EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1116

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1116/2013 tas- 6 ta’ Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward ta’ kjarifika u simplifikazzjoni ta’ ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 299, 9.11.2013, p. 1–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/11/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R1998

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1116/oj

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONITAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1116/2013

tas-6 ta’ Novembru 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward ta’ kjarifika u simplifikazzjoni ta’ ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (2) uriet il-ħtieġa ta’ emendi żgħar fil-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ ċerti standards bażiċi komuni.

(2)

Ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni għandhom jiġu kkjarifikati, armonizzati jew issimplifikati sabiex titjieb iċ-ċarezza legali, ikun hemm standardizzazzjoni tal-interpretazzjoni komuni tal-leġiżlazzjoni u sabiex tkompli tiġi żgurata l-aħjar implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni għas-sigurtà tal-avjazzjoni.

(3)

L-emendi jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta’ għadd limitat ta’ miżuri fir-rigward tal-kontroll fuq l-aċċess, is-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, l-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina u l-bagalji tal-istiva, il-kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija, il-posta, il-provvisti għal matul it-titjira u l-provvisti tal-ajruport, it-taħriġ tal-persuni u t-tagħmir ta’ sigurtà.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:

1.

Il-Kapitolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 1.0.4 li ġej huwa miżjud:

“1.0.4.

“Oġġetti li jinġarru minn persuni li ma jkunux passiġġieri” huma oġġetti personali maħsuba għall-użu personali tal-persuna li ġġorrhom.”

(b)

Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-punt 1.2.1.1:

“Żjarat gwidati tal-ajruport skortati minn persuni awtorizzati għandha titqies li tkun raġuni leġittima.”

(c)

Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-punt 1.2.2.1:

“Żjarat gwidati tal-ajruport skortati minn persuni awtorizzati għandha titqies li tkun raġuni leġittima.”

(d)

Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-punt 1.2.7.2:

“Persuna tista’ tiġi eżentata mir-rekwiżit li tiġi skortata jekk dik il-persuna turi awtorizzazzjoni u jkollha karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport valida.”

(e)

Jiddaħħal il-punt 1.2.7.5 segwenti:

“1.2.7.5.

Kull meta passiġġier ma jivvjaġġax b’riżultat ta’ kuntratt ta’ trasport bl-ajru li jirriżulta fl-għoti ta’ karta tal-imbark jew l-ekwivalenti, membru tal-ekwipaġġ li jkun qed jeskorta dan il-passiġġier jista’ jiġi eżentat mir-rekwiżiti tal-punt 1.2.7.3(a).”

(f)

Il-punt 1.3.1.5 jinbidel b’dan li ġej:

“1.3.1.5.

Il-punti 4.1.2.4–4.1.2.7 u 4.1.2.11 għandhom japplikaw fir-rigward tal-iskrinjar tal-oġġetti li jinġarru minn persuni li ma jkunux passiġġieri.”

2.

Il-Kapitolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 3.1.1.3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.1.1.3.

Inġenju tal-ajru li jasal f’parti kritika minn pajjiż terz li mhux elenkat fid-Dokument Mehmuż 3-B għandu jkun soġġett għal tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru fi kwalunkwe ħin wara l-iżbarkar tal-passiġġieri miż-żona li trid tiġi mfittxija u/jew il-ħatt tal-istiva.”

(b)

Il-punt 3.1.3 hu emendat kif ġej:

(i)

It-tieni u r-raba’ inċiżi huma mħassra

(ii)

It-tielet inċiż jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“—

l-oriġini tat-titjira preċedenti.”

(c)

Il-punt 3.2.1.1(b) hu sostitwit b’li ġej:

“(b)

jkollu l-bibien esterni tiegħu magħluqa. Meta l-inġenju tal-ajru jkun f’parti kritika, il-bibien esterni li ma jkunux aċċessibbli minn persuna mill-art għandhom jitqiesu magħluqa jekk l-għajnuniet għall-aċċess ikunu tneħħew u tqiegħdu ‘l bogħod biżżejjed mill-inġenju tal-ajru sabiex l-aċċess jiġi evitat b’mod raġonevoli minn persuna; jew”

(d)

It-tieni sentenza tal-punt 3.2.2.1 hija mibdula b’dan li ġej:

“Il-punt (a) ma għandux japplika għal bieb li jkun aċċessibbli mill-art minn persuna.”

(e)

Il-punt 3.2.2.2 jinbidel b’dan li ġej:

“3.2.2.2

Meta jitneħħew l-għajnuniet għall-aċċess għall-bibien li ma jkunux aċċessibbli minn persuna mill-art, dawn għandhom jitqiegħdu ‘l bogħod biżżejjed mill-inġenju tal-ajru sabiex l-aċċess jiġi evitat b’mod raġonevoli.”

3.

Id-dokument mehmuż 3-B jiġi sostitwit b’dan li ġej:

DOKUMENT MEHMUŻ 3-B

SIGURTÀ TAL-INĠENJI TAL-AJRU

PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IT-TITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

Fir-rigward tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji barranin b’relazzjonijiet speċjali mal-Unjoni skont it-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u li għalihom ma japplikax it-titolu dwar it-trasport ta’ dak it-trattat, rikonoxxuti bħala li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni:

L-Istati Uniti tal-Amerika

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri responsabbli mis-sikurezza tal-avjazzjoni jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar rilevanti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni.

L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta’ kumpens, li jikkonferma li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sikurezza tal-avjazzjoni applikati mill-pajjiż terz hija stabbilita mill-ġdid.”

4.

Fil-Kapitolu 4, il-punt 4.1.2.11 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.1.2.11.

Persuni li jwettqu l-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina b’tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS ma għandhomx normalment iqattgħu iżjed minn 20 minuta kontinwi janalizzaw l-immaġini. Wara kull wieħed minn dawn il-perjodi, il-persuna li tkun qiegħda twettaq l-iskrinjar m’għandhiex tirrevedi immaġini oħra għal mill-inqas 10 minuti. Din il-ħtieġa għandha tapplika biss meta jkun hemm fluss ta’ immaġini bla interruzzjoni li jrid jiġi analizzat.

Għandu jkun hemm superviżur responsabbli għal dawk li jwettqu l-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina sabiex ikun assigurat l-aħjar kompożizzjoni tat-tim, kwalità tax-xogħol, taħriġ, appoġġ u evalwazzjoni.”

5.

