EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1321

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2013 tal- 10 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ prodotti primarji awtorizzati ta’ taħwir bl-affumikazzjoni għall-użu bħala tali fl-ikel jew fuq l-ikel u/jew għall-produzzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni derivati Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 333, 12.12.2013, p. 54–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 04/06/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1321/oj

12.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/54


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1321/2013

tal-10 ta’ Diċembru 2013

li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ prodotti primarji awtorizzati ta’ taħwir bl-affumikazzjoni għall-użu bħala tali fl-ikel jew fuq l-ikel u/jew għall-produzzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni derivati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fl-ikel jew fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003 jipprevedi għall-istabbiliment inizjali ta’ lista tal-Unjoni ta’ prodotti primarji awtorizzati ta’ taħwir bl-affumikazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “prodotti primarji”). Dik il-lista għandha tiġi stabbilita abbażi ta’ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni sottomessi mill-operaturi tan-negozju u l-opinjoni maħruġa mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) dwar il-prodott primarju rilevanti.

(2)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003, l-Awtorità rċeviet 14-il applikazzjonijiet validi għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti primarji qabel is-16 ta’ Ġunju 2005. Tliet applikazzjonijiet ġew irtirati. Għalhekk l-Awtorità vvalutat b’kollox 11-il prodott primarju. Applikazzjoni minnhom evalwata ġiet irtirata wara li tlestiet l-evalwazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003 l-awtorizzazzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni tista’ tkun soġġetta għal kondizzjonijiet speċifiċi ta’ użu u skont l-Artikolu 9(3) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw għal 10 snin, li jiġġeddu skont l-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Prodotti primarji u taħwir bl-affumikazzjoni derivat jintużaw fl-ikel jew fuq l-ikel biex jagħtuh togħma affumikata jew biex jikkumplimentaw aroma oħra mingħajr ma jagħtu togħma affumikata. Dawn jintużaw ukoll biex jaffumikaw il-laħam, il-ħut u l-prodotti tal-ħalib. Studju ta’ esponiment raffinat li sar minn Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM) (2) juri li minkejja l-metodu ta’ kalkolu tal-esponiment użat, il-kontributuri ewlenin għall-konsum għoli huma fil-biċċa l-kbira ikel li tradizzjonalment kien ikun affumikat, bħaz-zalzett u l-bejken imsajra u affumikati. Il-gruppi tal-ikel li mhumiex tradizzjonalment affumikati, bħal crisps, sopop u zlazi, ma jaffettwawx l-esponiment b’mod sinifikanti. Minħabba li l-prodotti primarji huma prodotti minn duħħan li huwa soġġett għal proċessi ta’ frazzjonament u purifikazzjoni, l-użu ta’ taħwir bl-affumikazzjoni ġeneralment huwa kkunsidrat li jikkawża anqas tħassib għas-saħħa milli l-użu ta’ duħħan li huwa prodott minn injam li jkun qed jaqbad jew billi jissaħħnu s-serratura tal-injam jew biċċiet tal-injam żgħar (3).

