,00

15

450

31

31

15,50

15

465

32

32

16,00

16

512

33

32

17,02

17

544

34

32

18,06

18

576

35

32

19,14

19

608

36

32

20,25

20

640

37

32

21,39

21

672

38

32

22,56

22

704

39

32

23,77

23

736

40

32

25,00

25

800

41

32

26,27

26

832

42

32

27,56

27

864

43

32

28,89

28

896

44

32

30,25

30

960

45

32

31,64

31

992

46

32

33,06

33

1 056

47

32

34,52

34

1 088

48

32

36,00

36

1 152

49

32

37,52

37

1 184

50

32

39,06

39

1 248

51

32

40,64

40

1 280

52

32

42,25

42

1 344

53

32

43,89

43

1 376

54

32

45,56

45

1 440

55

32

47,27

47

1 504

56

32

49,00

49

1 568

57

32

50,77

50

1 600

58

32

52,56

52

1 664

59

32

54,39

54

1 728

60

32

56,25

56

1 792

61

32

58,14

58

1 856

62

32

60,06

60

1 920

63

32

62,02

62

1 984

64

32

64,00

64

2 048

65

32

66,02

66

2 112

66

32

68,06

68

2 176

67

32

70,14

70

2 240

68

32

72,25

72

2 304

69

32

74,39

74

2 368

70

32

76,56

76

2 432

71

32

78,77

78

2 496

72

32

81,00

81

2 592

73

32

83,27

83

2 656

74

32

85,56

85

2 720

75

32

87,89

87

2 784

76

32

90,25

90

2 880

77

32

92,64

92

2 944

78

32

95,06

95

3 040

79

32

97,52

97

3 104

80

32

100,00

100

3 200

81

32

102,52

102

3 264

82

32

105,06

105

3 360

83

32

107,64

107

3 424

84

32

110,25

110

3 520

85

32

112,89

112

3 584

86

32

115,56

115

3 680

87

32

118,27

118

3 776

88

32

121,00

121

3 872

89

32

123,77

123

3 936

90

32

126,56

126

4 032

91

32

129,39

129

4 128

92

32

132,25

132

4 224

93

32

135,14

135

4 320

94

32

138,06

138

4 416

95

32

141,02

141

4 512

96

32

144,00

144

4 608

97

32

147,02

147

4 704

98

32

150,06

150

4 800

99

32

153,14

153

4 896

100

32

156,25

156

4 992 '


(1)  International Electrotechnical Commission (IEC). IEC standard 62040-3:2011. “Uninterruptible power systems (UPS) — Part 3: Method of specifying the performance and test requirements.” Ed. 2.0.

(2)  2 Waqfien fl-input tal-enerġija jseħħ meta l-vultaġġ u l-frekwenza ikunu barra mill-meded ta’ tolleranza nominali fi stat lest u tranżjenti jew meta d-distorsjoni jew l-interruzzjonijiet ikunu barra mill-limiti speċifikati għall-UPS.

(3)  L-output tal-VFD UPS huwa dipendenti fuq il-bidliet fil-vultaġġ u l-frekwenza tal-input ac u ma hux intenzjonat li jipprovdi funzjonijiet korrettivi addizjonali, bħal dawk li jirriżultaw mill-użu ta’ trasformaturi tappend.

(4)  4 Medda ta’ tolleranza ta’ vultaġġ tal-output idjaq mill-firxa tal-vultaġġ tal-input għandha tkun definita mill-manifattur. L-output tal-VI UPS huwa dipendenti fuq frekwenza tal-input ac u l-vultaġġ tal-output għandu jibqa’ fi ħdan il-limiti preskritti tal-vultaġġ (provduti minn funzjonijiet addizzjonali korrettivi tal-vultaġġ, bħal dawk li jirriżultaw mill-użu ta’ ċirkuwiti attivi u/jew passivi).

(5)  Din id-definizzjoni tippermetti li l-output tal-UPS ta’ aktar minn 100,000 W jiġi ffidjat lura fil-provvista tal-input ac meta fil-modalità tat-test u suġġett għar-regolamenti lokali.

(6)  Pulses huma l-peaks tal-ondulazzjoni prodotti minn rettifikatur għal kull ċiklu u li jiddependu fuq id-disinn tiegħu u fuq l-għadd ta’ fażijiet tal-input.

(7)  International Electrotechnical Commission (IEC). Standard IEC 62053-21. “Electricity metering equipment (a.c.) — Particular requirements — Part 21: Static meters for active energy (classes 1 and 2).” Ed. 1.0.

(8)  International Electrotechnical Commission (IEC). Standard IEC 62053-22. “Electricity metering equipment (a.c.) - Particular requirements - Part 22: Static meters for active energy (classes 0,2 S and0,5 S).” Ed. 1.0

(9)  American National Standards Institute. ANSI standard C12.1. “American National Standard for Electric Meters: Code for Electricity Metering.” 2008.

(10)  GB definita bħala 1 0243 or 230 bytes.

(*)  Nota: 230 V ac jirreferi għas-suq Ewropew u 115 V ac jirreferi għas-suq tal-Amerika tat-Tramuntana

(11)  http://www.spec.org/sert/

(12)  http://www.spec.org/sert/docs/SERT-Design_Document.pdf

(13)  http://www.spec.org/

(14)  http://www.spec.org/sert/docs/SERT-User_Guide.pdf

(15)  Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni “sors tal-elettriku” jew “provvista prinċipali tal-elettriku” tirreferi għas-sors tal-enerġija tal-input, inkluż provvista tal-elettriku dc għal prodotti li joperaw biss mill-enerġija dc.

(16)  IEC 62301 Ed. 1.0 — Household electrical appliances — Measurement of standby power.

(17)  Il-kalkoli tal-kejl tal-inċertezza għandhom jitwettqu skont IEC 62301 Ed. 2.0 Appendix D.

Għandha tiġi mkejla biss l-inċertezza minħabba l-istrument tal-kejl.

(18)  Magħrufa wkoll bħala interfaċċa Parallel jew Centronics.

(19)  Institute of Electrical and Electronics Engineers (IEEE) Standard 802.3az-2010. “IEEE Standard for Information Technology—Telecommunications and Information Exchange Between Systems—Local and Metropolitan Area Networks—Specific Requirements—Part 3: Carrier Sense Multiple Access with Collision Detection (CSMA/CD) Access Method and Physical Layer Specifications.” 2010.


Top