Help Print this page 

Document 32013H0179

Title and reference
2013/179/UE: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ April 2013 dwar l-użu ta' metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti u ta' organizzazzjonijiet Test b’relevanza għaż-ŻEE
  • In force
OJ L 124, 4.5.2013, p. 1–210 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2013/179/oj
Multilingual display
Text

4.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ April 2013

dwar l-użu ta' metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti u ta' organizzazzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/179/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 191 u l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kejl u t-tagħrif affidabbli u korretti dwar il-prestazzjoni ambjentali ta' prodotti u organizzazzjonijiet huma elementi essenzjali għat-teħid ta' deċiżjonijiet ambjentali minn firxa wiesgħa ta' atturi.

(2)

Il-proliferazzjoni preżenti ta' metodi u inizjattivi differenti għall-ivvalutar u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali qiegħda twassal għal konfużjoni u nuqqas ta' fiduċja fit-tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali. Din twassal ukoll għal spejjeż żejda għan-negozji jekk dawn ikunu mitluba jkejlu l-prestazzjoni ambjentali tal-prodott jew tal-organizzazzjoni abbażi ta’ metodi differenti minn awtoritajiet pubbliċi, sħab tan-negozju, inizjattivi privati u investituri. Dawn l-ispejjeż inaqqsu l-opportunitajiet għall-kummerċ transkonfinali ta' prodotti ekoloġiċi. Jeżisti r-riskju li dawn in-nuqqasijiet fis-suq tal-prodotti ekoloġiċi se jkomplu jikbru (1).

(3)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar “Politika Integrata dwar il-Prodotti – Nibnu fuq il-Ħsieb dwar iċ-Ċiklu tal-Ħajja Ambjentali” (2) għarfet l-importanza li jiġu indirizzati l-impatti ambjentali matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott b'mod integrat.

(4)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-“Ġestjoni sostenibbli tal-materjali u l-produzzjoni u l-konsum sostenibbli” tal-20 ta' Diċembru 2010 (3) stiednu lill-Kummissjoni biex tiżviluppa metodoloġija komuni għall-valutazzjoni kwantitattiva tal-impatti ambjentali tal-prodotti, tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, biex tappoġġa l-valutazzjoni u t-tikkettar tal-prodotti.

(5)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "Lejn Att dwar is-Suq Uniku - Għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna. 50 proposta biex tiġi mtejba ħidmietna, in-negozju u l-iskambji ma' xulxin" (4) tat ħjiel li se jiġu studjati l-possibbiltajiet biex tiġi stabbilita metodoloġija komuni Ewropea għall-valutazzjoni u t-tikkettar tal-prodotti, biex tindirizza l-kwistjoni tal-impatt ambjentali tagħhom, inklużi l-emissjonijiet tal-karbonju. Il-ħtieġa għal tali inizjattiva ttenniet fiż-żewġ Atti Dwar is-Suq Uniku segwenti (5).

(6)

Il-Komunikazzjoni dwar “Aġenda għall-Konsumaturi Ewropej - Spinta lill-fiduċja u lit-tkabbir" enfasizzat li l-konsumaturi għandhom id-dritt li jkunu mgħarrfin dwar l-impatti ambjentali matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti li huma jkunu fi ħsiebhom jixtru u għandhom jiġu appoġġati biex jidentifikaw b’mod faċli l-għażliet li huma verament sostenibbli. Din stqarret li l-Kummissjoni se tiżviluppa metodoloġiji armonizzati biex tevalwa l-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u tal-kumpaniji bħala bażi għall-għoti ta’ informazzjoni affidabbli lill-konsumaturi.

(7)

Il-Komunikazzjoni dwar "Industrija Ewropea Aktar b’Saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku - Aġġornament tal-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali" (6) semmiet li l-Kummissjoni qiegħda tistudja l-aħjar modi possibbli biex jiġu integrati l-prodotti u s-servizzi ekoloġiċi fis-Suq Intern, dan jinkludi l-impronta ambjentali.

(8)

Fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, "Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi" (7), il-Kummissjoni Ewropea impenjat ruħha li tistabbilixxi approċċ ta' metodoloġija komuni li jippermetti lill-Istati Membri u lis-settur privat jivvalutaw, juru u jagħtu valur referenzjarju lill-prodotti, lis-servizzi u lill-kumpaniji abbażi ta’ valutazzjoni komprensiva tal-impatti ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom ("l-impronta ambjentali").

(9)

Dan l-istess dokument stieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu inċentivi li jkunu ta' xprun għall-maġġoranza tal-kumpaniji biex ikejlu, jagħtu valur komparattiv u jtejbu l-effiċjenza tar-riżorsi tagħhom b'mod sistematiku.

(10)

Bħala reazzjoni għal dawn il-ħtiġiet ta’ politika, il-Kummissjoni żviluppat il-metodi biex isiru l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti (Product Environmental Footprint - PEF) u L-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet (Organisation Environmental Footprint - OEF), abbażi ta’ metodi li huma rikonuxxuti sewwa. Il-Komunikazzjoni "Nibnu s-Suq Uniku għall-Prodotti Ekoloġiċi" tiddeskrivi qafas biex dawn jiġu żviluppati aktar u biex jiġu rfinuti l-metodoloġiji bil-parteċipazzjoni ta' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati (inkluża l-industrija, b’mod partikolari l-SMEs) permezz tal-ittestjar. L-ittestjar se jesplora wkoll soluzzjonijiet possibbli għall-isfidi prattiċibħall-aċċess għal, u l-kwalità ta', dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja, jew metodi ta' verifika kost-effettivi.

(11)

L-għan aħħari tal-inizjattiva hu li tiġi megħluba l-frammentazzjoni tas-suq intern fir-rigward ta' metodi disponibbli differenti għall-kejl tal-prestazzjoni ambjentali. Il-Kummissjoni tikkunsidra li għall-applikazzjoni obbligatorja hemm il-ħtieġa ta’ iktar żviluppi sabiex jiġu mħaffin il-piżijiet amministrattivi. Bħal f’kull metodu ġdid huma mistennija spejjeż bil-quddiem, għaldaqstant il-Kummissjoni tirrakkomanda li dawk in-negozji li jiddeċiedu li japplikaw il-metodoloġija fuq bażi volontarja, għandhom jagħmlu dan wara valutazzjoni serja tal-impatt fuq il-kompetittività u bl-istess mod l-Istati Membri li jużaw il-metodoloġija għandhom jivvalutaw l-ispejjeż u l-benefiċji fuq l-SMEs.

(12)

Il-Kummissjoni qiegħda taħdem biex tiżviluppa approċċi mfasslin skont is-settur u l-prodott b’konformità mar-rekwiżiti tal-metodi tal-impronta ambjentali, filwaqt li tittieħed inkonsiderazzjoni l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-karatteristiċi speċjali ta’ prodotti kumplessi, ktajjen ta’ provista flessibbli u swieq dinamiċi.

(13)

Permezz tar-rakkomandazzjoni lill-Istati Membri, lill-kumaniji u l-assoċjazzjonijiet privati, lill-operaturi ta’ skemi relatati mal-kejl jew il-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali u l-komunità finanzjarja għall-użu tal-metodi tal-impronta ambjentali, il-proliferazzjoni kurrenti ta’ metodi u tikketti hija mistennija li titnaqqas, b'benefiċċju kemm għall-fornituri kif ukoll għall-utenti ta' tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali. Bil-għan ta’ kjarifikazzjoni, l-oqsma potenzjali ta' applikazzjoni huma elenkati f'Anness I ta' din ir-Rakkomandazzjoni.

(14)

Il-Kummissjoni tinnota li filwaqt li din l-inizjattiva tiffoka fuq l-impatti ambjentali, fil-kuntest globali indikaturi oħra ta' prestazzjoni, bħall-impatti ekonomiċi u soċjali, kif ukoll it-tħassib dwar il-prattiċi tax-xogħol għandhom rwoli li qed isiru iktar importanti, u għandhom ukoll għażliet ta' kompromess. Il-Kummissjoni se ssegwi mill-qrib dawn l-iżviluppi u metodoloġiji moderni oħra (bħal Inizjattiva għar-Rapportar Globali/Gwida għar-Rapportar Sostenibbli).

(15)

Il-biċċa l-kbira tal-SMEs ma għandhomx l-għarfien espert u r-riżorsi biex jindirizzaw it-talbiet għat-tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja. Għaldaqstant, l-Istati Membri u l-assoċjazzjonijiet industrijali għandhom jappoġġaw lill-SMEs.

(16)

B’mod komplimentari mal-fażi pilota se jiġu żviluppati għodod ta’ appoġġ (bħal kriterji tal-kwalità għall-bażijiet tad-dejta tal-LCA, sistemi għall-ġestjoni tad-dejta, arbitraġġ xjentifiku, sistemi ta' konformità u verifika, awtoritajiet ta’ koordinazzjoni) fil-livelli tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri biex jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-politika. Il-Kummissjoni, hi konxja mis-suq globali, u se tibqa' żżomm l-organizzazzjonijiet internazzjonali infurmati dwar din l-inizjattiva volontarja.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.   L-GĦAN U L-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1.

Din ir-Rakkomandazzjoni tippromwovi l-użu tal-metodi għall-kejl tal-impronta ambjentali fil-politiki u l-iskemi rilevanti marbutin mal-kejl jew mal-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti jew organizzazzjonijiet.

1.2.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet privati u pubbliċi li jkejlu jew għandhom il-ħsieb li jkejlu l-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti, is-servizzi jew l-organizzazzjoni tagħhom, jew jikkomunikaw, jew għandhom il-ħsieb li jikkomunikaw it-tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja lil kwalunkwe parti interessata privata, pubblika, jew tas-soċjetà ċivili fis-Suq Uniku.

1.3.

Din ir-Rakkomandazzjoni ma tapplikax għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni obbligatorja tal-UE li tipprevedi metodoloġija speċifika għall-kejl tal-prestazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)   Il-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti (minn hawn 'il quddiem il-PEF): metodu ġenerali biex jitkejjel u jiġi kkomunikat l-impatt ambjentali potenzjali ta' prodott tul iċ-ċiklu tal-ħajja kif stabbilit fl-Anness II.

(b)   Il-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet (minn hawn 'il quddiem l-OEF): metodu ġenerali biex jitkejjel u jiġi kkomunikat l-impatt ambjentali potenzjali ta' organizzazzjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kif stabbilit fl-Anness III.

(c)   L-Impronta Ambjentali tal-prodotti: riżultat ta’ studju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodott ibbażat fuq il-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott.

(d)   L-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet: riżultat ta’ studju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet ibbażat fuq il-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjoni.

(e)   Il-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja: kejl kwantifikat tal-prestazzjoni ambjentali potenzjali ta' prodott jew organizzazzjoni meta l-istadji rilevanti kollha taċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkunsidrati.

(f)   Il-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja: kwalunkwe divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż lil sħab fin-negozju, investituri, korpi pubbliċi u konsumaturi.

(g)   Organizzazzjonijiet: kumpanija, korporazzjoni, ditta, intrapriża, awtorità jew istituzzjoni, jew parti jew kombinament tagħhom, kemm jekk inkorporata jew le, pubblika jew privata, li jkollha l-funzjonijiet u l-amministrazzjonijiet tagħha.

(h)   Skema: inizjattiva bi profitt jew mingħajru meħuda minn kumpaniji privati jew assoċċjazzjoni tagħhom, permezz ta’ sħubija pubblika-privata jew minn organizzazzjonijiet mhux governattivi li tirrikkjedi l-kejl jew il-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja.

(i)   Assoċċjazzjoni industrijali: organizzazzjoni li tirrappreżenta kumpaniji privati li huma membri tal-organizzazzjoni jew kumpaniji privati f’settur fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali.

(j)   Il-komunità finanzjarja: l-atturi kollha li jipprovdu servizzi finanzjarji (inkluż pariri finanzjarji), inklużi l-banek, l-investituri u l-kumpaniji ta' assigurazzjoni.

(k)   Dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja: tagħrif dwar iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott jew organizzazzjoni speċifikati jew referenza oħra. Din tkopri metadejta deskrittiva u inventarju kwantitattiv taċ-ċiklu tal-ħajja kif ukoll dejta tal-ivvalutar tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja.

(l)   Dejta dwar l-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja: inputs u outpouts kwantifikati għal prodott jew organizzazzjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, dejta speċifika (imkejla jew miġbura direttament) jew ġenerika (mhux imkejla jew miġbura direttament).

3.   L-UŻU TAL-METODI PEF U OEF FIL-POLITIKI TAL-ISTATI MEMBRI

L-Istati Membri għandhom:

3.1.

Jużaw il-metodu PEF jew il-metodu OEF f’politiki volontarji li jinvolvu il-kejl jew il-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti jew organizzazzjonijiet, kif ikun xieraq waqt li jiżguraw li tali politiki ma joħolqux ostakli għall-moviment liberu tal-merkanzija fis-Suq Uniku

3.2.

Jikkunsidraw it-tagħrif jew it-talbiet dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja bbażati fuq l-użu tal-metodu PEF jew il-metodu OEF kif ikun validu fl-iskemi nazzjonali rilevanti li jinvolvu l-kejl jew il-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti jew organizzazzjonijiet.

3.3.

Jagħmlu sforz biex iżidu d-disponibbilità ta' dejta ta' kwalità għolja dwar iċ-ċiklu tal-ħajja billi jistabbilixxu azzjonijiet biex jiżviluppaw, jirrevedu u jagħmlu disponibbli bażijiet tad-dejta nazzjonali u billi jikkontribwixxu biex jimtlew bażijiet tad-dejta eżistenti, ibbażati fuq ir-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta stipulati fil-metodi PEF u OEF.

3.4.

Jipprovdu assistenza u għodod lill-SMEs biex jgħinuhom ikejlu u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti jew l-organizzazzjonijiet tagħhom abbażi tal-metodu PEF jew OEF.

3.5.

Iħeġġu l-użu tal-metodu OEF għall-kejl jew il-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ organizzazzjonijiet pubbliċi.

4.   L-UŻU TAL-METODI PEF U OEF MINN KUMPANIJI U ORGANIZZAZZJONIJIET PRIVATI OĦRA

Kumpaniji u organizzazzjonijiet privati oħra li jiddeċidu li jkejlu jew li jikkomunikaw il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott jew l-organizzazzjoni tagħhom għandhom:

4.1.

Jużaw il-metodu PEF u l-metodu OEF għall-kejl jew il-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti jew l-organizzazzjoni tagħhom.

4.2.

Jikkontribwixxu għar-reviżjoni tal-bażijiet tad-dejta u jimlew dawn b’dejta ta’ kwalità għolja dwar iċ-ċiklu tal-ħajja li tkun tal-inqas ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta stabbiliti fil-metodi PEF jew OEF.

4.3.

Jikkunsidraw li jipprovdu appoġġ lill-SMEs fil-katina ta' provvista tagħhom biex jipprovdu tagħrif ibbażat fuq il-PEF u l-OEF u li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-organizzazzjonijiet jew tal-prodotti tagħhom.

Assoċjazzjonijiet industrijali għandhom:

4.4.

Jippromwovu l-użu tal-metodu PEF u tal-metodu OEF fost il-membri tagħhom.

4.5.

Jikkontribwixxu għar-reviżjoni tal-bażijiet tad-dejta u jimlew dawn b’dejta ta’ kwalità għolja dwar iċ-ċiklu tal-ħajja li tkun tal-inqas ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta stabbiliti fil-metodi PEF jew OEF.

4.6.

Jipprovdu għodod simplifikati u l-għarfien espert biex jgħinu lill-membri tal-SMEs ikejlu l-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti jew l-organizzazzjonijiet tagħhom abbażi tal-metodu PEF jew OEF.

5.   L-UŻU TAL-METODI PEF U OEF FI SKEMI MARBUTIN MAL-KEJL JEW MAL-KOMUNIKAZZJONI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI TAĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA

Skemi marbutin mal-kejl jew mal-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjenatali taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom:

5.1.

Jużaw il-metodu PEF u l-metodu OEF bħala metodu ta’ referenza għall-kejl jew il-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti jew l-organizzazzjonijiet.

6.   L-UŻU TAL-METODI PEF U OEF MILL-KOMUNITÀ FINANZJARJA

Il-membri tal-komunità finanzjarja għandhom, jekk ikun xieraq:

6.1.

Jippromwovu l-użu tat-tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja kkalkulat abbażi tal-metodu PEF jew il-metodu OEF fl-ivvalutar tar-riskju finanzjarju marbut mal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja.

6.2.

Jippromwovu l-użu ta’ tagħrif ibbażat fuq studji tal-OEF fl-ivvalutar tagħhom tal-livelli ta' prestazzjoni għall-komponenti ambjentali tal-indiċi tas-sostenibbiltà.

7.   VERIFIKA

7.1.

Jekk l-istudji tal-PEF u tal-OEF ikunu se jiġu użati għall-għanijiet ta’ komunikazzjoni, l-istudji għandhom jiġu verifikati skont ir-rekwiżiti tar-reviżjoni tal-metodi PEF u OEF.

7.2.

Il-verifika għandha tiġi bbażata fuq il-prinċipji tal-gwida li ġejja:

(a)

grad għoli ta’ kredibbiltà għall-kejl u l-komunikazzjoni;

(b)

il-proporzjonalità tal-ispiża u l-benefiċċju tal-verifika għall-użu intenzjonat tar-riżultati PEF u OEF;

(c)

il-verifikabbiltà tad-dejta taċ-ċiklu tal-ħajja kif ukoll it-traċċabbiltà tal-prodotti u l-organizzazzjonijiet.

8.   IR-RAPPURTAĠĠ DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-RAKKOMANDAZZJONI

8.1.

L-Istati Membri huma mistednin li jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar azzjonijiet meħuda fid-dawl ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fuq bażi annwali. L-ewwel dispożizzjoni ta’ tagħrif għandha tkun trażmessa sena wara l-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni. It-tagħrif trażmess għandu jinkludi:

(a)

Kif il-metodu PEF u l-metodu OEF huma użati f’inizjattiva(i) ta' politika;

(b)

in-numru ta’ prodotti u organizzazzjonijiet koperti permezz tal-inizjattiva;

(c)

inċentivi marbuta mal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja;

(d)

inizjattivi marbutin mal-iżvilupp ta’ dejta ta’ kwalità għolja taċ-ċiklu tal-ħajja;

(e)

l-assistenza provduta lill-SMEs fid-dispożizzjoni tat-tagħrif ambjentali dwar iċ-ċiklu tal-ħajja u fit-titjib tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom

(f)

problemi jew ostakli eventwali identifikati permezz tal-użu tal-metodi.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Valutar tal-impatt li jakkumpanja d-dokument Komuninazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Bini tas-Suq Uniku għall-Prodotti Ekoloġiċi: Il-faċilitazzjoni ta’ informazzjoni aħjar u iktar kredibbli dwar il-prestazzjoni ambjentali ta’ prodotti u organizzazzjonijiet (SWD(2013) 111 finali).

(2)  COM(2003) 302 finali.

(3)  It-3 061 laqgħa tal-Kunsill tal-AMBJENT, Brussell, l-20 ta' Diċembru 2010.

(4)  COM(2010) 608 finali/2.

(5)  COM(2011) 206 finali, L-Att dwar is-Suq Uniku - Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja. "Flimkien għal tkabbir ġdid" u COM(2012) 573 finali "Att dwar is-Suq Uniku II - Flimkien għal tkabbir ġdid"

(6)  COM(2012) 582 finali.

(7)  COM(2011) 571 finali.


ANNESS I

OQSMA TA' APPLIKAZZJONI POTENZJALI TAL-METODI U R-RIŻULTATI TAL-PEF U L-OEF

Oqsma potenzjali ta’ applikazzjoni tal-metodu PEF u tar-riżultati PEF:

l-ottimazzjoni tal-proċessi tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott;

appoġġ għad-disinn ta' prodotti li jċekken l-impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja;

il-komunikazzjoni fuq il-prodotti ta’ tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja (e.ż. pemrezz ta’ dokumentazzjoni li takkompanja l-prodott, websajts u apps) minn kumpaniji individwali jew permezz ta’ skemi volontarji;

skemi marbutin ma' talbiet ambjentali, b’mod partikolari biex jiġu żgurati r-robustezza u kompletezza tat-talbiet;

skemi ta’ reputazzjoni li jagħtu viżibbiltà lil prodotti li jkejlu l-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

l-identifikazzjoni tal-impatti ambjentali sinifikanti fid-dawl tal-istabbiliment ta’ kriterji għall-ekotikketti;

il-proviżjoni ta’ inċentivi bbażati fuq il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja, kif xieraq.