(5)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju Scansmoke PB1110, adottata fis-26 ta’ Marzu 2009 (4), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. Madankollu, l-użi u l-livelli ta’ użu kif oriġinarjament proposti mill-applikant jipprovdu marġini ta’ sikurezza insuffiċjenti. L-użi u l-livelli ta’ użu ġew riveduti biex jikkunsidraw din l-opinjoni. Il-prodott primarju Scansmoke PB1110 għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(6)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju tad-duħħan Kodiċi Zesti (Zesti Smoke Code) 10, adottata fid-29 ta’ Jannar 2009 (5) u fis-6 ta’ Lulju 2011 (6), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. Madankollu, l-użi u l-livelli ta’ użu kif oriġinarjament proposti mill-applikant jipprovdu marġini ta’ sikurezza insuffiċjenti. L-użi u l-livelli ta’ użu ġew riveduti biex jikkunsidraw din l-opinjoni. Il-prodott primarju Zesti Smoke Code 10 għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(7)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju Smoke Concentrate 809045, adottata fid-29 ta’ Jannar 2009 (7), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. L-użi u l-livelli ta’ użu kif proposti mill-applikant ma jagħtux lok għal tħassib ta’ sikurezza. Il-prodott primarju Smoke Concentrate 809045 għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(8)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju Scansmoke SEF 7525, adottata fl-14 ta’ Mejju 2009 (8), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. L-użi u l-livelli ta’ użu kif proposti mill-applikant ma jagħtux lok għal tħassib ta’ sikurezza. Il-prodott primarju Scansmoke SEF 7525 għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(9)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju SmokEz C-10, adottata fl-14 ta’ Mejju 2009 (9) u fl-4 ta’ Lulju 2012 (10), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. Madankollu, l-użi u l-livelli ta’ użu kif oriġinarjament proposti mill-applikant jipprovdu marġini ta’ sikurezza insuffiċjenti. L-użi u l-livelli ta’ użu ġew riveduti biex jikkunsidraw din l-opinjoni. Il-prodott primarju SmokEz C-10 għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(10)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju SmokEz Enviro-23, adottata fl-14 ta’ Mejju 2009 (11) u fl-4 ta’ Lulju 2012 (12), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. Madankollu, l-użi u l-livelli ta’ użu kif oriġinarjament proposti mill-applikant jipprovdu marġini ta’ sikurezza insuffiċjenti. L-użi u l-livelli ta’ użu ġew riveduti biex jikkunsidraw din l-opinjoni. Il-prodott primarju SmokEz Enviro-23 għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(11)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju TradismokeTM A MAX, adottata fis-26 ta’ Novembru 2009 (13), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. Madankollu, l-użi u l-livelli ta’ użu kif oriġinarjament proposti mill-applikant jipprovdu marġini ta’ sikurezza insuffiċjenti. L-użi u l-livelli ta’ użu ġew riveduti biex jikkunsidraw din l-opinjoni. Il-prodott primarju TradismokeTM A MAX għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(12)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju Scansmoke R909, adottata fis-26 ta’ Novembru 2009 (14), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. Madankollu, l-użi u l-livelli ta’ użu kif oriġinarjament proposti mill-applikant jipprovdu marġini ta’ sikurezza insuffiċjenti. L-użi u l-livelli ta’ użu ġew riveduti biex jikkunsidraw din l-opinjoni. Fis-26 ta’ Novembru 2012 l-applikant innotifika lill-Kummissjoni li l-isem tal-prodott primarju kien inbidel għal proFagus-Smoke R709. Il-prodott primarju proFagus-Smoke R709 għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(13)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju Fumokomp, adottata fl-24 ta’ Settembru 2009 (15) u fis-6 ta’ Lulju 2011 (16), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. L-użi u l-livelli ta’ użu kif proposti mill-applikant ma jagħtux lok għal tħassib ta’ sikurezza. Il-prodott primarju Fumokomp għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(14)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju AM 01, adottata fis-26 ta’ Novembru 2009 (17) u fit-2 ta’ Frar 2012 (18), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. Madankollu, l-użi u l-livelli ta’ użu kif oriġinarjament proposti mill-applikant jipprovdu marġini ta’ sikurezza insuffiċjenti. L-użi u l-livelli ta’ użu ġew riveduti biex jikkunsidraw din l-opinjoni. Il-prodott primarju AM 01 għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(15)

Fir-rigward ta’ kull prodott primarju awtorizzat, il-lista tal-Unjoni għandha tagħti kodiċi uniku tal-prodott, l-isem tal-prodott, l-isem u l-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni, deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott, il-kondizzjonijiet għall-użu tiegħu fi jew fuq ikel jew kategoriji tal-ikel speċifiċi, id-data minn meta l-prodott huwa awtorizzat u d-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat. Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, il-kategoriji tal-ikel kif stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (19), għandhom jiġu kkonsultati.

