EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1301

Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006

OJ L 347, 20.12.2013, p. 289–302 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 24/04/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1301/oj

20.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/289


REGOLAMENT (UE) Nru 1301/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Diċembru 2013

dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 178 u 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)

L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) huwa maħsub sabiex jgħin fil-korrezzjoni tal-iżbilanċi reġjonali ewlenin li hemm fl-Unjoni. Taħt dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u għat-tnaqqis fir-ritard tal-iżvilupp tar-reġjuni l-anqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħar-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b’densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, u gżejjer, reġjuni transkonfinali u reġjuni muntanjużi.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistipula d-dispożizzjonijiet komuni mal-FEŻR, il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd

(3)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tip ta' attivitajiet li jistgħu jiġu appoġġati mill-FEŻR sabiex isir kontribut għall-prijoritajiet ta' investiment fi ħdan l-objettivi tematiċi stabbiliti fir-Regolament(UE) Nru 1303/2013. Fl-istess waqt, attivitajiet barra l-ambitu tal-FEŻR għandhom jiġu definiti u ċċarati, inklużi investiment sabiex jintlaħaq it-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Sabiex jiġi evitat finanzjament eċċessiv, tali investiment ma għandux ikun eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR minħabba li diġà jibbenefika finanzjarjament mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. Dik l-esklużjoni m'għandhiex toħnoq il-possibbilità li jintuża l-FEŻR biex jiġu appoġġati l-attivitajiet li mhumiex elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE anke jekk dawk l-attivitajiet huma implimentati mill-istess operaturi ekonomiċi, u li jinkludu attivitajiet bħal investimenti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fin-netwerks distrettwali għat-tisħin, is-sistemi intelliġenti ta’ distribuzzjoni, ta’ ħżin u ta’ trażmissjoni tal-enerġija, u miżuri mmirati li jnaqqsu t-tniġġis fl-arja., anke jekk wieħed mill-effetti indiretti ta' dawn l-attivitajiet hu li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, jew jekk huma elenkati fil-pjan nazzjonali msemmi fid-Direttiva 2003/87/KE.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġi speċifikat liema attivitajiet addizzjonali jistgħu jiġu appoġġati mill-FEŻR taħt l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea.

(5)

Il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv biex b'hekk tiġi żgurata konċentrazzjoni akbar tal-għajnuna tal-FEŻR fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni. Skont il-kategorija ta' reġjuni megħjuna, l-appoġġ mill-FEŻR taħt l-għan tal-investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandu jikkonċentra fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), l-impriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs) u l-promozzjoni ta’ ekonomija b’livell baxx ta' ta' karbonju. Dik il-konċentrazzjoni tematika għandha tintlaħaq fuq livell nazzjonali filwaqt li tippermetti flessibbiltà fil-livell tal-programmi operazzjonali u bejn kategoriji differenti ta’ reġjuni. Il-konċentrazzjoni tematika għandha tiġi aġġustata, fejn ikun xieraq, biex tqis ir-riżorsi tal-Fond ta’ Koeżjoni allokati għall-appoġġ tal-prijoritajiet ta’ investiment relatati mat-tendenza lejn ekonomija b’livell baxx ta' karbonju u msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il-grad ta’ konċentrazzjoni tematika għandu jqis il-livell ta’ żvilupp tar-reġjun, il-kontribuzzjoni tar-riżorsi tal-Fond ta’ Koeżjoni, fejn applikabbli, kif ukoll il-bżonnijiet speċifiċi tar-reġjuni li l-PDG per capita użat bħala kriterju ta' eliġibbiltà tagħhom għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 kien ta’ anqas minn 75 % tal-PDG medju tal-UE-25 fil-perjodu ta’ referenza, tar-reġjuni kklassifikati bl-istatus ta’ eliminazzjoni gradwali fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 u ċerti reġjuni NUTS livell 2 li jikkonsistu biss minn Stati Membri gżejjer jew minn gżejjer oħra.

(6)

Għandu jkun possibbli li jkun hemm appoġġ mill-FEŻR taħt il-prijorità ta’ investiment ‘żvilupp lokali mmexxi mill-komunità’ biex jikkontribwixxi għall-objettivi tematiċi kollha msemmija f’dan ir-Regolament.

(7)

Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-FEŻR, u f'konformità mal-Istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv hu neċessarju li jiġu stipulati li fl-ambitu ta' kull objettiv tematiku kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-azzjonijiet speċifiċi għall-FEŻR bħala 'prijoritajiet ta' investiment'. Dawk il-prijoritajiet ta' investiment għandhom jistabbilixxu objettivi dettaljati, li ma jeskludux lil xulxin b'mod reċiproku, li għandu jikkontribbwixxi għalihom il-FEŻR. Tali prijoritajiet ta’ investiment għandhom jiffurmaw il-bażi għad-definizzjoni ta’ objettivi speċifiċi fil-programmi li jqisu l-ħtiġijiet u l-karatteristiċi tal-qasam tal-programm.

(8)

Huwa neċessarju li jiġu promossi l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-SMEs f'oqsma emerġenti marbuta ma’ sfidi Ewropej u reġjonali bħall-industriji kreattivi u kulturali u s-servizzi innovattivi li jirriflettu domandi soċjetali ġodda jew ma' prodotti u servizzi marbuta ma’ popolazzjoni li qiegħda tixjieħ, il-kura u s-saħħa, l-ekoinnovazzjoni, ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u l-effiċjenza tar-riżorsi.

(9)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, sabiex isir l-aħjar użu mill-valur miżjud minn investimenti ffinanzjati kompletament jew parzjalment mill-baġit tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, ser jiġu mfittxija sinerġiji b’mod partikolari bejn il-funzjonament tal-FEŻR u ta’ Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni filwaqt li jiġu rispettati l-objettivi distinti tagħhom.

(10)

Huwa importanti li jiġi żgurat li, fil-promozzjoni ta’ investimenti fil-ġestjoni tar-riskji, għandhom jiġu kkunsidrati riskji speċifiċi fil-livell reġjonali, transkonfinali u transnazzjonali.