Id-dokument mehmuż 4-B jiġi sostitwit b’dan li ġej:

DOKUMENT MEHMUŻ 4-B

PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINA

PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IT-TITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

Fir-rigward tal-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji barranin b’relazzjonijiet speċjali mal-Unjoni skont it-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u li għalihom ma japplikax it-titolu dwar it-trasport ta’ dak it-trattat, huma rikonoxxuti bħala li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni.

L-Istati Uniti tal-Amerika

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri responsabbli mis-sikurezza tal-avjazzjoni jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar rilevanti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni.

L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta’ kumpens, li jikkonferma li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sikurezza tal-avjazzjoni applikati mill-pajjiż terz hija stabbilita mill-ġdid.”

6.

Fil-Kapitolu 5, jiddaħħal il-punt 5.1.7 li ġej;

“5.1.7.

Il-persuni li jwettqu l-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva permezz ta’ tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS ma għandhomx normalment iqattgħu iżjed minn 20 minuta kontinwament janalizzaw l-immaġini. Wara kull wieħed minn dawn il-perjodi, il-persuna li tkun qiegħda twettaq l-iskrinjar m’għandhiex tirrevedi immaġini oħra għal mill-inqas 10 minuti. Din il-ħtieġa għandha tapplika biss meta jkun hemm fluss ta’ immaġini bla interruzzjoni li jrid jiġi analizzat.

Għandu jkun hemm superviżur responsabbli għal dawk li jwettqu l-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva sabiex tkun assigurata l-aħjar kompożizzjoni tat-tim, il-kwalità tax-xogħol, it-taħriġ, l-appoġġ u l-evalwazzjoni.”

7.

Id-dokument mehmuż 5-A jiġi sostitwit b’dan li ġej:

DOKUMENT MEHMUŻ 5-A

BAGALJI TAL-ISTIVA

PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IT-TITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

Fir-rigward tal-bagalji tal-istiva, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji barranin b’relazzjonijiet speċjali mal-unjoni skont it-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u li għalihom ma japplikax it-titolu dwar it-trasport ta’ dak it-trattat, rikonoxxuti bħala li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni.

L-Istati Uniti tal-Amerika

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri responsabbli mis-sikurezza tal-avjazzjoni jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar rilevanti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni.

L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta’ kumpens, li jikkonferma li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sikurezza tal-avjazzjoni applikati mill-pajjiż terz hija stabbilita mill-ġdid.”

8.

Il-Kapitolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punti 6.3.1.2(c), 6.3.1.2(d), 6.3.1.5, 6.4.1.2(c), 6.4.1.2(e), 6.4.1.5, 6.8.1.4, 6.8.1.5, 6.8.4.1, 6.8.5.1.2, 6.8.5.1.3, 6.8.5.2, id-dokument mehmuż 6-A, id-dokument mehmuż 6-H1, 11.6.4.1 u 11.6.4.3, ir-referenza għal “bażi tad-dejta tal-KE tal-aġenti regolati u l-kunsinnaturi magħrufa” jew “bażi ta’ dejta tal-Unjoni ta’ aġenti regolati u kunsinnaturi magħrufa” tinbidel b’referenza għal “bażi ta’ dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista”.

(b)

Jiddaħħal il-punt 6.2.1.4 segwenti:

“6.2.1.4

Persuni li jisskrinjaw il-merkanzija b’tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS m’għandhomx normalment iqattgħu iżjed minn 20 minuta ta’ analiżi kontinwa ta’ immaġini. Wara kull wieħed minn dawn il-perjodi, il-persuna li tkun qiegħda twettaq l-iskrinjar m’għandhiex tirrevedi immaġini oħra għal mill-inqas 10 minuti. Din il-ħtieġa għandha tapplika biss meta jkun hemm fluss ta’ immaġini bla interruzzjoni li jrid jiġi analizzat.”

(c)

Il-punt 6.3.2.4 jinbidel b’dan li ġej:

“6.3.2.4.

Wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli kollha tas-sigurtà msemmija fil-punti 6.3.2.1 sa 6.3.2.3 ta’ dan ir-Regolament u l-punt 6.3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/774/UE jkunu ġew applikati, l-aġent regolat għandu jiżgura li:

(a)

L-aċċess mingħajr skorta għal dawn il-kunsinni jkun limitat għal persuni awtorizzati; u

(b)

Dawn il-kunsinni jkunu protetti minn interferenza mhux awtorizzata sakemm jgħaddu f’idejn aġent regolat jew trasportatur tal-ajru ieħor. Il-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta li jkunu f’parti kritika ta’ żona ta’ sigurtà ristretta għandhom jitqiesu bħala protetti minn interferenza mhux awtorizzata. Il-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta li jkunu f’partijiet għajr parti kritika ta’ żona ristretta ta’ sigurtà għandhom jinsabu fil-partijiet fejn l-aċċess huwa kkontrollat tal-bini tal-aġent regolat jew, kull meta jinsabu barra minn dawk il-partijiet, għandhom

ikunu protetti fiżikament sabiex jiġi evitat li jiddaħħlu xi oġġetti fihom, jew

ma jitħallewx waħedhom u l-aċċess ikun limitat għal persuni involuti fil-protezzjoni u l-ġestjoni tal-kunsinni tal-merkanzija.”

(d)

Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-punt 6.3.2.6:

“Aġent regolat li joffri l-kunsinni lil aġent regolat jew trasportatur tal-ajru ieħor jista’ jiddeċiedi wkoll li jittrażmetti biss l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punti (a) sa (e) u (g) u li jżomm l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punt (f) għal kemm iddum it-titjira (titjiriet) jew għal 24 siegħa, skont liema minnhom ikun l-itwal.”;

(e)

Jiddaħħal il-punt 6.3.2.9 segwenti:

“6.3.2.9

Aġent regolat għandu jiżgura illi l-membri kollha tal-persunal li jimplimenta l-kontrolli tas-sigurtà jiġu rreklutati u mħarrġa skont ir-rekwiżiti tal-kapitolu 11 u li l-membri kollha tal-persunal li jkollhom aċċess għal merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta bl-ajru identifikabbli li jkunu diġà sarulhom il-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew irreklutati u soġġetti għal taħriġ ta’ għarfien dwar is-sigurtà skont ir-rekwiżiti tal-kapitolu 11.”;

(f)

Il-Punt 6.4.2.1(b) hu sostitwit b’li ġej:

“(b)

il-membri kollha tal-persunal li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà jiġu rreklutati u mħarrġa skont ir-rekwiżiti tal-kapitolu 11 u l-membri kollha tal-persunal li jkollhom aċċess għal merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta bl-ajru identifikabbli li jkunu diġà sarulhom il-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew irreklutati u soġġetti għal taħriġ ta’ għarfien dwar is-sigurtà skont ir-rekwiżiti tal-kapitolu 11; u”;

(g)

It-titolu tal-punt 6.6.2. għandu jinbidel b’dan li ġej:

“6.6.2.   Protezzjoni ta’ merkanzija u posta fl-ajruporti għat-tagħbija fuq inġenju tal-ajru”;

(h)

Il-punt 6.6.2.2 jinbidel b’dan li ġej:

“6.6.2.2.

