EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013L0029

Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi (Riformulazzjoni) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 178, 28.6.2013, p. 27–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 066 P. 177 - 215

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/29/oj

28.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/27


DIRETTIVA 2013/29/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Ġunju 2013

dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi (Riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Europea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 dwar it-tqegħid fis-suq tal-oġġetti pirotekniċi (3) ġiet emendata sostanzjalment (4). Billi huma meħtieġa aktar emendi, fl-interess taċ-ċarezza, din id-Direttiva għandha tiġi riformulata.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (5) jistipula regoli dwar l-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli ta’ prodotti minn pajjiżi terzi, u jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-marka CE.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (6) tistipula prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza intenzjonati biex japplikaw għal leġiżlazzjoni settorali sabiex jipprovdu bażi koerenti għat-tfassil, ir-reviżjoni jew ir-riformulazzjonijiet ta’ dik il-leġiżlazzjoni. Id-Direttiva 2007/23/KE għandha tkun adattata għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

Il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istati Membri fir-rigward tad-disponibbiltà fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi huma diverġenti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ aspetti bħall-karatteristiċi tas-sikurezza u tal-prestazzjoni.

(5)

Il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, ġaladarba jistgħu jikkawżaw ostakoli għall-kummerċ tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġu armonizzati sabiex jiggarantixxu l-moviment liberu ta’ oġġetti pirotekniċi fis-suq intern filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għas-sikurezza u ta’ protezzjoni għall-konsumaturi u għall-utenti aħħarija professjonali. Dan it-tip ta’ livell għoli ta’ protezzjoni għandu jinkludi li jiġu osservati limiti rilevanti tal-età assoċjata mal-utenti ta’ oġġetti pirotekniċi.

(6)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta’ splużivi għall-użu ċivili (7) teskludi l-oġġetti pirotekniċi mill-ambitu tagħha.

(7)

Is-sigurtà matul il-ħżin hija regolata bid-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (8) li tistabbilixxi rekwiżiti ta’ sikurezza għall-istabbilimenti fejn ikun hemm preżenti splużivi, inklużi sustanzi pirotekniċi.

(8)

Fir-rigward tas-sikurezza fit-trasport, ir-regoli dwar it-trasport ta’ oġġetti pirotekniċi huma koperti minn konvenzjonijiet u ftehimiet internazzjonali, inklużi r-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi. Għalhekk dawn l-aspetti ma għandhomx jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ din id-Direttiva.

(9)

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-forom kollha ta’ provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod.

(10)

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal oġġetti pirotekniċi li għalihom japplikaw id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar it-tagħmir marittimu (9) u l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti msemmija fiha. Din ma għandhiex tapplika għall-kaps tad-daqqa intiżi għal ġugarelli li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (10).

(11)

Il-logħob tan-nar li hu magħmul minn manifattur għall-użu tiegħu stess u approvat mill-Istat Membru għall-użu esklużiv fit-territorju tiegħu minn manifattur stabbilit hemm, u li jibqa’ fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru ma għandux jitqies bħala mqiegħed fis-suq u għalhekk ma għandux ikun meħtieġ jikkonforma ma’ din id-Direttiva.

(12)

Fejn ikunu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, ma għandux ikun possibbli għall-Istati Membri li jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu l-moviment liberu tal-oġġetti pirotekniċi. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali dwar il-ħruġ ta’ liċenzji lil manifatturi, distributuri u importaturi mill-Istati Membri.

(13)

Fis-sens ta’ oġġetti pirotekniċi għandhom ikunu inklużi, logħob tan-nar, oġġetti pirotekniċi teatrali u oġġetti pirotekniċi oħra maħsuba għal raġunijiet tekniċi, bħal ġeneraturi tal-gass użati għall-airbags jew għall-pretensioners taċ-ċinturini tas-sikurezza.

(14)

Sabiex jiġu żgurati livelli għolja xierqa ta’ protezzjoni, l-oġġetti pirotekniċi għandhom jiġu kategorizzati skont il-livell ta’ periklu tagħhom fir-rigward tat-tip ta’ użu, tal-iskop jew tal-livell ta’ ħoss tagħhom.

(15)

Fid-dawl tal-perikli inerenti fl-użu ta’ oġġetti pirotekniċi, huwa kunsiljabbli li jiġu stabbiliti l-limiti ta’ età biex isiru disponibbli għal persuni u għall-użu tagħhom, u li jkun żgurat li t-tikketti tagħhom juru informazzjoni suffiċjenti u adegwata għall-użu bla periklu, sabiex ikunu protetti s-saħħa tal-bniedem, is-sikurezza u l-ambjent. Ċerti oġġetti pirotekniċi għandhom ikunu disponibbli biss għal persuni li jkollhom il-konoxxenza, il-kapaċitajiet u l-esperjenza neċessarji. Huwa kunsiljabbli li, fir-rigward ta’ oġġetti pirotekniċi għall-vetturi, ir-rekwiżiti għall-ittikkettar iqisu l-prattika kurrenti kif ukoll il-fatt li dawn l-oġġetti huma fornuti esklussivament lil utenti professjonali.

(16)

L-użu ta’ oġġetti pirotekniċi u, b’mod partikolari, l-użu tal-logħob tan-nar, huwa suġġett għal drawwiet u tradizzjonijiet kulturali diverġenti ħafna fl-Istati Membri rispettivi. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jkunu permessi jieħdu miżuri nazzjonali sabiex jillimitaw l-użu jew il-bejgħ ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti pirotekniċi lill-pubbliku ġenerali għal raġunijiet ta’ sigurtà jew tas-saħħa u s-sikurezza pubblika.

(17)

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-oġġetti pirotekniċi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina ta’ forniment, sabiex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħalma huma s-saħħa u s-sigurtà, u l-protezzjoni tal-konsumaturi u biex jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(18)

L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq dawk il-prodotti biss li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur ekonomiku fil-proċess tal-katina tal-forniment u tad-distribuzzjoni.

(19)

Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi jinkludu indirizz tal-websajt minbarra l-indirizz postali.

(20)

Il-manifattur, li jkollu konoxxenza dettaljata tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jesegwixxi l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità. Il-valutazzjoni tal-konformità għalhekk għandha tibqa’ l-obbligu tal-manifattur biss.

(21)

Jeħtieġ li jkun żgurat li l-oġġetti pirotekniċi minn pajjiżi terzi li jidħlu fl-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ma’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta’ dawk l-oġġetti pirotekniċi. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li l-oġġetti pirotekniċi li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u biex dawn ma jqiegħdux fis-suq oġġetti pirotekniċi li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw xi riskju. Għandha ssir ukoll dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li jkunu saru l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u li l-marki tal-oġġetti pirotekniċi u d-dokumentazzjoni magħmulin mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta’ sorveljanza.

(22)

Id-distributur jagħmel disponibbli oġġett pirotekniku fis-suq wara li dan ikun tqiegħed fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, u għandu jaġixxi bil-kura dovuta sabiex jiżgura li t-trattament tiegħu tal-oġġetti pirotekniċi min-naħa tiegħu ma jolqotx ħażin il-konformità tal-oġġett pirotekniku.

(23)

Kull operatur ekonomiku li jqiegħed oġġett pirotekniku f’ismu jew bit-trademark tiegħu jew jimmodifika oġġett pirotekniku b’mod li dan jista’ jinċidi fuq il-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, għandu jitqies bħala manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(24)

Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandhom ikunu involuti fix-xogħol tas-sorveljanza tas-suq li jsir minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u għandhom jitħejjew biex jipparteċipaw b’mod attiv, billi jagħtu lil dawk l-awtoritajiet l-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-oġġett pirotekniku kkonċernat.

(25)

Meta tinżamm l-informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva għall-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi oħra, l-operaturi ekonomiċi m’għandhomx ikunu mitluba li jaġġornaw din l-informazzjoni fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jkunu għaddewlhom oġġett pirotekniku jew ta’ dawk li lilhom għaddew oġġett pirotekniku.

(26)

Huwa kunsiljabbli li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza għall-oġġetti pirotekniċi sabiex ikun protett il-konsumatur u sabiex jiġu evitati l-aċċidenti.

(27)

Xi oġġetti pirotekniċi, partikolarment oġġetti pirotekniċi għall-vetturi bħal ġeneraturi tal-gass tal-airbag, fihom ammonti żgħar ta’ aġenti detonattivi kummerċjali u splużivi militari. Wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/23/KE sar ovvju li mhux se jkun possibbli li dawn is-sustanzi jinbidlu f’addittivi f’kompożizzjonijiet strettament kombustivi, fejn jintużaw biex jittejjeb il-bilanċ enerġetiku. Ir-rekwiżit essenzjali tas-sigurtà, li jirrestrinġi l-użu tal-aġenti detonattivi kummerċjali u l-isplużivi militari, għalhekk għandu jkun modifikat.

(28)

Sabiex jiffaċilitaw il-valutazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza stipulati f’din id-Direttiva, hemm bżonn ta’ dispożizzjoni għal preżunzjoni ta’ konformità għall-oġġetti pirotekniċi li huma f’konformità mal-istandards armonizzati li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) għall-iskop biex ikunu espressi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta’ dawk ir-rekwiżiti.

(29)

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jipprovdi għal proċedura għal oġġezzjonijiet kontra standards armonizzati fejn dawk l-istandards ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

(30)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru, u biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżguraw, li l-oġġetti pirotekniċi li jsiru disponibbli fis-suq huma konformi mar-rekwiżiti tas-sigurtà essenzjali, hemm bżonn li jkun provdut għal proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tistabbilixxi moduli għal proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jinkludu proċeduri mill-anqas sal-aktar stretti, fi proporzjon mal-livell ta’ riskju involut u l-livell ta’ sikurezza meħtieġa. Sabiex tkun żgurata l-koerenza intersettorjali u biex ikunu evitati varjanti ad hoc, il-proċeduri dwar il-valutazzjoni tal-konformità għandhom jintgħażlu minn fost dawk il-moduli.

(31)

Il-manifatturi għandhom jimlew dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE biex jipprovdu informazzjoni mitluba taħt din id-Direttiva dwar il-konformità tal-oġġett pirotekniku bir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti oħra tal-armonizzazzjoni.

(32)

Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għal informazzjoni għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni mitluba biex ikunu identifikati l-atti applikabbli kollha tal-Unjoni għandha tkun disponibbli f’dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dik id-dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE tista’ tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet rilevanti individwali ta’ konformità.

(33)

Il-marka CE, li tindika l-konformità ta’ oġġett pirotekniku, hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f’sens wiesa’. Prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE għandhom jiġu stipulati f’din id-Direttiva.

(34)

Il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti f’din id-Direttiva jirrikjedu l-intervent tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, li jiġu notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(35)

L-esperjenza wriet li l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2007/23/KE li korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom josservaw biex ikunu notifikati lill-Kummissjoni mhumiex suffiċjenti biex jiżguraw livell uniformi għoli ta’ operat ta’ korpi notifikati fl-Unjoni Ewropea kollha. Iżda huwa essenzjali li l-korpi kollha notifikati jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fuq l-istess livell u skont kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Dan jitlob li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità li jixtiequ li jkunu notifikati sabiex jagħtu servizzi ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

(36)

Sabiex ikun żgurat livell konsistenti tal-kwalità tal-valutazzjoni tal-konformità jeħtieġ ukoll li jkunu ffissati rekwiżiti għall-awtoritajiet li jinnotifikaw u korpi oħra involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u l-monitoraġġ tal-korpi notifikati.

(37)

Is-sistema stabbilita f’din id-Direttiva għandha tkun ikkomplementata mis-sistema ta’ akkreditament kif prevista fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Billi l-akkreditazzjoni hija mezz essenzjali ta’ verifika tal-kompetenza ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, għandha tintuża wkoll għal finijiet ta’ notifika.

(38)

L-akkreditazzjoni trasparenti kif prevista fir-Regolament (KE) Nru 765/2008, li tiżgura l-livell neċessarju ta’ fiduċja fiċ-ċertifikati ta’ konformità, għandha tkun ikkunsidrata mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fl-Unjoni kollha bħala l-mezz preferut li juri l-kompetenza teknika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu li għandhom f’idejhom il-mezzi xierqa biex jagħmlu dik il-valutazzjoni huma stess. F’dawn il-każijiet, sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ kredibbiltà tal-valutazzjonijiet eżegwiti minn awtoritajiet nazzjonali oħra, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-evidenza dokumentarja meħtieġa li turi l-konformità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jiġu evalwati, mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.