(11)

Sabiex jimmassimizzaw il-kontribut tagħhom għall-objettiv li jiġi appoġġat tkabbir favur l-impjiegi, l-attivitajiet li jappoġġaw turiżmu sostenibbli, il-kultura u l-wirt naturali għandhom ikunu parti minn strateġija territorjali għal żoni speċifiċi, inkluża l-konverżjoni ta’ reġjuni industrijali li jkunu sejrin lura. L-appoġġ għal attivitajiet bħal dawn għandu jikkontribwixxi wkoll għall-objettivi tat-tisħiħ tal-innovazzjoni u l-użu tal-ICT, SMEs, l-ambjent u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi jew il- promozzjoni tal-inklużjoni soċjali.

(12)

Sabiex tiġi promossa l-mobilità reġjonali jew lokali sostenibbli jew sabiex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja u tal-istorbju, huwa meħtieġ li jiġu promossi mezzi ta' trasport li jkunu jirrispettaw is-saħħa, sostenibbli u sikuri. L-investimenti fl-infrastruttura tal-ajruporti appoġġati mill-FEŻR għandhom jippromwovu t-trasport bl-ajru ambjentalment sostenibbli, meta, inter alia, tkun qed tittejjeb il-mobilità reġjonali permezz tal-konnessjoni ta’ nodi sekondarji u terzjarji mal-infrastruttura tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (TEN-T), inkluż permezz ta’ nodi multimodali.

(13)

Sabiex jiġi promoss l-ilħuq tal-miri tal-enerġija u l-klima stabbiliti mill-Unjoni bħala parti mill-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-FEŻR għandu jappoġġa investiment għall-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista fl-Istati Membri permezz ta’, inter alia, l-iżvilupp ta’ sistemi intelliġenti tad-distribuzzjoni, tal-ħżin u tat-trażmissjoni tal-enerġija, inkluż permezz tal-integrazzjoni ta’ ġenerazzjoni distribwita minn riżorsi rinnovabbli. Sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-provvista tagħhom b'tali mod li jkun konsistenti mal-miri tagħhom taħt l-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jinvestu f’infrastruttura tal-enerġija li tkun konsistenti mat-taħlita enerġetika li jkunu għażlu.

(14)

L-SMEs li jistgħu jinkludu intrapriżi tal-ekonomija soċjali, għandu jiġi mifhum, skont id-definizzjoni stipulata fir-Regolament (EU) No 1303/2013, jiġifieri li jkopru intrapriżi ta’ daqs mikro, żgħir jew medju fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (6).

(15)

Sabiex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali u jiġi miġġieled il-faqar, b’mod partikolari fost il-komunitajiet emarġinati, huwa meħtieġ li jittejjeb l-aċċess għas-servizzi soċjali, kulturali u rikreattivi, permezz tal-provvediment ta’ infrastruttura fuq skala żgħira, billi jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b’diżabilitajiet u l-anzjani.

(16)

Is-servizzi bbażati fil-komunità għandhom ikopru l-forom kollha ta’ servizzi komunitarji interni, ibbażati fuq il-familja, servizzi residenzjali u servizzi komunitarji oħra li jappoġġaw id-dritt li l-persuni kollha jgħixu fil-komunità, b’għażliet indaqs u li l-għan tagħhom huwa l-prevenzjoni tal-iżolament jew is-segregazzjoni mill-komunità.

(17)

Biex tiżdied il-flessibilità u jitnaqqas il-piż amministrattiv permezz ta' implimentazzjoni konġunta, l-FEŻR u l-prijoritajiet ta’ investiment tal-Fond ta’ Koeżjoni taħt l-objettivi tematiċi korrispondenti għandhom ikunu allinjati.

(18)

Għandu jiġi stabbilit sett komuni ta’ indikaturi tal-produzzjoni sabiex jitkejjel il-progress aggregat fil-livell tal-Unjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-indikaturi għandhom jikkorrispondu għall-prijorità ta’ investiment u t-tip ta’ azzjoni appoġġati skont dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. L-indikaturi komuni tal-produzzjoni għandhom ikunu kkumplementati b’indikaturi tar-riżultat speċifiċi għall-programmi u, fejn rilevanti, b' indikaturi tal-produzzjoni speċifiċi għall-programmi.

(19)

Fi ħdan il-qafas tal-iżvilupp urban sostenibbli, huwa kkunsidrat neċessarju li jiġu megħjuna azzjonijiet integrati sabiex jingħelbu l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi u soċjali li jaffettwaw iż-żoni urbani, inklużi ż-żoni urbani funzjonali, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu promossi rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali. Il-prinċipji għall-għażla ta' żoni urbani li għalihom għandhom jiġu implimentati azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli, u l-ammonti indikattivi għal dawk l-azzjonijiet, għandhom ikunu stabbiliti fil-Ftehim ta’ Sħubija b’minimu ta’ 5 % tar-riżorsi tal-FEŻR allokati fil-livell nazzjonali għal dak il-għan. L-ambitu ta’ kwalunkwe delegazzjoni tal-kompiti lill-awtoritajiet urbani għandu jiġi deċiż mill-awtorità maniġerjali f’konsultazzjoni mal-awtorità urbana.

(20)

Sabiex jiġu identifikati jew ivvalutati soluzzjonijiet ġodda li jindirizaw kwistjonijiet li huma relatati mal-iżvilupp urban sostenibbli u li huma ta’ rilevanza fuq livell ta' Unjoni, il-FEŻR għandu jappoġġa azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli urban.

(21)

Sabiex jissaħħu l-bini tal-kapaċitajiet, in-netwerking u l-iskambju ta’ esperjenzi bejn il-programmi u l-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żvilupp urban sostenibbli u azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli u biex jiġu komplementati l-programmi u l-korpi eżistenti, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit netwerk ta’ żvilupp urban fil-livell tal-Unjoni.