Il-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta f’parti għajr parti kritika ta’ żona ristretta ta’ sigurtà għandhom ikunu lokalizzati fil-partijiet tal-post tal-aġent regolat fejn l-aċċess huwa kkontrollat, jew kull meta l-bini jinsab barra dawk il-partijiet, għandu jitqies bħala protett minn interferenza mhux awtorizzata jekk:

(a)

ikunu protetti fiżikament sabiex jiġi evitat li jiddaħħlu xi oġġetti fihom; jew

(b)

ma jitħallewx waħedhom u l-aċċess ikun limitat għal persuni involuti fil-protezzjoni u t-tagħbien tal-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta fuq l-inġenju tal-ajru.”;

(i)

Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-punt 6.8.2.2:

“L-awtorità xierqa tista’ taċċetta r-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta’ entità ta’ pajjiż terz għal nominazzjoni ACC3 f’każijiet fejn dik l-entità twettaq operazzjoni ta’ merkanzija sħiħa, inkluż it-tagħbien fl-istiva tal-inġenju tal-ajru, f’isem l-ACC3 u r-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ikopri dawn l-attivitajiet kollha.”;

(j)

Il-punt 6.8.3.2 jinbidel b’dan li ġej:

“6.8.3.2.

Sat-30 ta’ Ġunju 2014, ir-rekwiżiti tal-iskrinjar għandhom, bħala minimu, jilħqu l-istandards tal-ICAO. Minn hemm ‘il quddiem, il-merkanzija u l-posta li jinġarru lejn l-Unjoni għandhom jiġu skrinjati skont wieħed mill-mezzi jew metodi elenkati fil-punt 6.2.1 tad-Deċiżjoni 2010/774/UE għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b’mod raġonevoli li dawn ma jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit.”;

9.

Id-dokument mehmuż 6-B jiġi sostitwit b’dan li ġej:

DOKUMENT MEHMUŻ 6-B

GWIDA GĦALL-KUNSINNATURI MAGĦRUFA

Din il-gwida għandha tgħinek tivvaluta l-arranġamenti eżistenti tas-sigurtà tiegħek skont il-kriterji meħtieġa għall-kunsinnaturi magħrufa kif deskritti fir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu. Dan għandu jippermettilek tiżgura li int tissodisfa r-rekwiżiti qabel ma torganizza żjara uffiċjali ta’ validazzjoni fuq il-post.

Huwa importanti li l-validatur ikun jista’ jkellem lill-persuni xierqa waqt iż-żjara ta’ validazzjoni (eż. il-persuna responsabbli għas-sigurtà u l-persuna responsabbli għar-reklutaġġ tal-persunal). Lista ta’ verifika tal-UE se tintuża biex tirreġistra l-valutazzjonijiet tal-validatur. Ladarba timtela l-lista ta’ verifika tal-validazzjoni, it-tagħrif li jkun hemm fil-lista ta’ verifika se jiġi ttrattat bħala tagħrif ikklassifikat.

Jekk jogħġbok kun af li l-mistoqsijiet fuq il-lista ta’ verifika tal-UE huma ta’ żewġ tipi: (1) dawk li f’każ ta’ reazzjoni negattiva awtomatikament ifissru li ma tistax tiġi aċċettat bħala kunsinnatur magħruf u (2) dawk li se jintużaw biex joħolqu stampa ġenerali tal-provvedimenti ta’ sigurtà tiegħek sabiex lill-validatur jippermettulu jilħaq konklużjoni ġenerali. Il-partijiet fejn ‘insuffiċjenza’ tiġi rreġistrata awtomatikament huma indikati bir-rekwiżiti indikati bit-tipa grassa hawn taħt. Jekk ikun hemm ‘insuffiċjenza’ għar-rekwiżiti indikati bit-tipa grassa, jingħatawlek ir-raġunijiet għal dan u wkoll parir dwar l-aġġustamenti meħtieġa sabiex tgħaddi.

Daħla

Il-merkanzija fuq il-post li se jiġi spezzjonat għandha tkun oriġinata mill-kumpanija tiegħek. Dan ikopri l-manifattura li ssir fuq il-post u operazzjonijiet ta’ ġbir u ppakkjar (pick and pack) fejn l-oġġetti ma jkunux identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru sakemm ma jintgħażlux biex titlesta ordni partikolari. (Ara wkoll in-Nota)

Jeħtieġ li inti tiddetermina meta kunsinna ta’ merkanzija/posta ssir identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru u turi li jeżistu l-miżuri rilevanti li jipproteġuha minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati. Dan għandu jinkludi dettalji dwar il-produzzjoni, l-ippakkjar, il-ħżin u/jew il-bgħit.

L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet

Se tkun meħtieġ tipprovdi dettalji dwar l-organizzazzjoni tiegħek (l-isem, in-numru tal-VAT jew tal-Kamra tal-Kummerċ jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-korporazzjoni jekk ikunu applikabbli), l-indirizz tas-sit li se jiġi vvalidat u l-indirizz ewlieni tal-organizzazzjoni (jekk dan ikun differenti minn dak tas-sit li se jiġi vvalidat). Id-data taż-żjara tal-validazzjoni preċedenti u l-aħħar identifikatur alfanumeriku uniku (jekk ikun applikabbli), kif ukoll in-natura tal-kummerċ, l-għadd approssimattiv tal-ħaddiema fuq il-post, l-isem u t-titlu tal-persuna responsabbli għas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru u d-dettalji ta’ kuntatt.