(39)

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità sikwit jagħtu b’subappalt partijiet mix-xogħol tagħhom konness mal-valutazzjoni tal-konformità jew jgħadduh lil sussidjarju. Biex ikun salvagwardjat livell għoli ta’ protezzjoni meħtieġ għall-prodotti jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, huwa essenzjali li s-subappaltaturi tal-valutazzjoni tal-konformità u s-sussidjarji jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-korpi notifikati fir-rigward tat-twettiq ta’ kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Għalhekk huwa importanti li l-valutazzjoni tal-kompetenza u l-prestazzjoni ta’ korpi li trid tiġi notifikata u l-monitoraġġ ta’ korpi diġà notifikati jkopru wkoll l-attivitajiet mwettqa minn subappaltaturi u sussidjarji.

(40)

Jeħtieġ li jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċedura tan-notifika u b’mod partikolari, li tiġi adattata għal teknoloġiji ġodda biex tkun tista’ ssir notifika onlajn.

(41)

Ladarba korpi notifikati jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fit-territorju kollu tal-Unjoni, huwa xieraq li Stati Membri oħra u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jagħmlu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-korp notifikat. Huwa, għalhekk importanti li jkun previst perjodu li matulu kull dubju jew tħassib dwar il-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu jistgħu jiġu kkjarifikati qabel ma jibdew jaħdmu bħala korpi notifikati.

(42)

Fl-interessi tal-kompetittività huwa kruċjali li l-korpi notifikati japplikaw il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità mingħajr ma joħolqu xi piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni u biex ikun żgurat trattament ugwali ta’ operaturi ekonomiċi, għandha tkun żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni teknika tal-moduli. Dak jista’ jsir l-aħjar permezz ta’ koordinazzzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati.

(43)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk, meta jkunu maħżuna kif suppost u użati għall-għan li huma maħsuba għalih, jew skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, huma ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa u għas-sikurezza tal-persuni. L-oġġetti pirotekniċi għandhom ikunu kkunsidrati bħala mhux konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti f’din id-Direttiva biss skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, jiġifieri meta dan l-użu jista’ jirriżulta minn imġiba umana legali u faċilment prevedibbli.

(44)

Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, hemm bżonn li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fl-Unjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplikaw għall-oġġetti pirotekniċi. Din id-Direttiva ma għandhiex ma tħallix Stati Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu dawn il-ħidmiet.

(45)

Huwa kunsiljabbli li l-gruppi ta’ oġġetti pirotekniċi li jkunu simili fit-tfassil, fil-funzjoni jew fil-prestazzjoni jiġu evalwati mill-korpi notifikati bħala familji ta’ prodotti.

(46)

Hemm bżonn ta’ proċedura ta’ salvagwardja li tippermetti l-possibbiltà tal-kontestazzjoni tal-konformità ta’ oġġett pirotekniku. Biex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura ta’ salvagwardja, bil-għan li ssir aktar effiċjenti u biex jintużaw il-ħiliet esperti li jistgħu jinkisbu mill-Istati Membri.

(47)

Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu informati b’miżuri maħsubin biex jittieħdu fir-rigward ta’ oġġetti li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew is-sigurtà ta’ persuni jew aspetti ta’ protezzjoni ta’ interess pubbliku. Għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju minn qabel dwar dawk l-oġġetti pirotekniċi.

(48)

Fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru, ma jkunx hemm il-ħtieġa li l-Kummissjoni jkollha tinvolvi lilha nnifisha aktar, ħlief fejn in-nuqqas ta’ konformità jkun jista’ jiġi attribwit lin-nuqqasijiet f’xi standard armonizzat.

(49)

Huwa fl-interessi tal-manifattur u tal-importatur li jkunu forniti oġġetti pirotekniċi sikuri sabiex jiġu evitati spejjeż ta’ responsabbiltà għal prodotti difettużi li jagħmlu ħsara lill-individwi u l-proprjetà privata. F’dan ir-rigward, id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għal prodotti difettużi (12) tikkumplimenta din id-Direttiva, billi d-Direttiva 85/374/KEE timponi reġim strett ta’ responsabbiltà fuq il-manifatturi u l-importaturi u tiżgura livell xieraq ta’ protezzjoni għall-konsumaturi. Barra minn hekk, id-Direttiva 85/374/KEE tistipula li korpi notifikati għandhom ikunu assikurati b’mod adegwat fir-rigward tal-attivitajiet professjonali tagħhom, ħlief jekk ir-responsabbiltà tagħhom tintrefa mill-Istat skont il-liġi nazzjonali, jew l-Istat Membru nnifsu jkun direttament responsabbli għat-testijiet.

(50)

Sabiex jiġi żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (13).

(51)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jitolbu l-Istat Membru tan-notifika jieħu miżuri korrettivi fir-rigward ta’ korpi notifikati li ma jissodisfawx jew m’għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti għan-notifikazzjoni tagħhom.

(52)

Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw sistema uniformi ta’ nnumerar għall-identifikazzjoni tal-oġġetti pirotekniċi u l-arranġamenti prattiċi għal reġistru b’numri ta’ reġistrazzjoni tal-oġġetti pirotekniċi kif ukoll għall-ġbir u l-aġġornament regolari ta’dejta relatata mal-oġġetti pirotekniċi

(53)

Il-proċedura ta’ eżami għandha wkoll tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ oġġetti pirotekniċi konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni u ta’ aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku.

(54)

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma’ oġġetti pirotekniċi konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

(55)

Bi qbil mal-prattika stabbilita, il-kumitat imwaqqaf minn din id-Direttiva jista’ jkollu rwol utli fl-eżaminar ta’ kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mqajma jew mill-president tagħha jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru skont ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(56)

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u, minħabba n-natura speċjali tagħhom, waqt li taġixxi mingħajr l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, tiddetermina jekk il-miżuri meħuda mill-Istati Membri fir-rigward ta’ oġġetti pirotekniċi li ma jkunux konformi humiex ġustifikati jew le.

(57)

Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu infurzati. Huwa meħtieġ li l-penali stipulati jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(58)

Il-manifatturi u l-importaturi għandhom bżonn jingħataw żmien biex jeżerċitaw kwalunkwe dritt taħt ir-regoli nazzjonali fis-seħħ qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, sabiex pereżempju jbigħu l-istokk tagħhom ta’ prodotti manifatturati. Hemm bżonn, għalhekk, li jkunu previsti arranġamenti tranżizzjonali raġonevoli li jippermettu li jagħmlu disponibbli fis-suq, mingħajr il-ħtieġa ta’ konformità ma’ rekwiżiti addizzjonali tal-prodott ta’ oġġetti pirotekniċi li kienu diġà tqiegħdu fis-suq taħt id-Direttiva 2007/23/KE qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Id-distributuri għandhom, għalhekk, ikunu jistgħu jfornu oġġetti pirotekniċi li tqiegħdu fis-suq, jiġifieri stokk li diġà jinsab fil-katina tad-distribuzzjoni, qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

(59)

L-oġġetti pirotekniċi għal vetturi huma mfassla għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-vettura u għalhekk jitolbu arranġamenti tranżizzjonali speċjali. Hu meħtieġ li tali oġġett pirotekniku jikkonforma mar-rekwiżiti tal-liġi applikabbli fil-ħin meta jsir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq u għal perjodu tat-tul tal-ħajja tal-vettura li fiha jkun installat.

(60)

Sabiex ikun żgurat l-użu mhux interrott ta’ ċerti oġġetti pirotekniċi, b’mod partikolari fl-industrija tal-karozzi, hu meħtieġ li jiġi applikat il-punt 4 tal-Anness I mill-4 ta’ Lulju 2013.

(61)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva jiġifieri li jkun żgurat li l-oġġetti pirotekniċi fis-suq jissodisfaw rekwiżiti li jipprevedu livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħa u sigurtà u interessi pubbliċi oħra, waqt li jiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista’, għalhekk minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjon, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(62)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġie mid-Direttiva 2007/23/KE.

(63)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness IV, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli mfasslin bil-ħsieb li jinkiseb il-moviment liberu tal-oġġetti pirotekniċi fis-suq intern filwaqt li jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u ta’ sigurtà pubblika u l-protezzjoni u s-sikurezza tal-konsumaturi, u tqis l-aspetti rilevanti relatati mal-protezzjoni tal-ambjent.

2.   Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza li l-oġġetti pirotekniċi jeħtieġ jissodisfaw sabiex ikunu disponibbli fis-suq. Dawk ir-rekwiżiti huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 2

Ambitu

1.   Din id-Direttiva tapplika għal oġġetti pirotekniċi.

2.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a)

l-oġġetti pirotekniċi intenzjonati għall-użu mhux kummerċjali, skont il-liġi nazzjonali, mill-forzi armati, mill-pulizija jew mid-dipartimenti tat-tifi tan-nar;

(b)

tagħmir li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva 96/98/KE;

(c)

l-oġġetti pirotekniċi intenzjonati għall-użu fl-industrija tal-ajruspazju;

(d)

kapsi (percussion caps) maħsuba speċifikament għal ġugarelli li jaqgħu fl-ambitu tad-d-Direttiva 2009/48/KE;

(e)

l-isplużivi li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 93/15/KEE;

(f)

munizzjon;

(g)

logħob tan-nar li jinħadem mill-manifattur għall-użu proprju tiegħu u approvat mill-Istat Membru għall-użu esklużiv fit-territorju tiegħu li fih il-manifattur hu stabbilit, u li jibqa’ fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘oġġett pirotekniku’ tfisser kwalunkwe oġġett li fih sustanzi splużivi jew taħlita splużiva ta’ sustanzi mfassla sabiex jipproduċu sħana, dawl, ħoss, gass jew duħħan jew taħlita ta’ dawn l-effetti permezz ta’ reazzjonijiet kimiċi esotermiċi sostnuti minnhom infushom;

(2)

‘logħob tan-nar’ tfisser oġġett pirotekniku maħsub għall-finijiet ta’ divertiment;

(3)

‘oġġetti pirotekniċi teatrali’ tfisser oġġetti pirotekniċi mfassla għall-użu fuq palk, ġewwa jew barra, inklużi produzzjonijiet ċinematografiċi u televiżivi, jew għal xi użu simili;

(4)

‘oġġett pirotekniku għall-vetturi’ tfisser komponenti ta’ apparat ta’ sikurezza fil-vetturi, li jkun fihom sustanzi pirotekniċi li jintużaw biex jattivaw dan it-tagħmir jew tagħmir ieħor;

(5)

“munizzjon” tfisser projettili u karigi propulsivi u munizzjon in bjank użat f’armi tan-nar li jistgħu jinġarru minn persuna, armi tan-nar oħrajn u artilleriji;

(6)

“persuna b’konoxxenza speċjalizzata” tfisser persuna awtorizzata minn Stat Membru sabiex timmaniġġa u/jew tuża fit-territorju tiegħu logħob tan-nar tal-Kategorija F4, oġġetti pirotekniċi teatrali tal-Kategorija T2 u/jew oġġetti pirotekniċi oħra tal-Kategorija P2;

(7)

“tagħmel disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ oġġett pirotekniku għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

(8)

“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li jsir disponibbli oġġett pirotekniku fis-suq tal-Unjoni;

(9)

“manifattur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura oġġett pirotekniku, jew li tqabbad lil min ifassal jew jimmanifattura tali oġġett, u jikkumerċjalizza dak l-oġġett pirotekniku taħt isimha jew bit-trademark tagħha.

(10)

“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed oġġett pirotekniku, minn pajjiż terz, fis-suq tal-Unjoni;

(11)

“distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta’ provvista barra l-manifattur jew l-importatur, li tagħmel oġġett pirotekniku disponibbli fis-suq;

(12)

“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, l-importatur u d-distributur;

(13)

“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jistipula r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu sodisfatti minn oġġett pirotekniku;

(14)

“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(15)

“akkreditazzjoni” tfisser akkreditazzjoni kif definita fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(16)

“korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni” tfisser korp tal-akkreditazzjoni kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(17)

“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti speċifikati ta’ din id-Direttiva relatati ma’ oġġett pirotekniku ġewx sodisfatti;

(18)

“korp tal-valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, l-attestazzjoni u l-ispezzjoni;

(19)

“teħid lura” tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura oġġett pirotekniku li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari;

(20)

“irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex ma tħallix li oġġett pirotekniku fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;

(21)

“leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni” tfisser kull leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti;

(22)

“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha.

Artikolu 4

Moviment liberu

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu milli jkunu disponibbli fis-suq l-oġġetti pirotekniċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi miżuri meħuda minn Stat Membru, li jkunu ġustifikati għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, sigurtà jew saħħa u sikurezza, jew protezzjoni ambjentali, li jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-pussess, l-użu u/jew il-bejgħ lill-pubbliku ġenerali tal-logħob tan-nar tal-Kategoriji F2 u F3, ta’ oġġetti pirotekniċi teatrali u ta’ oġġetti pirotekniċi oħra.