(22)

Il-FEŻR għandu jindirizza l-problemi ta' aċċessibbiltà għas-swieq il-kbar u d-distanza kbira minnhom, li dawk iż-żoni b'densità ta' popolazzjoni estremament baxxa qegħdin jiffaċċaw, kif imsemmi fil-Protokoll Nru 6 dwar dispożizzjonjiet speċjali għall-Objettiv 6 fil-qafas tal-Fondi Strutturali fil-Finlandja u fl-Isvezja għall-Att tal-Adeżjoni tal-1994. Il-FEŻR għandu jindirizza wkoll id-diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċaw ċerti gżejjer, reġjuni mal-fruntieri, reġjuni muntanjużi, u żoni b'popolazzjoni baxxa, li s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom tnaqqas il-pass tal-iżvilupp tagħhom, bil-għan li jiġi appoġġat l-iżvilupp sostenibbli tagħhom.

(23)

Għandha tingħata attenzjoni speċifika lir-reġjuni l-aktar imbiegħda, jiġifieri permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri taħt l-Artikolu 349 TFUE bl-estensjoni, fuq bażi eċċezzjonali, tal-ambitu tal-għajnuna mill-FEŻR għall-finanzjament tal-għajnuna operattiva marbuta mal-kumpens ta' spejjeż addizzjonali li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali speċifika ta' dawk ir-reġjuni, milquta minn żvantaġġi li jirriżultaw minn fatturi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 349 TFUE, fosthom in-natura remota, insulari, ċkejkna, topografika u klimatika diffiċli, id-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, fatturi li l-permanenza u l-kombinazzjoni tagħhom jostakolaw severament l-iżvilupp ta' tali reġjuni. L-għajnuna operattiva mogħtija mill-Istati Membri f’dak il-kuntest hija eżentata mill-obbligu ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 108(3) TFUE, jekk, fiż-żmien li tingħata, tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti minn Regolament li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, u adottat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 (7).

(24)

F'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta’ Frar 2013, u filwaqt li ġew ikkunsidrati l-objettivi speċjali stipulati fit-TFUE li jikkonċernaw ir-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 TFUE, l-istatus tal-Majott ġie mibdul b'riżultat tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE (8) sabiex isir reġjun ġdid l-aktar imbiegħed mill-1 ta’ Jannar 2014. Sabiex jiġi ffaċilitat u promoss l-iżvilupp infrastrutturali ffukat u rapidu tal-Majott, għandu jkun possibbli fuq bażi eċċezzjonali li tal-inqas 50 % tal-parti tal-FEŻR allokata għall-pakkett tal-Majott jiġu allokati lil ħamsa mill-objettivi tematiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(25)

Sabiex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'ċerti elementi mhux essenzjali, is-setgħa sabiex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni skont ir-regoli dettaljati għall-kriterji tal-għażla u l-ġestjoni ta’ azzjonijiet innovattivi. Tali setgħa għandha tiġi wkoll delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għall-Anness I għal dan ir-Regolament fejn ikun ġustifikat, biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(26)

Peress li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali billi jiġu rimedjati l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, imma pjuttost jista', minħabba l-livell ta' disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u r-ritard tar-reġjuni l-inqas favoriti u l-limitazzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u r-reġjuni', jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkiseb dak l-objettiv.

(27)

Dan ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Fl-interessi taċ-ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 għandu għalhekk jitħassar. Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-assistenza approvata mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra li tapplika għal dik l-assistenza fil-31 ta' Diċembru 2013. Dak ir-Regolament jew tali leġiżlazzjoni applikabbli oħra għandhom konsegwentement ikomplu japplikaw wara l-31 ta' Diċembru 2013 għal dik l-assistenza jew l-operazzjonijiet ikkonċernati sakemm jagħlqu. L-applikazzjonijiet għal assistenza magħmulin jew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 għandhom għalhekk jibqgħu validi.

(28)

Sabiex jista' jkun hemm applikazzjoni fil-pront tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ħidmiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), l-ambitu li fih se jgħin rigward l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-għajnuna mill-FEŻR li għandu fil-mira l-Investiment għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi.

Artikolu 2

Kompiti tal-FEŻR

Il-FEŻR għandu jikkontribwixxi billi jiffinanzja l-għajnuna bl-iskop li ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, billi twitti l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni permezz tal- iżvilupp sostenibbli u l-aġġustament strutturali tal-ekonomiji reġjonali, inkluż ir-rikonverżjoni tar-reġjuni industrijali li jkunu sejrin lurau reġjuni li l-iżvilupp tagħhom għadu lura.

Artikolu 3

L-ambitu tal-appoġġ mill-FEŻR

1.   Il-FEŻR għandu jgħin l-attivitajiet li ġejjin sabiex jikkontribwixxi għall-prijoritajiet ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 5:

(a)

investiment produttiv li jikkontribwixxi għall-ħolqien u s-salvagwardja ta' impjiegi sostenibbli, permezz ta' għajnuna diretta għall-investiment fl-SMEs;

(b)

investiment produttiv, irrispettivament mid-daqs tal-impriża konċernata, li jikkontribwixxi għall-prijoritajiet ta’ investiment stabbiliti fil-punti (1) u (4) tal-Artikoli 5, u, fejn dak l-investiment jinvolvi kooperazzjoni bejn impriżi kbar u SMEs, fil-punt (2) tal-Artikolu 5;

(c)

investiment fl-infrastruttura li jipprovdi servizzi bażiċi liċ-ċittadini fl-oqsma tal-enerġija, l-ambjent, it-trasport u l-ICT;

(d)

investimenti fl-infrastruttura soċjali, tas-saħħa, tar-riċerka, tal-innovazzjoni, tan-negozju u tal-edukazzjoni;

(e)

investiment fl-iżvilupp ta' potenzjal endoġenu permezz tal-investiment fiss f'tagħmir u infrastruttura fuq skala żgħira; inklużi infrastruttura kulturali u tat-turiżmu sostenibbli fuq skala żgħira, servizzi lill-impriżi, appoġġ lill-korpi tar-riċerka u l-innovazzjoni u investiment fit-teknoloġija u r-riċerka applikata fl-impriżi;

(f)

netwerking, kooperazzjoni u qsim ta’ esperjenzi bejn awtoritajiet kompetenti reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra, sħab ekonomiċi u soċjali, u korpi rilevanti li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru. 1303/2013, studji, azzjonijiet preparatorji u l-bini ta’ kapaċitajiet.