Proċedura ta’ reklutaġġ tal-persunal

Se jkun meħtieġ li tipprovdi dettalji dwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ għall-persunal kollu (permanenti, temporanju jew persunal ta’ aġenziji, xufiera) li jkollhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli. Il-proċedura ta’ reklutaġġ għandha tinkludi kontroll ta’ qabel l-impjieg jew kontroll tal-isfond skont il-punt 11.1 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Iż-żjara tal-validazzjoni fuq il-post se tinvolvi intervista mal-persuna responsabbli għar-reklutaġġ tal-persunal. Ikun meħtieġ li huwa/hija jippreżenta/tippreżenta evidenza (eż. formoli vojta) biex tissostanzja l-proċeduri tal-kumpanija. Din il-proċedura ta’ reklutaġġ għandha tapplika għall-persunal irreklutat wara d-29 ta’ April 2010.

Proċedura ta’ taħriġ tal-persunal dwar sigurtà

Li jiġi żgurat li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, persunal tal-aġenziji, sewwieqa) li jkollhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli jkunu ġew soġġetti għal taħriġ xieraq dwar kwistjonijiet ta’ għarfien rigward is-sigurtà. Dan it-taħriġ għandu jsir skont il-punt 11.2.7 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Għandhom jinżammu reġistri ta’ taħriġ individwali. Barra minn hekk, tkun meħtieġ turi li l-membri kollha tal-persunal rilevanti li jimplimentaw il-kontrolli tas-siġurtà jkunu rċevew taħriġ jew taħriġ rikorrenti skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010.

Is-sigurtà fiżika

Se tintalab turi kif inhuwa protett is-sit tiegħek (eż. ċint fiżiku jew barriera) u li jeżistu l-proċeduri rilevanti ta’ kontroll fuq l-aċċess. Fejn applikabbli, se tintalab tipprovdi dettalji dwar kwalunkwe sistema ta’ allarm u/jew ta’ CCTV possibbli. Huwa essenzjali li l-aċċess għaż-żona fejn il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi pproċessata jew maħżuna, ikun ikkontrollat. Jeħtieġ li l-bibien, it-twieqi u l-punti l-oħra ta’ aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jkunu sikuri jew soġġetti għal kontroll fuq l-aċċess.

Produzzjoni (fejn applikabbli)

Jeħtieġ li turi li l-aċċess għaż-żona tal-produzzjoni hija kkontrollata u l-proċess tal-produzzjoni huwa taħt sorveljanza. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-produzzjoni jkun meħtieġ li turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju.

Ippakkjar (fejn applikabbli)

Jeħtieġ li turi li l-aċċess għaż-żona tal-ippakkjar hija kkontrollata u l-proċess tal-ippakkjar huwa taħt sorveljanza. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-ippakkjar jkun meħtieġ li turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju.

Se tintalab tipprovdi dettalji dwar il-proċess tiegħek tal-ippakkjar u turi li l-oġġetti kollha lesti jiġu kkontrollati qabel l-ippakkjar.

Jeħtieġ li tiddeskrivi l-imballaġġ ta’ barra meta jkun lest u turi li huwa b’saħħtu. Trid turi wkoll kif l-imballaġġ ta’ barra, lest minn kollox, ma jkunx jista’jiġi mbagħbas, pereżempju bl-użu ta’ siġilli nnumerati, tejp tas-sigurtà, timbri speċjali jew kaxxi tal-kartun magħluqa permezz tat-tejp. Teħtieġ turi wkoll li dawn jinżammu f’kundizzjonijiet ta’ sigurtà meta ma jkunux qegħdin jintużaw u li tikkontrolla l-produzzjoni tagħhom.

Ħżin (fejn applikabbli)

Jeħtieġ li turi li l-aċċess għaż-żona tal-ħżin huwa kkontrollat. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru waqt li jkun qiegħed jinħażen se jkollok turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju.

Fl-aħħar nett, jeħtieġ li turi li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru lesta u ppakkjata tiġi ċċekkjata qabel il-bgħit.

Bgħit (fejn applikabbli)

Jeħtieġ li turi li l-aċċess għaż-żona tal-bgħit huwa kkontrollat. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tad-dispaċċ jkun meħtieġ li turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju.

It-trasportazzjoni

Jeħtieġ li tipprovdi dettalji dwar il-metodu tat-trasport tal-merkanzija/posta għal għand l-aġent regolat.

Jekk tuża t-trasport tiegħek stess, jeħtieġ li turi li s-sewwieqa tiegħek ġew imħarrġa sal-livell meħtieġ. Jekk il-kumpanija tiegħek tuża kuntrattur, jeħtieġ li tiżgura li a) il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tkun ġiet issiġillata jew ippakkjata minnek sabiex tiżgura li kull tbagħbis ikun evidenti u b) id-dikjarazzjoni tat-trasportatur kif inhi fid-Dokument Mehmuż 6-E tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 ġiet iffirmata mit-trasportatur.

Jekk inti responsabbli għat-trasport tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru, se jkollok turi li l-mezzi tat-trasport jistgħu jiġu assigurati, jew bl-użu ta’ siġilli, jekk dan ikun prattikabbli, jew bi kwalunkwe mod ieħor. Meta jintużaw siġilli nnumerati, se jkollok turi li l-aċċess għas-siġilli huwa kkontrollat u n-numri huma rreġistrati; jekk jintużaw metodi oħra jeħtieġ li turi kif il-merkanzija/posta tkun tista’ turi li ma ġietx imbgħabsa u/jew kif tinżamm sikura. Barra minn hekk jeħtieġ li turi li jeżistu miżuri biex tkun ivverifikata l-identità tas-sewwieqa tal-vetturi li jiġbru l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiegħek. Jeħtieġ ukoll li turi li inti tiżgura li l-merkanzija/posta tkun sikura meta tħalli l-bini. Jeħtieġ li turi li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru hija protetta minn interferenza mhux awtorizzata waqt it-trasport.

Mhux se jkollok tipprovdi evidenza dwar it-taħriġ tas-sewwieq jew kopja tad-dikjarazzjoni tat-trasportatur meta aġent regolat ikun għamel l-arranġamenti tat-trasport għall-ġbir tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru mill-bini tiegħek.

Responsabbiltajiet tal-kunsinnatur

Jeħtieġ li tiddikjara li se taċċetta spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel mill-ispetturi tal-awtorità xierqa għall-fini ta’ monitoraġġ ta’ dawn l-istandards.