Oqsma potenzjali ta’ applikazzjoni tal-metodu OEF u tar-riżultati OEF:

l-ottimazzjoni tal-proċessi tul il-katina ta’ provvista kollha tal-portafoll tal-prodott ta’ organizzazzjoni;

il-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja lill-partijiet interessati (e.ż. permezz ta' Rapporti Annwali, f’rapporti dwar is-sostenibbiltà, bħala tweġiba għal kwestjonarji mill-investituri u l-partijiet interessati);

skemi ta' reputazzjoni li jagħtu viżibbiltà lill-organizzazzjonijiet li jkejlu l-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, jew lill-organizzazzjonijiet li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom tul iż-żmien (e.ż. sena b’sena;

skemi li jitolbu r-rapportaġġ dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja;

bħala mezz biex jipprovdu tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja u l-kisba tal-għanijiet fil-qafas ta' sistema ta' ġestjoni ambjentali;

jipprovdu inċentivi bbażati fuq it-titjib tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja kif imkejjel abbażi tal-metodu OEF, kif ikun xieraq.


ANNESS II

GWIDA DWAR L IMPRONTA AMBJENTALI TAL PRODOTTI (IL PEF) tar RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI

SOMMARJU EŻEKUTTIV 9
Kuntest 9
Għanijiet u pubbliku fil-mira 9
Metodi u riżultati 9
Rabta mal-Gwida dwar l-impronta ambjentali tal-organizzazzjonijiet 10
Terminoloġija: irid, għandu u jista’ 10

1.

KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI MARBUTIN MAL-ISTUDJI DWAR L-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTTI (IL-PEF) 11

1.1

Approċċ u eżempji ta’ applikazzjonijiet potenzjali 11

1.2

Kif għandek tuża din il-Gwida 13

1.3

Prinċipji li japplikaw għall-istudji dwar l-impronta ambjentali tal-prodotti 13

1.4

Stadji ta’ studju dwar l-impronta ambjentali tal-prodotti 14

2.

RWOL TAR-REGOLI TAL-KATEGORIJA MARBUTIN MAL-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTT (IL-PEFCRs) 15

2.1

Kummenti ġenerali 15

2.2

Rwol tal-PEFCRs u rabta mar-Regoli eżistenti tal-kategorija tal-prodotti (il-PCRs) 16

2.3

L-istruttura tal-PEFCRs abbażi tal-Klassifikazzjoni tal-Prodotti skont l-Attività (is-CPA) 17

3.

DEFINIZZJONI TAL-GĦAN(IJIET) TAL-ISTUDJU DWAR L-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTTI 18

3.1

Kummenti ġenerali 18

4.

DEFINIZZJONI TAL-AMBITU TAL-ISTUDJU DWAR L-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTTI 19

4.1

Kummenti ġenerali 19

4.2

L-unità tal-analiżi u l-fluss ta’ referenza 19

4.3

Limiti tas-sistema għall-istudji dwar l-impronta ambjentali tal-prodotti 20

4.4

L-għażla tal-kategoriji tal-impatt tal-impronta ambjentali u tal-metodi ta’ valutazzjoni ta’ dan l-impatt 21

4.5

L-għażla ta’ tagħrif ambjentali addizzjonali li għandu jiddaħħal fil-PEF 23

4.6

Is-suppożizzjonijiet/il-limitazzjonijiet 25

5.

L-ISTABBILIMENT U R-REĠISTRAZZJONI TAL-PROFIL TAL-UŻU TAR-RIŻORSI U TAL-EMISSJONIJIET 25

5.1

Kummenti ġenerali 25

5.2

Stadju ta’ skrinjar (irrakkomandat) 26

5.3

Il-pjan għall-immaniġġjar tad-dejta (fakultattiv) 26

5.4

Id-dejta tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet 27

5.4.1

L-akkwist tal-materja prima u l-ipproċessar minn qabel tagħha (mill-benniena sal-grada) 27

5.4.2

L-oġġetti kapitali 28

5.4.3

Il-produzzjoni 28

5.4.4

Id-distribuzzjoni u l-ħżin tal-prodotti 28

5.4.5

L-istadju tal-użu 28

5.4.6

Il-ħolqien ta’ mudell tal-loġistika għall-prodott analizzat 29

5.4.7

Tmiem il-ħajja tal-prodotti 30

5.4.8

Il-kontabilizzazzjoni tal-użu tal-elettriku (inkluż l-użu tal-enerġija rinnovabbli) 31

5.4.9

Elementi oħrajn li għandhom jitqiesu biex jiġi kkumpilat il-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet 31

5.5

In-nomenklatura tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet 32

5.6

Ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta 33

5.7

Il-ġbir tad-dejta speċifika 41

5.8

Il-ġbir tad-dejta ġenerika 42

5.9

It-trattament tan-nuqqasijiet fid-dejta tal-proċessi tal-unità/tad-dejta nieqsa li jkun għad baqa’ 43

5.10

It-trattament tal-proċessi multifunzjonali 43

5.11

Il-ġbir tad-dejta marbuta mal-istadji metodoloġiċi li jmiss fi studju dwar il-PEF 46

6.

IL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT TAL-IMPRONTA AMBJENTALI 47

6.1

Il-klassifika u l-karatterizzazzjoni (stadji obbligatorji) 47

6.1.1

Klassifika tal-flussi tal-impronta ambjentali tal-prodotti 48

6.1.2

Karatterizzazzjoni tal-flussi tal-impronta ambjentali 48

6.2

In-normalizzazzjoni u l-ponderazzjoni (stadji rrakkomandati/fakultattivi) 49

6.2.1

Normalizzazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali (stadju rrakkomandat) 49

6.2.2

Ponderazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali (stadju fakultattiv) 49

7.

L-INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI TAL-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTTI 50

7.1

Kummenti ġenerali 50

7.2

Valutazzjoni ta’ kemm hu b’saħħtu l-mudell tal-impronta ambjentali tal-prodotti 50

7.3

L-identifikazzjoni tal-hotspots 51

7.4

L-istima tal-inċertezza 51

7.5

Il-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-limitazzjonijiet 52

8.

RAPPORTI DWAR L-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTTI 52

8.1

Kummenti ġenerali 52

8.2

L-elementi tar-rapport 52

8.2.1

L-ewwel element: is-sommarju 52

8.2.2

It-tieni element: ir-rapport prinċipali 52

8.2.3

It-tielet element: l-anness 54

8.2.4

Ir-raba’ element: ir-rapport kunfidenzjali 54

9.

ANALIŻI KRITIKA TAL-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTTI 54

9.1

Kummenti ġenerali 54

9.2

Tip ta’ analiżi 55

9.3

Kwalifiki tar-reviżuri 55

10.

AKRONIMI U TAQSIRIET 56

11.

GLOSSARJU 57

12.

REFERENZI 62

Anness I:

Sommarju tar-rekwiżiti obbligatorji ewlenin għall-impronta ambjentali tal-prodott u għall-iżvilupp tar-regoli tal-kategorija marbutin mal-impronta ambjentali tal-prodott 3 65

Anness II:

Il-pjan għall-immaniġġjar tad-dejta (adattat mill-Inizjattiva tal-Protokoll dwar il-gassijiet serra) 3 76

Anness III:

Lista ta’ kontroll għall-ġbir tad-dejta 77

Anness IV:

L-identifikazzjoni tan-nomenklatura u tal-karatteristiċi adattati għal flussi speċifiċi 81

Anness V:

It-trattament tal-multifunzjonalità fil-każ tar-riċiklaġġ 84

Anness VI:

Gwida dwar kif għandhom jitqiesu l-emissjonijiet mit-tibdil dirett fl-użu tal-art li huma rilevanti għat-tibdil fil-klima 86

Anness VII:

Eżempju ta’ PEFCRs għall-prodotti intermedji tal-karti – ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta 88

Anness VIII:

Korrelazzjoni bejn it-terminoloġija użata f’din il-Gwida dwar il-PEF u t-terminoloġija użata mill-ISO 89

Anness IX:

Id-differenzi ewlenin bejn il-Gwida dwar il-PEF u l-Manwal tal-ILCD 90

Anness X:

Tqabbil tar-rekwiżiti ewlenin tal-Gwida dwar il-PEF ma’ metodi oħrajn 91

SOMMARJU EŻEKUTTIV

L-impronta ambjentali ta’ prodott (il-PEF) hija kejl tal-prestazzjoni ambjentali ta’ prodott jew ta’ servizz tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tiegħu abbażi ta’ diversi kriterji. It-tagħrif dwar il-PEF jiġi prodott bil-għan ġenerali li wieħed ifittex li jnaqqas l-impatti ambjentali tal-prodotti u s-servizzi filwaqt li jitqiesu l-attivitajiet tal-katina tal-provvista (1) (mill-estrazzjoni tal-materja prima sal-produzzjoni u l-użu u l-immaniġġjar tal-iskart aħħari). Din il-Gwida dwar il-PEF tipprovdi metodu biex wieħed joħloq mudell tal-impatti ambjentali tal-flussi tal-materjali jew tal-enerġija u tal-flussi tal-emissjonijiet u tal-iskart marbutin ma’ prodott tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tiegħu.

Dan id-dokument jipprovdi gwida dwar kif wieħed jikkalkula l-PEF, kif ukoll dwar kif wieħed jiżviluppa rekwiżiti metodoloġiċi li jkunu speċifiċi għall-kategorija tal-prodott biex dawn jintużaw fir-Regoli tal-kategorija marbutin mal-impronta ambjentali tal-prodott (il-PEFCRs). Il-PEFs jikkumplimentaw strumenti oħrajn li jiffukaw fuq siti u limiti speċifiċi.

Kuntest

Din il-Gwida dwar il-PEF ġiet żviluppata fil-kuntest ta’ wieħed mill-elementi kostitwenti tal-inizjattiva ewlenija tal-Istrateġija “Ewropa 2020” imsejjaħ “Ewropa effiċjenti fir-riżorsi” (2). Il-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni Ewropea msejjaħ “Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi” (3) jipproponi metodi biex tiżdied il-produttività tar-riżorsi u biex it-tkabbir ekonomiku jiġi diżakkoppjat kemm minn mal-użu tar-riżorsi u kemm minn mal-impatti ambjentali, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu kollu ta’ ħajja tal-prodotti. Wieħed mill-għanijiet tiegħu huwa li jistabbilixxi “approċċ metodoloġiku komuni sabiex l-Istati Membri u s-settur privat ikunu jistgħu jivvalutaw, juru u jqabblu mal-valuri referenzjarji l-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti, tas-servizzi u tal-kumpaniji, abbażi ta’ valutazzjoni komprensiva tal-impatti ambjentali tul iċ-ċiklu ta’ ħajja (“l-impronta ambjentali”)”. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġiji li jappoġġaw dan.

B’hekk inbeda l-proġett dwar l-impronta ambjentali tal-prodotti u tal-organizzazzjonijiet (l-OEF), sabiex tiġi żviluppata metodoloġija armonizzata Ewropea għall-istudji dwar l-impronta ambjentali (l-EF) li tkun tista’ tinkludi firxa iktar wiesgħa ta’ kriterji rilevanti tal-prestazzjoni ambjentali bl-użu ta’ approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja (4). Approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja huwa approċċ li fih titqies il-firxa kollha tal-flussi tar-riżorsi u tal-interventi ambjentali assoċjati ma’ prodott jew ma’ organizzazzjoni mil-lat tal-katina tal-provvista. Huwa jinkludi l-istadji kollha, mill-akkwist tal-materja prima sal-ipproċessar, id-distribuzzjoni, l-użu u l-proċessi ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodott, kif ukoll l-impatti ambjentali, l-effetti fuq is-saħħa, it-theddid marbut mar-riżorsi u l-piżijiet fuq is-soċjetà kollha rilevanti relatati ma’ dawn l-istadji. Dan l-approċċ huwa essenzjali wkoll sabiex joħroġ fid-dieher kwalunkwe kompromess potenzjali li jkollu jsir bejn it-tipi ta’ impatti ambjentali differenti assoċjati ma’ deċiżjonijiet speċifiċi tal-politika u tal-immaniġġjar. B’hekk jgħin biex jiġi evitat iċ-ċaqliq mhux maħsub tal-piżijiet minn naħa għal oħra.

Għanijiet u pubbliku fil-mira

Dan id-dokument għandu l-għan li jipprovdi gwida teknika ddettaljata u komprensiva dwar kif wieħed għandu jwettaq studju dwar il-PEF. L-istudji dwar il-PEF jistgħu jintużaw għal diversi għanijiet, fosthom għall-ġestjoni interna u l-parteċipazzjoni fi programmi volontarji jew obbligatorji. Dan id-dokument huwa mmirat l-aktar għall-esperti tekniċi li għandhom bżonn jiżviluppaw studju dwar il-PEF, pereżempju l-inġiniera u l-maniġers ambjentali fil-kumpaniji u f’istituzzjonijiet oħrajn. Wieħed m’għandu bżonn ikollu l-ebda għarfien espert fil-metodi tal-valutazzjoni ambjentali sabiex juża din il-Gwida biex iwettaq studju dwar il-PEF.

Din il-Gwida dwar il-PEF mhix maħsuba biex toffri appoġġ dirett għall-paraguni jew għal dikjarazzjonijiet komparattivi (jiġifieri dikjarazzjonijiet li l-prestazzjoni ambjentali ta’ prodott hija aħjar, b’mod ġenerali, minn dik ta’ prodott ieħor jew li hija ekwivalenti għal dik ta’ prodott ieħor (abbażi tal-istandard tal-ISO 14040:2006)). It-tali paraguni jkunu jeħtieġu li jiġu żviluppati PEFCRs addizzjonali li jikkumplimentaw il-gwida iktar ġenerali mogħtija f’dan id-dokument, sabiex ikun hemm iktar armonizzazzjoni metodoloġika, speċifiċità, rilevanza u riproduċibbiltà għal tip ta’ prodott speċifiku. Barra minn hekk, il-PEFCRs se jagħmluha iktar faċli li wieħed jiffoka l-attenzjoni tiegħu fuq il-parametri l-iktar importanti, u b’hekk se jnaqqsu wkoll il-ħin, l-isforzi u l-ispejjeż involuti fit-tlestija ta’ studju dwar il-PEF. Minbarra li jipprovdi gwida ġenerali dwar ir-rekwiżiti għall-istudji dwar il-PEF u li jiddefinihom, dan id-dokument jispeċifika wkoll ir-rekwiżiti biex jiġu żviluppati l-PEFCRs.

Metodi u riżultati

Kull rekwiżit speċifikat f’din il-Gwida dwar il-PEF ingħażel billi tqiesu r-rakkomandazzjonijiet ta’ metodi tal-kontabbiltà ambjentali u ta’ dokumenti ta’ gwida dwarhom li huma simili u rrikonoxxuti b’mod wiesa’. B’mod speċifiku, id-dokumenti ta’ gwida dwar il-metodoloġija li tqiesu kienu: l-istandards tal-ISO (5) (b’mod partikulari l-istandard tal-ISO 14044(2006), l-abbozz tal-istandard tal-ISO/DIS 14067(2012), l-istandard tal-ISO 14025(2006) u l-istandard tal-ISO 14020(2000)); il-Manwal tas-Sistema internazzjonali ta’ referenza għad-dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja (bl-Ingliż imsejħa “International Reference Life Cycle Data System”, l-ILCD) (6); l-istandards dwar l-impronta ekoloġika (7); il-Protokoll dwar il-gassijiet serra (8) (tal-WRI/ il-WBCSD); il-prinċipji ġenerali għall-komunikazzjoni ambjentali dwar il-prodotti għas-suq tal-massa BPX 30-323-0 (ADEME) (9); u l-ispeċifikazzjoni għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-prodotti u s-servizzi tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom (PAS 2050, 2011) (10).

Ir-riżultat ta’ din l-analiżi qed jingħata fil-qosor fl-Anness X. Deskrizzjoni iktar iddettaljata tinsab fid-dokument imsejjaħ “Analysis of Existing Environmental Footprint Methodologies for Products and Organizations: Recommendations, Rationale, and Alignment” (“Analiżi tal-metodoloġiji eżistenti għall-organizzazzjonijiet u l-prodotti b’rabta mal-impronta ambjentali: rakkomandazzjonijiet, raġunament u allinjament”) (EC-JRC-IES 2011b) (11). Filwaqt li l-metodi eżistenti jistgħu jipprovdu diversi alternattivi għal deċiżjoni metodoloġika partikulari, din il-Gwida dwar il-PEF timmira li tidentifika (kull fejn dan ikun possibbli) rekwiżit wieħed għal kull deċiżjoni, jew li tipprovdi iktar gwida li tappoġġa studji dwar il-PEF li jkunu iktar konsistenti u riproduċibbli u li jkunu iktar b’saħħithom. B’hekk, qed tingħata prijorità lill-komparabbiltà meta mqabbel mal-flessibbiltà.

Kif intqal qabel, il-PEFCRs huma estensjoni bżonnjuża tal-gwida iktar ġenerali għall-istudji dwar il-PEF mogħtija f’dan id-dokument (jiġifieri f’termini tal-komparabbiltà bejn studji differenti dwar il-PEF), u jikkumplimentawha. Huma u jiġu żviluppati, il-PEFCRs se jkollhom rwol importanti fiż-żieda tar-riproduċibbiltà, tal-kwalità, tal-konsistenza u tar-rilevanza tal-istudji dwar il-PEF.

Rabta mal-Gwida dwar l-impronta ambjentali tal-organizzazzjonijiet

Kemm l-impronta ambjentali tal-organizzazzjonijiet (l-OEF) kif ukoll il-PEF jipprovdu approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja biex wieħed jikkwantifika l-prestazzjoni ambjentali. Filwaqt li l-metodu tal-PEF jiffoka b’mod speċifiku fuq prodotti u servizzi individwali, il-metodu tal-OEF japplika għall-attivitajiet organizzattivi kollha f’daqqa – jiġifieri għall-attivitajiet kollha assoċjati mal-prodotti u/jew mas-servizzi li l-organizzazzjoni tipprovdi mil-lat tal-katina tal-provvista (mill-estrazzjoni tal-materja prima sal-użu u l-alternattivi għall-immaniġġjar tal-iskart aħħari). Għalhekk, il-kalkolu tal-impronta ambjentali tal-organizzazzjonijiet u dak tal-impronta ambjentali tal-prodotti jistgħu jitqiesu bħala attivitajiet li jikkumplimentaw lil xulxin, u li kull waħda minnhom issir biex tappoġġa applikazzjonijiet speċifiċi.

M’hemmx bżonn ta’ diversi analiżi tal-prodotti biex tiġi kkalkulata l-OEF. Minflok, l-OEF tiġi kkalkulata bl-użu ta’ dejta aggregata li tirrappreżenta l-flussi tar-riżorsi u tal-iskart li jaqsmu limitu organizzativ iddefinit. Madankollu, ladarba l-OEF tiġi kkalkulata, din tista’ tiġi diżakkoppjata, fil-livell tal-prodott, billi jintużaw il-fatturi adegwati tal-allokazzjoni. Fit-teorija, it-total tal-PEFs tal-prodotti li organizzazzjoni tipprovdi tul ċertu perjodu ta’ rrappurtar (pereżempju sena) għandu jkun qrib l-OEF tagħha għall-istess perjodu ta’ rrappurtar (12). Il-metodoloġiji mogħtija f’din il-Gwida dwar il-PEF ġew żviluppati apposta għal dan il-għan. Barra minn hekk, l-OEF tista’ tgħin biex jiġu identifikati l-oqsma tal-portafoll tal-prodotti tal-organizzazzjoni fejn hemm l-iktar impatti ambjentali sinifikanti, u b’hekk, fejn jista’ jkun hemm bżonn ta’ analiżi ddettaljata u individwali fil-livell tal-prodotti.

Terminoloġija: irid, għandu u jista’

Din il-Gwida dwar il-PEF tuża terminoloġija preċiża biex tindika r-rekwiżiti, ir-rakkomandazzjonijiet u l-alternattivi li l-kumpaniji jistgħu jagħżlu.

Il-verb “irid” qed jintuża biex jindika x’inhu meħtieġ biex studju dwar il-PEF ikun konformi ma’ din il-Gwida.

Il-verb “għandu” qed jintuża biex jindika rakkomandazzjoni iktar milli rekwiżit. Min ikun qed iwettaq l-istudju għandu jiġġustifika kwalunkwe devjazzjoni minn rekwiżit li fih jintuża l-verb “għandu” u għandu jagħmilha trasparenti.

Il-verb “jista’” qed jintuża biex jindika għażla li hija permissibbli.

1.   KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI MARBUTIN MAL-ISTUDJI DWAR L-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTTI (IL-PEF)

1.1   Approċċ u eżempji ta’ applikazzjonijiet potenzjali

L-impronta ambjentali ta’ prodott (il-PEF) hija kejl tal-prestazzjoni ambjentali ta’ prodott jew ta’ servizz tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tiegħu abbażi ta’ diversi kriterji (13). It-tagħrif dwar il-PEF jiġi prodott bil-għan ġenerali li jgħin biex jitnaqqsu l-impatti ambjentali tal-prodotti u s-servizzi.