2.   Taħt il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, il-FEŻR jista’ jappoġġa wkoll il-kondiviżjoni tal-faċilitajiet u r-riżorsi umani u kull tip ta’ infrastruttura b’mod transkonfinali fir-reġjuni kollha.

3.   Il-FEŻR m'għandux jgħin:

(a)

id-diżattivazzjoni jew il-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari;

(b)

investiment biex ikun hemm tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE;

(c)

il-manifattura, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' tabakk u prodotti tat-tabakk;

(d)

impriżi f'diffikultà kif definiti taħt ir-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat;

(e)

investiment fl-infrastruttura tal-ajruporti sakemm ma jkunx relatat mal-ħarsien ambjentali jew akkumpanjat minn investiment meħtieġ sabiex jittaffa jew jitnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tagħha.

Artikolu 4

Konċentrazzjoni tematika

1.   L-objettivi tematiċi stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u l-prijoritajiet korrispondenti għall-investiment stipulati fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, li għalihom il-FEŻR jista’ jikkontribwixxi taħt il-mira ta' Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, għandhom ikunu miġbura hekk:

(a)

f’reġjuni aktar żviluppati:

(i)

mill-inqas 80 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għal tnejn mill-objettivi tematiċi jew iżjed stabbiliti fil-punti 1, 2, 3 u 4 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; u

(ii)

mill-inqas 20 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettiv tematiku stabbilit fil-punt 4 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(b)

f’reġjuni ta’ tranżizzjoni:

(i)

mill-inqas 60 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għal tnejn mill-objettivi tematiċi jew iżjed stabbiliti fil-punti 1, 2, 3 u 4 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; u

(ii)

mill-inqas 15 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettiv tematiku stabbilit fil-punt 4 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(c)

f'reġjuni anqas żviluppati:

(i)

mill-inqas 50 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għal tnejn mill-objettivi tematiċi jew iżjed stabbiliti fil-punti 1, 2, 3 u 4 tal- ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; u

(ii)

mill-inqas 12 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettiv tematiku stabbilit fil-punt 4 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, reġjuni li l-PDG per capita tagħhom użat bħala kriterju ta' eliġibbiltà għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 kien ta’ anqas minn 75 % tal-PDG medju tal-UE-25 fil-perjodu ta’ referenza, u reġjuni kklassifikati bl-istatus ta’ eliminazzjoni gradwali fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, imma li huma eliġibbli taħt il-kategorija ta’ reġjuni aktar żviluppati msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(2) (c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, għandhom jitqiesu bħala reġjuni ta’ tranżizzjoni.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ir-reġjuni kollha ta' NUTS livell 2 li jikkonsistu biss minn Stati Membri gżejjer jew minn gżejjer li jiffurmaw parti minn Stati Membri li jirċievu appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni u mir-reġjuni kollha l-aktar imbiegħda, għandhom jiġu kkunsidrati bħala reġjuni anqas żviluppati.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, is-sehem minimu tal-FEŻR allokat għal kategorija ta’ reġjun jista’ jkun anqas minn dak spjegat f'dak il-paragrafu, dment li tali tnaqqis jiġi kkumpensat b’żieda fis-sehem allokat għal kategoriji ta’ reġjuni oħrajn. Is-somma li tirriżulta fil-livell nazzjonali tal-ammonti għall-kategoriji kollha tar-reġjuni rispettivament għall-objettivi tematiċi stipulati fil-punti 1, 2, 3 u 4 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1300/2013 u dawk stipulati fil-punt 4 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għaldaqstant ma għandhiex tkun anqas mis-somma fil-livell nazzjonali li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-ishma minimi tal-FEŻR stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-riżorsi tal-Fond ta’ Koeżjoni allokati għall-appoġġ tal-prijoritajiet ta’ investiment spjegati fil-punt (a) tal-Artikolu 4tar-Regolament (UE) Nru 1300/2013 jistgħu jingħaddu favur l-ilħuq tal-ishma minimi spjegati fil-punti (a)(ii), (b)(ii) u (c)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. F'każ bħal dan, is-sehem imsemmi fil-punt (c)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiżdied għal 15 %. Fejn applikabbli, dawk ir-riżorsi għandhom jiġu allokati pro rata għall-kategoriji differenti ta’ reġjuni abbażi tal-ishma relattivi tagħhom tal-popolazzjoni totali tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 5

Prijoritajiet ta' investiment

Il-FEŻR għandu jappoġġa dawn il-prijoritajiet ta' investiment fi ħdan l-objettivi tematiċi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 skont il-ħtiġijiet ta' żvilupp u l-potenzjali ta' tkabbir imsemmijin fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 15(1) ta' dak ir-Regulament u stabbiliti fil-Ftehim ta’ Sħubija:

(1)

it-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni billi:

(a)

tittejjeb l-infrastruttura tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) u l-kapaċità li tiġi żviluppata eċċellenza fir-R&I, u l-promozzjoni ta’ ċentri ta’ kompetenza, b’mod partikolari dawk li huma ta’ interess Ewropew;

(b)

jiġi promoss investiment kummerċjali fir-R&I, u l-iżvilupp ta' konnessjonijiet u sinerġiji bejn l-impriżi, ċentri tar-riċerka u l-iżvilupp u s-settur tal-edukazzjoni ogħla, b'mod partikolari l-promozzjoni tal-investiment fl-iżvilupp tal-prodotti u s-servizzi, it-trasferiment tat-teknoloġija, l-innovazzjoni soċjali, l-ekoinnovazzjoni, l-applikazzjonijiet ta' servizzi pubbliċi, simulazzjoni tal-esiġenzi, netwerking, ċentri ta’ teknoloġija għolja, u l-innovazzjoni miftuħa permezz ta’ speċjalizzazzjonijiet intelliġenti, u b’appoġġ għar-riċerka teknoloġika u applikata, il-linji pilota, l-azzjonijiet li jivvalidaw prodott fi stadju bikri, il-kapaċitajiet ta’ manifattura avvanzata u l-ewwel produzzjoni, b’mod partikolari fit-teknoloġiji ewlenin li jiftħu l-possibilitajiet u t-tixrid ta’ teknoloġiji għal għanijiet ġenerali;