Jeħtieġ ukoll li tiddikjara li tipprovdi [isem l-awtorità xierqa] bid-dettalji rilevanti minnufih iżda tal-anqas fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol jekk:

(a)

ir-responsabbiltà komprensiva għas-sigurtà tkun assenjata lil kwalunkwe persuna għajr dik imsemmija

(b)

ikun hemm kwalunkwe bidla oħra fil-bini jew fil-proċeduri li jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq is-sigurtà

(c)

il-kumpanija tiegħek ma tibqax fin-negozju, ma tibqax tittratta merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jew ma tistax tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti.

Fl-aħħar nett jeħtieġ li tiddikjara li se żżomm l-istandards ta’ sigurtà saż-żjara u/jew l-ispezzjoni sussegwenti tal-validazzjoni fuq il-post.

Imbagħad se tintalab taċċetta r-responsabbiltà sħiħa għad-dikjarazzjoni u tiffirma d-dokument tal-validazzjoni.

NOTI

Apparat esplożiv jew inċendjarju

Apparat esplożiv u inċendjarju armat jista’ jinġarr f’kunsinni ta’ merkanzija jekk ir-rekwiżiti tar-regoli tas-sikurezza kollha jiġu ssodisfati kompletament.

Il-kunsinni minn sorsi oħra

Kunsinnatur magħruf jista’ jgħaddi kunsinni li ma jkunx oriġinahom huwa stess għal għand aġent regolat, bil-kundizzjoni li:

(a)

ikunu separati minn kunsinni li jkun oriġina huwa stess; u

(b)

l-oriġini tkun indikata b’mod ċar fuq il-kunsinna jew fuq id-dokumentazzjoni mehmuża.

It-tali kunsinni kollha għandhom jiġu skrinjati qabel ma jitgħabbew fuq inġenju tal-ajru.”

10.

Id-dokument mehmuż 6-C jiġi sostitwit b’dan li ġej:

DOKUMENT MEHMUŻ 6-C

VALIDAZZJONI TAL-LISTA TA’ VERIFIKA GĦAL KUNSINNATURI MAGĦRUFA

Noti dwar il-mili:

Meta tkun qiegħed timla din il-formola jekk jogħġbok innota li:

L-entrati mmarkati* huma dejta obbligatorja u JEĦTIEĠ li jimtlew,

Jekk it-tweġiba għal kwalunkwe mistoqsija b’tipa grassa hija LE, il-validazzjoni JEĦTIEĠ li tiġi vvalutata bħala INSUFFIĊJENTI. Dan ma japplikax meta l-mistoqsijiet ma jkunux applikabbli,

Il-valutazzjoni ġenerali tista’ tiġi vvalutata biss bħala SUFFIĊJENTI wara li l-kunsinnatur ikun iffirma d-dikjarazzjoni tal-impenji fl-aħħar paġna,

Id-dikjarazzjoni oriġinali tal-impenji jeħtieġ li tinżamm minn jew tkun disponibbli għall-awtorità xierqa sa ma tiskadi l-validazzjoni. Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tingħata wkoll lill-kunsinnatur.

IL-PARTI 1

L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet

1.1.   

Data tal-validazzjoni*

Jekk jogħġbok uża l-format tad-data kif inhu eżatt, eż. 01.10.2010

jj/xx/ssss

 

1.2.   

Data tal-validazzjoni ta’ qabel u l-Identifikatur Uniku fejn ikun applikabbli.

jj/xx/ssss

 

UNI

 

1.3.   

Isem l-organizzazzjoni li se tiġi vvalidata*

Isem

Numru tal-VAT/Numru tal-Kamra tal-Kummerċ/Numru ta’ reġistrazzjoni tal-korporazzjoni (jekk applikabbli)

1.4.   

Isem is-sit li se jiġi vvalidat*

Numru/Unità/Bini

 

Triq

 

Belt

 

Kodiċi postali

 

Pajjiż

 

1.5.   

L-indirizz ewlieni tal-organizzazzjoni (jekk dan ikun differenti minn dak tas-sit li se jiġi vvalidat, sakemm ikun fl-istess pajjiż)

Numru/Unità/Bini

 

Triq

 

Belt

 

Kodiċi postali

 

Pajjiż

 

1.6.

Natura tal-Kummerċ — tipi ta’ merkanzija pproċessati

1.7.   

L-applikant huwa responsabbli għal…?

(a)

Produzzjoni

(b)

Ippakkjar

(c)

Ħżin

(d)

Bgħit

(e)

Oħrajn, jekk jogħġbok speċifika:

 

1.8.

Għadd approssimattiv tal-ħaddiema fuq il-post

1.9.   

Isem u t-titlu tal-persuna responsabbli għas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru

Isem

 

Titlu tax-xogħol

 

1.10.   

Numri ta’ kuntatt bit-telefown

Numru tat-telefown

 

1.11.   

E Indirizz elettroniku*

Indirizz elettroniku

 

IL-PARTI 2

Il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli (“Ħin/lok tal-identifikazzjoni”)

Għan: Li jiġi stabbilit il-punt (jew: il-post) fejn il-merkanzija/posta ssir identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru/posta. Il-ħin/il-lok tal-identifikazzjoni hija ddefinita bħala l-ħila li wieħed jivvaluta meta/fejn il-merkanzija/posta tkun identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru.

2.1.

Permezz ta’ spezzjoni tal-produzzjoni, l-ippakkjar, il-ħżin, l-għażla, il-bgħit u kwalunkwe parti oħra rilevanti, żgura fejn u kif kunsinna tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru ssir identifikabbli bħala tali.

Iddeskrivi:

NB. N.B. Għandu jingħata tagħrif dettaljat dwar il-protezzjoni ta’ merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati fil-Partijiet 5 sa 8.

IL-PARTI 3

Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal

Għan: Li jiġi żgurat li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, persunal tal-aġenziji, sewwieqa) li jkollhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli jkunu ġew soġġetti għal kontroll xieraq ta’ qabel l-impjieg u/jew kontroll tal-isfond kif ukoll jingħataw taħriġ skont il-punt 11.2.7 tar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Barra min hekk, li jiġi żgurat li l-membri kollha tal-persunal li jimplimentaw l-kontrolli tas-sigurtà fir-rigward tal-provvisti jitħarġu skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010.