Dan id-dokument jipprovdi gwida dwar kif wieħed jikkalkula l-PEF, kif ukoll dwar kif wieħed jiżviluppa rekwiżiti metodoloġiċi li jkunu speċifiċi għall-kategorija tal-prodott biex dawn jintużaw fir-Regoli tal-kategorija marbutin mal-impronta ambjentali tal-prodott (il-PEFCRs). Il-PEFCRs huma estensjoni bżonnjuża tal-gwida ġenerali għall-istudji dwar il-PEF u jikkumplimentawha. Huma u jiġu żviluppati, il-PEFCRs se jkollhom rwol importanti fiż-żieda tar-riproduċibbiltà, tal-konsistenza u tar-rilevanza tal-istudji dwar il-PEF. Il-PEFCRs se jagħmluha iktar faċli li wieħed jiffoka iktar fuq il-parametri l-iktar importanti, u b’hekk jista’ jkun li jnaqqsu wkoll il-ħin, l-isforzi u l-ispejjeż involuti fit-twettiq ta’ studju dwar il-PEF.

Abbażi ta’ approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja (14), il-Gwida dwar il-PEF tipprovdi metodu biex wieħed joħloq mudell tal-impatti ambjentali tal-flussi tal-materjali jew tal-enerġija u tal-flussi tal-emissjonijiet u tal-iskart (15) li jirriżultaw minnhom li huma marbutin ma’ prodott (16) mil-lat tal-katina tal-provvista (17) (mill-estrazzjoni tal-materja prima (18) sal-użu u l-immaniġġjar tal-iskart aħħari). Approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja huwa approċċ li fih titqies il-firxa kollha tal-flussi tar-riżorsi u tal-interventi ambjentali assoċjati ma’ prodott jew ma’ organizzazzjoni mil-lat tal-katina tal-provvista. Huwa jinkludi l-istadji kollha, mill-akkwist tal-materja prima sal-ipproċessar, id-distribuzzjoni, l-użu u l-proċessi ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodott, kif ukoll l-impatti ambjentali, l-effetti fuq is-saħħa, it-theddid marbut mar-riżorsi u l-piżijiet fuq is-soċjetà kollha rilevanti relatati ma’ dawn l-istadji.

Dan id-dokument huwa mmirat l-aktar għall-esperti tekniċi li għandhom bżonn jiżviluppaw studju dwar il-PEF, pereżempju l-inġiniera u l-maniġers ambjentali. Wieħed m’għandu bżonn ikollu l-ebda għarfien espert fil-metodi tal-valutazzjoni ambjentali sabiex juża din il-Gwida biex jiżviluppa studju dwar il-PEF.

Il-metodu tal-PEF jissejjes fuq l-approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja. L-approċċ għall-immaniġġjar ambjentali bbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, u l-mentalità li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja (LCT) b’mod ġenerali, iqisu l-interazzjonijiet ambjentali rilevanti kollha assoċjati ma’ oġġett, servizz, attività jew entità mil-lat tal-katina tal-provvista. Dan huwa f’kuntrast mal-approċċ li jiffoka fuq l-impatti fil-livell tas-sit biss jew li jiffoka fuq impatt ambjentali wieħed, sabiex titnaqqas il-possibbiltà ta’ ċaqliq mhux maħsub tal-piżijiet minn naħa għal oħra u ta’ ċaqliq tal-piż tal-impatt ambjentali minn stadju wieħed tal-katina tal-provvista għal stadju ieħor tagħha, minn kategorija waħda tal-impatt għal kategorija oħra, bejn l-impatti u l-effiċjenza fir-riżorsi u/jew bejn il-pajjiżi.

Sabiex jiġi żviluppat mudell li jirrappreżenta b’mod realistiku dawn il-flussi u l-impatti fiżiċi, jeħtieġ li jiġu ddefiniti parametri għall-ħolqien tal-mudelli li jkunu bbażati, safejn huwa possibbli, fuq termini u rabtiet fiżiċi ċari.

Kull rekwiżit speċifikat f’din il-Gwida dwar il-PEF ingħażel billi tqiesu r-rakkomandazzjonijiet ta’ metodi tal-kontabbiltà ambjentali tal-prodotti u ta’ dokumenti ta’ gwida dwarhom li huma simili u rrikonoxxuti b’mod wiesa’. B’mod speċifiku, id-dokumenti ta’ gwida dwar il-metodoloġija li tqiesu kienu:

l-istandards tal-ISO (19), b’mod partikulari l-istandard tal-ISO 14044(2006), l-abbozz tal-istandard tal-ISO/DIS 14067(2012), l-istandard tal-ISO 14025(2006) u l-istandard tal-ISO 14020(2000);

il-Manwal tas-Sistema internazzjonali ta’ referenza għad-dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja (bl-Ingliż imsejħa “International Reference Life Cycle Data System”, l-ILCD) (20);

l-impronta ekoloġika (21);

il-Protokoll dwar il-gassijiet serra (22) (WRI/WBCSD);

il-prinċipji ġenerali għall-komunikazzjoni ambjentali dwar il-prodotti għas-suq tal-massa BPX 30-323-0 (ADEME) (23);

l-ispeċifikazzjoni għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-prodotti u s-servizzi tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom (PAS 2050, 2011) (24).

L-Anness X jagħti ħarsa ġenerali lejn ċerti rekwiżiti ewlenin mogħtija f’din il-Gwida dwar il-PEF meta mqabbla mar-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fid-dokumenti ta’ gwida dwar il-metodoloġija msemmija hawn fuq. Deskrizzjoni iktar iddettaljata tal-metodi analizzati u tar-riżultat tal-analiżi tinsab fid-dokument imsejjaħ “Analysis of Existing Environmental Footprint Methodologies for Products and Organizations: Recommendations, Rationale, and Alignment” (“Analiżi tal-metodoloġiji eżistenti għall-organizzazzjonijiet u l-prodotti b’rabta mal-impronta ambjentali: rakkomandazzjonijiet, raġunament u allinjament”) (25). Filwaqt li l-metodi eżistenti jistgħu jipprovdu diversi alternattivi għal deċiżjoni metodoloġika partikulari, din il-Gwida dwar il-PEF timmira li tidentifika (kull fejn dan ikun possibbli) rekwiżit wieħed għal kull deċiżjoni, jew li tipprovdi iktar gwida sabiex tappoġġa studji dwar il-PEF li jkunu iktar konsistenti u riproduċibbli u li jkunu iktar b’saħħithom.

L-applikazzjonijiet potenzjali tal-istudji dwar il-PEF jistgħu jinġabru flimkien fi gruppi skont l-għanijiet interni jew esterni tagħhom:

l-applikazzjonijiet interni jistgħu jinkludu l-appoġġ għall-immaniġġjar ambjentali, l-identifikazzjoni ta’ hotspots ambjentali (elementi ambjentalment rilevanti) u t-titjib u s-segwitu tal-prestazzjoni ambjentali, u jistgħu jinkludu, b’mod indirett, opportunitajiet għall-iffrankar tal-ispejjeż;

l-applikazzjonijiet esterni (bħall-interazzjonijiet bejn negozju u ieħor u bejn negozju u l-konsumaturi, bl-Ingliż imsejħin “Business-to-Business” (B2B) u “Business-to-Consumers” (B2C) rispettivament), ikopru firxa wiesgħa ta’ possibbiltajiet, mit-tweġib għad-domandi tal-klijenti u tal-konsumaturi sal-kummerċjalizzazzjoni, it-tqabbil mal-valuri referenzjarji, it-tikkettar ambjentali, l-appoġġ għall-ekodisinn tul il-katina kollha tal-provvista, l-akkwist ekoloġiku u l-ħarsien tar-rekwiżiti tal-politiki ambjentali fil-livell Ewropew u fil-livell tal-Istati Membri;

it-tqabbil mal-valuri referenzjarji jista’ jinkludi, pereżempju, li wieħed jiddefinixxi prodott li jkollu prestazzjoni medja (abbażi ta’ dejta pprovduta mill-partijiet interessati jew ta’ dejta ġenerika jew ta’ approssimazzjonijiet), imbagħad jikklassifika l-prodotti l-oħra skont il-prestazzjoni tagħhom meta mqabbla ma’ dan il-valur referenzjarju.

It-Tabella 1 tagħti ħarsa ġenerali lejn l-applikazzjonijiet li għalihom huma maħsubin l-istudji dwar il-PEF b’rabta mar-rekwiżiti ewlenin għat-twettiq tal-istudji dwar il-PEF skont din il-Gwida dwar il-PEF.

It-Tabella 1

Ir-rekwiżiti ewlenin għall-istudji dwar il-PEF skont l-applikazzjoni li għalihom huma maħsubin

Applikazzjonijiet previsti

Definizzjoni tal-għan u tal-ambitu

Eżami analitiku

Ħarsien tar-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta

Ġerarkija tal-multifunzjonalità

Għażla tal-metodi għall-valutazzjoni tal-impatt

Klassifika u karatterizzazzjoni

Normalizzazzjoni

Ponderazzjoni

Interpretazzjoni tar-riżultati tal-PEF

Rekwiżiti tar-rappurtar

Analiżi kritika (minn persuna waħda)

Bord għall-analiżi kritika (magħmul minn tliet persuni)

Hemm bżonn tal-PEFCR

Applikazzjonijiet interni

(li jiddikjaraw li huma konformi mal-Gwida dwar il-PEF)

O

R

R

O

O

O

R

F

O

F

O

F

F

Applikazzjonijiet esterni

B2B/B2C mingħajr paraguni jew dikjarazzjonijiet komparattivi

O

R

O

O

O

O

R

F

O

O

O

R

R

B2B/B2C bil-paraguni jew b’dikjarazzjonijiet komparattivi

O

R

O

O

O

O

R

F

O

O

/

O

O

“O”

=

rekwiżit obbligatorju;

“R”

=

rekwiżit irrakkomandat (mhux obbligatorju);

“F”

=

rekwiżit fakultattiv (mhux obbligatorju);

“/”

=

mhux applikabbli.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Studju dwar il-PEF irid jissejjes fuq approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja.

1.2   Kif għandek tuża din il-Gwida

Din il-Gwida tipprovdi t-tagħrif meħtieġ biex wieħed iwettaq studju dwar il-PEF. It-tagħrif f’din il-Gwida dwar il-PEF huwa mogħti b’mod sekwenzjali, fl-ordni tal-istadji metodoloġiċi li wieħed irid iwettaq meta jkun qed jikkalkula PEF. Kull taqsima tibda b’deskrizzjoni ġenerali tal-istadju metodoloġiku, flimkien ma’ ħarsa ġenerali lejn l-aspetti li jeħtieġ li jitqiesu u ma’ xi eżempji. “Ir-rekwiżiti” jispeċifikaw l-istandards metodoloġiċi li “jridu jew għandhom” jitħarsu sabiex l-istudju jkun konformi mal-Gwida dwar il-PEF. Dawn huma mogħtija f’kaxxi b’borduri magħmulin minn linja waħda wara t-taqsimiet li fihom id-deskrizzjoni ġenerali. “Il-pariri” jiddeskrivu l-aħjar prattiki li mhumiex obbligatorji, imma li huma rrakkomandati. Dawn qed jingħataw f’kaxxi skurati li wkoll għandhom borduri magħmulin minn linja sħiħa. F’każijiet fejn qed jiġu speċifikati iktar rekwiżiti għall-ħolqien tal-PEFCRs, dawn huma mogħtija f’kaxxi b’borduri magħmulin minn żewġ linji fi tmiem kull taqsima rilevanti.

1.3   Prinċipji li japplikaw għall-istudji dwar l-impronta ambjentali tal-prodotti

Sabiex jiġu prodotti studji dwar il-PEF li jkunu konsistenti u riproduċibbli u li jkunu b’saħħithom, trid titħares b’mod strett firxa ta’ prinċipji analitiċi ewlenin. Dawn il-prinċipji jipprovdu gwida ġenerali dwar l-applikazzjoni tal-metodu tal-PEF. Huma jridu jitqiesu għal kull stadju tal-istudji dwar il-PEF, mid-definizzjoni tal-għanijiet tal-istudju u tal-ambitu tar-riċerka sal-ġbir tad-dejta u l-valutazzjoni tal-impatt, u r-rappurtar u l-verifika tar-riżultati tal-istudju.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Huma u jwettqu studju dwar il-PEF, l-utenti ta’ din il-Gwida jridu jħarsu l-prinċipji li ġejjin:

(1)

Ir-rilevanza

Il-metodi kollha użati sabiex tiġi kkwantifikata l-PEF u d-dejta kollha miġbura għal dan il-għan iridu jkunu rilevanti għall-istudju kemm jista’ jkun.

(2)

Il-kompletezza

Il-kwantifikazzjoni tal-PEF trid tinkludi l-flussi tal-materjali jew tal-enerġija u l-interventi ambjentali l-oħra kollha rilevanti għall-ambjent, hekk kif meħtieġ biex wieħed iżomm mal-limiti ddefiniti tas-sistema (26) u hekk kif meħtieġ għar-rekwiżiti tad-dejta u l-metodi għall-valutazzjoni tal-impatt użati.

(3)

Il-konsistenza

Din il-Gwida trid titħares b’mod strett fl-istadji kollha tal-istudju dwar il-PEF, sabiex ikunu żgurati l-konsistenza interna u l-komparabbiltà ma’ analiżi simili.

(4)

L-akkuratezza

Iridu jsiru l-isforzi raġonevoli kollha sabiex jitnaqqsu l-inċertezzi fil-ħolqien tal-mudell tas-sistema tal-prodotti (27) u fir-rappurtar tar-riżultati.

(5)

It-trasparenza

It-tagħrif dwar il-PEF irid jiġi żvelat b’tali mod li l-utenti li għalihom ikun maħsub jingħataw il-bażi meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom u b’tali mod li l-partijiet interessati jkunu jistgħu jivvalutaw kemm it-tagħrif hu b’saħħtu u affidabbli.

Prinċipji li japplikaw għall-PEFCRs

1.   Rabta mal-Gwida dwar il-PEF

Minbarra r-rekwiżiti mogħtija f’din il-Gwida dwar il-PEF, ir-rekwiżiti metodoloġiċi stabbiliti fil-PEFCRs iridu japplikaw ukoll għall-istudji dwar il-PEF. F’każijiet fejn ir-rekwiżiti tal-PEFCRs ikunu iktar speċifiċi minn dawk mogħtija fil-Gwida dwar il-PEF, iridu jitħarsu dawk ir-rekwiżiti speċifiċi.

2.   Involviment ta’ ċerti partijiet interessati

Il-proċess tal-iżvilupp tal-PEFCRs irid ikun wieħed miftuħ u trasparenti u jrid jinkludi konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti. Għandhom isiru sforzi raġonevoli sabiex jintlaħaq kunsens tul il-proċess kollu (adattat mill-Prinċipju numru 8 tat-taqsima 4.9.1 tal-istandard tal-ISO 14020:2000). Il-PEFCRs trid issirilhom evalwazzjoni bejn il-pari.

3.   Ħidma favur l-ilħiq tal-komparabbiltà

Ir-riżultati tal-istudji dwar il-PEF li jkunu twettqu skont din il-Gwida dwar il-PEF u skont id-dokument rilevanti tal-PEFCRs jistgħu jintużaw biex jappoġġaw il-paragun tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tal-istess kategorija ta’ prodotti abbażi taċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom, kif ukoll biex jappoġġaw dikjarazzjonijiet komparattivi (28) (li jkunu maħsubin biex jiġu żvelati lill-pubbliku). Għalhekk, huwa kruċjali li r-riżultati jkunu komparabbli. It-tagħrif mogħti biex isir dan il-paragun irid ikun trasparenti sabiex l-utent ikun jista’ jifhem il-limitazzjonijiet tal-komparabbiltà li jkun hemm fir-riżultat ikkalkulat (adattat skont l-istandard tal-ISO 14025).

1.4   Stadji ta’ studju dwar l-impronta ambjentali tal-prodotti

Huwa u jitwettaq studju dwar il-PEF skont din il-Gwida jridu jitlestew għadd ta’ stadji – jiġifieri d-definizzjoni tal-għanijiet, id-definizzjoni tal-ambitu, il-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet, il-valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali, u l-interpretazzjoni tal-impronta ambjentali u r-rappurtar dwarha – ara l-Figura 1.

Figura 1

Stadji ta’ studju dwar l-impronta ambjentali tal-prodotti

Image

2.   RWOL TAR-REGOLI TAL-KATEGORIJA MARBUTIN MAL-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTT (IL-PEFCRs)

2.1   Kummenti ġenerali

Minbarra li tipprovdi gwida ġenerali u rekwiżiti għall-istudji dwar il-PEF, din il-Gwida dwar il-PEF tispeċifika wkoll ir-rekwiżiti għall-iżvilupp tal-PEFCRs. Il-PEFCRs se jkollhom rwol importanti fiż-żieda tar-riproduċibbiltà, tal-konsistenza (u għalhekk tal-komparabbiltà bejn il-kalkoli tal-PEF fil-livell tal-istess kategorija ta’ prodotti (29)) u tar-rilevanza tal-istudji dwar il-PEF. Il-PEFCRs se jagħmluha iktar faċli li wieħed jiffoka iktar fuq il-parametri l-iktar importanti ta’ studju dwar il-PEF, u b’hekk se jnaqqsu wkoll il-ħin, l-isforzi u l-ispejjeż meħtieġa.

L-għan huwa li jiġi żgurat li l-PEFCRs jiġu żviluppati skont il-Gwida dwar il-PEF u li jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa biex jinkisbu l-komparabbiltà, iż-żieda fir-riproduċibbiltà, il-konsistenza, ir-rilevanza, il-konċentrazzjoni u l-effiċjenza tal-istudji dwar il-PEF. Il-PEFCRs għandu jkollhom l-għan li jiffukaw l-istudji dwar il-PEF fuq dawk l-aspetti u l-parametri li huma l-iktar rilevanti fid-determinazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali ta’ tip ta’ prodott partikulari. PEFCR tista’ tispeċifika iktar rekwiżiti li jsiru f’din il-Gwida dwar il-PEF u żżid rekwiżiti ġodda f’każijiet fejn il-Gwida dwar il-PEF tħalli diversi għażliet.

L-istudji dwar il-PEF jistgħu jitwettqu anki jekk ma jkunx hemm PEFCRs jekk dawn ma jkunux se jintużaw biex isiru dikjarazzjonijiet komparattivi maħsubin biex jiġu żvelati lill-pubbliku.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Fin-nuqqas tal-PEFCRs, l-oqsma ewlenin li normalment jiġu koperti mill-PEFCRs (kif elenkati f’din il-Gwida dwar il-PEF) iridu jiġu speċifikati, ġġustifikati u rrappurtati b’mod espliċitu fl-istudju dwar il-PEF.

2.2   Rwol tal-PEFCRs u rabta mar-Regoli eżistenti tal-kategorija tal-prodotti (il-PCRs)

Il-PEFCRs għandhom l-għan li jipprovdu gwida teknika ddettaljata dwar kif wieħed għandu jwettaq studju dwar il-PEF għal kategorija speċifika tal-prodotti. Il-PEFCRs iridu jipprovdu iktar speċifikazzjoni fil-livell tal-proċessi u/jew tal-prodotti. B’mod partikulari, il-PEFCRs tipikament se jipprovdu iktar speċifikazzjoni u gwida, pereżempju dwar:

id-definizzjoni tal-għan u tal-ambitu tal-istudju;

id-definizzjoni tal-kategoriji tal-impatt li huma rilevanti u ta’ dawk li mhumiex;

l-identifikazzjoni tal-limiti x-xierqa tas-sistema għall-analiżi;

l-identifikazzjoni tal-parametri ewlenin u tal-istadji ewlenin taċ-ċiklu tal-ħajja;

l-għoti ta’ gwida dwar is-sorsi possibbli tad-dejta;

it-tlestija tal-istadju tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet;

l-għoti ta’ iktar speċifikazzjoni dwar kif jissolvew il-problemi marbutin mal-multifunzjonalità (30).

Dawn l-aspetti kollha qed jiġu ttrattati f’din il-Gwida dwar il-PEF.

Hekk kif iddefinit fl-istandard tal-ISO 14025:2006, ir-Regoli tal-kategorija tal-prodotti (il-PCRs) (31) jinkludu settijiet ta’ regoli, linji gwida u rekwiżiti speċifiċi li għandhom l-għan li jiżviluppaw “dikjarazzjonijiet ambjentali tat-tip III” għal kull kategorija tal-prodotti (jiġifieri għall-prodotti u/jew is-servizzi li joffru funzjonijiet ekwivalenti. “Id-dikjarazzjonijiet ambjentali tat-tip III” huma dikjarazzjonijiet kwantitattivi dwar l-aspetti ambjentali (32) ta’ ċertu prodott jew servizz, ibbażati fuq valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA), pereżempju tagħrif kwantitattiv dwar l-impatti ambjentali potenzjali.

L-istandard tal-ISO 14025:2006 jiddeskrivi l-proċedura għall-iżvilupp u l-analiżi tar-Regoli tal-kategorija tal-prodotti (il-PCRs) u jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-komparabbiltà tal-hekk imsejħa “dikjarazzjonijiet ambjentali tat-tip III” differenti. Id-dikjarazzjonijiet ambjentali tat-tip III jistgħu, pereżempju, jkunu applikazzjoni potenzjali ta’ studju dwar il-PEF.