3.   F’fieri kummerċjali, esibizzjonijiet u wirjiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġetti pirotekniċi, l-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu l-wiri u l-użu tal-oġġetti pirotekniċi li ma jkunux konformi ma’ din id-Direttiva, sakemm ikun hemm sinjal viżibbli li jindika, b’mod ċar, l-isem u d-data tal-fiera kummerċjali, tal-esibizzjoni jew il-wirja konċernata u li l-oġġetti pirotekniċi la jkunu konformi u lanqas ikunu disponibbli għall-bejgħ sakemm ma jsirux konformi. Waqt attivitajiet bħal dawn għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa ta’ sikurezza skont ir-rekwiżiti stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat.

4.   L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu l-moviment liberu u l-użu tal-oġġetti pirotekniċi manifatturati għall-finijiet ta’ riċerka, żvilupp u ttestjar u li ma jkunux konformi ma’ din id-Direttiva, sakemm ikun hemm sinjal viżibbli li jindika, b’mod ċar, li dawn la jkunu konformi u lanqas ikunu disponibbli għal finijiet oħra ħlief dawk ta’ riċerka, żvilupp u ttestjar.

Artikolu 5

Id-disponibbiltà fis-suq

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi jistgħu jsiru disponibbli fis-suq biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti imposti minn din id-Direttiva.

Artikolu 6

Kategoriji ta’ oġġetti pirotekniċi

1.   L-oġġetti pirotekniċi għandhom jiġu kategorizzati mill-manifattur skont it-tip ta’ użu, skop jew livell ta’ periklu tagħhom, inkluż il-livell ta’ ħoss tagħhom. Il-korpi nnotifikati msemmija fl-Artikolu 21 għandhom jikkonformaw ma’ din it-tqassim f’kategoriji bħala parti mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17.

Il-kategorizzazzjoni għandha tkun kif ġej:

(a)

Logħob tan-nar:

(i)

Kategorija F1: logħob tan-nar li jippreżenta periklu żgħir ħafna u livell ta’ ħoss negliġibbli u li jkun maħsub sabiex jintuża f’zoni ristretti, inkluż logħob tan-nar maħsub għall-użu f’bini domestiku;

(ii)

Kategorija F2: logħob tan-nar li jippreżenta periklu żgħir u livell ta’ ħoss baxx u li jkun maħsub sabiex jintuża barra, f’zoni ristretti;

(iii)

Kategorija F3: logħob tan-nar li jippreżenta periklu medju, u li jkun maħsub sabiex jintuża barra, f’zoni kbar fil-miftuħ, u li l-livell ta’ ħoss tiegħu ma jkunx ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem;

(iv)

Kategorija F4: logħob tan-nar li jippreżenta periklu kbir u li jkun maħsub sabiex jintuża biss minn persuni b’konoxxenza speċjalizzata (magħruf komunement bħala “logħob tan-nar għal użu professjonali”) u li l-livell ta’ ħoss tiegħu ma jkunx ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem.

(b)

Oġġetti pirotekniċi teatrali:

(i)

Kategorija T1: oġġetti pirotekniċi għall-użu fuq il-palk li jippreżentaw periklu żgħir;

(ii)

Kategorija T2: oġġetti pirotekniċi għall-użu fuq il-palk li jkunu maħsuba għall-użu biss ta’ persuni b’konoxxenza speċjalizzata.

(c)

Oġġetti pirotekniċi oħrajn:

(i)

Kategorija P1: oġġetti pirotekniċi diversi minn logħob tan-nar u oġġetti pirotekniċi teatrali li jippreżentaw periklu żgħir;

(ii)

Kategorija P2: oġġetti pirotekniċi diversi minn logħob tan-nar u oġġetti pirotekniċi teatrali li jkunu maħsuba biss għall-immaniġġar jew użu minn persuni b’konoxxenza speċjalizzata.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-proċeduri li bihom huma jidentifikaw u jawtorizzaw persuni b’konoxxenza speċjalizzata.

Artikolu 7

Il-limiti ta’ età u limitazzjonijiet oħrajn

1.   L-oġġetti pirotekniċi ma għandhomx isiru disponibbli fis-suq għal persuni taħt il-limiti ta’ età li ġejjin:

(a)

logħob tan-nar:

(i)

Kategorija F1: 12-il sena;

(ii)

Kategorija F2: 16-il sena;

(iii)

Kategorija F3: 18-il sena;

(b)

oġġetti pirotekniċi teatrali tal-Kategorija T1 u oġġetti pirotekniċi oħrajn tal-Kategorija P1: 18-il sena.

2.   L-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limiti tal-età stabbilita fil-paragrafu 1 fejn ikun iġġustifikat minħabba raġunijiet ta’ ordni, sigurtà jew saħħa u sikurezza pubblika. L-Istati Membri jistgħu wkoll inaqqsu l-limiti ta’ età għal persuni li jkunu ħadu jew qegħdin jieħdu taħriġ vokazzjonali.

3.   Il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri ma għandhomx jagħmlu disponibbli fis-suq l-oġġetti pirotekniċi li ġejjin, ħlief lil persuni b’konoxxenza speċjalizzata:

(a)

il-logħob tan-nar tal-Kategorija F4;

(b)

oġġetti pirotekniċi teatrali tal-Kategorija T2 u oġġetti pirotekniċi oħrajn tal-Kategorija P2.

4.   Oġġetti pirotekniċi oħrajn tal-Kategorija P1 għal vetturi, inklużi s-sistemi tal-airbags u s-sistemi għall-issikkar minn qabel taċ-ċinturini ta’ sikurezza, m’għandhomx isiru disponibbli għall-membri tal-pubbliku ġenerali ħlief dawk l-oġġetti pirotekniċi għal vetturi meta jkunu ġew inkorporati f’vettura jew f’parti akbar ta’ vettura li tista’ tinqala’ minn postha.

KAPITOLU 2

OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 8

Obbligi tal-manifatturi

1.   Meta jqiegħdu l-oġġetti pirotekniċi tagħhom fis-suq il-manifatturi għandhom jiżguraw li tfasslu u ġew immanifatturati skont ir-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.   Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness II u jiżguraw li ssir il-proċedura rilevanti tal-evalwazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17.

Fejn ikun intwera permezz ta’ dik il-proċedura li l-oġġett pirotekniku huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE u jwaħħlu l-marka CE.

3.   Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal 10 snin wara li l-oġġett pirotekniku jkun tqiegħed fis-suq.

4.   Il-manifatturi għandhom jaraw li jkollhom f’posthom proċeduri biex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jitqiesu b’mod suffiċjenti dawk it-tibdiliet fid-disinn jew il-karatteristiċi u t-tibdiliet fl-istandards armonizzati jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b’referenza għalihom tiġi dikjarata l-konformità ta’ oġġett pirotekniku.

Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn oġġett pirotekniku, il-manifatturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, fuq talba dovutament ġustifikata mill-awtoritajiet kompetenti, jagħmlu testijiet kampjunarji ta’ oġġetti pirotekniċi disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ oġġetti pirotekniċi mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ prodotti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta’ dan it-tip.

5.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi li huma qiegħdu fis-suq ikunu ttikkettati skont l-Artikolu 10 jew l-Artikolu 11.

6.   Il-manifatturi, fuq l-oġġett pirotekniku, għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott pirotekniku. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

7.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott pirotekniku jkun ikkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat. Dawn l-istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza kif ukoll kull tip ta’ ttikkettar għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u intelliġibbli.

8.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li oġġett pirotekniku li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-oġġett pirotekniku jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn l-oġġett pirotekniku jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-oġġett pirotekniku disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

9.   Il-manifatturi għandhom, wara talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew elettronikament biex juru l-konformità tal-oġġett pirotekniku ma’ din id-Direttiva, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 9

Traċċabbiltà

1.   Biex tkun faċilitata t-traċċabbiltà tal-oġġetti pirotekniċi, il-manifatturi għandhom iqiegħdu fuqhom tikketta b’numru ta’ reġistrazzjoni mogħti mill-korp notifikat li jwettaq l-evalwazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 17. L-innumerar għandu jsir bi qbil ma’ sistema uniformi determinata mill-Kummissjoni.

2.   Il-manifatturi u l-importaturi għandhom iżommu rekords tan-numri ta’ reġistrazzjoni tal-oġġetti pirotekniċi li jkollhom disponibbli fis-suq u jqiegħdu din l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti jekk jitolbuha.

Artikolu 10

L-ittikkettar ta’ oġġetti pirotekniċi diversi minn oġġetti pirotekniċi għall-vetturi

1.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi diversi minn oġġetti pirotekniċi għall-vetturi jkunu ttikkettati b’mod viżibbli, leġibbli u indelibbli bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih l-oġġett pirotekniku ikun disponibbli lill-konsumatur. Tali ttikkettar għandu jkun ċar, jiftiehem u intelliġibbli.

2.   L-ittikkettar ta’ oġġetti pirotekniċi għandu jinkludi bħala minimu, l-informazzjoni dwar il-manifattur stabbilita fl-Artikolu 8(6) u, fejn il-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-informazzjoni dwar il-manifattur u l-importatur stabbilita fl-Artikolu 8(6) u l-Artikolu 12(3) rispettivament, l-isem u t-tip tal-oġġett pirotekniku, in-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu u n-numru tal-prodott, tal-lott jew tas-serje, il-limiti minimi ta’ età stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u (2), il-kategorija rilevanti u l-istruzzjonijiet għall-użu, is-sena ta’ produzzjoni għal-logħob tan-nar tal-Kategoriji F3 u F4, u, fejn ikun il-każ, distanza minima ta’ sikurezza. L-ittikkettar għandu jinkludi l-kontenut esplużiv nett (NEC).

3.   Il-logħob tan-nar għandu juri wkoll l-informazzjoni minima li ġejja:

(a)

Kategorija F1: fejn ikun il-każ: “għall-użu barra biss” u d-distanza minima ta’ sikurezza;

(b)

Kategorija F2: “għall-użu barra biss” u, fejn ikun il-każ, distanza jew distanzi minimi ta’ sikurezza;

(c)

Kategorija F3: “għall-użu barra biss” u distanza jew distanzi minimi ta’ sikurezza;

(d)

Kategorija F4: “għall-użu minn persuni b’konoxxenza speċjalizzata biss” u distanza jew distanzi minimi ta’ sikurezza.

4.   L-oġġetti pirotekniċi teatrali għandhom jinkludu l-informazzjoni minima li ġejja:

(a)

Kategorija T1: fejn ikun il-każ: “għall-użu barra biss” u distanza(i) minimi ta’ sikurezza;

(b)

Kategorija T2: “għall-użu minn persuni b’konoxxenza speċjalizzata biss” u distanza jew distanzi minimi ta’ sikurezza.

5.   Jekk fuq l-oġġetti pirotekniċi ma jkunx hemm spazju suffiċjenti għar-rekwiżiti tal-ittikkettar msemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4, l-informazzjoni għandha tingħata fuq l-iżgħar parti tal-pakkett.

Artikolu 11

L-ittikkettar ta’ oġġetti pirotekniċi għall-vetturi

1.   L-ittikkettar ta’ oġġetti pirotekniċi għall-vetturi għandu jinkludi l-informazzjoni dwar il-manifattur imniżżla fl-Artikolu 8(6), l-isem u t-tip tal-oġġett pirotekniku, in-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu u n-numru tal-prodott, tal-lott u tas-serje, u, fejn meħtieġ, l-istruzzjonijiet ta’ sikurezza.

2.   Jekk fuq l-oġġett pirotekniku għall-vetturi ma jkunx hemm spazju suffiċjenti għar-rekwiżiti tal-ittikkettar imsemmijin fil-paragrafu 1, l-informazzjoni għandha tingħata fuq il-pakkett.

3.   Għandha tingħata skeda ta’ dejta ta’ sikurezza għall-oġġett pirotekniku għall-vetturi, ikkumpilata konformement mal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (14) u li tikkonsidra l-ħtiġijiet speċifiċi tal-utenti professjonali, lil dawk l-utenti fil-lingwa mitluba minnhom.

L-iskeda ta’ dejta ta’ sikurezza tista’ tkun provduta fuq karta jew elettronikament, sakemm l-utent professjonali jkollu l-mezzi neċessarji sabiex jaċċedi għaliha.

Artikolu 12

Obbligi tal-importaturi

1.   L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq tal-Unjoni biss dawk l-oġġetti pirotekniċi li jkunu konformi.