Jekk il-mistoqsijiet 3.1 u 3.2 ikunu jew ma jkunux bit-tipa grassa (u għalhekk meta t-tweġiba tkun LE l-valutazzjoni jeħtieġ li tkun insuffiċjenti) jiddependi mir-regoli nazzjonali applikabbli tal-Istat fejn jinsab is-sit. Madankollu, tal-anqas waħda minn dawn iż-żewġ mistoqsijiet jeħtieġ li tkun bit-tipa grassa, u permezz ta’ dan jista’ jkun permess li fejn ikun twettaq kontroll tal-isfond, kontroll ta’ qabel l-impjieg ma jkunx meħtieġ aktar. Jeħtieġ li l-persuna responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà dejjem isirilha kontroll tal-isfond.)

3.1.   

Hemm proċedura ta’ reklutaġġ għall-membri kollha tal-persunal li għandhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli li tinkludi kontroll ta’ qabel l-impjieg skont il-punt 11.1.4 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010? Dan japplika għall-persunal irreklutat wara [id-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008].

IVA jew LE

 

Jekk IVA, liema tip

 

3.2.   Din il-proċedura ta’ reklutaġġ tinkludi wkoll kontroll tal-isfond, inkluż kontroll tar-reġistri kriminali, skont il-punt 11.1.3 tal-Anness tar-Regolament 185/2010?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, liema tip

 

3.3.   Il-proċess tal-ħatra tal-persuna msemmija responsabbli għall-applikazzjoni u s-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà fuq il-post jinkudi rekwiżit għall-kontroll tal-isfond, inkluż kontroll tar-reġistri kriminali skont il-punt 11.1.3 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

3.4.   Il-persuni b’aċċess għall-merkanzija tal-ajru indentifikabbli/posta tal-ajru identifikabbli jirċievu taħriġ ġenerali ta’ għarfien dwar is-sigurtà skont il-punt 11.2.7 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 qabel ma jingħataw aċċess għal dawn il-provvisti? Il-kontrolli tas-sigurtà ta’ implimentazzjoni tal-membri tal-persunal fir-rigward ta’ provvisti jirċievu t-taħriġ skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

3.5.   Il-membri tal-persunal (kif imsemmi hawn fuq) jirċievu taħriġ ta’ aġġornament skont il-frekwenza stabbilita għal dan it-taħriġ?

IVA jew LE

 

3.6.   Valutazzjoni — il-miżuri huma biżżejjed sabiex jiżguraw li l-membri kollha tal-persunal li għandhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli u l-membri tal-persunal li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew irreklutati u mħarrġa skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

IL-PARTI 4

Is-sigurtà fiżika

Għan: Li jiġi stabbilit jekk hemmx livell ta’ sigurtà (fiżika) fis-sit jew fil-bini li huwa biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tkun protetta minn interferenza mhux awtorizzata.

4.1.   

Is-sit huwa protett minn ċint fiżiku jew barriera?

IVA jew LE

 

4.2.   

Il-punti ta’ aċċess għas-sit kollha huma soġġetti għall-kontroll fuq l-aċċess?

IVA jew LE

 

4.3.   

Jekk IVA, il-punti ta’ aċċess huma…?

Issorveljati mill-persunal:

 

Manwal

 

Awtomatiċi

 

Elettroniċi

Oħrajn, speċifika

4.4.   

Il-bini għandu kostruzzjoni solida?

IVA jew LE

 

4.5.   

Il-bini għandu sistema effikaċi tal-allarm?

IVA jew LE

 

4.6.   

Il-bini għandu sistema effikaċi tas-CCTV?

IVA jew LE

 

4.7.   

Jekk iva, l-immaġnijiet tas-CCTV jiġu rrekordjati?

IVA jew LE

 

4.8.   

Il-bibien, it-twieqi u l-punti l-oħra ta’ aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli sikuri jew soġġetti għall-kontroll fuq l-aċċess?

IVA jew LE

 

4.9.

Jekk le, speċifika r-raġunijiet

4.10.   Valutazzjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-organizzazzjoni huma biżżejjed sabiex jevitaw aċċess mhux awtorizzat għal dawk il-partijiet tas-sit u l-bini fejn tiġi pproċessata jew maħżuna l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

IL-PARTI 5

Il-produzzjoni

Għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-produzzjoni.

5.1.   

L-aċċess għaż-żona tal-produzzjoni huwa kkontrollat?

IVA jew LE

 

5.2.

Jekk IVA, kif?

5.3.   

Il-proċess tal-produzzjoni huwa taħt sorveljanza?

IVA jew LE

 

5.4.

Jekk IVA, kif?

5.5.   

Jeżistu kontrolli li jevitaw it-tbagħbis fl-istadju tal-produzzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

5.6.   Valutazzjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-organizzazzjoni huma biżżejjed sabiex jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati tul il-produzzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

IL-PARTI 6

L-ippakkjar

Għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-ippakkjar.

6.1.   

Il-proċess tal-ippakkjar huwa taħt sorveljanza?

IVA jew LE

 

6.2.

Jekk IVA, kif?

6.3.   

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-imballaġġ ta’ barra meta jkun lest:

(a)   

Meta jitlesta, l-imballaġġ ta’ barra huwa sod?

IVA jew LE

 

Iddeskrivi:

 

(b)   

Meta jitlesta, l-imballaġġ ta’ barra juri li ma jkunx ġie mbagħbas?

IVA jew LE

 

Iddeskrivi:

 

6.4.(a)   

Jintużaw siġilli nnumerati, tejp tas-sigurtà jew timbri speċjali sabiex jintwera li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru ma ġietx imbagħbsa?

IVA jew LE

 

Jekk IVA:

 

6.4.(b)   

Is-siġilli nnumerati, it-tejp tas-sigurtà jew it-timbri speċjali jinżammu f’kundizzjonijiet sikuri meta ma jkunux qegħdin jintużaw?

IVA jew LE

 

Iddeskrivi:

 

6.4.(c)   

Il-produzzjoni tas-siġilli nnumerati, it-tejp tas-sigurtà, u/jew it-timbri hija kkontrollata?

IVA jew LE

 

Iddeskrivi:

 

6.5.

Jekk it-tweġiba għal 6.4 (a) hija IVA, kif isir dan il-kontroll?

6.6   Valutazzjoni: Il-proċeduri tal-ippakkjar huma biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzati?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

IL-PARTI 7

Il-ħażna

Għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-ħżin.

7.1.   