Il-linji gwida dwar kif wieħed jiżviluppa l-PEFCRs huma bbażati fuq il-kontenut minimu ta’ dokument dwar il-PCRs kif meħtieġ mill-istandard tal-ISO 14025. Skont l-istandard tal-ISO 14025 għall-PCRs, dan il-kontenut jinkludi l-affarijiet li ġejjin, iżda mhux limitat għalihom:

l-identifikazzjoni tal-kategorija tal-prodotti li għaliha għandha tiġi żviluppata PCR, inkluża deskrizzjoni, pereżempju, tal-funzjoni(jiet) tal-prodott, tal-prestazzjoni teknika tiegħu u tal-użu/tal-użijiet tiegħu;

id-definizzjoni tal-għan u tal-ambitu tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA) (33) tal-prodott, skont ir-rekwiżiti tas-serje ta’ standards tal-ISO 14040, pereżempju f’termini tal-unità funzjonali, tal-limitu tas-sistema u tar-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta (34);

id-deskrizzjoni tal-analiżi tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja (LCI), b’attenzjoni speċjali mogħtija lill-istadju tal-ġbir tad-dejta, lill-proċeduri ta’ kalkolu u lir-regoli tal-allokazzjoni (35);

l-għażla tal-indikaturi tal-kategorija tal-impatt tal-EF li għandhom jiġu inklużi fil-LCA;

id-deskrizzjoni ta’ kwalunkwe parametru li jista’ jkun hemm għar-rappurtar tad-dejta dwar il-LCA li jkun stabbilit minn qabel, pereżempju ċerti kategoriji tad-dejta tal-inventarju u/jew indikaturi tal-kategoriji tal-impatt tal-EF li jkunu stabbiliti minn qabel;

jekk il-LCA ma tkunx tinkludi l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja, it-tagħrif dwar liema stadji mhumiex koperti jew il-ġustifikazzjoni għal dan;

il-perjodu taż-żmien tal-validità tal-PEFCR li tkun qed tiġi żviluppata.

Jekk ikunu disponibbli PCRs oħrajn minn skemi oħrajn, dawn jistgħu jintużaw bħala l-bażi biex tiġi żviluppata PEFCR (36), skont ir-rekwiżiti mogħtija f’din il-Gwida dwar il-PEF.

Rekwiżit għall-iżvilupp taL-PEFCRs

Il-PEFCRs għandhom ikunu konformi, safejn ikun possibbli u filwaqt li jqisu l-kuntesti differenti ta’ applikazzjoni, mad-dokumenti internazzjonali ta’ gwida li jeżistu dwar ir-regoli tal-kategorija tal-prodotti (il-PCRs).

2.3   L-istruttura tal-PEFCRs abbażi tal-Klassifikazzjoni tal-Prodotti skont l-Attività (is-CPA)

Id-dokument dwar il-PEFCRs jiddeskrivi t-tip ta’ tagħrif li għandu jingħata dwar prodott mil-lat taċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott, kif ukoll kif dan it-tagħrif irid jiġi ġġenerat. L-iskema tal-Klassifikazzjoni tal-Prodotti skont l-Attività (is-CPA) (il-Figura 2) trid tintuża biex jiġu kkowdjati u ddefiniti l-moduli tat-tagħrif użati biex jirrappreżentaw iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott.

Il-kategoriji tal-prodotti tas-CPA għandhom x’jaqsmu mal-attivitajiet kif iddefiniti bl-użu tal-kodiċijiet tan-NACE (jiġifieri mill-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea). Kull prodott tas-CPA jiġi assenjat għal attività waħda tan-NACE, u għalhekk l-istruttura tas-CPA hija parallela għal dik tan-NACE fil-livelli kollha.

In-NACE tikkonsisti fi struttura ġerarkika, kif ġej (il-paġna 15 tar-reviżjoni nru 2 tan-NACE tal-2008 (37)):

1.

intestaturi identifikati b’kodiċi alfabetiku (taqsimiet);

2.

intestaturi identifikati b’kodiċi numeriku b’żewġ numri (diviżjonijiet);

3.

intestaturi identifikati b’kodiċi numeriku bi tliet numri (gruppi);

4.

intestaturi identifikati b’kodiċi numeriku b’erba’ numri (klassijiet).

Il-Klassifikazzjoni Industrijali Internazzjonali Standard (l-ISIC) u n-NACE għandhom l-istess kodiċijiet fl-ogħla livelli, iżda n-NACE hija iktar iddettaljata fil-livelli inferjuri. Peress li l-kodiċi tan-NACE fil-kuntest ta’ dan l-istudju japplika għal-livell tas-setturi, irid jiġi assenjat tal-anqas kodiċi b’żewġ numri (jiġifieri fil-livell tad-diviżjonijiet) (38). Dan huwa konformi mas-sistema tal-ISIC.

Eżempju ta’ dan it-tip ta’ approċċ għal dokument dwar il-PEFCR huwa mogħti hawn taħt għall-“Ħalib u l-prodotti bbażati fuq il-ħalib”. Hawnhekk, il-kodiċi b’żewġ numri (id-diviżjonijiet) jiddefinixxi grupp ta’ prodotti speċifiku għal industrija partikulari (pereżempju d-diviżjoni 10 – prodotti tal-ikel) li fih diversi prodotti individwali mogħtija kodiċi taħtu (pereżempju l-grupp 10.51.1 – ħalib u krema likwidi pproċessati) (il-Figura 2). B’hekk, il-kodiċi b’żewġ numri, u xi kultant il-kodiċi b’numru wieħed, jistgħu jintużaw biex jiddefinixxu moduli tat-tagħrif speċifiċi għal industrija partikulari li, meta jittieħdu flimkien, jiffurmaw ċikli speċifiċi tal-ħajja tal-prodotti fi struttura orizzontali. Kull wieħed minn dawn il-kodiċi jipprovdi wkoll struttura vertikali integrata fih li tmur minn grupp ta’ prodotti ġenerali għal prodotti individwali iktar speċifiċi.

Figura 2

Il-qafas tal-prinċipji tal-iskema tas-CPA

Image

Rekwiżit għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Il-PEFCRs iridu jkunu bbażati tal-anqas fuq diviżjoni tal-kodiċijiet tas-CPA b’żewġ numri (għażla prestabbilita). Madankollu, il-PEFCRs jistgħu jippermettu devjazzjonijiet (iġġustifikati) (pereżempju jippermettu kodiċijiet bi tliet numri). Pereżempju, jinħtieġu kodiċijiet b’iktar minn żewġ numri meta wieħed ikun qed jittratta l-kumplessità tas-settur. Meta jiġu ddefiniti rotot multipli tal-produzzjoni għal prodotti simili bl-użu ta’ CPAs alternattivi, il-PEFCR trid takkomoda c-CPAs kollha ta’ dan it-tip.

3.   DEFINIZZJONI TAL-GĦAN(IJIET) TAL-ISTUDJU DWAR L-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTTI

3.1   Kummenti ġenerali

Id-definizzjoni tal-għanijiet hija l-ewwel pass ta’ studju dwar il-PEF u tistabbilixxi l-kuntest kumplessiv għall-istudju. L-iskop li l-għanijiet jiġu ddefiniti b’mod ċar huwa li jiġi żgurat li l-għanijiet analitiċi, il-metodi, ir-riżultati u l-applikazzjonijiet maħsubin jiġu allinjati b’mod ideali, u li jkun hemm fis-seħħ viżjoni kondiviża biex tmexxi lill-parteċipanti fl-istudju. Id-deċiżjoni li tintuża l-Gwida dwar il-PEF tfisser li ċerti aspetti tad-definizzjoni tal-għanijiet se jkunu deċiżi minn qabel. Madankollu, huwa importanti li wieħed jieħu ħinu biex jaħseb sewwa dwar l-għanijiet u jesprimihom b’mod ċar sabiex ikun żgurat li l-istudju dwar il-PEF ikun suċċess.

Huma u jiġu ddefiniti l-għanijiet, huwa importanti li jiġu identifikati l-applikazzjonijiet maħsubin u l-grad ta’ dettall analitiku u ta’ akkuratezza tal-istudju. Dan għandu jkun rifless fil-limitazzjonijiet iddefiniti tal-istudju (l-istadju tad-definizzjoni tal-ambitu). Għall-analiżi maħsuba, pereżempju, għall-forniment li jiswa l-inqas mil-lat ambjentali, għad-disinn tal-prodotti, għat-tqabbil mal-valuri referenzjarji u għar-rappurtar, se jkunu meħtieġa studji kwantittativi mwettqin f’konformità mar-rekwiżiti analitiċi speċifikati f’din il-Gwida dwar il-PEF. Approċċi kkombinati huma possibbli wkoll fi studju wieħed dwar il-PEF f’każijiet fejn ċerti partijiet biss tal-katina tal-provvista jkunu suġġetti għal analiżi kwantitattiva u oħrajn ikunu suġġetti għal deskrizzjonijiet kwalitattivi ta’ hotspots ambjentali potenzjali (pereżempju, analiżi kwantitattiva “mill-benniena sal-grada” (39) b’deskrizzjonijiet kwalitattivi ta’ kunsiderazzjonijiet ambjentali mill-grada sal-qabar (40) jew b’analiżi kwantitattiva tal-istadji tal-użu u ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodott għal tipi ta’ prodotti rappreżentattivi magħżulin).

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Id-definizzjoni tal-għanijiet għal studju dwar il-PEF trid tinkludi:

l-applikazzjoni(jiet) prevista/i;

ir-raġunijiet għat-twettiq tal-istudju u l-kuntest tad-deċiżjoni;

il-pubbliku fil-mira;

jekk il-paraguni u/jew id-dikjarazzjonijiet komparattivi (41) jkunux se jiġu żvelati lill-pubbliku jew le;

min jikkummissjona l-istudju;

il-proċedura tal-analiżi (jekk applikabbli).

Eżempju – l-impronta ambjentali ta’ T-shirt: definizzjoni tal-għanijiet

Aspetti

Dettalji

Applikazzjoni(jiet) prevista/i:

Il-forniment ta’ tagħrif dwar il-prodott lill-klijenti

Raġunijiet għat-twettiq tal-istudju u l-kuntest tad-deċiżjoni:

Bi tweġiba għal talba ta’ klijent

Paraguni maħsubin biex jiġu żvelati lill-pubbliku:

Le, l-istudju se jkun disponibbli għall-pubbliku, iżda mhux maħsub biex jintuża biex isiru paraguni jew dikjarazzjonijiet komparattivi.

Pubbliku fil-mira:

Pubbliku tekniku estern, interazzjonijiet bejn negozju u ieħor

Analiżi:

Reviżur estern indipendenti, is-Sur Y

Min jikkummissjona l-istudju:

Il-kumpanija msejħa “G company limited”

Rekwiżit addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Il-PEFCR trid tispeċifika r-rekwiżiti tal-analiżi għal studju dwar il-PEF.

4.   DEFINIZZJONI TAL-AMBITU TAL-ISTUDJU DWAR L-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTTI

4.1   Kummenti ġenerali

Huwa u jiġi ddefinit l-ambitu tal-istudju dwar il-PEF, jiġu deskritti fid-dettall is-sistema li għandha tiġi evalwata u l-ispeċifikazzjonijiet analitiċi assoċjati magħha.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Id-definizzjoni tal-ambitu ta’ studju dwar il-PEF trid tkun konformi mal-għanijiet iddefiniti tal-istudju u trid tinkludi dan li ġej (ara t-taqsimiet sussegwenti għal deskrizzjoni iktar iddettaljata):

l-unità tal-analiżi (42) u l-fluss ta’ referenza (43);

il-limiti tas-sistema;

il-kategoriji tal-impatt tal-Impronta Ambjentali;

is-suppożizzjonijiet/il-limitazzjonijiet.

4.2   L-unità tal-analiżi u l-fluss ta’ referenza

Jeħtieġ li l-utenti ta’ din il-Gwida dwar il-PEF jiddefinixxu l-unità tal-analiżi u l-fluss ta’ referenza għall-istudju dwar il-PEF. L-unità tal-analiżi tiddeskrivi l-funzjoni(jiet) tal-prodott u t-tul ta’ ħajja tiegħu b’mod kwalitattiv u kwantitattiv.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

L-unità tal-analiżi għal studju dwar il-PEF trid tiġi ddefinita skont l-aspetti li ġejjin:

il-funzjoni(jiet)/is-servizz(i) pprovdut(i): “xiex”;

l-estent tal-funzjoni jew tas-servizz: “kemm”;

il-livell tal-kwalità mistenni: “kemm hi tajba l-unità”;

it-tul ta’ ħajja tal-prodott: “kemm idum jaħdem il-prodott”;

il-kodiċi(jiet) tan-NACE.

Rekwiżit addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Il-PEFCRs iridu jispeċifikaw l-unità/l-unitajiet tal-analiżi.

Pereżempju:

Gwida/Rekwiżit: Iddefinixxi l-unità fuzjonali Dan jagħti isem u jikkwantifika l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-funzjoni(jiet) tal- prodott bi tweġiba għall-mistoqsijiet “xiex”, “kemm”, “kemm hi tajba”, u “għal kemm żmien”.

Eżempju tad-definizzjoni ta ’ unità funzjonali:

L-unità funzjonali ta ’ T-shirt:

 

(XIEX) T-shirt (medju għad-daqsijiet S, M u L) tal-poliester,

 

(KEMM) T-shirt wieħed,

 

(KEMM HI TAJBA) Użah darba fil-ġimgħa u aħslu fil-magna tal-ħasil f ’ temperatura ta ’ 30 grad Celsius

 

(GĦAL KEMM ŻMIEN) għal ħames snin.

Nota:

Xi prodotti intermedjarji jista’ jkollhom iktar minn funzjoni waħda. Jista’ jkun li jkun hemm bżonn jiġu identifikati dawn il-funzjonijiet u ssir għażla bejniethom.

Il-fluss ta’ referenza huwa l-ammont ta’ prodott meħtieġ biex issir il-funzjoni ddefinita. Il-flussi l-oħra kollha tal-input (44) u tal-output (45) fl-analiżi huma marbutin miegħu b’mod kwantitattiv. Il-fluss ta’ referenza jista’ jiġi espress b’referenza diretta għall-unità tal-analiżi jew b’mod li jkun iktar orjentat lejn il-prodott.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Fluss ta’ referenza adegwat irid jiġi stabbilit b’referenza għall-unità tal-analiżi. Id-dejta kwantitattiva dwar l-input u l-output miġbura biex tappoġġa l-analiżi trid tiġi kkalkulata b’referenza għal dan il-fluss.

Pereżempju:

Fluss ta ’ referenza: 160 gramm ta ’ poliester

4.3   Limiti tas-sistema għall-istudji dwar l-impronta ambjentali tal-prodotti

Il-limiti tas-sistema jiddefinixxu liema partijiet miċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott u liema proċessi assoċjati magħhom jiffurmaw parti mis-sistema analizzata (jiġifieri huma meħtieġa sabiex din twettaq il-funzjoni tagħha kif iddefinita mill-unità tal-analiżi. Għalhekk, il-limitu tas-sistema jrid ikun iddefinit biċ-ċar għas-sistema tal-prodott li tkun trid tiġi evalwata.

Dijagramma tal-limiti tas-sistema (irrakkomandata)

Dijagramma tal-limiti tas-sistema, jew dijagramma tal-flussi, hija rappreżentazzjoni skematika tas-sistema analizzata. Hija tidentifika liema partijiet miċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott huma inklużi jew esklużi mill-analiżi. Dijagramma bħal din tista’ tkun għodda utli huma u jiġu ddefiniti l-limiti tas-sistema u huma u jiġu organizzati l-attivitajiet sussegwenti tal-ġbir tad-dejta.

PARIR: Mhuwiex obbligatorju li wieħed iħejji dijagramma tal-limiti tas-sistema, iżda huwa rrakkomandat ħafna li wieħed jagħmel dan. Id-dijagramma tal-limiti tas-sistema se tgħin biex tiġi ddefinita l-analiżi u biex din tingħata struttura.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Il-limitu tas-sistema jrid jiġi ddefinit skont il-loġika ġenerali tal-katina tal-provvista, inklużi l-istadji kollha, mill-estrazzjoni tal-materja prima (46) sal-ipproċessar, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-istadju tal-użu u t-trattament tal-prodott ma’ tmiem il-ħajja tiegħu (jiġifieri “mill-benniena sal-qabar” (47)), hekk kif ikun xieraq għall-użu maħsub tal-istudju. Il-limiti tas-sistema jridu jinkludu l-proċessi kollha marbutin mal-katina tal-provvista tal-prodott meta mqabbel mal-unità tal-analiżi.

Il-proċessi inklużi fil-limiti tas-sistema jridu jinqasmu fil-proċessi ewlenin (jiġifieri l-proċessi ewlenin fiċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott li għalihom hemm aċċess dirett għat-tagħrif (48)) u l-proċessi tal-isfond (jiġifieri dawk il-proċessi fiċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott li għalihom m’hemm l-ebda aċċess dirett possibbli għat-tagħrif (49)).

Dijagramma tal-limiti tas-sistema għandha tkun inkluża fid-definizzjoni tal-ambitu.

Rekwiżiti addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Il-PEFCR trid tispeċifika l-limiti tas-sistema għall-istudji dwar il-PEF ta’ kategorija ta’ prodotti, inkluża speċifikazzjoni tal-istadji rilevanti taċ-ċiklu tal-ħajja u tal-proċessi li ġeneralment għandhom jiġi allokati lil kull stadju (inklużi l-ispeċifikazzjonijiet temporali, ġeografiċi u teknoloġiċi). Kwalunkwe devjazzjoni mill-approċċ prestabbilit mill-benniena sal-qabar trid tiġi speċifikata b’mod espliċitu u ġġustifikata, pereżempju l-esklużjoni tal-istadju mhux magħruf tal-użu jew ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodotti intermedji (50).

Il-PEFCR trid tispeċifika x-xenarji li jinsabu iktar ’l isfel fil-katina ta’ attivitajiet (“downstream”) (51) sabiex jiġu żgurati l-komparabbiltà u l-konsistenza tal-istudji dwar il-PEF.

Kumpens

It-terminu “kumpens” ta’ spiss jintuża b’referenza għall-attivitajiet ta’ mitigazzjoni tal-gassijiet serra ta’ partijiet terzi, pereżempju l-iskemi rregolati fil-qafas tal-Protokoll ta’ Kyoto (il-mekkaniżmu għal żvilupp nadif (is-CDM), l-implimentazzjoni konġunta (il-JI), l-iskemi għan-negozjar tal-emissjonijiet (l-ETS)), jew l-iskemi volontarji. Il-kumpens huwa tnaqqis individwali fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra (il-GHGs) użat biex jikkumpensa l-emissjonijiet tal-GHGs band’oħra (jiġifieri, biex jagħmel tajjeb għalihom), pereżempju biex jilħaq il-mira volontarja jew obbligatorja tal-GHGs jew il-limitu massimu volontarju jew obbligatorju tagħhom. Il-kumpens jiġi kkalkulat skont xenarju ta’ referenza li jirrappreżenta xenarju ipotetiku ta’ liema emissjonijiet kien se jkun hemm li kieku ma kienx hemm il-proġett ta’ mitigazzjoni li jiġġenera l-kumpens. Eżempji ta’ emissjonijiet ta’ kumpens huma l-kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju permezz tal-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif, il-krediti tal-karbonju u kumpens ieħor li ma jiġix mis-sistema.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Il-kumpens ma jridx jiġi inkluż fl-istudju dwar il-PEF, imma jista’ jingħata b’mod separat bħala “Tagħrif ambjentali addizzjonali”.

4.4   L-għażla tal-kategoriji tal-impatt tal-impronta ambjentali u tal-metodi ta’ valutazzjoni ta’ dan l-impatt

Il-kategoriji tal-impatt tal-impronta ambjentali (EF) (52) jirreferu għal kategoriji speċifiċi tal-impatti li jitqiesu fi studju dwar il-PEF. Ġeneralment, dawn ikunu marbutin mal-użu tar-riżorsi, mal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jagħmlu ħsara lill-ambjent (pereżempju l-gassijiet serra u s-sustanzi kimiċi tossiċi), li jistgħu jaffettwaw ukoll is-saħħa tal-bniedem. Il-metodi ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-EF jużaw mudelli għall-kwantifikazzjoni tar-relazzjonijiet kawżali bejn l-inputs tal-materjali/tal-enerġija u l-emissjonijiet assoċjati maċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott (imdaħħlin fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet) u kull kategorija tal-impatt tal-EF (53) meqjusa. Kull kategorija għalhekk tirreferi għal mudell partikulari indipendenti tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF.

L-għan ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-EF (54) huwa li tiġbor flimkien u tgħaqqad id-dejta mdaħħla fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet skont il-kontribuzzjonijiet rispettivi għal kull kategorija tal-impatt tal-EF. Sussegwentement, dan jipprovdi l-bażi meħtieġa għall-interpretazzjoni tar-riżultati tal-EF meta mqabbla mal-għanijiet tal-istudju dwar il-PEF (pereżempju, l-identifikazzjoni ta’ “hotspots” fil-katina tal-provvista u ta’ “għażliet” għat-titjib). Għalhekk, l-għażla tal-kategoriji tal-impatt tal-EF għandha tkun waħda komprensiva fis-sens li dawn il-kategoriji jkunu jkopru l-kwistjonijiet ambjentali rilevanti kollha relatati mal-katina tal-provvista tal-prodott li dwaru jkun qed isir l-istudju.