(16)

Il-kondizzjonijiet għall-produzzjoni ta’ prodotti primarji huma stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003 inkluż il-kontenut massimu ta’ idrokarbonji poliċikliċi aromatiċi.

(17)

Meta t-taħwir bl-affumikazzjoni awtorizzati huma użati fl-ikel jew fuq l-ikel, l-użu tagħhom għandu jkun skont il-kondizzjonijiet tal-użu, inklużi l-livelli massimi, stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Meta t-taħwir bl-affumikazzjoni awtorizzati jintużaw flimkien, il-livelli individwali għandhom jitnaqqsu proporzjonalment.

(18)

L-affumikazzjoni permezz ta’ duħħan iġġenerat mill-ġdid hija proċess ta’ trattament tal-ikel permezz tal-esponiment tiegħu għad-duħħan li huwa ġġenerat mill-ġdid bl-atomizzazzjoni tat-taħwir bl-affumikazzjoni f’kamra tal-affumikazzjoni bil-kundizzjonijiet tat-temperatura u żmien simili għal dawk tal-affumikazzjoni sħuna jew kiesħa. F’dak il-każ huwa diffiċli li wieħed jagħmel stima ta’ kemm it-taħwir bl-affumikazzjoni se jkunu preżenti fl-ikel finali kif ikkummerċjalizzat minħabba telf tat-taħwir bl-affumikazzjoni matul l-affumikazzjoni. Għalhekk, l-użu għandu jkun konformi ma’ prattiki tajba ta’ manifattura.

(19)

Sakemm mhux soġġett għal aktar restrizzjonijiet, taħwir bl-affumikazzjoni awtorizzat jista’ jkun preżenti fl-ikel, għajr għal addizzjoni diretta, bħala riżultat ta’ riport minn ingredjent li fih kien permess it-taħwir bl-affumikazzjoni, sakemm il-livell tat-taħwir bl-affumikazzjoni fl-ikel finali m’huwiex akbar minn dak li kieku kien jiġi introdott bl-użu tal-ingredjent taħt kondizzjonijiet teknoloġiċi xierqa u prattika tajba ta’ manifattura.

(20)

Il-lista tal-Unjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur.

(21)

Billi t-taħwir bl-affumikazzjoni jinsab diġà fis-suq fl-Istati Membri, ġew stabbiliti dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni għal proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni ssir bla tfixkil. Għal dan l-għan ġew stabbiliti perjodi tranżitorji fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003.

(22)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003, l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jerġgħu jiġġeddu għal perjodi ta’ 10 snin, fuq applikazzjoni lill-Kummissjoni mid-detentur tal-awtorizzazzjoni. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata bid-dokumenti elenkati fl-Artikolu 12(2) ta’ dak ir-Regolament. Dawk id-dokumenti għandhom jinkludu kull informazzjoni disponibbli dwar dejta tossikoloġika wara l-parir tal-Awtorità mogħti fid-dokument ta’ gwida tagħha tas-7 ta’ Ottubru 2004 jew l-aġġornament tiegħu l-aktar reċenti.

(23)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta’ prodotti primarji awtorizzati ta’ taħwir bl-affumikazzjoni bl-esklużjoni tal-oħrajn kollha fl-Unjoni għall-użu fl-ikel jew fuq l-ikel u/jew għall-produzzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni derivati, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003, hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-lista ta’ taħwir bl-affumikazzjoni awtorizzati hija stabbilita b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1.

(2)  “Refined exposure assessment of smoke flavouring primary products with use levels provided by the industry. A pilot study into data collection of use levels.”(Valutazzjoni ta’ esponiment raffinat ta’ prodotti primarji ta’ taħwir bl-affumikazzjoni b’livelli ta’ użu mogħtija mill-industrija. Studju pilota tal-kollezzjoni tad-dejta tal-livelli ta’ użu.) Rapport Ittra RIVM 320026003.