Meta tkun lesta u ppakkjata, il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tinħażen b’mod sikur u jiġi ċċekkjat jekk kienx hemm tbagħbis?

IVA jew LE

 

7.2.   Valutazzjoni: Il-proċeduri tal-ħżin huma biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tkun protetta minn interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzati?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

IL-PARTI 8

Il-bgħit

Għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-bgħit.

8.1.   

L-aċċess għaż-żona tal-bgħit huwa kkontrollat?

IVA jew LE

 

8.2.

Jekk IVA, kif?

8.3.   

Min għandu aċċess għaż-żona tal-bgħit?

L-impjegati?

IVA jew LE

 

Is-sewwieqa?

IVA jew LE

 

Il-viżitaturi?

IVA jew LE

 

Il-kuntratturi

IVA jew LE

 

8.4.   Valutazzjoni: Il-protezzjoni hija biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tkun protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati fiż-żona tal-bgħit?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

IL-PARTI 8A

Il-kunsinni minn sorsi oħra

Għan: li jiġu stabbiliti proċeduri sabiex ikunu ttrattati kunsinni mhux sikuri.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet biss jekk il-kunsinni għat-trasport bl-ajru qegħdin jiġu aċċettati minn kumpaniji oħra.

8 A.1.   Il-kumpanija taċċetta kunsinni ta’ merkanzija maħsuba għat-trasport bl-ajru minn kwalunkwe kumpanija oħra?

IVA JEW LE

 

8 A.2.

Jekk IVA, dawn kif jinżammu separati mill-merkanzija tal-kumpanija stess u kif jiġu identifikati għall-aġent regolat/it-trasportatur?

IL-PARTI 9

It-trasportazzjoni

Għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati.

9.1.   

Il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru kif tiġi ttrasportata għal għand l-aġent regolat?

(a)   

Mill-aġent regolat, jew f’ismu?

IVA jew LE

 

(b)   

Bit-trasport tal-kunsinnatur stess?

IVA jew LE

 

(c)   

Minn kuntrattur li jintuża mill-kunsinnatur?

IVA jew LE

 

9.2.   Meta kunsinnatur juża kuntrattur:

IVA jew LE

 

Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin biss meta 9.1(b) jew 9.1(c) japplikaw

9.3.   

Il-kompartiment tal-merkanzija tal-vettura tat-trasport jista’ jiġi assigurat?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika kif…

9.4.(a)   

Meta l-kompartiment tal-merkanzija tal-vettura tat-trasport jista’ jiġi assigurat, jintużaw siġilli nnumerati?

IVA jew LE

 

9.4.(b)   

Meta jintużaw is-siġilli nnumerati, l-aċċess għas-siġilli jkun ikkontrollat u n-numri jiġu rreġistrati malli jinħarġu?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika kif...

 

9.5.   

Meta l-kompartiment tal-merkanzija tal-vettura tat-trasport ma jkunx jista’ jiġi assigurat, ikun jista’ jintwera li l-merkanzija/posta ma ġietx imbagħbsa?

IVA jew LE

9.6.

Jekk IVA, iddeskrivi x’tip ta’ evidenza tintuża biex jintwera li ma kienx hemm tbagħbis

9.7.

Jekk LE, kif jinżamm sikur?

9.8.   Valutazzjoni: Il-miżuri huma biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza u/jew tbagħbis waqt it-trasport?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Dikjarazzjoni tal-impenji

Niddikjara li:

Se naċċetta spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel mill-ispetturi tal-awtorità xierqa għall-fini ta’ monitoraġġ ta’ dawn l-istandards. Jekk l-ispettur jiskopri kwalunkwe nuqqas serju fis-sigurtà, dan jista’ jwassal għall-irtirar tal-istat tiegħi bħala kunsinnatur magħruf.

Se nipprovdi [isem l-awtorità xierqa] bid-dettalji rilevanti minnufih iżda tal-anqas fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol jekk:

ir-responsabbiltà komprensiva għas-sigurtà tkun assenjata lil kwalunkwe persuna għajr dik imsemmija fil-punt 1.9,

ikun hemm kwalunkwe bidla oħra fil-bini jew fil-proċeduri li jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq is-sigurtà, u

il-kumpanija ma tibqax fin-negozju, ma tibqax tittratta merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jew ma tistax tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti.

Se nżomm l-istandards ta’ sigurtà saż-żjara u/jew l-ispezzjoni sussegwenti tal-validazzjoni fuq il-post,

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Iffirmat

Pożizzjoni fil-kumpanija

 

Valutazzjoni (u notifika)

Suffiċjenza/Insuffiċjenza

 

Meta l-valutazzjoni ġenerali hija insuffiċjenza, elenka hawn taħt il-partijiet fejn il-kunsinnatur jonqos milli jilħaq l-istandard ta’ sigurtà meħtieġ jew għandu vulnerabilità speċifika. Agħti parir ukoll dwar l-aġġustamenti meħtieġa sabiex jintlaħaq l-istandard meħtieġ u għalhekk sabiex ikollu suffiċjenza.

Iffirmat

(Isem il-validatur)

11.

Id-Dokument mehmuż 6-C3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-kliem “Referenza: Il-punt 6.8.3.1” fil-ħames paragrafu tal-Parti 4 jitħassar.

(b)

Is-seba’ paragrafu tal-Parti 5 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Referenza: Punt 6.8.3”

(c)

Il-ħames paragrafu tal-Parti 7 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Referenza: Il-punti 6.8.3.1, 6.8.3.2, 6.8.3.3 kif ukoll 6.2.1 u 6.7”

(d)

L-ewwel paragrafu tal-Parti 11 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Għan: Wara li jivvaluta l-għaxar partijiet preċedenti ta’ din il-lista ta’ kontroll, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk il-verifika tiegħu fuq il-post tikkorrespondix mal-kontenut tal-parti tal-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru li tiddeskrivi l-miżuri għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u jekk il-kontrolli tas-sigurtà jimplimentawx biżżejjed l-objettivi elenkati f’din il-lista ta’ kontroll.”

12.

Il-Punt 6-Fiii tad-Dokument Mehmuż 6-F jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“6-Fiii

L-ATTIVITAJIET TA’ VALIDAZZJONI TA’ PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IL-KAPITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA EKWIVALENTI GĦALL-VALIDAZZJONI TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE”;

13.