It-Tabella 2 tipprovdi lista prestabbilita tal-kategoriji tal-impatt tal-EF u tal-metodi ta’ valutazzjoni relatati magħhom li għandhom jintużaw (55). Aktar struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu kkalkulati dawn l-impatti huma deskritti fil-Kapitolu 6.

It-Tabella 2

Kategoriji prestabbiliti tal-impatt tal-EF (bl-indikaturi tal-kategoriji tal-impatt tal-EF rispettivi tagħhom) u l-mudelli ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-EF għall-istudji dwar il-PEF

Kategorija tal-impatt tal-EF

Mudell tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF

Indikaturi tal-kategoriji tal-impatt tal-EF

Sors

It-tibdil fil-klima

Il-Mudell ta’ Bern – il-potenzjali għat-tisħin globali (GWP) fuq medda taż-żmien ta’ mitt (100) sena.

L-ekwivalenti ta’ kilogramm ta’ diossidu tal-karbonju (CO2)

Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima, l-2007

It-tnaqqis tal-ożonu

Il-Mudell tal-EDIP ibbażat fuq il-potenzjali li jnaqqsu l-ożonu (l-ODPs) tal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (il-WMO) fuq medda infinita taż-żmien.

L-ekwivalenti ta’ kilogramm ta’ CFC-11 (*)

Il-WMO, l-1999

L-ekotossiċità għall-ilma ħelu akkwatiku

Il-mudell USEtox

Is-CTUe (l-unità għat-tqabbil tat-tossiċità għall-ekosistemi)

Rosenbaum et al., l-2008

It-tossiċità fir-rigward tal-bniedem – l-effetti ta’ kanċer

Il-mudell USEtox

Is-CTUh (l-unità għat-tqabbil tat-tossiċità għall-bniedem)

Rosenbaum et al., l-2008

It-tossiċità fir-rigward tal-bniedem – l-effetti li mhumiex ta’ kanċer

Il-mudell USEtox

Is-CTUh (l-unità għat-tqabbil tat-tossiċità għall-bniedem)

Rosenbaum et al., l-2008

Il-materja partikulata/is-sustanzi inorganiċi li jaffettwaw ir-respirazzjoni

Il-mudell RiskPoll

L-ekwivalenti ta’ kilogramm ta’ PM2.5 (**)

Humbert, l-2009

Ir-radjazzjoni jonizzanti – l-effetti fuq saħħet il-bniedem

Mudell tal-effett fuq saħħet il-bniedem

L-ekwivalenti ta’ kilogramm ta’ U235 (meta mqabbel mal-arja)

Dreicer et al., l-1995

Il-formazzjoni fotokimika tal-ożonu

Il-mudell LOTOS-EUROS

L-ekwivalenti ta’ kilogramm ta’ NMVOC (***)

Van Zelm et al., l-2008, kif applikat fil-metodoloġija msejħa “ReCiPe”

L-aċidifikazzjoni

Il-mudell tal-eċċess akkumulat

L-ekwivalenti ta’ H+ mol

Seppälä et al., l-2006; Posch et al., l-2008

L-ewtrofikazzjoni – terrestri

Il-mudell tal-eċċess akkumulat

L-ekwivalenti ta’ N mol

Seppälä et al., l-2006; Posch et al., l-2008

L-ewtrofikazzjoni – akkwatika

Il-mudell EUTREND

Għall-ilma ħelu: l-ekwivalenti ta’ kilogramm ta’ P Għall-ilma baħar: l-ekwivalenti ta’ kilogramm ta’ N

Struijs et al., l-2009, kif implimentat fil-metodoloġija msejħa “ReCiPe”

It-tnaqqis tar-riżorsi – l-ilma

Il-mudell Svizzeru tal-iskarsezza ekoloġika

m3 ta’ użu tal-ilma meta mqabbel mal-iskarsezza lokali tal-ilma

Frischknecht et al., l-2008

It-tnaqqis tar-riżorsi – ir-riżorsi minerali u fossili

Il-mudell CML2002

L-ekwivalenti ta’ kilogramm ta’ antimonju (Sb)

van Oers et al., l-2002

It-trasformazzjoni tal-art

Il-mudell tal-materja organika fil-ħamrija (il-mudell tas-SOM)

Kilogramm (defiċit)

Milà i Canals et al., l-2007

Skont is-sistema tal-prodott u l-applikazzjoni maħsuba tagħha, l-utenti ta’ din il-Gwida dwar il-PEF jistgħu jagħżlu li jnaqqsu s-sett ta’ kategoriji tal-impatt tal-EF meqjusin. Esklużjonijiet bħal dawn għandhom jiġu appoġġati mid-dokumenti x-xierqa, bħal dawn li ġejjin (il-lista mhijiex eżawrjenti):

proċess ta’ kunsens internazzjonali;

analiżi indipendenti esterna;

proċess li jinvolvi diversi partijiet interessati;

studji dwar il-LCA li tkun saritilhom evalwazzjoni bejn il-pari;

stadju ta’ skrinjar (ara t-Taqsima 5.2).

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

L-għażla tal-kategoriji tal-impatt tal-EF għandha tkun waħda komprensiva fis-sens li dawn il-kategoriji jkunu jkopru l-kwistjonijiet ambjentali rilevanti kollha relatati mal-katina tal-provvista tal-prodott li dwaru jkun qed isir l-istudju. Għal studju dwar il-PEF, iridu jiġu applikati l-kategoriji prestabbiliti kollha tal-impatt tal-EF speċifikati u l-mudelli kollha tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF assoċjati magħhom li ġew speċifikati. Kwalunkwe esklużjoni trid tiġi ddokumentata, ġġustifikata u mniżżla b’mod espliċitu fir-rapport dwar il-PEF u trid tiġi appoġġata mid-dokumenti x-xierqa.

L-influwenza ta’ kwalunkwe esklużjoni fuq ir-riżultati finali, speċjalment b’rabta mal-limitazzjonijiet f’termini tal-komparabbiltà ma’ studji oħrajn dwar il-PEF, għandha tiġi diskussa u rrappurtata fl-istadju tal-interpretazzjoni. Esklużjonijiet bħal dawn huma suġġetti għal reviżjoni.

Rekwiżit addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Il-PEFCRs iridu jispeċifikaw u jiġġustifikaw kwalunkwe esklużjoni mill-kategoriji prestabbiliti tal-impatt tal-EF, l-iktar dawk marbutin mal-aspetti tal-komparabbiltà.

4.5   L-għażla ta’ tagħrif ambjentali addizzjonali li għandu jiddaħħal fil-PEF

L-impatti ambjentali potenzjali rilevanti ta’ prodott jistgħu jmorru lil hinn mill-mudelli tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF ibbażati fuq iċ-ċiklu tal-ħajja li huma aċċettati sew. Huwa importanti li wieħed jikkunsidra dawn l-impatti ambjentali, kull fejn dan ikun possibbli. Pereżempju, it-tibdil fl-użu tal-art jista’ jwassal għal impatti fuq il-bijodiversità b’rabta ma’ sit speċifiku jew ma’ attività speċifika. Dan jista’ jkun jeħtieġ li jintużaw kategoriji addizzjonali tal-impatt tal-EF li mhumiex inklużi fil-lista prestabbilita mogħtija f’din il-Gwida dwar il-PEF, jew deskrizzjonijiet kwalitattivi oħrajn f’każijiet fejn l-impatti ma jkunux jistgħu jintrabtu mal-katina tal-provvista tal-prodott b’mod kwantitattiv. It-tali metodi addizzjonali għandhom jitqiesu bħala kumplimentari għal-lista prestabbilita tal-kategoriji tal-impatt tal-EF.

Xi prodotti jistgħu jiġu prodotti f’kumpaniji li jkunu jinsabu qrib il-baħar. Għalhekk, l-emissjonijiet tagħhom jista’ jkollhom impatt dirett fuq l-ilma baħar minflok fuq l-ilma ħelu. Minħabba li s-sett prestabbilit ta’ kategoriji tal-impatt tal-EF jinkludi biss l-ekotossiċità li ġejja mill-emissjonijiet fl-ilma ħelu, huwa importanti li jitqiesu wkoll l-emissjonijiet li jsiru direttament fl-ilma baħar. Dawn iridu jiġu inklużi fuq livell elementari, minħabba li, dal-ħin, m’hemm l-ebda mudell tal-valutazzjoni tal-impatt li hu disponibbli għalihom.

It-tagħrif ambjentali addizzjonali jista’ jinkludi dan li ġej (il-lista mhijiex eżawrjenti):

(a)

dejta dwar il-lista ta’ materjali;

(b)

tagħrif dwar il-karatteristiċi taż-żarmar, tar-riċiklaġġ, tal-irkupru u tal-użu mill-ġdid, u dwar l-effiċjenza fir-riżorsi;

(c)

tagħrif dwar l-użu ta’ sustanzi perikolużi;

(d)

tagħrif dwar ir-rimi tal-iskart perikoluż/mhux perikoluż;

(e)

tagħrif dwar il-konsum tal-enerġija;

(f)

tagħrif dwar l-impatti lokali/speċifiċi għas-sit, pereżempju l-impatti lokali fuq l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-bijodiversità;

tagħrif ambjentali rilevanti ieħor dwar l-attivitajiet u/jew is-siti kkonċernati, kif ukoll dwar l-output tal-prodott.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Jekk is-sett prestabbilit ta’ kategoriji tal-impatt tal-EF jew il-mudelli prestabbiliti tal-valutazzjoni tal-impatt ma jkoprux sewwa l-impatti ambjentali potenzjali tal-prodott li jkun qed jiġi evalwat, l-aspetti ambjentali (kwalitattivi/kwantitattivi) kollha rilevanti relatati magħhom iridu jiġu inklużi, b’mod addizzjonali, bħala “tagħrif ambjentali addizzjonali”. Madankollu, dawn ma jridux jieħdu post il-mudelli obbligatorji tal-valutazzjoni tal-kategoriji prestabbiliti tal-impatt tal-EF. Il-mudelli ta’ sostenn ta’ dawn il-kategoriji addizzjonali jridu jiġu indikati b’mod ċar u jrid ikollhom l-indikaturi korrispondenti magħhom.

It-tagħrif ambjentali addizzjonali jrid ikun:

ibbażat fuq tagħrif ivvalidat li jkun ġie rrivedut jew ivverifikat skont ir-rekwiżiti tal-istandard tal-ISO 14020 u skont il-klawżola 5 tal-istandard tal-ISO 14021:1999;

speċifiku, preċiż u mhux qarrieqi;

rilevanti għall-kategorija tal-prodott partikulari.

L-emissjonijiet li jsiru direttament fl-ilma baħar iridu jiġu inklużi fit-tagħrif ambjentali addizzjonali (fil-livell tal-inventarju).

Jekk it-tagħrif ambjentali addizzjonali jintuża biex jiġi appoġġat l-istadju tal-interpretazzjoni ta’ studju dwar il-PEF, allura d-dejta kollha meħtieġa biex jiġi prodott dak it-tagħrif trid tissodisfa l-istess rekwiżiti ta’ kwalità stabbiliti għad-dejta użata biex jiġu kkalkulati r-riżultati tal-PEF (ara t-taqsima 5.6 Ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta (56)).

It-tagħrif ambjentali addizzjonali jrid ikun relatat biss ma’ kwistjonijiet ambjentali. It-tagħrif u l-istruzzjonijiet, pereżempju l-karti dwar is-sikurezza tal-prodotti, li mhumiex relatati mal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott ma jridux ikunu parti mill-PEF. Bl-istess mod, it-tagħrif marbut mar-rekwiżiti legali ma jridx jiġi inkluż.

Rekwiżit addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Il-PEFCR trid tispeċifika u tiġġustifika t-tagħrif ambjentali addizzjonali li għandu jiġi inkluż fl-istudju dwar il-PEF. Dan it-tagħrif addizzjonali jrid jingħata b’mod separat mir-riżultati tal-PEF ibbażati fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, u l-metodi u s-suppożizzjonijiet kollha jridu jiġu ddokumentati biċ-ċar. It-tagħrif ambjentali addizzjonali jista’ jkun kwantitattiv u/jew kwalitattiv.

It-tagħrif ambjentali addizzjonali jista’ jinkludi dan li ġej (il-lista mhijiex eżawrjenti):

impatti ambjentali oħrajn rilevanti għall-kategorija tal-prodott;

parametri tekniċi rilevanti oħrajn li jistgħu jintużaw biex jiġi vvalutat il-prodott li dwaru jkun qed isir l-istudju u li jippermettu li jsiru paraguni tal-effiċjenza ġenerali tal-prodotti ma’ prodotti oħrajn. Dawn il-parametri tekniċi jistgħu jirreferu, pereżempju, għall-użu tal-enerġija rinnovabbli meta mqabbel ma’ dik mhix rinnovabbli, l-użu ta’ fjuwils minn sorsi rinnovabbli meta mqabbel ma’ dawk li mhumiex minn sorsi rinnovabbli, l-użu ta’ materjali sekondarji, l-użu tar-riżorsi tal-ilma ħelu, jew ir-rimi ta’ skart mhux perikoluż meta mqabbel ma’ dak perikoluż;

approċċi oħra rilevanti għat-twettiq tal-karatterizzazzjoni (57) tal-flussi mill-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet, meta, għal ċerti flussi (pereżempju għal gruppi ta’ sustanzi kimiċi), il-fatturi tal-karatterizzazzjoni (58) (is-CFs) ma jkunux disponibbli fil-metodu prestabbilit;

indikaturi ambjentali jew indikaturi tar-responsabbiltà tal-prodott (skont l-inizjattiva globali tar-rappurtar (il-GRI));

il-konsum tal-enerġija tul iċ-ċiklu ta’ ħajja, imqassam skont is-sors primarju tal-enerġija, filwaqt li jitqies b’mod separat l-użu tal-enerġija “rinnovabbli”;

il-konsum dirett tal-enerġija, imqassam skont is-sors primarju tal-enerġija, filwaqt li jitqies b’mod separat l-użu tal-enerġija “rinnovabbli”;

għall-istadji minn grada għall-oħra, l-għadd ta’ speċijiet li jinsabu fil-lista l-ħamra tal-IUCN u ta’ speċijiet li jinsabu fil-lista ta’ konservazzjoni nazzjonali li għandhom il-ħabitat fiż-żoni affettwati mill-operazzjonijiet, mogħtija skont il-livell tar-riskju ta’ estinsjoni;

deskrizzjoni tal-impatti sinifikanti tal-attivitajiet, tal-prodotti u tas-servizzi fuq il-bijodiversità f’żoni protetti u f’żoni b’valur għoli ta’ bijodiversità li jinsabu ’l barra miż-żoni protetti;

il-piż totali tal-iskart, skont it-tip ta’ skart u l-metodu ta’ rimi tiegħu;

il-piż tal-iskart ittrasportat, importat, esportat jew ittrattat li jitqies bħala skart perikoluż skont it-termini tal-Annessi I, II, III u VIII tal-Konvenzjoni ta’ Basilea, u l-perċentwal tal-iskart ittrasportat li jinġarr b’mod internazzjonali.

4.6   Is-suppożizzjonijiet/il-limitazzjonijiet

Fl-istudji dwar il-PEF jistgħu jinqalgħu diversi limitazzjonijiet għat-twettiq tal-analiżi u għalhekk, jeħtieġ li wieħed jassumi ċerti affarijiet. Pereżempju, jista’ jkun li d-dejta ġenerika (59) ma tkunx tirrappreżenta kompletament il-qagħda reali tal-prodott analizzat u tista’ tiġi adattata biex tirrappreżentah b’mod aħjar.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Il-limitazzjonijiet u s-suppożizzjonijiet kollha jridu jiġu rrappurtati bi trasparenza.

Rekwiżiti addizzjonali għall-PEFCRs

Il-PEFCR trid tiddeskrivi l-limitazzjonijiet speċifiċi għall-kategorija tal-prodott u trid tiddefinixxi s-suppożizzjonijiet meħtieġa biex jingħelbu l-limitazzjonijiet.

5.   L-ISTABBILIMENT U R-REĠISTRAZZJONI TAL-PROFIL TAL-UŻU TAR-RIŻORSI U TAL-EMISSJONIJIET

5.1   Kummenti ġenerali

Irid jiġi kkumpilat inventarju (profil) tal-inputs/tal-outputs kollha tar-riżorsi tal-materjali jew tar-riżorsi tal-enerġija u tal-emissjonijiet kollha fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija għall-katina tal-provvista tal-prodott bħala l-bażi għall-ħolqien tal-mudell tal-PEF. Dan l-inventarju jissejjaħ il-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet (60).

Idealment, il-mudell tal-katina tal-provvista tal-prodott jinħoloq billi tintuża dejta li tkun speċifika għall-impjant jew għall-prodott (jiġifieri jinħoloq mudell taċ-ċiklu eżatt tal-ħajja ta’ prodott li juri l-istadji tal-katina tal-provvista, tal-użu u ta’ tmiem il-ħajja tal-prodott, kif xieraq). Fil-prattika, u bħala regola ġenerali, kull fejn ikun possibbli għandha tintuża dejta tal-inventarju li tkun inġabret b’mod dirett u li tkun speċifika għall-impjant. Fil-każ ta’ proċessi li għalihom il-kumpanija ma jkollhiex aċċess dirett għal dejta speċifika (jiġifieri għall-proċessi tal-isfond), b’mod ġenerali se tintuża dejta ġenerika (61). Madankollu, hija prassi tajba li, meta jkun possibbli, wieħed juża dejta miġbura b’mod dirett mingħand il-fornituri għall-prodotti l-aktar rilevanti fornuti minnhom, sakemm id-dejta ġenerika ma tkunx aktar rappreżentattiva jew aktar xierqa.

Il-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet irid jadotta l-klassifikazzjonijiet (62) li ġejjin tal-flussi inklużi fih:

flussi elementari, li huma (skont l-istandard tal-ISO 14040:2006, 3.12) “materjali jew enerġija li jkunu deħlin fis-sistema li dwarha jkun qed isir l-istudju li jkunu ġew mill-ambjent mingħajr trasformazzjoni minn qabel mill-bniedem, jew materjali jew enerġija li jkunu ħerġin mis-sistema li dwarha jkun qed isir l-istudju li jkunu rrilaxxati fl-ambjent mingħajr trasformazzjoni sussegwenti mill-bniedem.” Il-flussi elementari huma, pereżempju, ir-riżorsi estratti min-natura jew l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija li huma marbutin b’mod dirett mal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni tal-kategoriji tal-impatt tal-EF;

flussi mhux elementari (jew kumplessi), li huma l-inputs kollha li jkun għad baqa’ f’sistema (pereżempju l-elettriku, il-materjali u l-proċessi tat-trasport) u l-outputs kollha li jkun għad baqa’ fiha (pereżempju l-iskart u l-prodotti sekondarji) li jeħtieġu aktar sforzi fil-ħolqien tal-mudell biex jinbidlu fi flussi elementari.

Il-flussi mhux elementari kollha fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet iridu jinbidlu fi flussi elementari. Pereżempju, il-flussi tal-iskart ma jridux jingħataw biss f’kilogrammi ta’ skart domestiku jew ta’ skart perikoluż, iżda jridu jinkludu wkoll l-emissjonijiet fl-ilma, fl-arja u fil-ħamrija li jkunu ġejjin mit-trattament tal-iskart solidu. Jeħtieġ li dan isir biex l-istudji dwar il-PEF ikunu jistgħu jitqabblu ma’ xulxin. Għalhekk, il-kumpilazzjoni tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet titlesta meta l-flussi kollha jingħataw bħala flussi elementari.

PARIR: Huwa utli li wieħed iżomm rekord tal-proċess tal-ġbir tad-dejta sabiex maż-żmien titjieb il-kwalità tad-dejta, ikun hemm tħejjija għall-analiżi kritika (63), u sabiex l-inventarji tal-prodott fil-ġejjieni jiġu rriveduti biex ikunu jirriflettu bidliet fil-prattiki tal-produzzjoni. Biex ikun żgurat li jinżamm rekord tat-tagħrif rilevanti kollu, jista’ jkun utli li wieħed jistabbilixxi pjan għall-immaniġġjar tad-dejta fi stadju bikri tal-proċess tal-inventarju (ara l-Anness II).

Wieħed jista’ jikkumpila l-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet fi studju dwar il-PEF billi jsegwi proċedura ta’ żewġ stadji, kif spjegat fil-Figura 3. L-ewwel stadju mhuwiex obbligatorju, imma huwa rrakkomandat ħafna li wieħed iwettqu.

Figura 3

Proċedura ta’ żewġ stadji biex wieħed jikkumpila l-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet

Image

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

L-użu kollu tar-riżorsi u l-emissjonijiet kollha assoċjati mal-istadji taċ-ċiklu ta’ ħajja inklużi fil-limiti ddefiniti tas-sistema jridu jiġu inklużi fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet. Il-flussi jridu jinqasmu fi “flussi elementari” u “flussi mhux elementari (jiġifieri kumplessi)”. Imbagħad, il-flussi mhux elementari kollha fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet iridu jinbidlu fi flussi elementari.