(3)  The EFSA Journal (2008) 724, p. 1-114.

(4)  The EFSA Journal (2009) ON-1056, p. 1-23.

(5)  The EFSA Journal (2009) ON-982, p. 1-24.

(6)  EFSA Journal 2011; 9 (7):2307.

(7)  The EFSA Journal (2009) ON-981, p. 1-19.

(8)  The EFSA Journal (2009) 1224, p. 1-24.

(9)  The EFSA Journal (2009) 1225, p. 1-28.

(10)  EFSA Journal 2012; 10(7)2830.

(11)  The EFSA Journal (2009) 1226, p. 1-26.

(12)  EFSA Journal 2012; 10(7)2829.

(13)  The EFSA Journal 2010; 8(1):1394.

(14)  The EFSA Journal 2010; 8 (1):1395.

(15)  The EFSA Journal 2009; 7 (9):1343.

(16)  EFSA Journal 2011; 9 (7):2308.

(17)  The EFSA Journal 2010; 8 (1):1396.

(18)  EFSA Journal 2012; 10 (2):2580.

(19)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.


ANNESS

Lista tal-Unjoni ta’ prodotti primarji awtorizzati ta’ taħwir bl-affumikazzjoni għall-użu bħala tali fl-ikel jew fuq l-ikel u/jew għall-produzzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni derivati

Nota 1:

Il-livelli massimi jirreferu għal-livelli fl-ikel jew fuq l-ikel kif kummerċjalizzat. B’deroga minn dan il-prinċipju, għall-ikel imnixxef u/jew ikkonċentrat li jeħtieġ jiġi rikostitwit għandhom japplikaw il-livelli massimi għall-ikel kif rikostitwit skont l-istruzzjonijiet fuq it-tikketta, b’kont meħud tal-fattur ta’ dilwizzjoni minima. Jekk il-prodotti primarji jiġu użati għall-produzzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni derivat, il-livelli massimi għandhom jiġu aġġustati skont dan.

Nota 2:

Meta kombinazzjonijiet ta’ taħwir bl-affumikazzjoni jintużaw fl-ikel jew fuq l-oġġetti tal-ikel, il-livelli individwali għandhom jitnaqqsu b’mod proporzjonali.

Nota 3:

F’każ li t-taħwir bl-affumikazzjoni huma permessi li jintużaw f’laħam ipproċessat (il-kategorija tal-ikel 8.2) jew f’ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati (il-kategorija tal-ikel 9.2) u dan l-ikel huwa affumikat f’kamra tal-affumikazzjoni li tiġġenera mill-ġdid id-duħħan billi jintuża dan it-taħwir bl-affumikazzjoni li huwa permess, l-użu għandu jkun konformi ma’ prattiki tajba ta’ manifattura.

Nota 4:

Il-preżenza ta’ aromattizzant tal-affumikazzjoni għandha tkun permessa:

(a)

f’ikel kompost għajr kif jissemma fl-Anness, fejn il-prodott primarju huwa permess f’wieħed mill-ingredjenti tal-ikel kompost;

(b)

f’ikel li se jintuża biss fil-preparazzjoni ta’ ikel kompost u sakemm l-ikel kompost ikun konformi ma’ dan ir-Regolament.

Dan m’għandux japplika għall-formuli tat-trabi, għal formuli tal-prosegwiment, għal ikel proċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u għal ikel tat-trabi u għal ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar kif imsemmi fid-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (1).

Kodiċi uniku

SF-001

Isem il-prodott

Scansmoke PB 1110

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Azelis Denmark aA/S

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Lundtoftegaardsvej 95

2800 Lyngby

ID-DANIMARKA

Deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

90 % fagu (Fagus sylvatica), 10 % ballut (Quercus alba)

2.