Fid-Dokument Mehmuż 8-B, fl-ewwel inċiż, il-punt (b) jinbidel b’li gej:

“(b)

tiżgura li l-persuni b’aċċess għall-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ ġenerali ta’ għarfien dwar is-sigurtà skont il-punt 11.2.7 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 qabel ma jingħataw aċċess għal dawn il-provvisti. Barra minn hekk, tiżgura li persuni li jimplimentaw l-iskrinjar tal-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ skont 11.2.3.3 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u l-persuni li jimplimentaw kontrolli oħra ta’ sigurtà fir-rigward tal-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ skont 11.2.3.10 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010; u”;

14.

Il-Kapitolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 9.0.2(a) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

‘provvisti tal-ajruporti’ tfisser l-oġġetti kollha maħsuba biex jinbiegħu, jintużaw jew ikunu disponibbli għal kwalunkwe skop jew attività fiż-żona ta’ sigurtà ristretta tal-ajruporti, ħlief ‘oġġetti li jinġarru minn persuni li ma jkunux passiġġieri’;”;

(b)

Il-punt 9.1.1.1(b) hu sostitwit b’li ġej:

“(b)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati lill-provvisti minn fornitur magħruf u l-provvisti ma jkunux ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-waqt li dawk il-kontrolli jkunu ġew applikati sat-twassil fiż-żona ta’ sigurtà ristretta.”;

15.

Fid-Dokument Mehmuż 9-A, fl-ewwel inċiż, il-punt (b) jinbidel b’li gej:

“(b)

tiżgura li l-persuni b’aċċess għall-provvisti għall-ajruport jirċievu taħriġ ġenerali ta’ għarfien dwar is-sigurtà skont il-punt 11.2.7 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 qabel ma jingħataw aċċess għal dawn il-provvisti; u Barra minn hekk, tiżgura li persuni li jimplimentaw l-iskrinjar tal-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ skont il-punt 11.2.3.3 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u l-persuni li jimplimentaw kontrolli oħra ta’ sigurtà fir-rigward tal-provvisti għall-ajruport jirċievu taħriġ skont 11.2.3.10 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010; u”;

16.

Il-Kapitolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 11.1.5 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“11.1.5.

Kontrolli tal-isfond jew ta’ qabel l-impjieg għandhom isiru qabel ma l-persuna tattendi kwalunkwe taħriġ tas-sigurtà li jinvolvi aċċess għat-tagħrif li ma jkunx disponibbli pubblikament. Il-kontrolli tal-isfond għandhom jiġu rripetuti f’intervalli regolari li ma jaqbżux il-ħames snin.”;

(b)

Il-Punt 11.2.3.7(b) hu sostitwit b’li ġej:

“(b)

għarfien dwar proċeduri għall-issiġillar tal-inġenju tal-ajru, jekk applikabbli għall-persuna li se titħarreġ.”;

(c)

L-ewwel sentenza tal-punt 11.2.3.9 hija mibdula b’dan li ġej:

“It-taħriġ tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli ta’ sigurtà ta’ merkanzija u posta minbarra l-iskrinjar għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:”

(d)

Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-punt 11.2.6.1:

“Għal raġunijiet oġġettivi, l-awtorità xierqa tista’ teżenta persuni minn dan ir-rekwiżit ta’ taħriġ jekk l-aċċess tagħhom hija limitata għaż-żoni fit-terminal aċċessibbli għall-passiġġieri.”;

(e)

Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-punt 11.3.1:

“Persuni li jwettqu kompiti ta’ prestazzjoni kif elenkati fil-punt 11.2.3.3 jistgħu jiġu eżentati minn dawn ir-rekwiżiti jekk huma biss awtorizzati li jimplimentaw kontrolli viżwali u/jew tfittxijiet bl-idejn.”;

(f)

Il-punt 11.5.3(a) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

għandhom l-għarfien u l-kompetenzi speċifikati fil-punt 11.5.4; u”;

(g)

L-ewwel sentenza tal-punt 11.5.4 għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Sabiex wieħed jiġi ċċertifikat bħala persuna kwalifikata sabiex tagħti t-taħriġ iddefinit fil-punti 11.2.3.1 sa 11.2.3.5 u fil-punti 11.2.4 (sakemm ma jikkonċernax it-taħriġ ta’ superviżuri li jissorveljaw esklussivament persuni msemmija fil-punti 11.2.3.6 to 11.2.3.10) u 11.2.5, għandu jkollu għarfien dwar l-ambjent tax-xogħol fil-qasam rilevanti tas-sigurtà tal-avjazzjoni u l-kwalifiki u l-kompetenzi fl-oqsma li ġejjin:”;

17.

Il-Kapitolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 12.1.2.2 jinbidel b’dan li ġej:

“12.1.2.2.

Il-WTMD kollha użati esklussivament għall-iskrinjar tal-persuni li ma jkunux passiġġieri għandhom jissodisfaw l-istandard 1.”;

(b)

It-taqsimiet 12.5.1.4 u 12.5.1.5 il-ġodda huma miżjuda:

“12.5.1.4.

Għandu jkun hemm amministratur tat-TIP responsabbli għall-ġestjoni tal-konfigurazzjoni tas-sistema TIP.

12.5.1.5.

L-awtorità xierqa għandha tissorvelja regolarment l-implimentazzjoni korretta tas-sistemi TIP u tiżgura li s-sistemi jkunu kkonfigurati b’mod korrett, inkluż il-projezzjoni realistika u rilevanti ta’ oġġetti, li huma konformi mar-rekwiżiti u li għandhom libreriji tal-immaġnijiet aġġornati.”;

(c)

Il-punt 12.8.2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“12.8.2.

Qabel l-introduzzjoni ppjanata tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miktub dwar il-metodu ta’ skrinjar propost li jkun biħsiebu jippermetti, filwaqt li jinkludi valutazzjoni ta’ kif se jiggarantixxi li l-applikazzjoni tal-metodu l-ġdid se tissodisfa r-rekwiżit tal-punt 12.8.1(b). In-notifika għandu jkun fiha wkoll tagħrif dettaljat dwar il-post(ijiet) fejn huwa ppjanat li se jintuża l-metodu tal-iskrinjar u t-tul previst tal-perjodu ta’ evalwazzjoni.”;

(d)

Jiddaħħal il-punt 12.10 segwenti:

“12.10.   TAGĦMIR GĦALL-INDIVIDWAZZJONI TAL-METALL (MDE)

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-użu tal-MDE huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.”.


Top