5.2   Stadju ta’ skrinjar (irrakkomandat)

Huwa rrakkomandat ħafna li wieħed jagħmel profil inizjali tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet “fil-livell tal-iskrinjar”, imsejjaħ l-istadju tal-iskrinjar, minħabba li dan jgħin biex l-attivitajiet tal-ġbir tad-dejta u l-prijoritajiet tal-kwalità tad-dejta jiġu ffukati fuq il-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Jekk jitwettaq stadju ta’ skrinjar (li huwa rrakkomandat ħafna), trid tintuża dejta speċifika u/jew ġenerika li tista’ tinkiseb faċilment li tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta kif iddefiniti fit-taqsima 5.6 Ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta. Il-proċessi u l-attivitajiet kollha li għandhom jitqiesu fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet iridu jiġu inklużi fl-istadju tal-iskrinjar. Kwalunkwe esklużjoni tal-istadji tal-katina tal-provvista trid tiġi ġġustifikata b’mod espliċitu u trid tgħaddi minn proċess ta’ analiżi u l-influwenza ta’ dawn l-istadji esklużi fuq ir-riżultati finali trid tiġi diskussa.

Għall-istadji tal-katina tal-provvista li għalihom mhix prevista valutazzjoni kwantitattiva tal-impatt tal-EF, l-istadju tal-iskrinjar irid jirreferi għall-istudji eżistenti u għal sorsi oħrajn sabiex jiġu żviluppati deskrizzjonijiet kwalitattivi tal-proċessi li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent. Deskrizzjonijiet kwalitattivi bħal dawn iridu jiġu inklużi fit-tagħrif ambjentali addizzjonali.

Rekwiżit addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Il-PEFCR trid tispeċifika l-proċessi li għandhom jiġu inklużi, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta u tal-analiżi assoċjati magħhom, li jistgħu jmorru lil hinn minn dawk mogħtija f’din il-Gwida dwar il-PEF. Hija trid tispeċifika wkoll għal liema proċessi hija meħtieġa d-dejta speċifika, u għal liema proċessi tista’ tintuża d-dejta ġenerika jew trid tintuża d-dejta ġenerika.

5.3   Il-pjan għall-immaniġġjar tad-dejta (fakultattiv)

Pjan għall-immaniġġjar tad-dejta jista’ jkun għodda utli għall-immaniġġjar tad-dejta u għat-traċċar tal-proċess ta’ kumpilazzjoni tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet tal-prodott.

Il-pjan għall-immaniġġjar tad-dejta jista’ jinkludi:

deskrizzjoni tal-proċeduri għall-ġbir tad-dejta;

is-sorsi tad-dejta;

il-metodoloġiji tal-kalkolu;

il-proċeduri għat-trażmissjoni u l-ħżin tad-dejta u biex issir kopja tagħha;

il-proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ analiżi għall-attivitajiet tal-ġbir tad-dejta, tal-input tagħha u tat-trattament tagħha, għad-dokumentazzjoni tad-dejta u għall-kalkoli tal-emissjonijiet.

Għal iktar tagħrif dwar l-approċċi possibbli biex wieħed jistabbilixxi pjan għall-ġestjoni tad-dejta, ara l-Anness II.

5.4   Id-dejta tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

L-użu kollu tar-riżorsi u l-emissjonijiet kollha assoċjati mal-istadji taċ-ċiklu ta’ ħajja inklużi fil-limiti ddefiniti tas-sistema jridu jiġu inklużi fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet.

L-elementi li ġejjin iridu jitqiesu għall-inklużjoni fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet:

l-akkwist tal-materja prima u l-ipproċessar minn qabel tagħha;

l-oġġetti kapitali: irid jintuża d-deprezzament lineari. Trid titqies il-ħajja operattiva mistennija tal-oġġetti kapitali (u mhux iż-żmien tal-iżvilupp sa valur ekonomiku fil-kotba ta’ 0);

il-produzzjoni;

id-distribuzzjoni u l-ħżin tal-prodotti;

l-istadju tal-użu;

il-loġistika;

tmiem il-ħajja tal-prodotti.

Rekwiżit addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Il-PEFCRs għandhom jipprovdu eżempju wieħed jew iktar tal-kumpilazzjoni tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet, inklużi speċifikazzjonijiet dwar:

il-listi tas-sustanzi għall-attivitajiet/il-proċessi inklużi fihom;

l-unitajiet;

in-nomenklatura għall-flussi elementari.

Dawn jistgħu japplikaw għal stadju wieħed jew aktar tal-katina tal-provvista, għal proċess wieħed jew aktar tagħha jew għal attività waħda jew iktar tagħha, sabiex jiġu żgurati ġbir u rrappurtar standardizzati tad-dejta. Il-PEFCR tista’ tispeċifika rekwiżiti tad-dejta għall-istadji ewlenin li jinsabu iktar ’il fuq fil-katina ta’ attivitajiet (“upstream”) jew iktar ’l isfel fiha jew għall-istadji ewlenin minn grada għall-oħra (64), li jkunu aktar stretti minn dawk iddefiniti f’din il-Gwida dwar il-PEF.

Għall-ħolqien ta’ mudelli tal-proċessi/l-attivitajiet fil-modulu ewlieni (jiġifieri fl-istadju minn grada għall-oħra), il-PEFCR trid tispeċifika wkoll l-affarijiet li ġejjin:

il-proċessi/l-attivitajiet inklużi;

l-ispeċifikazzjonijiet għall-ġbir tad-dejta għall-proċessi ewlenin, inkluż il-kalkolu tad-dejta medja tal-impjanti;

kwalunkwe dejta speċifika għas-sit li jeħtieġ li tiġi rrappurtata bħala “tagħrif ambjentali addizzjonali”;

ir-rekwiżiti speċifiċi tal-kwalità tad-dejta, pereżempju għall-kejl tad-dejta speċifika dwar l-attività.

Jekk il-PEFCR tkun teżiġi wkoll devjazzjonijiet mil-limitu prestabbilit tas-sistema mill-benniena sal-qabar (pereżempju jekk il-PEFCR tippreskrivi l-użu tal-limitu mill-benniena sal-grada), trid tispeċifika kif iridu jitqiesu l-bilanċi tal-materjali/tal-enerġija fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet.

5.4.1   L-akkwist tal-materja prima u l-ipproċessar minn qabel tagħha (mill-benniena sal-grada)  (65)

L-istadju tal-akkwist tal-materja prima u tal-ipproċessar minn qabel tagħha jibda meta r-riżorsi jiġu estratti min-natura u jintemm meta l-komponenti tal-prodott jidħlu fl-impjant ta’ produzzjoni tal-prodott (permezz tal-grada tal-impjant). Il-proċessi li jistgħu jseħħu f’dan l-istadju jinkludu:

it-taħfir għar-riżorsi u l-estrazzjoni tagħhom;

l-ipproċessar minn qabel tal-materjali kollha użati bħala inputs għall-prodott li dwaru jkun qed isir l-istudju, bħal:

it-tiswir tal-metalli f’ingotti;

it-tisfija mill-impuritajiet tal-faħam;

il-konverżjoni tal-materjal irriċiklat;

il-fotosinteżi għall-materjali bijoġeniċi;

it-tkabbir u l-ħsad tas-siġar jew tal-uċuħ tar-raba’;

it-trasport fl-impjanti tal-estrazzjoni u tal-ipproċessar minn qabel u bejniethom, u t-trasport lejn l-impjant tal-produzzjoni.

5.4.2   L-oġġetti kapitali

Eżempji tal-oġġetti kapitali li jridu jiġu inklużi huma:

(g)

il-makkinarju użat fil-proċessi tal-produzzjoni;

(h)

il-bini;

(i)

it-tagħmir tal-uffiċċju;

(j)

il-vetturi tat-trasport;

(k)

l-infrastruttura tat-trasport.

Għall-oġġetti kapitali jrid jintuża d-deprezzament lineari. Trid titqies il-ħajja operattiva mistennija tal-oġġetti kapitali (u mhux iż-żmien tal-iżvilupp sa valur ekonomiku fil-kotba ta’ 0).

5.4.3   Il-produzzjoni (68)

L-istadju tal-produzzjoni jibda meta l-komponenti tal-prodott jidħlu fis-sit tal-produzzjoni u jintemm meta l-prodott lest jitlaq mill-impjant tal-produzzjoni. L-attivitajiet marbutin mal-produzzjoni jinkludu, pereżempju:

l-ipproċessar kimiku;

il-manifattura;

it-trasport ta’ prodotti nofshom lesti bejn il-proċessi ta’ manifattura;

l-immuntar tal-komponenti tal-materjali;

l-ippakkjar;

it-trattament tal-iskart;

it-trasport għall-impjegati (jekk dan ikun rilevanti);

l-ivvjaġġar fuq xogħol (jekk dan ikun rilevanti).

5.4.4   Id-distribuzzjoni u l-ħżin tal-prodotti (68)

Il-prodotti jitqassmu lill-utenti u jistgħu jinħażnu f’diversi punti tul il-katina tal-provvista. Eżempji tal-proċessi marbutin mad-distribuzzjoni u l-ħżin li jridu jiġu inklużi huma dawn li ġejjin (il-lista mhijiex eżawrjenti):

l-inputs tal-enerġija għat-tidwil u t-tisħin tal-maħżen;

l-użu tar-refriġeranti fl-imħażen u fil-vetturi tat-trasport;

l-użu tal-fjuwil mill-vetturi.

5.4.5   L-istadju tal-użu (68)

L-istadju tal-użu jibda meta l-konsumatur jew l-utent aħħari isir sid il-prodott u jintemm meta l-prodott użat jintrema biex jiġi ttrasportat lejn impjant tar-riċiklaġġ jew lejn impjant tat-trattament tal-iskart. Eżempji tal-proċessi tal-istadju tal-użu li għandhom jiġu inklużi huma dawn li ġejjin (il-lista mhijiex eżawrjenti):

ix-xejriet tal-użu/tal-konsum, il-post, il-ħin (il-jum/il-lejl, is-sajf/ix-xitwa, il-ġimgħa/tmiem il-ġimgħa), u t-tul ta’ ħajja preżunt tal-prodotti fl-istadju tal-użu tagħhom;

it-trasport lejn il-post tal-użu;

it-tkessiħ fil-post tal-użu;

it-tħejjija għall-użu (pereżempju l-użu tal-majkrowejvs);

il-konsum tar-riżorsi waqt l-użu (pereżempju l-użu tad-diterġenti, tal-enerġija u tal-ilma għal magna tal-ħasil);

it-tiswija u l-manutenzjoni tal-prodott matul l-istadju tal-użu.

Ix-xenarju tal-użu jeħtieġ li jirrifletti wkoll jekk l-użu tal-prodotti analizzati jistax iwassal għal tibdil fis-sistemi li fihom jintużaw jew le. Pereżempju, il-prodotti li jużaw l-enerġija jistgħu jaffettwaw l-enerġija meħtieġa għat-tisħin/għat-tkessiħ ta’ bini u l-piż tal-batterija ta’ karozza jista’ jaffettwa l-konsum tal-fjuwil tal-karozza. Għandhom jitqiesu s-sorsi ta’ tagħrif tekniku dwar ix-xenarju tal-użu li ġejjin (il-lista mhijiex eżawrjenti):

l-istandards internazzjonali ppubblikati li jispeċifikaw linji gwida u rekwiżiti għall-iżvilupp ta’ xenarji dwar l-istadju tal-użu u ta’ xenarji dwar il-ħajja operattiva tal-prodott (jiġifieri stima ta’ din il-ħajja operattiva);

il-linji gwida nazzjonali ppubblikati għall-iżvilupp ta’ xenarji dwar l-istadju tal-użu u ta’ xenarji dwar il-ħajja operattiva tal-prodott (jiġifieri stima ta’ din il-ħajja operattiva);

il-linji gwida ppubblikati mill-industrija għall-iżvilupp ta’ xenarji dwar l-istadju tal-użu u ta’ xenarji dwar il-ħajja operattiva tal-prodott (jiġifieri stima ta’ din il-ħajja operattiva);

l-istħarriġ tas-suq jew id-dejta l-oħra dwar is-suq.

NOTA: Il-metodu rrakkomandat mill-manifattur, li għandu jintuża fl-istadju tal-użu (pereżempju t-tisjir f’forn f’temperatura speċifikata għal ħin speċifikat), jista’ jservi bħala l-bażi biex wieħed jistabbilixxi l-istadju tal-użu ta’ prodott. Madankollu, l-użu tal-prodott fir-realtà jista’ jvarja minn dak irrakkomandat u għandu jintuża jekk dan it-tagħrif ikun disponibbli.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Meta ma jkun ġie stabbilit l-ebda metodu għall-istabbiliment tal-istadju tal-użu tal-prodotti skont it-tekniki speċifikati f’din il-Gwida dwar il-PEF, l-approċċ li għandu jittieħed biex jiġi stabbilit l-istadju tal-użu tal-prodotti jrid jiġi stabbilit mill-organizzazzjoni li tkun qed twettaq l-istudju. Madankollu, l-użu tal-prodott fir-realtà jista’ jvarja minn dak irrakkomandat u għandu jintuża jekk dan it-tagħrif ikun disponibbli. Iridu jiġu inklużi l-influwenzi li l-użu tal-prodotti jkollu fuq sistemi oħrajn.

Il-metodi u s-suppożizzjonijiet iridu jiġu ddokumentati. Is-suppożizzjonijiet kollha li huma rilevanti għall-istadju tal-użu jridu jiġu ddokumentati.

Rekwiżit addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Il-PEFCRs iridu jispeċifikaw:

ix-xenarji tal-istadju tal-użu li għandhom jiġu inklużi fl-istudju, jekk ikun hemm;

il-perjodu taż-żmien li għandu jitqies għall-istadju tal-użu.

5.4.6   Il-ħolqien ta’ mudell tal-loġistika għall-prodott analizzat

Meta jkun qed jinħoloq mudell tat-trasport, il-parametri importanti li għandhom jitqiesu, jew li jridu jitqiesu (skont il-każ, ara hawn taħt), jinkludu:

1.

it-tip ta’ trasport: irid jitqies it-tip ta’ trasport, pereżempju t-trasport fuq l-art (bit-trakkijiet, bil-ferrovija, permezz tal-pajpijiet), it-trasport bl-ilma (bid-dgħajsa, bil-lanċa, bil-barkun), jew it-trasport bl-ajru (bl-ajruplani);

2.

it-tip ta’ vettura u l-konsum tal-fjuwil: iridu jitqiesu t-tip ta’ vettura skont it-tip ta’ trasport, kif ukoll il-konsum tal-fjuwil meta l-vettura tkun mgħobbija kompletament u meta ma tkunx mgħobbija. Il-konsum ta’ vettura li tkun mgħobbija kompletament irid jiġi aġġustat skont ir-rata ta’ tagħbija (66);

3.

ir-rata ta’ tagħbija: l-impatti ambjentali huma marbutin b’mod dirett mar-rata tat-tagħbija reali, u għalhekk din trid titqies;

4.

l-għadd ta’ vjaġġi lura mingħajr tagħbija: irid jitqies l-għadd ta’ vjaġġi lura mingħajr tagħbija (jiġifieri l-proporzjon tad-distanza li l-vettura vvjaġġat biex tinġabar it-tagħbija li jmiss wara li l-prodott ikun inħatt meta mqabbla mad-distanza li l-vettura vvjaġġat biex il-prodott jiġi ttrasportat), meta dan ikun applikabbli u rilevanti. Il-kilometri li l-vettura tkun ivvjaġġat mingħajr tagħbija jridu jiġu allokati lill-prodott. Iridu jiġu żviluppati valuri speċifiċi skont il-pajjiż u skont it-tip ta’ prodott ittrasportat;

5.

id-distanza tat-trasport: id-distanzi tat-trasport iridu jiġu ddokumentati, billi jiġu applikati distanzi medji tat-trasport li jkunu speċifiċi għall-kuntest li jkun qed jitqies;

6.

l-allokazzjoni tal-impatti li ġejjin mit-trasport: frazzjoni tal-impatti li ġejjin mill-attivitajiet tat-trasport trid tiġi allokata lill-unità tal-analiżi (lill-prodott meqjus) abbażi ta’ fattur li jillimita t-tagħbija. Għandhom jitqiesu l-prinċipji li ġejjin għall-ħolqien tal-mudell:

għat-trasport tal-merkanzija: il-ħin jew id-distanza U l-massa jew il-volum (jew, f’każijiet speċifiċi, il-biċċiet/il-palits) tal-prodott ittrasportat:

a)

jekk il-piż massimu awtorizzat jintlaħaq qabel ma l-vettura tkun laħqet it-tagħbija fiżika massima tagħha: f’100 % tal-volum tagħha (prodotti b’densità għolja), allura l-allokazzjoni trid tissejjes fuq il-massa tal-prodotti ttrasportati;

b)

jekk il-vettura titgħabba f’100 % tal-volum tagħha, iżda ma tilħaqx il-piż massimu awtorizzat (prodotti b’densità baxxa), allura l-allokazzjoni trid tissejjes fuq il-volum tal-prodotti ttrasportati;

għat-trasport tal-persuni: il-ħin jew id-distanza;

għall-vjaġġi fuq xogħol tal-persunal: il-ħin, id-distanza jew il-valur ekonomiku;

7.

il-produzzjoni tal-fjuwil: trid titqies il-produzzjoni tal-fjuwil. Valuri prestabbiliti għall-produzzjoni tal-fjuwil jinsabu, pereżempju, fil-bażi tad-dejta Ewropea ta’ referenza dwar iċ-ċiklu tal-ħajja (bl-Ingliż imsejħa “European Reference Life Cycle Database (ELCD)”) (67);

8.

l-infrastruttura: għandha titqies l-infrastruttura tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bl-ilma;

9.

ir-riżorsi u l-għodod: għandhom jitqiesu l-ammont u t-tip ta’ riżorsi u għodod addizzjonali li huma meħtieġa għall-ħidmiet loġistiċi, bħall-krejnijiet u t-trasportaturi.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Il-parametri tat-trasport li jridu jitqiesu huma t-tip ta’ trasport, it-tip ta’ vettura u l-konsum tal-fjuwil, ir-rata ta’ tagħbija, l-għadd ta’ vjaġġi lura mingħajr tagħbija (f’każ li dan ikun rilevanti), id-distanza tat-trasport, l-allokazzjoni għat-trasport tal-oġġetti abbażi ta’ fattur li jillimita t-tagħbija (jiġifieri l-massa għall-prodotti b’densità għolja u l-volum għall-prodotti b’densità baxxa), u l-produzzjoni tal-fjuwil.

Il-parametri tat-trasport li għandhom jitqiesu huma l-infrastruttura tat-trasport, ir-riżorsi u l-għodod addizzjonali bħall-krejnijiet u t-trasportaturi, l-allokazzjoni għat-trasport tal-persuni abbażi tal-ħin jew tad-distanza, u l-allokazzjoni għall-vjaġġi fuq xogħol tal-persunal abbażi tal-ħin, tad-distanza jew tal-valur ekonomiku.

L-impatti li ġejjin mit-trasport iridu jingħataw fl-unitajiet prestabbiliti ta’ referenza tagħhom, jiġifieri f’tunnellati-kilometri għat-trasport tal-merkanzija u f’persuni-kilometri għat-trasport tal-passiġġieri. Kwalunkwe devjazzjoni minn dawn l-unitajiet prestabbiliti ta’ referenza trid tiġi ġġustifikata u rrappurtata.

L-impatt ambjentali li ġej mit-trasport irid jiġi kkalkulat billi l-impatt għal kull unità ta’ referenza għal kull tip ta’ vettura jiġi mmultiplikat:

a)

għall-merkanzija, bid-distanza u bit-tagħbija;

b)

għall-persuni, bid-distanza u bl-għadd ta’ persuni abbażi tax-xenarji tat-trasport iddefiniti.

Rekwiżit addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Il-PEFCRs iridu jispeċifikaw ix-xenarji tat-trasport, tad-distribuzzjoni u tal-ħżin li għandhom jiġu inklużi fl-istudju, jekk ikun hemm dawn ix-xenarji.

5.4.7   Tmiem il-ħajja tal-prodotti  (68)

L-istadju ta’ tmiem il-ħajja tal-prodotti jibda meta l-utent jarmi l-prodott użat u jintemm meta l-prodott jerġa’ jiddaħħal fin-natura bħala skart jew jidħol fiċ-ċiklu ta’ ħajja ta’ prodott ieħor (jiġifieri jintuża bħala input irriċiklat). Il-proċessi ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodott li jridu jiġu inklużi fl-istudju dwar il-PEF jinkludu, pereżempju:

il-ġbir u t-trasport ta’ prodotti u pakketti li jkunu waslu fi tmiem ħajjithom;

iż-żarmar tal-komponenti;

it-tqattigħ fi bċejjeċ u l-għażla;

il-konverżjoni f’materjal irriċiklat;

l-ikkompostjar jew il-metodi l-oħra għat-trattament tal-iskart organiku;

ir-rimi taż-żibel;

l-inċinerazzjoni u r-rimi tal-irmied tal-qiegħ;

ir-rimi fil-miżbliet u t-tħaddim u l-manutenzjoni tal-miżbliet;

it-trasport meħtieġ lejn l-impjanti kollha tat-trattament tal-prodott fi tmiem il-ħajja tiegħu.