2.   Qabel ma jqiegħdu oġġett pirotekniku fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura xierqa tal-evalwazzjoni tal-konformità mill-manifattur imsemmija fl-Artikolu 17. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, li l-oġġett pirotekniku jkollu l-marka CE u jkollu miegħu d-dokumenti rikjesti, u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 8(5) u (6).

Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I, dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn l-oġġett pirotekniku jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   L-importaturi, fuq l-oġġett pirotekniku, għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott pirotekniku. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

4.   L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat.

5.   L-importaturi għandhom jiżguraw li, filwaqt li l-oġġett pirotekniku jkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

6.   Meta jitqies meħtieġ fir-rigward tar-riskji preżentati minn oġġett pirotekniku, l-importaturi, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, fuq talba ġustifikata mill-awtoritajiet kompetenti, għandhom jagħmlu testijiet kampjunarji ta’ oġġetti pirotekniċi disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ oġġetti pirotekniċi mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ oġġetti pirotekniċi, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ.

7.   L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li oġġett pirotekniku li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-oġġett pirotekniku jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn l-oġġett pirotekniku jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-oġġett pirotekniku disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

8.   Importaturi, għal 10 snin wara li l-oġġett pirotekniku jkun tqiegħed fis-suq, għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha.

9.   L-importaturi għandhom, wara talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’forma elettronika biex juru l-konformità tal-prodott, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità kompetenti nazzjonali. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-oġġetti pirotekniċi li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 13

Obbligi tad-distributuri

1.   Meta jagħmlu oġġett pirotekniku disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b’rabta mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   Qabel ma jagħmlu l-oġġett pirotekniku disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-oġġett pirotekniku jkollu l-marka CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra fl-Istat Membru fejn ikun se jiġi magħmul disponibbli fis-suq l-oġġett pirotekniku, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(5) u (6) u l-Artikolu 12(3) rispettivament.

Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-oġġett pirotekniku ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I, dan ma għandux iqiegħed l-oġġett pirotekniku fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn l-oġġett pirotekniku jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li, filwaqt li l-oġġett pirotekniku jkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

4.   Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-oġġett pirotekniku li jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunux konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn l-oġġett pirotekniku jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-oġġett pirotekniku disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

5.   Id-distributuri għandhom, wara talba raġunata mill-awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’forma elettronika biex juru l-konformità ta’ oġġett pirotekniku. Dawn għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-oġġetti pirotekniċi li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq.

Artikolu 14

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun suġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 8, fejn ikun qiegħed oġġett pirotekniku fis-suq taħt ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika oġġett pirotekniku li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’tali mod li jista’ jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 15

Identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi

L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

(a)

kull operatur ekonomiku li jkun ipprovdihom b’oġġett pirotekniku;

(b)

kull operatur ekonomiku li lilu jkunu pprovdew oġġett pirotekniku.

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta’ 10 snin wara li jkunu ġew ipprovduti bil-prodott u għal perjodu ta’ 10 snin wara li jkunu pprovdew il-prodott.

KAPITOLU 3

IL-KONFORMITÀ TAL-OĠĠETT PIROTEKNIKU

Artikolu 16

Preżunzjoni ta’ konformità tal-oġġetti pirotekniċi

L-oġġetti pirotekniċi li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti, stabbiliti fl-Anness I, koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

Artikolu 17

Il-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-konformità

Għall-evalwazzjoni tal-konformità ta’ oġġetti pirotekniċi, il-manifattur għandu jsegwi waħda mill-proċeduri li ġejjin msemmija fl-Anness II:

(a)

eżami tat-tip UE (il-Modulu B), u, skont kif jagħżel il-manifattur, waħda minn dawn il-proċeduri:

(i)

il-konformità mat-tip ibbażat fuq il-kontroll tal-produzzjoni interna flimkien mal-iċċekkjar tas-superviżjoni tal-prodott f’intervalli bl-addoċċ (il-Modulu C2);

(ii)

il-konformità tat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess tal-produzzjoni (il-Modulu D);

(iii)

il-konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott (il-Modulu E);

(b)

il-konformità bbażata fuq il- verifika tal-unità (il-Modulu G);

(c)

il-konformità bbażata fuq l-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità (il-Modulu H), sa fejn tikkonċerna logħob tan-nar tal-Kategorija F4.

Artikolu 18

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

1.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li l-osservanza tar-rekwiżiti ta’ sikurezza speċifikati fl-Anness I intweriet.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness III, għandu jkollha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness II u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed fis-suq jew isir disponibbli l-oġġett pirotekniku.

3.   Fejn oġġett pirotekniku huwa suġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jesiġi dikjarazzjoni tal-UE tal-konformità, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE unika fir-rigward ta’ tali atti kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti tal-Unjoni kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom.

4.   Meta jfassal id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur ikun qed jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-oġġett pirotekniku mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 19

Prinċipji ġenerali tal-marka CE

Il-marka CE għandha tkun suġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 20

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE u marki oħrajn

1.   Il-marka CE għandha titwaħħal b’mod viżibbli, leġibbli u indelibbli fuq l-oġġetti pirotekniċi. Fejn dan ma jkunx possibbli jew in-natura tal-oġġett pirotekniku ma tistħoqqilhiex, din għandha titwaħħal fuq il-pakkett u d-dokument li jakkumpanjaw l-oġġett.

2.   Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-oġġett pirotekniku jitqiegħed fis-suq.

3.   Taħt il-marka CE għandu jkun hemm in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat, fejn dak il-korp ikun involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni.

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu, jew skont l-istruzzjonijiet tagħha, mill-manifattur.

4.   Taħt il-marka CE u, fejn ikun applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat imsemmi jista’ jkun hemm kwalunkwe marka li tindika riskju jew użu speċjali.

5.   L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-immarkar CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux korrett ta’ dak l-immarkar.

KAPITOLU 4

NOTIFIKA TA’ KORPI TA’ VALUTAZZJONI TA’ KONFORMITÀ

Artikolu 21

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’korpi awtorizzati sabiex iwettqu l-kompiti tal-evalwazzjoni tal-konformità tal-parti terza skont din id-Direttiva.

Artikolu 22

Awtoritajiet tan-notifika

1.   Stati Membri għandhom jaħtru awtorità ta’ notifika li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u tesegwixxi l-proċeduri meħtieġa għall-evalwazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, inklużi l-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u b’konformità miegħu.

Artikolu 23

Rekwiżiti marbuta mal-awtoritajiet tan-notifika

1.   L-awtorità tan-notifika għandha tiġi stabbilita b’mod li ma jkunx hemm konflitti ta’ interess ma’ korpi ta’ evalwazzjoni ta’ konformità.

2.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata u titmexxa b’mod li jkunu salvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.

3.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata b’tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika tal-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-evalwazzjoni.

4.   L-awtorità tan-notifika ma għandhiex toffri jew tipprovdi kwalunkwe attivitajiet li jsiru minn korpi tal-evalwazzjoni ta’ konformità, jew servizzi ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

5.   L-awtorità tan-notifika għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba.

6.   L-awtorità tan-notifika għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha biex jitwettqu korrettament il-kompiti tagħha.

Artikolu 24

Obbligu ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet tan-notifika

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ ta’ korpi tan-notifika, u dwar kull bdil li jkun hemm f’dan il-qasam.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 25

Rekwiżiti marbuta ma’ korpi notifikati

1.   Għall-finijiet tan-notifika, kull korp tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 11.

2.   Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.

3.   Korp tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-oġġett pirotekniku li jevalwa.

4.   Korp ta’ evalwazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ evalwazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjaturi, il-manifatturi, il-fornituri, l-installaturi, ix-xerrejja, is-sidien, l-utenti jew dawk li jagħmlu l-manutenzjoni tal-oġġetti pirotekniċi u/jew sustanzi splużivi lanqas ir-rappreżentant ta’ xi wieħed minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jeskludi l-użu ta’ oġġetti pirotekniċi u/jew sustanzi splużivi evalwati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp tal-evalwazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ oġġetti pirotekniċi għal skopijiet personali.

Il-korp tal-evalwazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu jew il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, manifattura jew kostruzzjoni, kummerċjalizzazzjoni, installazzjoni, użu jew manutenzjoni ta’ oġġetti pirotekniċi u/jew sustanzi splużivi, lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jieħdu sehem fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom.

5.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tentazzjonijiet, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

6.   Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-Anness II u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp stess ta’ valutazzjoni tal-konformità kif ukoll jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull żmien u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità u għal kull tip jew kategorija ta’ oġġetti pirotekniċi li fir-rigward tagħhom ikun notifikat, il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu il-neċessitajiet li ġejjin:

(a)

persunal b’għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(b)

deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li f’konformità magħhom titwettaq l-evalwazzjoni tal-konformità, waqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta’ riproduzzjoni ta’ dawk il-proċeduri. Huwa għandu jkollu l-politika u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;

(c)

proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet li jqisu d-daqs tal-impriża, is-settur li fih jopera, l-istruttura tiegħu, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott konċernat u n-natura ta’ massa jew ta’ serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

7.   Il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a)

taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha tal-valutazzjoni tal-konformità li għalih il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;

(b)

għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jsiru minnu u awtorità adegwata biex jagħmel dawk il-valutazzjonijiet;

(c)

konoxxenza adegwata u apprezzament tar-rekwiżiti essenzjali tas-sigurtà, stabbiliti fl-Anness I, tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti ta’ armonizzazzjoni u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(d)

il-kapaċità meħtieġa biex ifassal ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.

8.   Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità, tal-ogħla livell tal-ġestjoni tagħhom u tal-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

Ir-rimunerazzjoni ta’ dawk fl-ogħla livell tal-ġestjoni u tal-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddipendi fuq l-għadd ta’ valutazzjonijiet li jsiru jew fuq ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

9.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi għal polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx assunta mill-Istat skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni ta’ konformità.

10.   Il-persunal ta’ korp tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jkunu qed iwettqu x-xogħlijiet tagħhom skont l-Anness II jew skont kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħal lil dak l-Artikolu fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-attivitajiet ikunu qed isiru. Id-drittijiet proprjetarji għandhom jitħarsu.

11.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal responsabbli tagħhom biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità jkun mgħarraf dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont il-leġizlazzjoni tal-Unjoni rilevanti ta’ armonizzazzjoni u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.

Artikolu 26

Preżunzjoni ta’ konformità ta’ korpi notifikati

Fejn korp tal-valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dan għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 27

Sussidjarji u sottokuntrattar ta’ korpi notifikati

1.   Meta korp notifikat jagħti b’sottokuntratt xogħlijiet speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25 u għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika dwar dan.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-kompiti li jkunu twettqu mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.

3.   L-attivitajiet jistgħu jingħataw b’sottokuntratt jew imwettqa minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-klijent.

4.   Korpi nnotifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika d-dokumenti rilevanti dwar l-evalwazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntratturi jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont l-Anness II.

Artikolu 28

Applikazzjoni għal notifika

1.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jippreżenta applikazzjoni għal notifika lill-awtorità tan-notifika tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

2.   L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-oġġett jew oġġetti pirotekniċi li għalihom il-korp jiddikjara lilu nnifsu kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta’ akkreditament, jekk ikun hemm wieħed eżistenti, maħruġ minn korp nazzjonali ta’ akkreditament li jafferma li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25.

3.   Jekk il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jistax jipprovdi ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, dan għandu jipprovdi lill-awtorità tan-notifika bl-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25.

Artikolu 29

Proċedura tan-notifika

1.   L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25.

2.   Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-użu tal-mezz elettroniku ta’ notifika żviluppat u ġestit mill-Kummissjoni.

3.   In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni ta’ konformità u tal-oġġett jew oġġetti pirotekniċi kkonċernati u tal-affermazzjoni rilevanti tal-kompetenza.

4.   Meta notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 28(2), l-awtorità ta’ notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’evidenza dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kif ukoll l-arranġamenti li saru biex ikun żgurat li dak il-korp ikun eżaminat b’mod regolari u jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25.

5.   Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn minn notifika fejn ikun intuża ċertifikat ta’ akkreditazzjoni jew fi żmien xahrejn minn notifika meta ma tkunx intużat akkreditazzjoni.

Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp notifikat għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

6.   L-awtorità tan-notifika għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika.

Artikolu 30

Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil korp notifikat.

Hi għandha tassenja numru wieħed bħal dan, anki fil-każ fejn il-korp ikun notifikat skont diversi atti tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi notifikati taħt id-Direttiva, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni li kienu assenjati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew notifikati.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 31

Tibdil fin-notifiki

1.   Fejn awtorità tan-notifika taċċerta ruħha jew tkun informata li korp notifikat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun gravi n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti jew tal-obbligi li jridu jiġu sodisfatti. Huwa għandu immedjatament jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

2.   Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn il-korp notifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru tan-notifika għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp jiġu pproċessati minn korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità tan-notifika u għall-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, suġġetti għat-talba tagħhom.