Speċifikazzjonijiet:

pH: 2,1–2,9

Ilma: 47,0–56,0 %

% tal-Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 8–12 %

Komposti tal-Karbonil: 17–25 %

Fenoli (bħala syringol, mg/g): 10,5–20,1

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.7.

Ġobon u prodotti tal-ġobon

2,0

2.

Xaħmijiet u żjut u emulsjonijiet tax-xaħam u taż-żjut

0,002

3.

Silġ li jittiekel

0,005

5.

Ħlewwiet

0,05

8.1.2.

Preparazzjonijiet tal-laħam kif definit mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)

2,0

8.2.

Laħam ipproċessat

2,0

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

2,0

9.3.

Bajd tal-ħut

2,0

12.2.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir

2,3

12.5.

Sopop u brodijiet

0,23

12.6.

Zlazi

1,0

12.7.

Insalati u pejsts tal-ħobż abbażi ta’ ikel mielaħ

0,23

14.1.

Xorb mhux alkoħoliku

0,02

14.2.

Xorb alkoħoliku, inklużi prodotti simili mingħajr alkoħol u b’livell ta’ alkoħol baxx

0,02

15.

Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

2,0

Id-data minn meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-002

Isem il-prodott

Zesti Smoke Code 10

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Mastertaste

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Mtieħen Draycott

Cam

Dursley

Gloucestershire gl11 5na

IR-RENJU UNIT

Deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

50–60 % tas-siġra tal-ġewż tal-Amerika (Carya ovata), 40–50 % ballut (Quercus alba)

2.

Speċifikazzjonijiet:

pH: 2,0–2,5

Ilma: 62,3–65,7 %

% tal-Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 10,5–11

Komposti tal-Karbonil (g/100 ml): 15–25

Fenoli (mg/ml): 12–22

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.7.

Ġobon u prodotti tal-ġobon

0,50

1.8.

Analogi ta’ prodotti tal-ħalib, inklużi aġenti li jbajdu x-xorb

0,50

4.2.

Frott u ħxejjex ipproċessati

0,30

8.1.2.

Preparazzjonijiet tal-laħam kif definit mir-Regolament (KE) Nru 853/2004

2,5

8.2.

Laħam ipproċessat

2,5

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

2,0

9.3.

Bajd tal-ħut

2,0

12.2.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir

3,0

12.5.

Sopop u brodijiet

0,30

12.6.

Zlazi

1,0

12.9.

Prodotti tal-proteina, esklużi prodotti koperti fil-kategorija 1.8

1,0

15.

Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

3,0

Id-data minn meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-003

Isem il-prodott

Smoke Concentrate 809045

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Symrise AG

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Mühlenfeldstraße 1

37603 Holzminden

IL-ĠERMANJA

Deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

Fagu (Fagus sylvatica)

2.

Speċifikazzjonijiet:

pH: 2–3

Ilma: 5–15 %

% tal-Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 8–15 %

Komposti tal-Karbonil: 10–20 %

Fenoli: 0,2–0,6 %

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5 mg/kg

Arseniku: < 3 mg/kg

Kadmju: < 1 mg/kg

Merkurju: < 1 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.

Prodotti tal-ħalib u analogi

0,50

4.2.

Frott u ħxejjex ipproċessati

0,30

6.4.5.

Mili ta’ għaġin mimli (ravjul u simili)

1,0

7.1.

Ħobż u bziezen

0,60

7.2.

Prodotti fini tal-forn

0,60

8.

Laħam

0,60

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

0,60

9.3.

Bajd tal-ħut

0,60

12.2.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir

3,0

12.5.

Sopop u brodijiet

0,60

12.6.

Zlazi

4,0

12.7.

Insalati u pejsts tal-ħobż abbażi ta’ ikel mielaħ

1,0

12.9.

Prodotti tal-proteina, esklużi prodotti koperti fil-kategorija 1.8

1,0

15.

Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

3,0

Id-data minn meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-004

Isem il-prodott

Scansmoke SEF 7525

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Azelis Denmark A/S

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Lundtoftegaardsvej 95

2800 Lyngby

ID-DANIMARKA

Deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

35 % balluta ħamra (Quercus rubra), 35 % ballut abjad (Quercus alba), 10 % aġġru taz-zokkor(Acer saccharum), 10 % fagu (Fagus grandifolia) u 10 % siġra tal-ġewż tal-Amerika (Carya ovata).

2.

Speċifikazzjonijiet:

Ilma: 0,3–0,9 wt %

Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 0,09–0,25 meq/g

Komposti tal-Karbonil: 1,2–3,0 wt %

Fenoli: 8 – 12 wt %

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.

Prodotti tal-ħalib u analogi

0,16

2.

Xaħmijiet u żjut u emulsjonijiet tax-xaħam u taż-żjut

0,05

4.2.

Frott u ħxejjex ipproċessati

0,05

5.

Ħlewwiet

0,08

6.

Ċereali u prodotti taċ-ċereali

0,05

7.1.

Ħobż u bziezen

0,08

7.2.

Prodotti fini tal-forn

0,08

8.

Laħam

0,16

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

0,16

9.3.

Bajd tal-ħut

0,16

10.2.

Bajd ipproċessat u prodotti tal-bajd

0,05

12.2.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir

0,18

12.5.

Sopop u brodijiet

0,05

12.6.

Zlazi

0,05

12.7.

Insalati u pejsts tal-ħobż abbażi ta’ ikel mielaħ

0,05

12.9.

Prodotti tal-proteina, esklużi prodotti koperti fil-kategorija 1.8

0,05

14.1.

Xorb mhux alkoħoliku

0,05

14.2.

Xorb alkoħoliku, inklużi prodotti simili mingħajr alkoħol u b’livell ta’ alkoħol baxx

0,05

15.

Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

0,08

Id-data minn meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-005

Isem il-prodott

SmokEz C-10

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Red Arrow Products Company LLC

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

P.O. Box 1537

633 South 20th street

Manitowoc, WI 54221-1537

L-Istati Uniti tal-Amerika

Deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

 

Aġġru taz-zokkor(Acer saccharum): 25–60 %

 

Ballut (Quercus alba): 10–40 %

 

Siġra tal-ġewż tal-Amerika (Carya ovata): 10–25 %

 

Fraxxnu (Fraxinus americana), betula (Betula papyrifera u Betula alleghanisensis), ċirasa (Prunus serotina), fagu (Facus grandifolia): 0–15 % (b’kollox)

2.

Speċifikazzjonijiet:

pH: 2,15–2,6

Ilma: 60,7–65,1 %

% tal-Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 10,5–12,0 wt %

Komposti tal-Karbonil: 12,0–17,0 wt %

Fenoli: 10,0–15,0 mg/ml

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.7.

Ġobon u prodotti tal-ġobon

0,20

8.1.2.

Preparazzjonijiet tal-laħam kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004

2,5

8.2.

Laħam ipproċessat

2,5

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

2,0

9.3.

Bajd tal-ħut

2,0

12.2.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir u kondimenti

3,0

12.6.

Zlazi u prodotti simili

3,0

15.

Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

3,0

Id-data minn meta l-prodott ikun awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-006

Isem il-prodott

SmokEz Enviro-23

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Red Arrow Products Company LLC

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

P.O. Box 1537

633 South 20th street

Manitowoc, WI 54221-1537

L-Istati Uniti tal-Amerika

Deskrizzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

 

Aġġru taz-zokkor(Acer saccharum): 25–65 %

 

Ballut (Quercus alba): 20–75 %

 

Siġra tal-ġewż tal-Amerika (Carya ovata), fraxxnu (Fraxinus americana), betula (Betula papyrifera u Betula alleghanisensis), ċirasa (Prunus serotina), fagu (Facus grandifolia): 0–15 % (b’kollox)

2.