Minħabba li, ħafna drabi, x’se jiġri eżatt fi tmiem il-ħajja ta’ prodott ma jkunx magħruf, iridu jiġu ddefiniti x-xenarji ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodott.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Il-mudelli tal-flussi tal-iskart li ġejjin minn proċessi li huma inklużi fil-limiti tas-sistema jridu jinħolqu fil-livell tal-flussi elementari.

Rekwiżit addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Jekk ikun hemm xenarji ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodott, dawn iridu jiġu ddefiniti fil-PEFCRs. Dawn ix-xenarji jridu jissejsu fuq il-prattiki, it-teknoloġiji u d-dejta attwali (tas-sena tal-analiżi).

5.4.8   Il-kontabilizzazzjoni tal-użu tal-elettriku (inkluż l-użu tal-enerġija rinnovabbli)

Il-mudell tal-elettriku mill-grilja li jiġi kkunsmat f’livell li jinsab iktar ’il fuq fil-katina ta’ attivitajiet jew fil-limitu ddefinit tal-PEF irid jinħoloq b’mod kemm jista’ jkun preċiż u fih trid tingħata preferenza lid-dejta li tkun speċifika għall-fornitur. Jekk l-elettriku (jew parti minnu) jkun ġej minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, huwa importanti li dan ma jingħaddx darbtejn. Għalhekk, il-fornitur irid jiżgura li l-elettriku li huwa jipprovdi lill-organizzazzjoni biex din timmanifattura l-prodott ikun verament iġġenerat bl-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u li dan ma jiddaħħalx fil-grilja biex jintuża minn konsumaturi oħrajn (pereżempju l-garanzija tal-oriġini tal-elettriku prodott minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli (69)).

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Għall-elettriku mill-grilja li jiġi kkunsmat f’livell li jinsab iktar ’il fuq fil-katina ta’ attivitajiet jew fil-limitu ddefinit tal-PEF, trid tintuża d-dejta li tkun speċifika għall-fornitur, jekk din tkun disponibbli. Jekk ma tkunx disponibbli d-dejta li tkun speċifika għall-fornitur, trid tintuża d-dejta dwar it-taħlita tal-enerġija għall-konsum li tkun speċifika għall-pajjiż li fih iseħħu l-istadji taċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott. Għall-elettriku kkunsmat waqt l-istadju tal-użu tal-prodotti, it-taħlita tal-enerġija trid tirrifletti l-proporzjonijiet tal-bejgħ bejn il-pajjiżi jew ir-reġjuni. F’każ li din id-dejta ma tkunx disponibbli, trid tintuża t-taħlita medja tal-enerġija għall-konsum tal-UE, jewinkella t-taħlita l-iktar rappreżentattiva.

Irid jiġi żgurat li l-elettriku mill-grilja li jiġi kkunsmat f’livell li jinsab iktar ’il fuq fil-katina ta’ attivitajiet jew fil-limitu ddefinit tal-PEF, li jkun ġej minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, (u l-impatti assoċjati miegħu), ma jingħaddux darbtejn. Mar-rapport dwar il-PEF trid tinhemeż dikjarazzjoni min-naħa tal-fornitur li fiha jiggarantixxi li l-elettriku fornut huwa verament iġġenerat minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u li dan mhux qed jinbiegħ lil kwalunkwe organizzazzjoni oħra.

5.4.9   Elementi oħrajn li għandhom jitqiesu biex jiġi kkumpilat il-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet

L-assorbimenti tal-karbonju bijoġeniku u l-emissjonijiet tiegħu

Il-karbonju jitneħħa mill-atmosfera, pereżempju, minħabba li jikbru s-siġar (fattur ta’ karatterizzazzjoni (70) tal-ekwivalenti ta’ -1 CO2 għat-tisħin globali), u jiġi rrilaxxat fiha meta jinħaraq l-injam (fattur ta’ karatterizzazzjoni tal-ekwivalenti ta’ +1 CO2 għat-tisħin globali).

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

L-assorbimenti tal-karbonju minn sorsi bijoġeniċi u l-emissjonijiet tiegħu jridu jingħataw b’mod separat fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet (71).

It-tibdil dirett fl-użu tal-art (l-impatt fuq it-tibdil fil-klima): l-impatt tat-tibdil fl-użu tal-art fuq it-tibdil fil-klima ġej bażikament minn bidla fil-ħażniet tal-karbonju fl-art. It-tibdil dirett fl-użu tal-art iseħħ minħabba l-konverżjoni minn tip ta’ użu tal-art għal tip ieħor, f’żona unika tal-art, li possibbilment twassal għal tibdil fil-ħażna tal-karbonju ta’ dik iż-żona tal-art speċifika, iżda li ma twassalx għal bidla f’sistema oħra. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara l-Anness VI.

It-tibdil indirett fl-użu tal-art (l-impatt fuq it-tibdil fil-klima): l-impatt tat-tibdil fl-użu tal-art fuq it-tibdil fil-klima ġej bażikament minn bidla fil-ħażniet tal-karbonju fl-art. It-tibdil indirett fl-użu tal-art iseħħ meta bidla partikulari fl-użu tal-art twassal għal bidliet ’il barra mil-limiti tas-sistema, jiġifieri f’tipi ta’ użu tal-art oħrajn. Minħabba li m’hemm l-ebda metodoloġija maqbula dwar it-tibdil indirett fl-użu tal-art fil-kuntest tal-impronta ambjentali, It-tibdil indirett fl-użu tal-art ma jridx jiġi inkluż fil-kalkoli tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-PEF.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jseħħu minħabba t-tibdil dirett fl-użu tal-art iridu jiġu allokati lill-prodotti (i) għal għoxrin (20) sena wara li jseħħ dan it-tibdil jew (ii) għal perjodu wieħed tal-ħsad mill-estrazzjoni tal-prodott evalwat (ukoll jekk dan ikun ta’ iktar minn għoxrin (20) sena) (72), u għandu jintgħażel l-itwal perjodu taż-żmien. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara l-Anness VI. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jseħħu minħabba t-tibdil indirett fl-użu tal-art ma jridux jitqiesu sakemm il-PEFCRs ma jkunux jeżiġu b’mod espliċitu li dan għandu jsir. F’dak il-każ, it-tibdil indirett fl-użu tal-art irid jiġi rrappurtat b’mod separat bħala “tagħrif ambjentali addizzjonali”, iżda ma jridx jiġi inkluż fil-kalkolu tal-kategorija tal-impatt tal-gassijiet serra.

Il-kontabilizzazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli

Fil-limitu tas-sistema vvalutata, l-enerġija tista’ tiġi prodotta minn sorsi rinnovabbli. Jekk tiġi prodotta iktar enerġija rinnovabbli milli l-ammont ikkunsmat fil-limitu ddefinit tas-sistema, u din tiġi pprovduta, pereżempju, lill-grilja tal-elettriku, hija tista’ tiġi allokata lill-prodott ivvalutat biss jekk ma tkunx tqieset diġà fi skemi oħrajn. Huma meħtieġa dokumenti (pereżempju l-garanzija tal-oriġini tal-elettriku prodott minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli (73)) li juru jekk din l-allokazzjoni tqisitx fil-kalkolu jew le.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Il-krediti assoċjati mal-enerġija rinnovabbli ġġenerata mil-limitu tas-sistema jridu jiġu kkalkulati b’referenza għat-taħlita medja tal-enerġija għall-konsum speċifika għall-pajjiż li għalih tkun qed tiġi pprovduta l-enerġija, ikkoreġuta (jiġifieri billi jitnaqqas l-ammont tal-enerġija rinnovabbli pprovdut minn sorsi li jkunu ’l barra mis-sistema). F’każ li din id-dejta ma tkunx disponibbli, trid tintuża t-taħlita medja kkoreġuta tal-enerġija għall-konsum tal-UE, jewinkella t-taħlita l-iktar rappreżentattiva. Jekk ma tkun disponibbli l-ebda dejta dwar il-kalkolu tat-taħlitiet ikkoreġuti, iridu jintużaw it-taħlitiet medji mhux ikkoreġuti. Wieħed irid jirrapporta bi trasparenza liema taħlitiet tal-enerġija qed jitqiesu għall-kalkolu tal-benefiċċji u jekk dawn it-taħlitiet ġewx ikkoreġuti jew le.

Il-kontabilizzazzjoni tal-ħżin temporanju (tal-karbonju) u tal-emissjonijiet posposti

Il-ħżin temporanju tal-karbonju jseħħ meta prodott “inaqqas l-ammont ta’ gassijiet serra li jkun hemm fl-atmosfera” jew joħloq “emissjonijiet negattivi” billi jassorbi u jaħżen il-karbonju għal perjodu limitat taż-żmien.

L-emissjonijiet posposti huma emissjonijiet li jiġu rrilaxxati fuq perjodu taż-żmien, pereżempju permezz ta’ stadji fit-tul tal-użu jew tar-rimi aħħari, meta mqabblin ma’ emissjoni unika fil-mument “t”.

Pereżempju, jekk wieħed ikollu għamara tal-injam li għandha tul ta’ ħajja ta’ 120 sena, huwa jaħżen il-karbonju tul il-120 sena ta’ ħajja tal-għamara u l-emissjonijiet li jiġu mir-rimi jew mill-inċinerazzjoni tagħha fi tmiem ħajjitha jkunu posposti b’120 sena. Is-CO2 jintuża għall-produzzjoni tal-għamara tal-injam, jinħażen għal 120 sena u jiġi rrilaxxat meta l-għamara tintrema jew tinħaraq fi tmiem ħajjitha. Is-CO2 jinħażen għal 120 sena u l-emissjonijiet posposti tas-CO2 jseħħu biss wara 120 sena (fi tmiem il-ħajja tal-għamara) minflok ma jseħħu dal-ħin.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Il-krediti assoċjati mal-ħżin temporanju (tal-karbonju) jew mal-emissjonijiet posposti ma jridux jitqiesu fil-kalkolu tal-kategoriji prestabbiliti tal-impatt tal-EF. Madankollu, dawn jistgħu jiġu inklużi bħala “tagħrif ambjentali addizzjonali”. Barra minn hekk, dawn iridu jiġu inklużi bħala “tagħrif ambjentali addizzjonali” jekk dan ikun speċifikat f’PEFCR li tappoġġahom.

5.5   In-nomenklatura tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet

Dawk li jiżviluppaw l-istudji dwar il-PEF iridu jqabblu n-nomenklatura ddokumentata għal fluss partikulari u l-karatteristiċi tiegħu mogħtija fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet man-nomenklatura u l-karatteristiċi mogħtija fis-Sistema internazzjonali ta’ referenza għad-dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja (bl-Ingliż imsejħa “International Reference Life Cycle Data System”, l-ILCD) (74).

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

L-użu rilevanti kollu tar-riżorsi u l-emissjonijiet rilevanti kollha assoċjati mal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja inklużi fil-limiti ddefiniti tas-sistema jridu jiġu ddokumentati billi jintużaw in-nomenklatura u l-karatteristiċi mogħtija fis-Sistema internazzjonali ta’ referenza għad-dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja (bl-Ingliż imsejħa “International Reference Life Cycle Data System”, l-ILCD) (74), kif deskritt fl-Anness IV.

Jekk l-ILCD ma tkunx tinkludi n-nomenklatura għal fluss partikulari u l-karatteristiċi tiegħu, min ikollu f’idejh l-istudju jrid joħloq nomenklatura adattata u jrid iżomm rekord tal-karatteristiċi tal-fluss.

5.6   Ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta

Din it-taqsima tiddeskrivi kif trid tiġi vvalutata l-kwalità tad-dejta. Għall-istudji dwar il-PEF, jiġu adottati sitt kriterji tal-kwalità – ħamsa li għandhom x’jaqsmu mad-dejta u wieħed li għandu x’jaqsam mal-metodu. Dawn qed jingħataw fil-qosor. Ir-rappreżentanza (teknoloġika, ġeografika u marbuta mal-ħin) tikkaratterizza kemm il-proċessi u l-prodotti magħżulin qed jiddeskrivu s-sistema analizzata. Ladarba jingħażlu l-proċessi u l-prodotti li jirrappreżentaw is-sistema analizzata, u ladarba jiġi kkumpilat il-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet ta’ dawn il-proċessi u l-prodotti, il-kriterju tal-kompletezza jevalwa kemm il-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet ta’ dawn il-proċessi u l-prodotti jkopri l-emissjonijiet u r-riżorsi kollha ta’ dawn il-proċessi u l-prodotti.

Minbarra dawn il-kriterji, hemm tliet aspetti oħra inklużi fil-valutazzjoni tal-kwalità, li huma l-analiżi, id-dokumentazzjoni (f’konformità mal-format mogħti fl-ILCD) u l-konformità man-nomenklatura mogħtija fl-ILCD. Dawn it-tliet aspetti mhumiex inklużi fil-valutazzjoni semikwantitattiva tal-kwalità tad-dejta deskritta fil-paragrafi li ġejjin. Madankollu, dawn iridu jitħarsu.

It-Tabella 3

Il-kriterji tal-kwalità tad-dejta, id-dokumentazzjoni, in-nomenklatura u l-analiżi

Il-kriterji tal-kwalità tad-dejta

1.

Ir-rappreżentanza teknoloġika (75)

2.

Ir-rappreżentanza ġeografika (76)

3.

Ir-rappreżentanza marbuta mal-ħin (77)

4.

Il-kompletezza

5.

L-inċertezza tal-parametri (78)

6.

L-adegwatezza u l-konsistenza metodoloġika (79) (ir-rekwiżiti ddefiniti fit-Tabella 7 jridu japplikaw sa tmiem l-2015. Mill-2016 ’il quddiem, il-metodoloġija mogħtija għall-PEF tkun trid titħares għal kollox.)

Id-dokumentazzjoni

Konformi mal-format mogħti fl-ILCD

In-nomenklatura

Konformi man-nomenklatura mogħtija fl-ILCD (pereżempju l-użu tal-flussi elementari ta’ referenza mogħtija fl-ILCD għall-inventarji kompatibbli mal-IT)

L-analiżi

Analiżi minn “reviżur ikkwalifikat” (ara l-Kapitolu 8):

Rapport separat tal-analiżi


It-Tabella 4

Ħarsa ġenerali lejn ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta u tal-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta

 

Il-kwalità minima tad-dejta meħtieġa

It-tip ta’ valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta meħtieġa

Dejta li tkopri mill-inqas 70 % tal-kontribuzzjonijiet għal kull kategorija tal-impatt tal-EF

Kwalità tad-dejta li b’mod ġenerali tkun “tajba” (DQR ≤ 3,0)

Valutazzjoni semikwantitattiva ibbażżata fuq It-Tabella 5.

Dejta li tkopri minn 20 sa 30 % tal-kontribuzzjonijiet għal kull kategorija tal-impatt tal-EF

Kwalità tad-dejta li b’mod ġenerali tkun “aċċettabbli”

Opinjoni kwalitattiva ta’ espert (it-Tabella 7 tista’ tintuża biex tiġi appoġġata l-opinjoni tal-espert). M’hemm bżonn issir l-ebda kwantifikazzjoni.

Dejta użata għall-approssimazzjoni u biex jimtlew nuqqasijiet li ġew identifikati (mhux iktar minn 10 % tal-kontribuzzjonijiet għal kull kategorija tal-impatt tal-EF)

L-aqwa dejta disponibbli

Opinjoni kwalitattiva ta’ espert (it-Tabella 7 tista’ tintuża biex tiġi appoġġata l-opinjoni tal-espert).

Valutazzjoni semikwantitattiva tal-kwalità tad-dejta

It-Tabella 5 tagħti ħarsa ġenerali lejn il-kriterji użati għall-valutazzjoni semikwantitattiva tal-kwalità tad-dejta; It-Tabella 6 u l-ekwazzjonijiet korrispondenti jiddeskrivu l-kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni semikwantitattiva tal-kwalità tad-dejta. L-Anness VII jipprovdi eżempju tar-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta għall-prodotti intermedji tal-karti.

It-Tabella 5

Il-kriterji għall-valutazzjoni semikwantitattiva tal-kwalità ġenerali tad-dejta tas-settijiet tad-dejta tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja użati fl-istudju dwar l-EF

Livell tal-kwalità

Klassifikazzjoni tal-kwalità

Definizzjoni

Kompletezza

Adegwatezza u konsistenza metodoloġika

Rappreżentanza marbuta mal-ħin

Rappreżentanza teknoloġika

Rappreżentanza ġeografika

Inċertezza tal-parametri

 

 

 

Għandha tiġi vvalutata skont il-kopertura għal kull kategorija tal-impatt tal-EF u b’paragun ma’ kwalità ipotetika ideali tad-dejta

Il-metodi u l-għażliet metodoloġiċi tal-LCI applikati (pereżemju l-allokazzjoni, is-sostituzzjoni, eċċ.) huma konformi mal-għan u mal-ambitu tas-sett tad-dejta, b’mod speċjali mal-applikazzjonijiet previsti tiegħu biex jappoġġa d-deċiżjonijiet. Barra minn hekk, il-metodi ġew applikati b’mod konsistenti għad-dejta kollha (80).

Il-grad safejn is-sett tad-dejta jirrifletti l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-sistema meqjusa fir-rigward tal-ħin/taż-żmien tad-dejta, inklużi s-settijiet tad-dejta tal-proċessi tal-isfond, jekk ikun hemm.

Kumment: jiġifieri tas-sena partikulari (u, jekk ikun applikabbli, tad-differenzi li jkun hemm matul is-sena jew matul il-ġurnata).

Il-grad safejn is-sett tad-dejta jirrifletti l-pubbliku veru mistħarreġ fir-rigward tat-teknoloġija, inkluż għas-settijiet tad-dejta tal-proċessi tal-isfond inklużi, jekk ikun hemm.

Kumment: jiġifieri tal-karatteristiċi teknoloġiċi, inklużi l-kundizzjonijiet operattivi.

Il-grad safejn is-sett tad-dejta jirrifletti l-pubbliku veru mistħarreġ fir-rigward tal-ġografija, inklużi s-settijiet tad-dejta tal-proċessi tal-isfond, jekk ikun hemm.

Kumment: jiġifieri tal-post/is-sit, ir-reġjun, il-pajjiż, is-suq jew il-kontinent partikulari, eċċ.

Opinjoni kwalitattiva ta’ espert jew id-devjazzjoni standard relattiva bħala perċentwali jekk tintuża simulazzjoni tat-tip imsejħa “Monte Carlo”.

Kumment: Il-valutazzjoni tal-inċertezza għandha x’taqsam biss mad-dejta dwar l-użu tar-riżorsi u dwar l-emissjonijiet; hija ma tkoprix il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF.

Kwalità tajba ħafna

1

Id-dejta tissodisfa l-kriterju fi grad għoli ħafna, mingħajr il-bżonn li tittejjeb.

Livell tajjeb ħafna ta’ kompletezza

(≥ 90 %)

Konformità sħiħa mar-rekwiżiti kollha mogħtija fil-Gwida dwar il-PEF

Speċifika għall-kuntest

Speċifika għall-kuntest

Speċifika għall-kuntest

Livell baxx ħafna ta’ inċertezza

Livell baxx ħafna ta’ inċertezza

(≤ 10 %)

Kwalità tajba

2

Id-dejta tissodisfa l-kriterju fi grad għoli, mingħajr wisq bżonn ta’ titjib sinifikanti.

Livell tajjeb ta’ kompletezza

(minn 80 % sa 90 %)

Approċċ attributtiv (81) ibbażat fuq il-proċess U

l-ħarsien tat-tliet rekwiżiti metodoloġiċi li ġejjin mogħtija fil-Gwida dwar il-PEF:

it-trattament tal-multifunzjonalità;

il-ħolqien ta’ mudell ta’ tmiem il-ħajja tal-prodott;

il-limitu tas-sistema.

Speċifika għall-kuntest

Speċifika għall-kuntest

Speċifika għall-kuntest

Livell baxx ta’ inċertezza

Livell baxx ta’ inċertezza

(minn 10 % sa 20 %)

Kwalità aċċettabbli

3

Id-dejta tissodisfa l-kriterju fi grad aċċettabbli, iżda ta’ min tittejjeb.

Livell aċċettabbli ta’ kompletezza

(minn 70 % sa 80 %)

Approċċ attributtiv ibbażat fuq il-proċess U

l-ħarsien ta’ tnejn mit-tliet rekwiżiti metodoloġiċi li ġejjin mogħtija fil-Gwida dwar il-PEF:

it-trattament tal-multifunzjonalità;

il-ħolqien ta’ mudell ta’ tmiem il-ħajja tal-prodott;

il-limitu tas-sistema.