Artikolu 32

Kontestazzjoni tal-kompetenza ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju jew issir taf b’dubju dwar il-kompetenza ta’ korp notifikat jew jekk korp notifikat għadux jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jkollu.

2.   L-Istat Membru notifikant għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, wara talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew il-manutenzjoni tal-kompetenza tal-korp notifikat ikkonċernat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha sensittiva miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.

4.   Meta l-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, din għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jitlob lill-Istat Membru tan-notifika sabiex jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika jekk dan ikun meħtieġ.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 44(2).

Artikolu 33

Obbligi operattivi tal-korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-evalwazzjonijiet tal-konformità skont il-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness II.

2.   Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom isiru b’mod proporzjonat, billi jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.

B’dan il-mod huma għandhom madankollu jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni rikjest biex l-oġġett pirotekniku jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

3.   Il-korpi notifikati li jagħmlu l-evalwazzjoni tal-konformità għandhom jassenjaw numri ta’ reġistrazzjoni, li jidentifikaw l-oġġetti pirotekniċi li kienu suġġett għal evalwazzjoni tal-konformità u l-manifatturi tagħhom, u għandhom iżommu reġistru bin-numri ta’ reġistrazzjoni tal-oġġetti pirotekniċi li għalihom huma jkunu ħarġu ċertifikati.

4.   Fejn korp notifikat isib li rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I jew standards armonizzati korrispondenti jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħra ma ġewx sodisfatti mill-manifattur, huwa għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi adegwati u ma għandux joħroġ ebda ċertifikat ta’ konformità.

5.   Fejn, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat, korp notifikat isib li l-oġġett pirotekniku ma jkunx għadu konformi, il-korp notifikat għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat tiegħu jekk ikun meħtieġ.

6.   Fejn ma jittieħdux miżuri korrettivi jew fejn dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat, kif xieraq.

Artikolu 34

Appell kontra deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

Artikolu 35

Obbligi ta’ informazzjoni dwar korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jinformaw lill-awtorità tan-notifika dwar dan li ġej:

(a)

kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat;

(b)

kull ċirkustanza li jkollha effett fuq l-ambitu u l-kundizzjonijiet għan-notifika;

(c)

kull talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità;

(d)

wara talba, l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li jsiru fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħrajn notifikati taħt din id-Direttiva li jwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni tal-konformità u jkopru l-istess oġġetti pirotekniċi bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet marbuta mar-riżultati negattivi u, wara talba, mar-riżultati pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.

Artikolu 36

Skambju ta’ esperjenza

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli mill-politika tan-notifiki.

Artikolu 37

Koordinazzjoni ta’ korpi notifikati

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati taħt din id-Direttiva u li dawn isiru kif xieraq f’forma ta’ grupp settorjali ta’ korpi notifikati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dak il-forum, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti nominati.

KAPITOLU 5

IS-SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, IL-KONTROLL TA’ OĠĠETTI PIROTEKNIĊI LI JIDĦLU FIS-SUQ TAL-UNJONI U L-PROĊEDURA TA’ SALVAGWARDJA TAL-UNJONI

Artikolu 38

Is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-oġġetti pirotekniċi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adegwati kollha sabiex jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi, jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk, meta jkunu korrettament maħżuna u użati għall-għan li huma jkunu maħsuba għalih, huma ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa u għas-sikurezza tal-persuni.

2.   L-Artikoli 15(3) u l-Artikoli minn 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għall-oġġetti pirotekniċi.

3.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni kull sena dwar l-attivitajiet tagħhom ta’ sorveljanza tas-suq.

Artikolu 39

Proċedura għat-trattament ta’ oġġetti pirotekniċi li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali

1.   Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed għandhom raġunijiet suffiċjenti sabiex jemmnu li xi oġġett pirotekniku jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew għal xi aspetti oħra ta’ interess pubbliku ta’ protezzjoni koperti b’din id-Direttiva, huma għandhom jagħmlu evalwazzjoni fir-rigward tal-oġġett pirotekniku konċernat li jkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.

Fejn, tul l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-oġġett pirotekniku ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jeżiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa biex l-oġġett pirotekniku jsir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jirtira l-oġġett pirotekniku mis-suq jew li jieħdu lura fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu.

L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-korp notifikat rilevanti kif meħtieġ.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Fejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità mhuwiex ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li huma rabtu lill-operatur li jieħu.

3.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-oġġetti pirotekniċi kollha konċernati li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

4.   Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-oġġetti pirotekniċi milli jsiru disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom, biex l-oġġett pirotekniku jiġi irtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

5.   L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-oġġett pirotekniku li mhux konformi, l-oriġini tal-oġġett pirotekniku, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

in-nuqqas tal-oġġett pirotekniku li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-saħħa jew is-sikurezza ta’ persuni jew ma’ aspetti oħra ta’ protezzjoni ta’ interess pubbliku stabbiliti f’din id-Direttiva; jew

(b)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 16 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.

6.   L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull miżura adottata u kull informazzjoni addizzjonali fuq in-nuqqas tal-konformità tal-oġġett pirotekniku kkonċernat għad-dispożizzjoni tagħhom, u, jekk ma jkunx hemm qbil fuq il-miżura nazzjonali adottata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.   Fejn, fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi adegwati fir-rigward tal-oġġett pirotekniku kkonċernat, bħall-irtirar tal-oġġett pirotekniku mis-suq, mingħajr dewmien.

Artikolu 40

Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

1.   Jekk wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 39(3) u (4), jitressqu oġġezzjonijiet kontra l-miżuri meħuda minn Stat Membru, jew fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li miżuri bħal dawn imorru kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti.

2.   Jekk miżura nazzjonali tkun ikkunsidrata ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-oġġett pirotekniku li jikkonformax jiġi rtirat mis-suq nazzjonali tagħhom u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif inhu xieraq. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li mhix ġustifikata, l-Istat Membru konċernat għandu jirtira dik il-miżura.

3.   Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-oġġett pirotekniku jinstab kien minħabba xi nuqqas fl-istandards armonizzati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 39(5) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Artikolu 41

Oġġetti pirotekniċi konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza

1.   Fejn Stat Membru, wara li jkun wettaq valutazzjoni taħt l-Artikolu 39(1), isib li, għalkemm l-oġġett pirotekniku jkun konformi ma’ din id-Direttiva, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew għal aspetti oħra ta’ protezzjoni ta’ interess pubbliku, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li l-oġġett pirotekniku konċernat, meta jitqiegħed fis-suq, ma jippreżentax aktar dak ir-riskju jew jirtira l-oġġett pirotekniku jew jieħdu lura mis-suq fi żmien perjodu raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif hu jistabbilixxi.

2.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tal-oġġetti pirotekniċi kollha li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

3.   L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, partikolarment id-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-oġġett pirotekniku kkonċernat, l-oriġini u l-katina ta’ provvista tal-prodott, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda.

4.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali tkunx ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri adegwati.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(3).

Għal raġunijiet indispensabbli ġġustifikati ta’ urġenza relatati mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(4).

5.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

Artikolu 42

Nuqqas ta’ konformità formali

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 39, fejn Stat Membru jasal għal xi waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jwaqqaf in-nuqqas fir-rigward tal-konformità kkonċernata:

(a)

il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 20 ta’ din id-Direttiva;

(b)

il-marka CE ma tkunx twaħħlet;

(c)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat, fejn dak il-korp hu involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 20 jew ma jkunx twaħħal;

(d)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret;

(e)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret b’mod korrett;

(f)

id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta;

(g)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(6) jew fl-Artikolu 12(3) hi nieqsa, falza jew inkompleta;

(h)

kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 8 jew fl-Artikolu 12 ma jkunx sodisfatt.

2.   Fejn jippersisti n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jillimita jew jipprojbixxi li l-oġġett pirotekniku jsir disponibbli fis-suq jew jiżgura li dan jittieħed lura jew jiġi irtirat mis-suq.

KAPITOLU 6

IS-SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 43

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tiddetermina:

(a)

sistema uniformi ta’ nnumerar imsemmija fl-Artikolu 9(1) u l-arranġamenti prattiċi għar-reġistru msemmi fl-Artikolu 33(3);

(b)

l-arranġamenti prattiċi għall-ġbir u għall-aġġornament regolari ta’ dejta dwar inċidenti relatati mal-użu ta’ oġġetti pirotekniċi.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 44(3).

Artikolu 44

Il-proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Oġġetti Pirotekniċi. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

5.   Il-kumitat għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe materja li għaliha hija meħtieġa konsultazzjoni ta’ esperti settorjali mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew meħtieġa minn xi leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

Il-kumitat, barra minn hekk, jista’ jeżamina kwalunkwe kwistjoni oħra li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dan id-Direttiva mqajma jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru taħt ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

KAPITOLU 7

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 45

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur, minn operaturi ekonomiċi, tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiddaħħlu fis-seħħ. Tali regoli jistgħu jinkludu penali kriminali għal ksur serju.

Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

Artikolu 46

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu li jsiru disponibbli fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi li jkunu konformi mad-Direttiva 2007/23/KE u li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2015.

2.   L-awtorizzazzjonijiet nazzjonali għal-logħob tan-nar tal-Kategoriji F1, F2 u F3 mogħtija qabel l-4 ta’ Lulju 2010 għandhom jibqgħu validi fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ta l-awtorizzazzjoni sad-data ta’ skadenza tagħhom jew sal-4 ta’ Lulju 2017, skont liema tkun l-ewwel.

3.   L-awtorizzazzjonijiet nazzjonali għall-oġġetti pirotekniċi, għal-logħob tan-nar tal-Kategorija F4 u għall-oġġetti pirotekniċi teatrali mogħtija qabel l-4 ta’ Lulju 2013 għandhom jibqgħu validi fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ta l-awtorizzazzjoni sad-data ta’ skadenza tagħhom jew sal-4 ta’ Lulju 2017, skont liema tkun l-ewwel.

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali għall-oġġetti pirotekniċi għall-vetturi mogħtija qabel l-4 ta’ Lulju 2013, inklużi dawk bħala partijiet ta’ rikambju, għandhom jibqgħu jkunu validi sakemm jiskadu.

5.   Iċ-ċertifikati maħruġin taħt id-Direttiva 2007/23/KE għandhom ikunu validi taħt din id-Direttiva.

Artikolu 47

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-30 ta’ Ġunju 2015, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità mal-punti 7, 12, 13 u 15 sa 22 tal-Artikolu 3, Artikolu 4(1), Artikolu 5, Artikolu 7(4), Artikolu 8(2) sa (79), Artikolu 9, Artikolu 10(2), Artikolu 11(1) u (3), Artikoli 12 sa 16, Artikoli 18 sa 29, Artikoli 31 sa 35, Artikolu 37, Artikolu 38(1) u (2), Artikoli 39 sa 42, Artikolu 45, Artikolu 46 u Annessi I, II u III. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Lulju 2015.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-3 ta’ Ottubru 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-punt 4 tal-Anness I. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-4 ta’ Lulju 2013.

3.   Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dawn id-dispożizzjonijiet għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti tad-Direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir tali riferenza u kif tiġi fformulata dik id-dikjarazzjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 48

Tħassir

Id-Direttiva 2007/23/KE, kif emendata mill-att elenkat fl-Anness IV, Parti A, b’dan titħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 2015, bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness IV, Parti B.

B’deroga mill-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, il-punt 4 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/23/KE b’dan jitħassar b’effett mill-4 ta’ Lulju 2013.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 49

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1, l-Artikolu 2, l-punti 1 sa 6, 8 sa 11 u 14 tal-Artikolu 3, l-Artikolu 4(2), (3) u (4), l-Artikolu 6, l-Artikolu 7(1), (2) u (3), l-Artikolu 8(1), Artikolu 10(1), (3) u (4), Artikolu 11(2), Artikoli 17, 30 u 36, Artikolu 38(3), Artikoli 43 u 44 u Annexes IV u V għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2015.

Artikolu 50

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. CREIGHTON


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 105.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Mejju 2013 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas-10 ta’ Ġunju 2013

(3)  ĠU L 154, 14.6.2007, p. 1.

(4)  Ara l-Anness IV, Parti A.

(5)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(6)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

(7)  ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20.

(8)  ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13.

(9)  ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25.

(10)  ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.

(11)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(12)  ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29.

(13)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(14)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.


ANNESS I

REKWIŻITI ESSENZJALI TA’ SIKUREZZA

1.   Kull oġġett pirotekniku għandu jkollu l-karatteristiċi operattivi speċifikati mill-manifattur lill-korp notifikat sabiex ikunu żgurati l-akbar sikurezza u affidabbiltà.