Speċifikazzjonijiet:

pH: 2,8–3,2

Ilma: 57,0–64,4 %

% tal-Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 6,0–7,0 wt %

Komposti tal-Karbonil: 16,0–24,0 wt %

Fenoli: 10,0–16,0 mg/ml

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.7.

Ġobon u prodotti tal-ġobon

2,0

8.1.2.

Preparazzjonijiet tal-laħam kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004

5,0

8.2.

Laħam ipproċessat

5,0

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

2,0

9.3.

Bajd tal-ħut

2,0

Id-data minn meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-007

Isem il-prodott

TradismokeTM A MAX

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Nactis

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

36, rue Gutenberg — ZI La Marinière

91070 bondoufle

FRANZA

Deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

Fagu (Fagus grandifolia)

2.

Speċifikazzjonijiet:

pH: 1,5–2,5

Ilma: 50–58 wt %

% tal-Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 13–16 wt %

Komposti tal-Karbonil: 17–22 wt %

Fenoli: 30–45 mg/ml

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.4.

Prodotti tal-ħalib iffermentat b’togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana

1,0

1.6.3.

Kremi oħra

1,0

1.7.3.

Qoxra tal-ġobon li tittiekel

1,0

1.7.5.

Ġobnijiet ipproċessati

1,0

2.

Xaħmijiet u żjut u emulsjonijiet tax-xaħam u taż-żjut

1,0

8.1.2.

Preparazzjonijiet tal-laħam kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004

4,0

8.2.

Laħam ipproċessat

4,0

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

4,0

9.3.

Bajd tal-ħut

4,0

12.2.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir

1,0

12.5.

Sopop u brodijiet

0,50

12.6.

Zlazi

1,0

14.1.

Xorb mhux alkoħoliku

0,10

14.2.

Xorb alkoħoliku, inklużi prodotti simili mingħajr alkoħol u b’livell ta’ alkoħol baxx

0,10

15.

Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

1,0

Id-data minn meta l-prodott ikun awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-008

Isem il-prodott

proFagus-Smoke R709

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Profagus GmbH

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Uslarer Strasse 30

Bodenfelde 37194

IL-ĠERMANJA

Deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

90 % fagu (Fagus sylvatica), 10 % ballut (Quercus alba)

2.

Speċifikazzjonijiet:

pH: 2,0–2,5

Ilma: 76,7–83,5 %

Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 10,5–12,5 meq/g

Komposti tal-Karbonil: 5–10 wt %

Fenoli: 5–10 wt %

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.7.

Ġobon u prodotti tal-ġobon

2,5

2.

Xaħmijiet u żjut u emulsjonijiet tax-xaħam u taż-żjut

0,002

3.

Silġ li jittiekel

0,005

4.2.

Frott u ħxejjex ipproċessati

0,55

5.

Ħlewwiet

0,10

8.1.2.

Preparazzjonijiet tal-laħam kif definit mir-Regolament (KE) Nru 853/2004

2,5

8.2.

Laħam ipproċessat

2,5

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

2,5

9.3.

Bajd tal-ħut

2,5

12.2.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir

4,0

12.4.

Mustarda

0,10

12.5.

Sopop u brodijiet

0,28

12.6.

Zlazi

1,5

12.7.

Insalati u pejsts tal-ħobż abbażi ta’ ikel mielaħ

0,40

14.1.

Xorb mhux alkoħoliku

0,10

14.2.

Xorb alkoħoliku, inklużi prodotti simili mingħajr alkoħol u b’livell ta’ alkoħol baxx

0,02

15.

Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

2,5

Id-data minn meta l-prodott ikun awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-009

Isem il-prodott

Fumokomp

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Kompozíció Kft

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Kompozíció Kft

2053 Herceghalom

L-UNGERIJA

Deskrizzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

85 % fagu (Fagus sylvatica), 15 % karpin (Carpinus betulus)

2.