(2)

it-titjib tal-aċċess għal, u l-użu u l-kwalità tal-ICT billi:

(a)

tiġi estiża l-firxa tal-broadband u l-provvediment ta’ netwerks veloċi u l-appoġġ għall-adozzjoni ta' teknoloġiji u netwerks emerġenti għall-ekonomija diġitali;

(b)

jiġu żviluppati prodotti u servizzi tal-ICT, il-kummerċ elettroniku, u t-titjib fir-rikjesta tal-ICT;

(c)

tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-ICT għal gvern elettroniku (e-government), tagħlim elettroniku (e-learning), inklużjoni elettronika (e-inclusion), kultura elettronika (e-culture) u struttura tas-saħħa elettronika (e-health);

(3)

it-titjib tal-kompetittività tal-SMEs billi:

(a)

tiġi promossa l-intraprenditorija, b’mod partikolari billi jiġi aġevolat l-isfruttar ekonomiku ta’ ideat ġodda u trawwim fil-ħolqien ta’ ditti ġodda, inkluż permezz ta’ inkubaturi tan-negozju;

(b)

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' mudelli ġodda ta' negozju għall-SMEs b'mod partikolari fir-rigward tal-internazzjonalizzazzjoni;

(c)

l-appoġġ għall-ħolqien u l-estensjoni ta’ kapaċitajiet avvanzati għall-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi;

(d)

l-appoġġ tal-kapaċità tal-SMEs biex jikbru fis-swieq reġjonali, nazzjonali u internazzjonali, u biex jinvolvu ruħhom fil-proċessi tal- innovazzjoni;

(4)

l-appoġġ għall-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju billi:

(a)

jiġu promossi l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' enerġija li tiġi minn sorsi rinnovabbli;

(b)

jiġi promoss l-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli fl-impriżi;

(c)

tiġi sostnuta l-effiċjenza enerġetika, il-ġestjoni intelliġenti tal-enerġija u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-infrastruttura pubblika, inkluż f'bini pubbliku u fis-settur tad-djar;

(d)

jiġu żviluppati u implimentati sistemi ta' distribuzzjoni intelliġenti li joperaw fuq livelli ta' vultaġġ baxxi u medji;

(e)

jiġu promossi strateġiji b'livell baxx ta' karbonju għat-tipi kollha ta' territorju, b'mod partikolari għaż-żoni urbani, inkluża l-promozzjoni tal-mobilità urbana multimodali sostenibbli u l-miżuri ta' adattament rilevanti għall-mitigazzjoni;

(f)

jiġu promossi r-riċerka u l-innovazzjoni fi, u adozzjoni ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju;

(g)

jiġi promoss l-użu ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja ta’ sħana u elettriku abbażi tad-domanda għal sħana siewja;

(5)

il-promozzjoni ta' adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju billi:

(a)

jiġi appoġġat l-investiment għall-adattament għat-tibdil fil-klima, inklużi approċċi bbażati fuq ekosistemi;

(b)

jiġi promoss l-investiment li jindirizza r-riskji speċifiċi, jiżgura r-reżiljenza għal diżastri u jiżviluppa sistemi ta’ ġestjoni tad-diżastri;

(6)

il-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi billi;

(a)

isir investiment fis-settur tal-iskart biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-acquis ambjentali tal-Unjoni u jiġu indirizzati l-bżonnijiet identifikati mill-Istati Membri ta' investiment li jmur lil hinn minn dawk il-ħtiġijiet;

(b)

isir investiment fis-settur tal-ilma biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-acquis ambjentali tal-Unjoni u jiġu indirizzati l-bżonnijiet identifikati mill-Istati Membri ta' investiment li jmur lil hinn minn dawk il-ħtiġijiet;

(c)

il-wirt naturali u kulturali jiġi konservat, protett, promoss u żviluppat;

(d)

jiġu protetti u rrestawrati l-bijodiversità, u l-ħamrija u jiġu promossi s-servizzi għall-ekosistema inkluża permezz ta' Natura 2000 u infrastrutturi ambjentali;

(e)

tittieħed azzjoni biex jitjieb l-ambjent urban, jingħataw il-ħajja l-ibliet, jiġu riġenerati u dekontaminati s-siti industrijali żdingati (brownfield sites) (inklużi żoni ta' konverżjoni), jitnaqqas it-tniġġis fl-arja u jiġu promossi miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju;

(f)

jiġu promossi teknoloġiji innovattivi biex tittejjeb il-protezzjoni ambjentali u l-effiċjenza fir-riżorsi fis-settur tal-iskart, fis-settur tal-ilma u fir-rigward tal-ħamrija, jew biex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja;

(g)

tkun appoġġata t-tranżizzjoni industrijali lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, il-promozzjoni tat-tkabbir ekoloġiku, il-ġestjoni tal-ekoinnovazzjoni u tal-prestazzjoni ambjentali fis-setturi pubbliċi u privati;

(7)

il-promozzjoni tat-trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' konġestjoni fl-infrastrutturi tan-netwerks prinċipali billi:

(a)

tkun appoġġata Żona Unika Ewropea tat-Trasport multimodali permezz ta' investiment fit-TEN-T.

(b)

tittejjeb il-mobbiltà reġjonali permezz ta’ konnessjonijiet ta' nodi sekondarji u terzjarji mal-infrastruttura TEN-T, inklużi nodi multimodali;

(c)

jiġu żviluppati u mtejba sistemi tat-trasport favur l-ambjent (inkluż b'livell ta' storbju baxx) u b'livell ta' karbonju baxx, inklużi passaġġi tal-ilma interni u trasport marittimu, portijiet, kollegamenti multimodali u infrastruttura tal-ajruporti, sabiex tiġi promossa l-mobilità reġjonali u lokali sostennibbli;

(d)

jiġu żviluppati u rriabilitati sistemi ferrovjarji komprensivi, ta' kwalità għolja u interoperabbli, u l-promozzjoni ta’ miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju;

(e)

titjieb l-effiċjenza enerġetika u s-sigurtà tal-provvista permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi intelliġenti tad-distribuzzjoni, tal-ħżin u tat-trażmissjoni tal-enerġija u permezz tal-integrazzjoni ta’ ġenerazzjoni distribwita minn sorsi rinnovabbli;

