EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1336

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2013 tat- 13 ta’ Diċembru 2013 li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti tal-applikazzjonijiet għall-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 335, 14.12.2013, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1336/oj

14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1336/2013

tat-13 ta’ Diċembru 2013

li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti tal-applikazzjonijiet għall-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 78 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 94/800/KE (4) il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”). Il-Ftehim għandu jkun applikat għal kwalunkwe kuntratt ta’ akkwisti b’valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-limiti”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament.

(2)

Wieħed mill-għanijiet tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE huwa li jippermettu lill-entitajiet kontraenti kif ukoll lill-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dawn id-Direttivi biex ikunu jistgħu jikkonformaw fl-istess waqt mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, il-limiti stabbiliti f’dawn id-Direttivi għall-kuntratti pubbliċi, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi assigurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f’Euro, imqarrba għall-eqreb elf, tal-limiti stipulati fil-Ftehim.

(3)

Għal raġunijiet ta’ koerenza, huwa xieraq li dawn il-limiti jkunu allinjati wkoll fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE li mhumiex koperti mill-Ftehim. Fl-istess ħin, il-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2009/81/KE għandhom jiġu allinjati mal-limiti riveduti kif stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/17/KE.

(4)

Għalhekk id-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2004/17/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a) l-ammont “EUR 400 000” jinbidel b’ “EUR 414 000”,

(b)

fil-punt (b), l-ammont “EUR 5 000 000” jinbidel b’ “EUR 5 186 000”.

(2)

L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ammont “EUR 400 000” jinbidel b’ “EUR 414 000”,

(b)

fil-paragrafu 2, l-ammont “EUR 400 000” jinbidel b’b“EUR 414 000”,

Artikolu 2

Id-Direttiva 2004/18/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a) l-ammont “EUR 130 000” jinbidel b’ “EUR 134 000”,

(b)

fil-punt (b), l-ammont “EUR 200 000” jinbidel b’ “EUR 207 000”,

(c)

fil-punt (c) l-ammont “EUR 5 000 000” jinbidel b’ “EUR 5 186 000”.

(2)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 hu emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), l-ammont “EUR 5 000 000” jinbidel b’ “EUR 5 186 000”,

(b)

fil-punt (b), l-ammont “EUR 200 000” jinbidel b’ “EUR 207 000”.

(3)

Fl-Artikolu 56, l-ammont “EUR 5 000 000” jinbidel b’ “EUR 5 186 000”.

(4)

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(1), l-ammont “EUR 5 000 000” jinbidel b’ “EUR 5 186 000”.

(5)

L-Artiklu 67(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a) l-ammont “EUR 130 000” jinbidel b’ “EUR 134 000”,

(b)

fil-punt (b), l-ammont “EUR 200 000” jinbidel b’ “EUR 207 000”,

(c)

fil-punt (c), l-ammont “EUR 200 000” jinbidel b’ “EUR 207 000”.

Artikolu 3

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/81/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt (a), l-ammont “EUR 400 000” jinbidel b’ “EUR 414 000”.

(2)

Fil-punt (b), l-ammont “EUR 5 000 000” jinbidel b’ “EUR 5 186 000”.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(3)  ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoin f’isem il-Komunitа Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986–1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).


Top