Speċifikazzjonijiet:

Kontenut tal-ilma: < 2 w/w %

% tal-Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 1–8 w/w %

Komposti tal-Karbonil: 25–30 w/w%

Fenoli: 15–60 w/w%

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.4.

Prodotti tal-ħalib iffermentat b’togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana

0,06

1.6.3.

Kremi oħra

0,06

1.7.

Ġobon u prodotti tal-ġobon

0,06

1.8.

Analogi ta’ prodotti tal-ħalib, inklużi aġenti li jbajjdu x-xorb

0,06

2.

Xaħmijiet u żjut u emulsjonijiet tax-xaħam u taż-żjut

0,06

3.

Silġ li jittiekel

0,06

4.2.

Frott u ħxejjex ipproċessati

0,06

5.

Ħlewwiet

0,06

6.3.

Ċereali tal-kolazzjon

0,06

6.4.5.

Mili ta’ għaġin mimli (ravjul u simili)

0,06

6.5.

Taljarini

0,06

6.6.

Panura

0,06

6.7.

Ċereali msajra minn qabel jew ipproċessati

0,06

7.1.

Ħobż u bziezen

0,06

7.2.

Prodotti fini tal-forn

0,06

8.

Laħam

0,06

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

0,06

9.3.

Bajd tal-ħut

0,06

10.2.

Bajd ipproċessat u prodotti tal-bajd

0,06

12.2.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir

0,06

12.3.

Ħall

0,06

12.4.

Mustarda

0,06

12.5.

Sopop u brodijiet

0,06

12.6.

Zlazi

0,06

12.7.

Insalati u pejsts tal-ħobż abbażi ta’ ikel mielaħ

0,06

12.9.

Prodotti tal-proteina, esklużi prodotti koperti fil-kategorija 1.8

0,06

13.3.

Ikel djetetiku għal dieti ta’ kontroll tal-piż maħsuba biex jissostitwixxu l-ikel totali li wieħed jiekol kuljum jew ikla individwali

0,06

13.4.

Oġġetti tal-ikel adattati għal persuni li ma jittollerawx il-glutina kif definit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 (3)

0,06

14.1.4.

Xarbiet aromatizzati

0,06

14.1.5.2.

Oħrajn

0,06

14.2.

Xorb alkoħoliku, inklużi prodotti simili mingħajr alkoħol u b’livell ta’ alkoħol baxx

0,06

15.

Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

0,06

16.

Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1.3 u 4

0,06

Id-data minn meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-010

Isem il-prodott

AM 01

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

AROMARCO, s.r.o

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Mlynská 15

929 01 Dunajská Streda

IS-SLOVAKKJA

Deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

Fagu (Fagus sylvatica)

2.

Speċifikazzjonijiet:

Solvent: Taħlita ta’ ethanol/ilma (madwar 60/40 wt %)

Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 3,5–5,2 g/kg

Komposti tal-Karbonil: 6,0–10,0 g/kg

Fenoli: 8,0–14,0 g/kg

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.4.

Prodotti tal-ħalib iffermentat b’togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana

0,60

1.6.3.

Kremi oħra

0,60

1.7.

Ġobon u prodotti tal-ġobon

0,60

1.8.

Analogi ta’ prodotti tal-ħalib, inklużi aġenti li jbajdu x-xorb

0,60

2.

Xaħmijiet u żjut u emulsjonijiet tax-xaħam u taż-żjut

0,40

8.1.2.

Preparazzjonijiet tal-laħam kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004

0,85

8.2.

Laħam ipproċessat

0,85

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

0,80

9.3.

Bajd tal-ħut

0,80

14.2.

Xorb alkoħoliku, inklużi prodotti simili mingħajr alkoħol u b’livell ta’ alkoħol baxx

0,02

15.

Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

1,30

Id-data minn meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


(1)  ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 16, 21.1.2009, p. 3.


Top