(8)

il-promozzjoni tal-impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità u s-sostenn lill-mobilità tax-xogħol billi:

(a)

jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ inkubaturi tan-negozju u għajnuna b’investiment għal dawk li jaħdmu għal rashom, il-mikroimpriżi u l-ħolqien ta’ negozju;

(b)

jiġi appoġġat it-tkabbir favur l-impjiegi permezz tal-iżvilupp ta’ potenzjal endoġenu bħala parti minn strateġija territorjali għal żoni speċifiċi, inklużi l-konverżjoni ta’ reġjuni industrijali li jkunu sejrin lura u t-titjib tal-aċċessibbiltà għal riżorsi naturali u kulturali speċifiċi u l-iżvilupp tagħhom;

(c)

jiġu appoġġati inizjattivi ta’ żvilupp lokali u għajnuna għal strutturi li jipprovdu servizzi ta’ viċinat sabiex jinħolqu impjiegi, fejn tali azzjonijiet ikunu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

(d)

investiment fl-infrastruttura għas-servizzi tal-impjieg;

(9)

il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u kwalunkwe diskriminazzjoni billi:

(a)

isir investiment fl-infrastruttura tas-saħħa u soċjali, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp nazzjonali, reġjonali u lokali, għat-tnaqqis ta’ inugwaljanzi f'termini ta’ stat ta’ saħħa, tiġi promossa l-inklużjoni soċjali permezz tat-titjib tal-aċċess għal servizzi soċjali, kulturali u rikreattivi u t-tranżizzjoni minn servizzi istituzzjonali għal dawk li huma tal-komunità;

(b)

jingħata appoġġ għar-riġenerazzjoni fiżika, ekonomika u soċjali ta’ komunitajiet imċaħħda li jinsabu f'żoni urbani u rurali;

(c)

jingħata appoġġ lill-impriżi soċjali;

(d)

isir investiment fil-kuntest ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità;

(10)

isir investiment fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali għall-ħiliet u l-edukazzjoni tul il-ħajja bl-iżvilupp ta' infrastruttura għall-edukazzjoni u għat-taħriġ;

(11)

tittejjeb il-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti, permezz ta' azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tas-servizzi pubbliċi relatati mal-implimentazzjoni tal-FEŻR, u l-appoġġ tal-azzjonijiet taħt il-FSE biex tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali, u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika.

Artikolu 6

Indikaturi għal Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi

1.   Indikaturi komuni tal-produzzjoni, kif stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, indikaturi ta' riżultati speċifiċi għal programm u, fejn rilevanti, indikaturi tal-produzzjoni speċifiċi għal programm għandhom jintużaw f'konformità mal-Artikolu 27(4) u l-punt (b)(ii) u (iv) u l-punt (c)(ii) u (iv) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

2.   Għall-indikaturi tal-produzzjoni komuni u speċifiċi għal programm, il-linji bażi għandhom jibdew minn żero. Valuri ta’ mira kwantifikati kumulattivi għal dawk l-indikaturi għandhom jiġu stabbiliti għall-2023.

3.   Għall-indikaturi tal-produzzjoni speċifiċi għal programm, li huma marbuta ma’ prijoritajiet ta’ investiment, il-linji bażi għandhom jużaw id-dejta l-iżjed reċenti disponibbli u l-miri għandhom jiġu stabbiliti għall-2023. Il-miri jistgħu jiġu espressi f’termini kwantitattivi jew kwalitattivi.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 sabiex temenda l-lista ta’ indikaturi komuni tal-produzzjoni stipulati fl-Anness I, sabiex tagħmel aġġustamenti, fejn ġustifikat, biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali.

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-trattament ta’ karatterisitiċi territorjali partikolari

Artikolu 7

Żvilupp urban sostenibbli

1.   Il-FEŻR għandu jappoġġa fi ħdan il-programmi operazzjonali l-iżvilupp urban sostenibbli permezz ta' strateġiji li jistipulaw azzjonijiet integrati li jistabbilixxu l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi, u soċjali li jaffettwaw liż-żoni urbani, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li jiġu promossi rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali.

2.   Żvilupp urban sostenibbli għandu jitwettaq permezz ta’ investimenti territorjali Integrati kif imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jew permezz ta’ programm operazzjonali speċifiku, jew permezz ta' assi ta' prijorità speċifika skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 96(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

3.   Meta jqis is-sitwazzjoni territorjali speċifika, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi fil-Ftehim ta’ Sħubija tiegħu l-prinċipji għall-għażla taż-żoni urbani fejn għandhom ikunu implimentati azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli, u l-allokazzjoni indikattiva għal dawk l-azzjonijiet fuq livell nazzjonali.

4.   Mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FEŻR allokati fuq livell nazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom ikunu attribwiti għal azzjonijiet integrati għall-iżvilupp urban sostenibbli fejn l-ibliet, il-korpi subreġjonali jew lokali responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji urbani sostenibbli (l-“awtoritajiet urbani”) għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti relatati, tal-inqas, mal-għażla ta’ operazzjonijiet skont l-Artikolu 123(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jew, fejn ikun xieraq, skont l-Artikolu 123(7) ta’ dak ir-Regolament. L-ammont indikattiv li għandu jiġi ddedikat għall-finijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi stabbilit fil-programm jew il-programmi operazzjonali kkonċernati.

5.   L-awtorità maniġerjali għandha tiddetermina, f’konsultazzjoni mal-awtorità urbana, l-ambitu tal-kompiti, li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet urbani, li jikkonċernaw il-ġestjoni ta’ azzjonijiet integrati għall-iżvilupp urban. L-awtorità ta' ġestjoni għandha tirreġistra formalment id-deċiżjoni tagħha bil-miktub. L-awtorità maniġerjali tista’ żżomm id-dritt li twettaq verifika finali tal-eliġibilità tal-operazzjonijiet qabel l-approvazzjoni.