2.   Kull oġġett pirotekniku għandu jkun imfassal u mmanifatturat b’tali mod li, mingħajr periklu, ikun jista’ jintrema bi proċess adatt li jħalli effett minimu fuq l-ambjent.

3.   Kull oġġett pirotekniku għandu jiffunzjona korrettament meta jintuża għall-għan li għalih huwa jkun maħsub.

Kull oġġett pirotekniku għandu jiġi ttestjat f’kundizzjonijiet realistiċi. Jekk dan ma jkunx possibbli f’laboratorju, it-testijiet għandhom isiru fil-kundizzjonijiet li fihom ikun sejjer jintuża l-oġġett pirotekniku.

L-informazzjoni u l-kwalitajiet li ġejjin – fejn applikabbli – għandhom jiġu kkunsidrati jew ittestjati:

(a)

il-kwalitajiet tat-tfassil, tal-kostruzzjoni u tal-karatteristiċi, inkluża l-kompożizzjoni kimika dettaljata (il-massa u l-perċentwali ta’ sustanzi użati) u d-dimensjonijiet;

(b)

l-istabbiltà fiżika u kimika tal-oġġett pirotekniku fil-kundizzjonijiet ambjentali normali kollha li wieħed jista’ jipprevedi;

(c)

is-sensittività għall-immaniġġar u għat-trasport normali li wieħed jista’ jipprevedi;

(d)

il-kompatibbiltà tal-komponenti kollha fir-rigward tal-istabbiltà kimika tagħhom;

(e)

ir-reżistenza tal-oġġett pirotekniku għall-umdità fejn ikun maħsub li jintuża f’kundizzjonijiet umdi jew imxarrba u fejn is-sikurezza jew l-affidabbiltà tiegħu jistgħu jkunu milquta ħażin mill-umdità;

(f)

ir-reżistenza għal temperaturi baxxi u għolja, fejn l-oġġett pirotekniku jkun maħsub li jinżamm jew li jkun użat f’temperaturi bħal dawn u s-sikurezza u l-affidabbiltà tiegħu jistgħu jiġu milquta ħażin bit-tkessiħ jew it-tisħin ta’ komponent jew tal-oġġett pirotekniku kollu;

(g)

il-karatteristiċi ta’ sikurezza maħsuba sabiex jimpedixxu l-bidu jew it-tqabbid qabel il-waqt jew b’mod involontarju;

(h)

istruzzjonijiet u, fejn meħtieġ, markaturi adegwati fir-rigward tal-immaniġġar, ħżin, użu (inklużi distanzi ta’ sikurezza) u rimi;

(i)

il-kapaċità tal-oġġett pirotekniku, tal-ippakkjar tiegħu jew tal-komponenti l-oħra li jifilħu għad-deterjorament taħt kundizzjonijiet normali ta’ ħżin li wieħed jista’ jipprevedi;

(j)

l-ispeċifikazzjoni tal-apparat u l-aċċessorji kollha meħtieġa u l-istruzzjonijiet għall-funzjonament mingħajr periklu tal-oġġett pirotekniku.

Waqt it-trasport u l-immaniġġar normali, ħlief jekk speċifikat mill-istruzzjonijiet tal-manifattur, l-oġġetti pirotekniċi għandhom jinkludu l-kompożizzjoni piroteknika.

4.   L-oġġetti pirotekniċi ma għandux ikun fihom splużivi detonattivi barra mill-porvli u l-flash composition, ħlief għall-oġġetti tal-Kategoriji P1, P2, T2 u l-logħob tan-nar tal-Kategorija F4 li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-isplużiv detonattiv ma jistax ikun estratt faċilment mill-oġġett;

(b)

għall-Kategorija P1, l-oġġett ma jistax jiffunzjona f’manjiera detonattiva, jew ma jistax, kif imfassal u manifatturat, iqabbad splużivi sekondarji;

(c)

għall-Kategoriji F4, T2 u T2, l-oġġett huwa mfassal u intiż li ma jiffunzjonax f’manjiera detonattiva, jew, jekk jitfassal biex ikun detonattiv, ma jkunx jista’ kif imfassal u manifatturat iqabbad splużivi sekondarji.

5.   Il-gruppi varji ta’ oġġetti pirotekniċi għandhom mill-inqas jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti li ġejjin:

A.   Logħob tan-nar:

1.

Il-manifattur għandu jqassam il-logħob tan-nar f’kategoriji differenti skont l-Artikolu 6 karatterizzati skont il-kontenut splużiv nett, id-distanzi ta’ sikurezza, il-livell tal-ħoss, jew aspetti simili. Il-kategorija għandha tkun indikata b’mod ċar fuq it-tikketta.

(a)

Għal-logħob tan-nar tal-Kategorija F1, għandhom ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

id-distanza ta’ sikurezza għandha tkun mill-anqas 1 m. Madankollu, fejn ikun il-każ, id-distanza ta’ sikurezza tista’ tkun inqas,

(ii)

il-livell massimu tal-ħoss ma għandux jaqbeż il-120 dB (A, imp), jew livell ta’ ħoss ekwivalenti mkejjel b’metodu adegwat ieħor, mid-distanza ta’ sikurezza,

(iii)

il-Kategorija F1 ma għandhiex tinkludi baraxxijiet (bangers), batteriji tal-baraxxijiet, baraxxijiet “flash” u batteriji tal-baraxxijiet “flash”,

(iv)

it-“throwdowns” fil-Kategorija F1 ma għandhomx jikkontjenu aktar minn 2,5 mg ta’ silver fulminate.

(b)

Għal-logħob tan-nar tal-Kategorija F2, għandhom ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

id-distanza ta’ sikurezza għandha tkun mill-anqas 8 m. Madankollu, fejn ikun il-każ, id-distanza ta’ sikurezza tista’ tkun inqas,

(ii)

il-livell massimu tal-ħoss ma għandux jaqbeż il-120 dB (A, imp), jew livell ta’ ħoss ekwivalenti mkejjel b’metodu adegwat ieħor, mid-distanza ta’ sikurezza.

(c)

Għal-logħob tan-nar tal-Kategorija F3, għandhom ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

id-distanza ta’ sikurezza għandha tkun mill-anqas 15 m. Madankollu, fejn ikun il-każ, id-distanza ta’ sikurezza tista’ tkun inqas,

(ii)

il-livell massimu tal-ħoss ma għandux jaqbeż il-120 dB (A, imp), jew livell ta’ ħoss ekwivalenti mkejjel b’metodu adegwat ieħor, mid-distanza ta’ sikurezza.

2.

Il-logħob tan-nar jista’ jkun magħmul biss minn materjal li jnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju għas-saħħa, għall-proprjetà u għall-ambjent mill-fdalijiet.

3.

Il-metodu tat-tqabbid għandu jidher b’mod ċar jew għandu jkun indikat permezz ta’ tikketta jew istruzzjonijiet.

4.

Il-logħob tan-nar ma għandux jiċċaqlaq b’mod erratiku u imprevedibbli.

5.

Il-logħob tan-nar tal-Kategoriji F1, F2 u F3 għandu jkun protett kontra tqabbid involontarju permezz ta’ għatu protettiv, jew mil-pakkett, jew mill-kostruzzjoni tal-oġġett. Il-logħob tan-nar tal-Kategorija F4 għandu jkun protett mit-tqabbid involontarju bil-metodi speċifikati mill-manifattur.

B.   Oġġetti pirotekniċi oħra:

1.

L-oġġetti pirotekniċi għandhom ikunu mfassla b’tali mod li jnaqqas ir-riskju għas-saħħa, għall-proprjetà u għall-ambjent waqt l-użu normali.

2.

Il-metodu tat-tqabbid għandu jidher b’mod ċar jew għandu jkun indikat permezz ta’ tikketta jew istruzzjonijiet.

3.

L-oġġett pirotekniku għandu jkun imfassal b’tali mod li jnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju għas-saħħa, għall-proprjetà u għall-ambjent mill-fdalijiet meta l-oġġett jitqabbad b’mod involontarju.

4.

Fejn hu xieraq, l-oġġett pirotekniku għandu jiffunzjona kif suppost sad-“data tal-użu” speċifikata mill-manifattur.

C.   L-apparat tat-tqabbid

1.

L-apparat għat-tqabbid għandu jkun kapaċi jitqabbad b’mod affidabbli u jkun ta’ kapaċità suffiċjenti ta’ tqabbid fil-kundizzjonijiet kollha prevedibbli ta’ użu normali.

2.

It-tagħmir għat-tqabbid għandu jkun protett kontra skariki elettrostatiċi fil-kundizzjonijiet kollha prevedibbli ta’ użu u ħżin normali.

3.

It-tagħmir elettriku tat-tqabbid għandu jkun protett kontra kampi elettromanjetiċi fil-kundizzjonijiet kollha prevedibbli ta’ użu u ħżin normali.

4.

L-għata tal-miċeċ għandha tkun ta’ saħħa mekkanika adegwata u għandha tipproteġi adegwatament il-mili esplużiv meta tkun suġġetta għat-tensjoni mekkanika normali li wieħed jista’ jipprevedi.

5.

Il-parametri għall-perjodi tat-tqabbid tal-miċeċ għandhom ikunu pprovduti mal-oġġett.

6.

Il-karatteristiċi elettriċi (eż. kurrent bla nar, reżistenza, eċċ.) tat-tagħmir elettriku tat-tqabbid għandhom ikunu pprovduti mal-oġġett.

7.

Il-fili tat-tagħmir elettriku tat-tqabbid għandhom ikunu suffiċjentement iżolati u ta’ saħħa mekkanika suffiċjenti, inkluża s-solidità tal-konnessjoni mat-tagħmir tat-tqabbid, b’kont meħud tal-użu li għalih ikunu maħsuba.


ANNESS II

PROĊEDURI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

IL-MODULU B:   Eżami tat-tip tal-UE

1.

L-eżami tat-tip tal-UE huwa parti mill-proċedura tal-evalwazzjoni tal-konformità li fih korp notifikat jeżamina disnn tekniku ta’ oġġett pirotekniku u jivverifika u jiddikjara li d-disinn tekniku tal-oġġett pirotekniku jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalih.

2.

L-eżami tat-tip tal-UE għandu jitwettaq bħala evalwazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-oġġett pirotekniku permezz ta’ eżami tad-dokumentazzjoni teknika u ta’ evidenza ta’ sostenn imsemmija fil-punt 3, minbarra eżami ta’ kampjun, rappreżentattiv tal-produzzjoni prevista, tal-produzzjoni sħiħa (kombinazzjoni ta’ tip ta’ produzzjoni u tip ta’ disinn).

3.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-UE lil korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

id-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmilha possibbli biex issir l-evalwazzjoni tal-konformità tal-oġġett pirotekniku mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva u għandha tinkludi analiżi xierqa u evalwazzjoni tar-riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, safejn ikun rilevanti għall-evalwazzjoni, id-disinn, il-manifattura tal-oġġett pirotekniku u kif jaħdem. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-anqas dawn l-elementi:

(i)

deskrizzjoni ġenerali tal-oġġett pirotekniku;

(ii)

id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet u l-iskemi tal-manifattura tal-komponenti, it-tagħmir sekondarju tal-immuntar, ċirkwiti, eċċ;

(iii)

id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem dawk id-disinji u l-iskemi msemmija u l-funzjonament tal-oġġett pirotekniku;

(iv)

lista ta’ standards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza ta’ din id-Direttiva, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati;

(v)

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula, l-eżamijiet li jsiru, eċċ.;

(vi)

rapporti ta’ testijiet;

(d)

il-kampjuni rappreżentattivi tal-produzzjoni maħsuba. Il-korp notifikat jista’ jitlob aktar kampjuni jekk ikunu meħtieġa biex isir il-programm tat-testijiet;

(e)

l-evidenza ta’ appoġġ tal-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ appoġġ għandha ssemmi kwalunkwe dokumenti li jkunu ntużaw, b’mod partikolari fejn l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati kompletament. L-evidenza ta’ appoġġ għandha tinkludi, fejn ikun hemm bżonn, ir-riżultati tat-testijiet li jsiru f’konformità ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra mil-laboratorju xieraq tal-manifattur jew minn laboratorju tal-ittestjar ieħor f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

4.

Il-korp notifikat għandu:

 

Għall-oġġett pirotekniku

4.1.

Jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ appoġġ biex ikun eżaminat l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-oġġett pirotekniku.

 

Għall-kampjun(i):

4.2.

Jivverifika li l-kampjun(i) ġew manifatturati f’konformità ma’ dik id-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li tfasslu skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati rilevanti, kif ukoll l-elementi li tfasslu f’konformità ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra;

4.3.

Jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet adegwati, jew iqabbad lil min jagħmilhom, sabiex jiġi kkontrollat jekk, fejn il-manifattur ikun għażel li japplika s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti, dawn kienu ġew applikati b’mod korrett;

4.4.

Jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet adegwati„ jew iqabbad lil min jagħmilhom, sabiex jiġi kkontrollat jekk, fejn ma ġewx applikati s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur, inklużi dawk fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza korrispondenti ta’ din id-Direttiva;

4.5.

Jiftiehem mal-manifattur dwar fejn isiru l-eżamijiet u t-testijiet.

5.

Il-korp notifikat għandu jħejji rapport ta’ valutazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet li jkunu saru taħt il-punt 4 u r-riżultati tagħhom. Bla ħsara għall-obbligazzjonijiet tiegħu lejn l-awtoritajiet tan-notifika, il-korp notifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dak ir-rapport, kollu jew parti minnu, biss bi ftehim mal-manifattur.

6.

Fejn it-tip jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li japplikaw għall-oġġett pirotekniku konċernat, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Dak iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk ikun hemm) għall-validità tiegħu u dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE jista’ jkollu anness wieħed jew iktar mehmuża miegħu.

Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu għandu jkollhom l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-konformità tal-oġġetti pirotekniċi manifatturati mat-tip eżaminat tkun tista’ tiġi valutata u biex ikun hemm lok għal kontroll intern.

Fejn it-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma b’dan lill-applikant kif inhu xieraq, fejn jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.

7.

Il-korp notifikat għandu jżomm lilu nnifsu mgħarraf dwar kull bidla fit-teknoloġija l-aktar aġġornata ġeneralment rikonoxxuta, li tindika li t-tip approvat jista’ ma jikkonformax aktar mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, u għandu jiddetermina jekk tali bidliet ikunux jeħtieġu aktar investigazzjonijiet. Jekk ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma l-manifattur b’dan.

Il-manifattur għandu jinforma lill-korp notifikat li jkollu d- dokumentazzjoni relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE bil-modifiki kollha fit-tip approvat li jistgħu jolqtu l-konformità tal-oġġett pirotekniku mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza ta’ din id-Direttiva jew mal-kundizzjonijiet għall-validità ta’ dak iċ-ċertifikat. Tali modifiki għandhom jeħtieġu approvazzjoni addizzjonali fil-forma ta’ żieda għaċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip UE.

8.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet tan-notifika tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull addizzjoni magħmula lilhom, li nħarġu jew irtirati, u għandu, perjodikament jew wara talba, jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet tan-notifika tiegħu, il-lista ta’ dawn iċ-ċertifikati u/jew kwalunkwe addizzjonijiet li jkun irrifjuta, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda għalihom, li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita u, jekk jintalab jagħmel dan, dwar dawn iċ-ċertifikati u/jew żidiet għalihom li jkun ħareġ.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, wara talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew iż-żidiet tagħhom. Wara talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet li jkun wettaq il-korp notifikat. Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, kif ukoll tal-fajl tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni mressqa mill-manifattur, sal-iskadenza tal-validità ta’ dak iċ-ċertifikat.

9.

Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq.

IL-MODULU C2:   Il-konformità mat-tip fuq il-bażi ta’ kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-kontrolli b’superviżjoni tal-prodott f’intervalli mhux regolari

1.   Il-konformità għat-tip fuq il-bażi ta’ kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-kontrolli b’superviżjoni tal-prodott f’intervalli mhux regolari huma dik il-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 4, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-oġġetti pirotekniċi konċernati jkunu f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Il-manifatturar

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-oġġetti pirotekniċi manifatturati mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

3.   Verifiki tal-prodotti

Il-korp notifikat, magħżul mill-manifattur, għandu jagħmel kontrolli tal-prodott jew iqabbad lil min jagħmilhom, f’intervalli mhux regolari, kif iddeterminat mill-korp, biex tiġi vverifikata l-kwalità tal-kontrolli interni tal-prodott, fejn jitqiesu, inter alia, il-komplessità teknoloġika tal-oġġetti pirotekniċi u l-kwantità ta’ produzzjoni. Għandu jiġi eżaminat kampjun xieraq tal-prodotti finali, meħud fil-post mill-korp notifikat qabel ma l-prodotti jitqiegħdu fis-suq, u għandhom isiru t-testijiet xierqa kif identifikati mill-partijiet rilevanti tal-istandards armonizzati, jew għandhom isiru testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi kontrollata l-konformità tal-prodott deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva. Fejn kampjun ma jikkonformax mal-livell ta’ kwalità aċċettabbli, il-korp għandu jieħu miżuri xierqa.

Il-proċedura kampjunarja tal-aċċettazzjoni li għandha tiġi applikata hija maħsuba biex tiddetermina jekk il-proċess ta’ manifattura tal-oġġett pirotekniku konċernat jaħdimx f’limiti aċċettabbli, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità tal-oġġett pirotekniku.

Il-manifattur għandu, bir-responsabbiltà tal-korp notifikat, iwaħħal in-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat matul il-proċess ta’ manifattura.

4.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

4.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE ma’ kull oġġett pirotekniku individwali li jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli f’din id-Direttiva.

4.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-oġġett pirotekniku jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-oġġett pirotekniku li għalih tkun tfasslet.

Jekk tintalab għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

IL-MODULU D:   Il-konformità għat-tip fuq il-bażi tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni

1.   Il-konformità għat-tip fuq il-bażi tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni hija l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5, u jiżgura, u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-oġġetti pirotekniċi kkonċernati jkunu f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Manifattura

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni u ttestjar tal-oġġett pirotekniku konċernat finali kif speċifikat fil-punt 3 u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza fil-punt 4.

3.   Is-sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur għandu jiddepożita applikazzjoni għall-evalwazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità mal-korp notifikat tal-għażla tiegħu għall-oġġetti pirotekniċi konċernati.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija tal-oġġett pirotekniku kkunsidrata,

(d)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(e)

id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura li l-oġġetti pirotekniċi huma f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

L-elementi kollha, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom jkunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ politika, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords.

Din għandha, b’mod partikolari, ikun fiha, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u l-poteri tad-diretturi fir-rigward tal-kwalità tal-prodott;

(b)

il-manifattura korrispondenti, it-tekniki ta’ kontroll tal-kwalità u tal-assigurazzjoni tal-kwalità, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li se jintużaw;

(c)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jittieħdu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jsiru;

(d)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat; eċċ. u

(e)

il-mezzi ta’ monitoraġġ tal-ksib tal-kwalità meħtieġa tal-prodott u tal-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija fil-punt 3.2.

Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, il-grupp tal-verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza ta’ evalwazzjoni fil-qasam tal-prodott u t-teknoloġija tal-prodott rilevanti konċernat, u konoxxenza tar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. Il-verifika għandha tinkludi żjara ta’ evalwazzjoni fil-fond tal-manifattur. It-tim ta’ verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(e) biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva u biex jagħmel l-eżamijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità tal-oġġett pirotekniku ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-evalwazzjoni.

3.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità informat b’kull bidla intiża fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità modifikata hix se tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk hemmx bżonn ta’ evalwazzjoni ġdida.

Dan għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-evalwazzjoni.

4.   Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament jaqdi l-obbligi li joħorġu mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet ta’ evalwazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp notifikat fis-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

ir-records tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, ecc.

4.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel il-verifiki perjodiċi sabiex ikun żgur li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika.

4.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp notifikat jista’, jekk ikun neċessarju, jagħmel testijiet fuq il-prodott, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk saru xi testijiet, b’rapport tat-testijiet.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1., in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, ma’ kull oġġett pirotekniku individwali li jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-oġġett pirotekniku li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

6.   Għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-oġġett pirotekniku ikun tqiegħed fis-suq, il-manifattur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1;

(b)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.5, kif approvata;

(c)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li jissemmew fil-punt 3.5, 4.3 u 4.4.

7.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tan-notifika tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda, irtira jew b’xi mod ieħor illimita, u, jekk jintalab jagħmel dan, jinformahom bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun ħareġ.

IL-MODULU E:   Il-konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott

1.   Il-konformità għat-tip fuq il-bażi l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni hija l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-oġġetti pirotekniċi kkonċernati jkunu f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Manifattura

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità għall-ispezzjoni u ttestjar tal-prodott finali tal-oġġett pirotekniku konċernat kif speċifikat fil-punt 3 u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza fil-punt 4.

3.   Is-sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur għandu jiddepożita applikazzjoni għall-evalwazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità mal-korp notifikat tal-għażla tiegħu għall-oġġetti pirotekniċi konċernati.

L-applikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija tal-oġġett pirotekniku kkunsidrata;

(d)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(e)

id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura l-konformità tal-oġġetti pirotekniċi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

L-elementi kollha, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom jkunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ politika, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords.

Din għandha, b’mod partikolari, ikun fiha, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u l-poteri tad-diretturi fir-rigward tal-kwalità tal-prodott;

(b)

l- eżamijiet u t-testijiet li jridu jsiru wara l-fabbrikazzjoni;

(c)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, ecc.;

(d)

il-mezzi biex ikun immonitorjat it-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija fil-punt 3.2.

Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, il-grupp tal-verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza tal-evalwazzjoni fil-qasam tal-prodott rilevanti u t-teknoloġija rilevanti tal-prodott konċernat, u l-għarfien tar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. Il-verifika għandha tinkludi żjara ta’ evalwazzjoni fil-fond tal-manifattur. It-tim tal-verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(e) biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva u biex jagħmel l-eżamijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità tal-oġġett pirotekniku ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-evalwazzjoni.

3.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità informat b’kull bidla intiża fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità, modifikata hix se tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk hemmx bżonn ta’ evalwazzjoni ġdida.

Dan għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-evalwazzjoni.

4.   Is-sorveljanza taħt ir-responsabilita tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament jaqdi l-obbligi li joħorġu mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet ta’ evalwazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp notifikat fis-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

ir-records tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, ecc.

4.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel il-verifiki perjodiċi sabiex ikun żgur li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika.

4.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp notifikat, jekk ikun neċessarju, jista’ jagħmel testijiet fuq il-prodott, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk saru xi testijiet, b’rapport tat-testijiet.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, fuq kull oġġett pirotekniku individwali li hu f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-oġġett pirotekniku jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-oġġett pirotekniku li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

6.   Għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-oġġett pirotekniku ikun tqiegħed fis-suq, il-manifattur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1;

(b)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.5, kif approvata;

(c)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li jissemmew fil-punt 3.5, 4.3 u 4.4.

7.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tan-notifika tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira, u, jekk jintalab jagħmel dan, bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun ħareġ.

IL-MODULU G:   Il-konformità bbażata fuq il-verifika ta’ unità

1.   Il-konformità bbażata fuq il-verifika ta’ unità hija l-proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 5, u jiżgura u jiddikjara fuq responsabbiltà unika tiegħu, li l-oġġett pirotekniku konċernat, li ġie suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt 4, huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika u jagħmilha disponibbli għall-korp notifikat imsemmi fil-punt 4. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-oġġett pirotekniku rigward il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u stima xierqa tar-riskju jew ir-riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, safejn ikun rilevanti għall-evalwazzjoni, id-disinn, il-manifattura tal-oġġett pirotekniku u kif jaħdem. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-anqas dawn l-elementi:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tal-oġġett pirotekniku;

(b)

id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet u l-iskemi tal-manifattura tal-komponenti, it-tagħmir sekondarju tal-immuntar, ċirkwiti, eċċ.;

(c)

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi msemmija u kif jaħdem l-oġġett pirotekniku;

(d)

lista ta’ standards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza ta’ din id-Direttiva, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati;

(e)

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula, l-eżamijiet li jsiru, eċċ.;

(f)

rapporti ta’ testijiet.

Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-oġġett pirotekniku jkun tqiegħed fis-suq.

3.   Il-manifatturar

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodott manifatturat mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

4.   Il-verifika

Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel l-eżamijiet u testijiet adegwati, kif stabbilit fl-istandards armonizzati u/jew f’testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi kkontrollata l-konformità tal-oġġett pirotekniku mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva jew iqabbad lil min jagħmilhom. Fl-assenza ta’ tali standard armonizzat il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru.

Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet li jkunu saru u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu mal-oġġett pirotekniku approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-oġġett pirotekniku ikun tqiegħed fis-suq.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 4, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull oġġett pirotekniku li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tal-istrument leġiżlattiv.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-oġġett pirotekniku jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-oġġett pirotekniku li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

IL-MODULU H:   Il-konformità bbażata fuq l-assigurazzjoni sħiħa ta’ kwalità

1.   Il-konformità bbażata fuq l-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità hija l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5 u jiżgura u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-oġġetti pirotekniċi konċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Il-manifatturar

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità għat-tfassil, għall-manifattura u għall-ispezzjoni u ttestjar tal-oġġetti pirotekniċi konċernati kif speċifikat fil-punt 3 u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3.   Is-sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur għandu jiddepożita applikazzjoni għall-evalwazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità mal-korp notifikat tal-għażla tiegħu għall-oġġetti pirotekniċi konċernati.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika għal mudell wieħed ta’ kull kategorija ta’ oġġett pirotekniku maħsub biex jiġi manifatturat. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-anqas dawn l-elementi:

deskrizzjoni ġenerali tal-oġġett pirotekniku;

id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet u l-iskemi tal-manifattura tal-komponenti, it-tagħmir sekondarju tal-immuntar, ċirkwiti, eċċ.;

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi msemmija u kif jaħdem l-oġġett pirotekniku;

lista ta’ standards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza ta’ din id-Direttiva, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. F’każ ta’ standards armonizzati li jkunu ġew applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika f’liema partijiet ġew applikati;

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula, l-eżamijiet li jsiru, eċċ.;

rapporti ta’ testijiet;

(c)

id- dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(d)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġietx ippreżentata lil ebda korp notifikat ieħor.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura l-konformità tal-oġġetti pirotekniċi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

L-elementi kollha, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom jkunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ politika, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Dik id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords.

Din għandha, b’mod partikolari, ikun fiha, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura tal-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni rigward id-disinn u l-kwalità tal-prodott;

(b)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-disinn, inklużi l-istandards, li se jiġu applikati, u fejn l-istandards armonizzati rilevanti mhux se jkunu applikati kompletament, il-mezzi li se jintużaw biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti essenzjali ta’ sigurtà ta’ din id-Direttiva se jiġu sodisfatti;

(c)

it-tekniki, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi tal-kontroll tad-disinn u tal-verifika tad-disinn li se jintużaw meta jkunu iddisinjati l-oġġetti pirotekniċi li jaqgħu fil-kategorija tal-oġġett pirotekniku kopert;

(d)

it-tekniki, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi korrispondenti tal-manifattura, il-kontroll tal-kwalità u tal-assigurazzjoni tal-kwalità li se jintużaw;

(e)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jittieħdu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha saru;

(f)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ spezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, ecc.;

(g)

il-mezzi li bihom jiġu mmonitorjati t-twettiq tad-disinn meħtieġ u l-kwalità tal-prodott kif ukoll il-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija fil-punt 3.2.

Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, il-grupp tal-verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza ta’ assessur fil-qasam tal-prodott rilevanti u t-teknoloġija rilevanti tal-prodott konċernat, u l-għarfien tar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. Il-verifika għandha tinkludi żjara ta’ evalwazzjoni fil-fond tal-manifattur. It-tim ta’ verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fit-tieni inċiż tal-punt 3.1(b) biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva u biex jagħmel l-eżamijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità tal-oġġett pirotekniku ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Għandha tiġi nnotifikata d-deċiżjoni lill-manifattur.

In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-evalwazzjoni.

3.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità informat b’kull bidla intiża fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità modifikata hix se tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk hemmx bżonn ta’ evalwazzjoni ġdida.

Dan għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-evalwazzjoni.

4.   Is-sorveljanza taħt ir-responsabilita tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament jaqdi l-obbligi li joħorġu mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet ta’ evalwazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp notifikat fis-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

ir-rekords tal-kwalità kif previsti mill-parti tad-disinn tas-sistema ta’ kwalità bħalma huma r-riżultati tal-analiżi, tal-kalkoli, tat-testijiet; eċċ.,

(c)

ir-rekords ta’ kwalità kif previsti mill-parti tal-manifattura tas-sistema ta’ kwalità, bħar-rapporti ta’ spezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-personal konċernat, eċċ.

4.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel il-verifiki perjodiċi sabiex ikun żgur li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika.

4.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp notifikat, jekk ikun neċessarju, jista’ jagħmel testijiet fuq il-prodott, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jiċċekkja li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Dan għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk saru xi testijiet, b’rapport tat-test.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3,1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull oġġett pirotekniku individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

5.2.

Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-oġġett pirotekniku jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-oġġett pirotekniku li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

6.   Il-manifattur għandu, għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-oġġett pirotekniku jitqiegħed fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1;

(b)

id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ kwalità msemmija fil-punt 3.1;

(c)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.5, kif approvata;

(d)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li jissemmew fil-punt 3.5, 4.3 u 4.4.

7.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet, tas-sistemi ta’ kwalità, maħruġa jew irtirati u għandu, perjodikament jew wara talba, jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet tan-notifika l-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità rifjutati, sospiżi jew inkella ristretti.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira, u, jekk jintalab jagħmel dan, bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun ħareġ.


ANNESS III

DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-UE (Nru XXXX)  (1)

1.

Numru ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 9:

2.

Numru tal-prodott, tal-lott jew tas-serje:

3.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

4.

Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tinħareg taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur.

5.

L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tal-prodott li tippermetti t-traċċabbiltà):

6.

L-għan tad-dikjarazzjoni deskritt hawn fuq huwa konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni:

7.

Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti li ntużaw, jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra li skonthom qed tiġi ddikjarata l-konformità:

8.

Il-korp notifikat … (isem, numru)… wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent)… u ħareġ iċ-ċertifikat:

9.

Informazzjoni addizzjonali:

 

Iffirmat għal u f’isem:

 

(post u data tal-ħruġ):

 

(isem, funzjoni) (firma):


(1)  Il-manifattur għandu l-fakoltà li jassenja numru għad-dikjarazzjoni ta’ konformità.


ANNESS IV

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien mal-emenda tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 48)

Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 154, 14.6.2007, p. 1)

 

Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12)

Punt (h) tal-Artikolu 26(1) biss

PARTI B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u dati ta’ applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 48)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data tal-applikazzjoni

2007/23/KE

fl-4 ta’ Jannar 2010.

4 ta’ Lulju 2010 (logħob tan-nar tal-Kategoriji F1, F2 u F3)

4 ta’ Lulju 2013 (logħob tan-nar tal-Kategorija F4, oġġetti pirotekniċi oħra u oġġetti pirotekniċi teatrali)


ANNESS V

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 2007/23/KE

Id-Direttiva preżenti

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 1(3)

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 1(4)(a)

L-Artikolu 2(2)(a)

L-Artikolu 1(4)(b)

L-Artikolu 2(2)(b)

L-Artikolu 1(4)(c)

L-Artikolu 2(2)(c)

L-Artikolu 1(4)(d)

L-Artikolu 2(2)(d)

L-Artikolu 1(4)(e)

L-Artikolu 2(2)(e)

L-Artikolu 1(4)(f)

L-Artikolu 2(2)(f) u l-Artikolu 3(5)

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 2(2), l-ewwel sentenza

L-Artikolu 3(8)

L-Artikolu 2(2), it-tieni sentenza

L-Artikolu 2(2)(g)

L-Artikolu 2(3)

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 2(4)

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 2(5)

L-Artikolu 3(4)

L-Artikolu 2(6)

L-Artikolu 3(9)

L-Artikolu 2(7)

L-Artikolu 3(10)

Artikolu 2(8)

L-Artikolu 3(11)

L-Artikolu 2(9)

L-Artikolu 3(14)

L-Artikolu 2(10)

L-Artikolu 3(6)

Artikolu 3(7)

L-Artikolu 3(12)

L-Artikolu 3(13)

L-Artikolu 3(15) sa (22)

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 6(1)

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 6(2)

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 8(1)

L-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 12(1) sa (9) u l-Artikolu 14

L-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 14

L-Artikolu 4(3)

L-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 13(2), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 13(3)

L-Artikolu 13(4)

L-Artikolu 13(5)

L-Artikolu 4(4)(a)

L-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 4(4)(b)

L-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu u l-Artikolu 8(5)

L-Artikolu 8(3), 8(4) u (6) sa (9)

L-Artikolu 15

L-Artikolu 9

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 5

L-Artikolu 5(2)

L-Artikolu 6(1)

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 6(2)

L-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 6(3)

L-Artikolu 4(3)

L-Artikolu 6(4)

L-Artikolu 4(4)

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 7(2)

L-Artikolu 7(2)

L-Artikolu 7(3)

L-Artikolu 7(3)

L-Artikolu 7(4)

L-Artikolu 8(1)

L-Artikolu 8(2)

L-Artikolu 8(3), l-ewwel sentenza

L-Artikolu 8(3), it-tieni sentenza

L-Artikolu 16

L-Artikolu 8(3), it-tielet sentenza

L-Artikolu 8(4)

L-Artikolu 9

L-Artikolu 17

L-Artikolu 18

L-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 21 u Artikolu 30(1)

L-Artikolu 10(2)

L-Artikolu 30(2)

L-Artikolu 10(3)

L-Artikolu 25 u 26

L-Artikolu 10(4)

L-Artikolu 31(1)

L-Artikolu 10(5)

L-Artikolu 31(2)

L-Artikolu 10(6)

L-Artikolu 22 sa 24

L-Artikolu 27 sa 29

 

L-Artikolu 32 sa 37

L-Artikolu 11(1)

L-Artikolu 20(1)

L-Artikolu 11(2)

L-Artikolu 19

L-Artikolu 11(3)

L-Artikolu 19

L-Artikolu 20(2)

 

L-Artikolu 20(3)

L-Artikolu 20(4)

L-Artikolu 20(5)

L-Artikolu 12(1)

L-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 12(2)

L-Artikolu 10(2)

L-Artikolu 12(3)

L-Artikolu 10(3)

L-Artikolu 12(4)

L-Artikolu 10(4)

L-Artikolu 12(5)

L-Artikolu 10(5)

L-Artikolu 12(6)

L-Artikolu 13(1)

L-Artikolu 11(1)

L-Artikolu 13(2)

L-Artikolu 11(2)

L-Artikolu 13(3)

L-Artikolu 11(3)

L-Artikolu 14(1)

L-Artikolu 38(1)

L-Artikolu 14(2)

L-Artikolu 38(21)

L-Artikolu 14(3)

L-Artikolu 38(2)

L-Artikolu 14(4)

L-Artikolu 38(2)

L-Artikolu 14(5)

L-Artikolu 38(3)

L-Artikolu 14(6)

L-Artikolu 38(2)

L-Artikolu 14(7)

L-Artikolu 38(2)

L-Artikolu 15

L-Artikolu 39(1), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 39(1), it-tieni, it-tielet, u r-raba’ subparagrafi

L-Artikolu 39(2) sa (8)

L-Artikolu 16(1)

L-Artikolu 40(1), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 16(2)

L-Artikolu 40(2) u (3)

L-Artikolu 16(3)

L-Artikolu 42(1)(a)

L-Artikolu 40(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 41

L-Artikolu 42(1)(b) sa (h) u l-Artikolu 42(2)

L-Artikolu 17(1)

L-Artikolu 38(2)

L-Artikolu 17(2)

L-Artikolu 38(2)

L-Artikolu 18(1)

L-Artikolu 18(2)

L-Artikolu 43

L-Artikolu 19

L-Artikolu 44

L-Artikolu 20

L-Artikolu 45

L-Artikolu 46(1)

L-Artikolu 21(1)

L-Artikolu 47(1), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 21(2)

L-Artikolu 47(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 47(2)

L-Artikolu 21(3)

L-Artikolu 47(3)

L-Artikolu 21(4)

L-Artikolu 47(4)

L-Artikolu 21(5)

L-Artikolu 46(2) u (3)

L-Artikolu 21(6)

L-Artikolu 46(4)

L-Artikolu 46(5)

L-Artikolu 48

L-Artikolu 22

L-Artikolu 49

L-Artikolu 23

L-Artikolu 50

L-Anness I(1)

L-Anness I(1)

L-Anness I(2)

L-Anness I(2)

L-Anness I(3)

L-Anness I(3)

L-Anness I(4)(a)

L-Anness I(4)

L-Anness I(4)(b)

L-Anness I(4)

L-Anness I(5)

L-Anness I(5)

L-Anness II(1)

L-Anness II, Modulu B

L-Anness II(2)

L-Anness II, Modulu C2

L-Anness II(3)

L-Anness II, Modulu D

L-Anness II(4)

L-Anness II, Modulu E

L-Anness II(5)

L-Anness II, Modulu G

L-Anness II(6)

L-Anness II, Modulu H

L-Anness III

L-Artikolu 25

L-Anness IV

L-Artikolu 19

L-Anness III

L-Anness IV

L-Anness V


Top