Artikolu 8

Azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli

1.   Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, il-FEŻR jista’ jappoġġa azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli skont l-Artikolu 92(8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Azzjonijiet bħal dawn għandhom jinkludu studji u proġetti pilota sabiex jidentifikaw jew jittestjaw soluzzjonijiet ġodda li jindirizzaw kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-iżvilupp urban sostenibbli, u li huma ta' relevanza fuq livell ta' Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ l-involviment ta’ msieħba rilevanti msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet innovattivi.

2.   B'deroga għall-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, azzjonijiet innovattivi jistgħu jappoġġaw l-attivitajiet kollha neċessarji sabiex jintlaħqu l-objettivi tematiċi stipulati fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u l-prijoritajiet ta' investiment korrispondenti stipulati fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14, li jistabbilixxi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR skont dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Netwerk għall-iżvilupp urban

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013,netwerk għall-iżvilupp urban sabiex tippromwovi l-bini ta’ kapaċità, in-netwerking u l-iskambju tal-esperjenza fuq livell ta’ Unjonin bejn l-awtoritajiet urbani responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żvilupp urban sostenibbli skont l-Artikolu 7(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament u minn awtoritajiet responsabbli għal azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli skont l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-attivitajiet tan-netwerk għall-iżvilupp urban għandhom ikunu komplimentari għal dawk imwettqa taħt kooperazzjoni interreġjonali skont il-punt (3)(b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

Artikolu 10

Żoni bi żvantaġġi naturali jew demografiċi

Fil-programmi operazzjonali kkofinanzjati mill-FEŻR, li jkopru żoni bi żvantaġġi gravi u permanenti, naturali jew demografiċi, kif hemm imsemmi fil-punt 4 tal-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikunu indirizzati d-diffikultajiet speċifiċi ta’ dawn iż-żoni.

Artikolu 11

Reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna

L-Artikolu 4 ma għandux japplika għall-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna. Dik l-allokazzjoni għandha tkun allokata għall-objettivi tematiċi stipulati fil-punti 1, 2, 3, 4 u 7 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Artikolu 12

Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda

1.   L-Artikolu 4 ma għandux japplika għall-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni l-aktar imbiegħda. Dik l-allokazzjoni għandha tintuża sabiex tagħmel tajjeb għal spejjeż addizzjonali, marbuta mal-karatteristiċi u r-restrizzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 349 TFUE, li jġarrbu r-reġjuni l-aktar mbiegħda biex jappoġġaw:

(a)

l-objettivi tematiċi stipulati fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

(b)

is-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija u l-għajnuna sabiex jinbdew servizzi tat-trasport;

(c)

l-operazzjonijiet marbutin ma’ restrizzjonijiet ta’ ħażna, ta’ daqs eċċessiv u tal-manutenzjoni ta’ għodod tal-produzzjoni, u man-nuqqas ta’ kapital uman fis-suq tax-xogħol lokali.

2.   L-allokazzjoni addizzjonali speċifika msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tintuża wkoll sabiex tgħin fil-finanzjament ta' għajnuna operattiva u ta’ nfiq li jkopri obbligi tas-servizz pubbliku u kuntratti fir-reġjuni l-aktar mbiegħda.

3.   L-ammont li għalih tapplika r-rata ta' kofinanzjament għandha tkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali, kif imsemmi fil-paragrafu 1, magħmula mill-benefiċjarju, biss fil-każ ta' għajnuna operattiva u ta' nfiq li jkopri l-obbligi tas-servizz pubbliku u l-kuntratti, imma tista' tkopri l-ispejjeż totali eliġibbli fil-każ ta' infiq għall-investiment.

4.   L-allokazzjoni addizzjonali speċifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tintuża sabiex tappoġġa:

(a)

operazzjonijiet li jinvolvu prodotti elenkati fl-Anness I għat-TFUE;

(b)

għajnuna għat-trasport ta' persuni awtorizzati taħt il-punt (a) tal-Artikolu 107(2) TFUE;

(c)

eżenzjonijiet mit-taxxa u eżenzjonijiet minn ħlasijiet soċjali.

5.   B’deroga mill-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(1), il-FEŻR jista’ jappoġġa investiment produttiv fl-impriżi fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, irrispettivament mid-daqs ta' dawk l-intrapriżi.

6.   L-Artikolu 4 ma għandux japplika għall-parti tal-FEŻR tal-pakkett allokat għall-Majott bħala reġjun l-aktar imbiegħed fis-sens tal-Artikolu 349 TFUE, u mill-inqas 50 % ta' dik il-parti tal-FEŻR għandhom jiġu allokati lill-objettivi tematiċi stabbiliti fil-punti 1, 2, 3, 4 u 6 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jinċidi fuq it-tkomplija jew il-modifika, inkluża l-kanċellazzjoni totali jew parzjali ta’ għajnuna approvata mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006, jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra li tapplika għal dik l-għajnuna fil-31 ta' Diċembru 2013. Dak ir-Regolament u tali leġiżlazzjoni oħra applikabbli għandhom konsegwentement ikomplu japplikaw wara l-31 ta' Diċembru 2013 għal din l-għajnuna jew l-operazzjonijiet konċernati sakemm jagħlqu. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, assistenza għandha tkopri programmi operazzjonali u proġetti maġġuri.

2.   L-applikazzjonijiet biex wieħed jirċievi assistenza magħmulin jew approvati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 għandhom jibqgħu validi.

Artikolu 14

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(4) u 8(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni minn 21 ta’ Diċembru 2013 sal-31 ta' Diċembru 2020.

3.   Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikoli 6(4) u 8(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kull att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 6(4) u 8(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 15

Revoka

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 huwa b'dan revokat b'effett mill-1 ta' Jannar 2014.

Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni kif stabbilta fl-Anness II.

Artikolu 16

Reviżjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrivedu dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2020 skont l-Artikolu 177 TFUE.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 12(6) għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 44.

(2)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 114.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1083/2006 (Ara paġna 320 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(5)  Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond ta’ Koeżjoni u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru. 1084/2006 (Ara paġna 281 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna tal-Istat orizzontali (ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1).

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta’ Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (OJ L 204, 31.7.2012, p. 131).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-17 ta' Diċembru 2013 Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (Ara paġna 470 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (Ara paġna 259 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

INDIKATURI KOMUNI TAL-PRODUZZJONI GĦALL-APPOĠĠ MILL-FEŻR GĦAL INVESTIMENT LI GĦANDU FIL-MIRA T-TKABBIR EKONOMIKU U L-IMPJIEGI (ARTIKOLU 6)

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

Investiment produttiv

 

impriżi

Numru ta' impriżi li qed jirċievu appoġġ

 

impriżi

Numru ta’ impriżi li jirċievu għotjiet

 

impriżi

Numru ta’ impriżi li jirċievu appoġġ finanzjarju minbarra għotjiet

 

impriżi

Numru ta’ impriżi li jirċievu appoġġ mhux finanzjarju

 

impriżi

Numru ta’ impriżi ġodda appoġġati

 

(f’EUR)

Investiment privat li jkun daqs l-appoġġ pubbliku lil impriżi (għotjiet)

 

(f’EUR)

Investiment privat li jkun daqs l-appoġġ pubbliku lil impriżi (mhux għotjiet)

 

ekwivalenti għal full-time

Żieda fl-impjiegi f'impriżi appoġġati

Turiżmu sostenibbli

Żjarat/sena

Żieda fin-numru mistenni ta' żjarat ta' siti appoġġati ta' wirt kulturali u naturali u attrazzjonijiet

Infrastruttura tal-ICT

unitajiet domestiċi

Djar addizzjonali bl-aċċess broadband ta' mill-inqas 30 Mbps

Trasport

Ferrovija

kilometri

Tul totali tal-linji ferrovjarji ġodda li minnhom: TEN-T

kilometri

Tul totali tal-linji ferrovjarji mibnija mill-ġdid jew mtejba li minnhom: TEN-T

Toroq

kilometri

Tul totali ta' toroq mibnijin ġodda li minnhom: TEN-T

kilometri

Tul totali toroq mibnija mill-ġdid jew mtejba li minnhom: TEN-T

Trasport urban

kilometri

Tul totali ta’ linji ġodda jew imtejba tat-tramm jew tal-metro

Passaġġi fuq l-ilma intern

kilometri

Tul totali ta' passaġġi tal-ilma intern imtejba jew ġodda

L-Ambjent

Skart solidu

Tunnellati/sena

Il-kapaċità għar-riċiklaġġ tal-iskart addizzjonali

Provvista tal-ilma

persuni

Il-popolazzjoni addizzjonali servuta bi provvista ta' ilma aħjar

Trattament tad-dranaġġ

ekwivalenti għall-popolazzjoni

Il-popolazzjoni addizzjonali servuta bi trattament ta' dranaġġ aħjar

Il-prevenzjoni tar-riskju u l-maniġment

persuni

Il-popolazzjoni li qed tgawdi minn miżuri ta' protezzjoni kontra l-għargħar

persuni

Il-popolazzjoni li qed tgawdi minn miżuri ta' protezzjoni kontra nirien fil-foresti

Riabilitazzjoni tal-art

ettari

Erja totali ta' wiċċ l-art riabilitata

In-natura u l-bijodiversità

ettari

L-erja ta' wiċċ l-art ta' ħabitats appoġġata sabiex jinkiseb status aħjar ta' konservazzjoni

Riċerka, Innovazzjoni:

 

ekwivalenti full-time

Numru ta’ riċerkaturi ġodda f'entitajiet appoġġati

 

ekwivalenti full-time

Numru ta’ riċerkaturi li jaħdmu f'faċilitajiet imtejba ta’ infrastruttura għar-riċerka

 

impriżi

Numru ta' impriżi li qed jikkooperaw ma' istituzzjonijiet tar-riċerka

 

(f’EUR)

Investiment privat li jkun daqs l-għajnuna pubblika fl-innovazzjoni jew proġetti tar-R&Ż

 

impriżi

Numru ta' impriżi appoġġati biex jiġu introdotti prodotti ġodda għas-suq

 

impriżi

Numru ta’ impriżi appoġġati biex jiġu introdotti prodotti ġodda lid-ditti

Enerġija u Tibdil fil-Klima

L-enerġija rinnovabbli

MW

Kapaċità addizzjonali fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

unitajiet domestiċi

Numru ta’ unitajiet domestiċi bil-klassifikazzjoni tal-konsum tal-enerġija mtejba

 

kWh/sena

Tnaqqis fil-konsum annwali tal-enerġija primarja ta' bini pubbliku

 

utenti

Numru addizzjonali ta' utenti tal-enerġija konnessi ma’ netwerks intelliġenti (smart grids)

Tnaqqis fil-GHG

tunnellati ta’ CO2eq

It-tnaqqis stmat annwali ta' GHG

Infrastruttura soċjali

L-indukrar tat-tfal u l-edukazzjoni

persuni

Il-kapaċità tal-indukrar tat-tfal jew tal-infrastruttura tal-edukazzjoni appoġġati

Is-Saħħa

Persuni

Popolazzjoni koperta minn servizzi tas-saħħa mtejba

L-indikaturi speċifiċi ta' Żvilupp Urban

 

persuni

Il-popolazzjoni li tgħix f'żoni bi strateġiji ta' żvilupp urban integrat

 

metri kwadri

Spazju miftuħ maħluq jew riabilitat f'żoni urbani

 

metri kwadri

Bini pubbliku jew kummerċjali mibni jew rinovat f'żoni urbani

 

unitajiet ta’ housing

Djar riabilitati f'żoni urbani


ANNESS II

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 1080/2006

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 23

Artikolu 15

Artikolu 24

Artikolu 16

Artikolu 25

Artikolu 17


Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar l-FEŻR l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-KTE u l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Fond ta' Koeżjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ħadu nota tal-garanzija provvduta mill-Kummissjoni lil-leġiżlaturi tal-UE li l-indikaturi komuni tal-eżitu għar-Regolament dwar l-FEŻR, ir-Regolament dwar il-KTE u r-Regolament dwar il-Fond ta' Koeżjoni, li jiġu inklużi f'anness ma' kull regolament, huma r-riżultat ta' proċess ta' tħejjija twil li jinvolvi esperti ta' valutazzjoni kemm tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, u bi prinċipju, huma mistennija jibqgħu stabbli.


Top