Speċifika għall-kuntest

Speċifika għall-kuntest

Speċifika għall-kuntest

Livell aċċettabbli ta’ inċertezza

Livell aċċettabbli ta’ inċertezza

(minn 20 % sa 30 %)

Kwalità ħażina

4

Id-dejta ma tissodisfax il-kriterju fi grad aċċettabbli. Jeħtieġ li tittejjeb.

Livell ħażin ta’ kompletezza

(minn 50 % sa 70 %)

Approċċ attributtiv ibbażat fuq il-proċess U

l-ħarsien ta’ wieħed mit-tliet rekwiżiti metodoloġiċi li ġejjin mogħtija fil-Gwida dwar il-PEF:

it-trattament tal-multifunzjonalità;

il-ħolqien ta’ mudell ta’ tmiem il-ħajja tal-prodott;

il-limitu tas-sistema.

Speċifika għall-kuntest

Speċifika għall-kuntest

Speċifika għall-kuntest

Livell għoli ta’ inċertezza

Livell għoli ta’ inċertezza

(minn 30 % sa 50 %)

Kwalità ħażina ħafna

5

Id-dejta ma tissodisfax il-kriterju. Jeħtieġ li tittejjeb b’mod sostanzjali. JEW:

Dan il-kriterju ma ġiex evalwat/analizzat jew il-kwalità tiegħu ma setgħetx tiġi vverifikata/mhijiex magħrufa.

Livell ħażin ħafna jew mhux magħruf ta’ kompletezza

(< 50 %)

Approċċ attributtiv ibbażat fuq il-proċess, IŻDA

ma tħares l-ebda wieħed mit-tliet rekwiżiti metodoloġiċi li ġejjin mogħtija fil-Gwida dwar il-PEF:

it-trattament tal-multifunzjonalità;

il-ħolqien ta’ mudell ta’ tmiem il-ħajja tal-prodott;

il-limitu tas-sistema.

Speċifika għall-kuntest

Speċifika għall-kuntest

Speċifika għall-kuntest

Livell għoli ħafna ta’ inċertezza

Livell għoli ħafna ta’ inċertezza

(> 50 %)

Il-kwalità ġenerali tad-dejta trid tiġi kkalkulata billi jingħaddu flimkien il-klassifikazzjonijiet tal-kwalità miksubin għal kull kriterju tal-kwalità, u mbagħad dan l-ammont jiġi diviż bl-għadd totali ta’ kriterji (jiġifieri b’sitta). Ir-riżultat tal-klassifikazzjoni tal-kwalità tad-dejta (id-DQR) jintuża biex jiġi identifikat il-livell tal-kwalità korrispondenti fit-Tabella 6. Il-Formula 1 tipprovdi l-ekwazzjoni biex isir il-kalkolu:

Formula 1

Formula

—   DQR:

il-klassifikazzjoni tal-kwalità tad-dejta tas-sett tad-dejta

—   TeR:

ir-rappreżentanza teknoloġika

—   GR:

ir-rappreżentanza ġeografika

—   TiR:

ir-rappreżentanza marbuta mal-ħin

—   C:

il-kompletezza

—   P:

il-preċiżjoni/l-inċertezza

—   M:

l-adegwatezza u l-konsistenza metodoloġika

Formula 1 trid tintuża biex jiġi identifikat il-livell tal-kwalità ġenerali tad-dejta skont il-klassifikazzjoni tal-kwalità tad-dejta miksuba.

It-Tabella 6

il-livell tal-kwalità ġenerali tad-dejta skont il-klassifikazzjoni tal-kwalità tad-dejta miksuba

Il-klassifikazzjoni tal-kwalità ġenerali tad-dejta (id-DQR)

Il-livell tal-kwalità ġenerali tad-dejta

≤ 1,6

“Kwalità eċċellenti”

1,6 sa 2,0

“Kwalità tajba ħafna”

2,0 sa 3,0

“Kwalità tajba”

3 sa 4,0

“Kwalità aċċettabbli”

> 4

“Kwalità ħażina”


It-Tabella 7

Eżempju tal-valutazzjoni semikwantitattiva tal-kwalità tad-dejta meħtieġa għas-settijiet ewlenin tad-dejta tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

Proċess: il-proċess taż-żbigħ


Livell tal-kwalità

Klassifikazzjoni tal-kwalità

Definizzjoni

Kompletezza

Adegwatezza u konsistenza metodoloġika

Rappreżentanza marbuta mal-ħin

Rappreżentanza teknoloġika

Rappreżentanza ġeografika

Inċertezza tal-parametri (id-devjazzjoni standard relattiva bħala perċentwali jekk tintuża simulazzjoni tat-tip imsejħa “Monte Carlo”, jewinkella opinjoni kwalitattiva ta’ espert)

Kwalità tajba ħafna

1

Id-dejta tissodisfa l-kriterju fi grad għoli ħafna, mingħajr il-bżonn li tittejjeb.

Livell tajjeb ħafna ta’ kompletezza

(≥ 90 %)

Konformità sħiħa mar-rekwiżiti kollha mogħtija fil-Gwida dwar il-PEF

2009-2012

Mhix kontinwa bil-magni għaż-żbigħ permezz tal-flussi tal-arja

Taħlita tal-enerġija tal-Ewropa Ċentrali

Livell baxx ħafna ta’ inċertezza

(≤ 10 %)

Kwalità tajba

2

Id-dejta tissodisfa l-kriterju fi grad għoli, mingħajr wisq bżonn ta’ titjib sinifikanti.

Livell tajjeb ta’ kompletezza

(minn 80 % sa 90 %)

Approċċ attributtiv ibbażat fuq il-proċess U

l-ħarsien tat-tliet rekwiżiti metodoloġiċi li ġejjin mogħtija fil-Gwida dwar il-PEF:

it-trattament tal-multifunzjonalità;

il-ħolqien ta’ mudell ta’ tmiem il-ħajja tal-prodott;

il-limitu tas-sistema.

2006-2008

Pereżempju “it-taħlita tal-konsum fl-UE: 30 % żbigħ semikontinwu, 50 % żbigħ mhux kontinwu u 20 % żbigħ kontinwu”

Taħlita tal-UE-27; ir-Renju Unit, il-Ġermanja; l-Italja; Franza

Livell baxx ta’ inċertezza

(minn 10 % sa 20 %)

Kwalità aċċettabbli

3

Id-dejta tissodisfa l-kriterju fi grad aċċettabbli, iżda ta’ min tittejjeb.

Livell aċċettabbli ta’ kompletezza

(minn 70 % sa 80 %)

Approċċ attributtiv ibbażat fuq il-proċess U

l-ħarsien taż-żewġ rekwiżiti metodoloġiċi li ġejjin mogħtija fil-Gwida dwar il-PEF:

it-trattament tal-multifunzjonalità;

il-ħolqien ta’ mudell ta’ tmiem il-ħajja tal-prodott.

Madankollu, ir-rekwiżit metodoloġiku li ġej mogħti fil-Gwida dwar il-PEF mhuwiex imħares:

il-limitu tas-sistema.

1999-2005

Pereżempju “it-taħlita tal-produzzjoni fl-UE: 35 % żbigħ semikontinwu, 40 % żbigħ mhux kontinwu u 25 % żbigħ kontinwu”

Il-pajjiżi Skandinavi tal-UE; pajjiżi oħrajn tal-UE-27

Livell aċċettabbli ta’ inċertezza

(minn 20 % sa 30 %)

Kwalità ħażina

4

Id-dejta ma tissodisfax il-kriterju fi grad aċċettabbli. Jeħtieġ li tittejjeb.

Livell ħażin ta’ kompletezza

(minn 50 % sa 75 %)

Approċċ attributtiv ibbażat fuq il-proċess U

l-ħarsien tar-rekwiżit metodoloġiku li ġej mogħti fil-Gwida dwar il-PEF:

it-trattament tal-multifunzjonalità.

Madankollu, iż-żewġ rekwiżiti metodoloġiċi li ġejjin mogħtija fil-Gwida dwar il-PEF mhumiex imħarsa:

il-ħolqien ta’ mudell ta’ tmiem il-ħajja tal-prodott;

il-limitu tas-sistema.

1990-1999

Pereżempju “iż-żbigħ mhux kontinwu”

Il-Lvant Nofsani; l-Istati Uniti tal-Amerka; il-Ġappun

Livell għoli ta’ inċertezza

(minn 30 % sa 50 %)

Kwalità ħażina ħafna

5

Id-dejta ma tissodisfax il-kriterju. Jeħtieġ li tittejjeb b’mod sostanzjali. JEW:

Dan il-kriterju ma ġiex evalwat/analizzat jew il-kwalità tiegħu ma setgħetx tiġi vverifikata/mhijiex magħrufa.

Livell ħażin ħafna jew mhux magħruf ta’ kompletezza

(< 50 %)

Approċċ attributtiv ibbażat fuq il-proċess, IŻDA

ma tħares l-ebda wieħed mit-tliet rekwiżiti metodoloġiċi li ġejjin mogħtija fil-Gwida dwar il-PEF:

it-trattament tal-multifunzjonalità;

il-ħolqien ta’ mudell ta’ tmiem il-ħajja tal-prodott;

il-limitu tas-sistema.

<1990; mhix magħrufa

Iż-żbigħ kontinwu; tip ta’ żbigħ ieħor; tip ta’ żbigħ mhux magħruf

Oħra; mhix magħrufa

Livell għoli ħafna ta’ inċertezza

(> 50 %)

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

L-istudji dwar il-PEF maħsubin għall-komunikazzjoni esterna, jiġifieri l-B2B u l-B2C, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta. Fil-każ ta’ studji dwar il-PEF maħsubin għall-applikazzjonijiet interni (li fihom jintqal li dawn twettqu skont din il-Gwida dwar il-PEF), ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta speċifikati għandhom jiġu ssodisfati (jiġifieri huma rrakkomandati) iżda mhumiex obbligatorji. Kwalunkwe devjazzjoni mir-rekwiżiti trid tiġi ddokumentata. Ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta japplikaw kemm għad-dejta speċifika (82) u kemm għad-dejta ġenerika (83).

Is-sitt kriterji li ġejjin iridu jiġu adottati għal valutazzjoni semikwantitattiva tal-kwalità tad-dejta fl-istudji dwar il-PEF: ir-rappreżentanza teknoloġika, ir-rappreżentanza ġeografika, ir-rappreżentanza marbuta mal-ħin, il-kompletezza, l-inċertezza tal-parametri u l-adegwatezza u l-konsistenza metodoloġika.

Fl-istadju fakultattiv tal-iskrinjar, id-dejta li tikkontribwixxi għal mill-inqas 90 % tal-impatt stmat għal kull kategorija tal-impatt tal-EF irid ikollha klassifikazzjoni minima tal-kwalità tad-dejta ta’ “aċċettabbli”, kif ivvalutata permezz tal-opinjoni kwalitattiva ta’ espert.

Fil-profil aħħari tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet, għall-proċessi jew l-attivitajiet li jirrappreżentaw mill-inqas 70 % tal-kontribuzzjonijiet għal kull kategorija tal-impatt tal-EF, kemm id-dejta speċifika u kemm id-dejta ġenerika jridu jiksbu tal-inqas livell ġenerali ta’ “kwalità tajba” (il-limitu ta’ 70 % qed jintgħażel biex l-għan li tintlaħaq valutazzjoni robusta jiġi bbilanċjat mal-ħtieġa li din tinżamm fattibbli u aċċessibbli). Għal dawn il-proċessi trid titwettaq u tiġi nnotifikata valutazzjoni semikwantitattiva tal-kwalità tad-dejta. Mill-inqas żewġ terzi tat-30 % li jibqa’ (jiġifieri minn 20 % sa 30 %) irid jinħolqilhom mudell b’dejta li tkun tal-inqas ta’ kwalità “aċċettabbli”. Id-dejta li l-kwalità tagħha tkun ta’ inqas minn “aċċettabbli” m’għandhiex tirrappreżenta iktar minn 10 % tal-kontribuzzjonijiet għal kull kategorija tal-impatt tal-EF.

Ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta għar-rappreżentanza teknoloġika, ġeografika u marbuta mal-ħin iridu jkunu suġġetti għal reviżjoni bħala parti mill-istudju dwar il-PEF. Ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta marbutin mal-kompletezza, mal-adegwatezza u l-konsistenza metodoloġika u mal-inċertezza tal-parametri għandhom jitħarsu billi tintuża dejta ġenerika li tkun ġejja biss minn sorsi tad-dejta li jkunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija f’din il-Gwida dwar il-PEF.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kriterju tal-kwalità tad-dejta tal-“adegwatezza u l-konsistenza metodoloġika”, sa tmiem l-2015 iridu japplikaw ir-rekwiżiti ddefiniti fit-Tabella 6. Mill-2016 ’il quddiem, il-metodoloġija mogħtija għall-PEF tkun trid titħares għal kollox.

Il-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta ġenerika trid titwettaq fil-livell tal-flussi tal-input (pereżempju l-karti mixtrija użati fi stamperija), filwaqt li l-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta speċifika trid titwettaq fil-livell ta’ proċess individwali jew ta’ proċess aggregat, jew fil-livell ta’ flussi tal-input individwali.

Rekwiżiti addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Il-PEFCRs iridu jipprovdu iktar gwida dwar is-sistema tal-għoti tal-punti għall-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta għall-kategorija tal-prodotti f’dak li għandu x’jaqsam mar-rappreżentanza teknoloġika, ġeografika u marbuta mal-ħin. Pereżempju, huma jridu jispeċifikaw liema punt tal-kwalità tad-dejta għandu jiġi assenjat lil sett tad-dejta li jirrappreżenta ’l sena partikulari b’rabta mar-rappreżentanza marbuta mal-ħin.

Il-PEFCRs jistgħu jispeċifikaw kriterji addizzjonali għall-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta (meta mqabbel mal-kriterji prestabbiliti).

Il-PEFCRs jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta iktar stretti, jekk dan ikun xieraq għall-kategorija tal-prodotti kkonċernata. Dawn jistgħu jinkludu:

l-attivitajiet/il-proċessi minn grada għall-oħra;

l-istadji li jinsabu iktar ’il fuq fil-katina ta’ attivitajiet jew iktar ’l isfel fiha;

l-attivitajiet ewlenin tal-katina tal-provvista għall-kategorija tal-prodotti;

il-kategoriji ewlenin tal-impatt tal-EF għall-kategorija tal-prodotti.

Eżempju biex tiġi stabbilita l-klassifikazzjoni tal-kwalità tad-dejta

Komponent

Livell tal-kwalità miksub

Klassifikazzjoni tal-kwalità korrispondenti

Ir-rappreżentanza teknoloġika (TeR)

kwalità tajba

2

Ir-rappreżentanza ġeografika (GR)

kwalità tajba

2

Ir-rappreżentanza marbuta mal-ħin (TiR)

kwalità aċċettabbli

3

Il-kompletezza (C)

kwalità tajba

2

L-inċertezza tal-parametri (P)

kwalità tajba

2

L-adegwatezza u l-konsistenza metodoloġika (M)

kwalità tajba

2

Formula

DQR ta’ 2,2 tikkorrispondi għal klassifikazzjoni ġenerali ta’ “kwalità tajba”.

5.7   Il-ġbir tad-dejta speċifika

Din it-taqsima tiddeskrivi l-ġbir tad-dejta speċifika, li hija d-dejta mkejla jew miġbura b’mod dirett li hija rappreżentattiva tal-attivitajiet f’impjant speċifiku jew f’sett ta’ impjanti speċifiku. Id-dejta għandha tinkludi l-inputs u l-outputs kollha li huma magħrufin għall-proċessi. L-inputs huma (pereżempju) l-enerġija, l-ilma, il-materjali, eċċ. użati, waqt li l-outputs huma l-prodotti, il-koprodotti (84) u l-emissjonijiet. L-emissjonijiet jistgħu jinqasmu f’erba’ kategoriji: l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija, u l-emissjonijiet fil-forma ta’ skart solidu. Id-dejta speċifika tista’ tinġabar, titkejjel jew tiġi kkalkulata bl-użu ta’ dejta dwar l-attività (85) u tal-fatturi tal-emissjoni relatati magħha. Wieħed għandu jinnota li l-fatturi tal-emissjoni jistgħu jiġu dderivati minn dejta ġenerika li tkun suġġetta għar-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta.

Il-ġbir tad-dejta – kejl u kwestjonarji mfasslin apposta

L-iktar sors tad-dejta rappreżentattiv għall-proċessi speċifiċi huwa l-kejl imwettaq direttament fuq il-proċess jew miksub mingħand l-operaturi permezz ta’ intervisti jew kwestjonarji. Jista’ jkun li d-dejta tkun trid titranġa fl-iskala, jew tiġi aggregata jew tgħaddi minn proċessi matematiċi oħrajn sabiex tinġieb konformi mal-unità tal-analiżi u mal-fluss ta’ referenza tal-proċess.

Sorsi tipiċi għad-dejta speċifika huma:

id-dejta dwar il-konsum fil-livell tal-proċess jew tal-impjant;

il-fatturi u t-tibdiliet fil-ħażniet/fl-inventarji tal-prodotti li jistgħu jiġu kkunsmati;

il-kejl tal-emissjonijiet (l-ammonti u l-konċentrazzjonijiet tal-emissjonijiet mill-gass u mill-ilma mormi);

il-kompożizzjoni tal-prodotti u tal-iskart;

id-dipartimenti/l-unitajiet tax-xiri u tal-bejgħ.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Id-dejta speċifika (86) trid tinkiseb għall-proċessi ewlenin kollha u għall-proċessi tal-isfond, fejn dan ikun xieraq (87). Madankollu, jekk id-dejta ġenerika tkun iktar rappreżentattiva mid-dejta speċifika jew iktar xierqa minnha għall-proċessi ewlenin (dan għandu jiġi ġġustifikat u rrappurtat), id-dejta ġenerika trid tintuża wkoll għall-proċessi ewlenin.

Rekwiżiti addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Il-PEFCRs iridu:

1.

jispeċifikaw għal liema proċessi trid tinġabar id-dejta speċifika;

2.

jispeċifikaw ir-rekwiżiti għall-ġbir tad-dejta speċifika;

3.

jiddefinixxu r-rekwiżiti għall-ġbir tad-dejta għal kull sit għal:

l-istadju(/l-istadji) fil-mira u l-kopertura tal-ġbir tad-dejta;

il-post għall-ġbir tad-dejta (fil-livell nazzjonali jew internazzjonali, f’fabbriki speċifiċi, eċċ.);

il-perjodu taż-żmien tal-ġbir tad-dejta (is-sena, l-istaġun, ix-xahar, eċċ.);

f’każ li l-post għall-ġbir tad-dejta jew il-perjodu taż-żmien tal-ġbir tad-dejta jrid ikun limitat għal żona jew żmien partikulari, joffru ġustifikazzjoni għal dan u juru li d-dejta miġbura se sservi bħala kampjun suffiċjenti.

5.8   Il-ġbir tad-dejta ġenerika

Id-dejta ġenerika tirreferi għal dejta li mhijiex ibbażata fuq il-kejl dirett jew il-kalkolu dirett tal-proċessi rispettivi tas-sistema. Id-dejta ġenerika tista’ tkun speċifika għas-settur, jiġifieri tkun speċifika għas-settur li jkun qed jitqies fl-istudju dwar il-PEF, jew tkun tgħodd għal diversi setturi. Xi eżempji tad-dejta ġenerika huma dawn li ġejjin:

id-dejta mil-letteratura dwar is-suġġett jew mill-istudji xjentifiċi ppubblikati;

id-dejta medja tal-industrija dwar iċ-ċiklu tal-ħajja mill-bażijiet tad-dejta tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja, mir-rapporti tal-assoċjazzjonijiet industrijali, mill-istatistika tal-gvernijiet, eċċ.

Il-kisba tad-dejta ġenerika

Id-dejta ġenerika għandha tinkiseb mis-sorsi tad-dejta speċifikati f’din il-Gwida dwar il-PEF meta dawn ikunu disponibbli. Id-dejta ġenerika li jkun għad baqa’ għandha tinkiseb preferibbilment mis-sorsi li ġejjin:

il-bażijiet tad-dejta tal-organizzazzjonijiet governattivi internazzjonali (bħal, pereżempju, l-FAO jew l-UNEP);

il-proġetti governattivi nazzjonali dwar il-bażijiet tad-dejta tal-LCI speċifiċi għal kull pajjiż (għad-dejta speċifika tal-bażi tad-dejta tal-pajjiż ospitanti);

il-proġetti governattivi nazzjonali dwar il-bażijiet tad-dejta tal-LCI;

bażijiet tad-dejta tal-LCI oħrajn ta’ partijiet terzi;

il-letteratura dwar is-suġġett li tkun saritilha evalwazzjoni bejn il-pari.

Wieħed jista’ jsib sorsi potenzjali oħrajn tad-dejta ġenerika wkoll, pereżempju, fid-Direttorju tar-Riżorsi tal-Pjattaforma Ewropea dwar il-LCA (88). Jekk id-dejta meħtieġa ma tkunx tinsab fis-sorsi mniżżlin hawn fuq, jistgħu jintużaw sorsi oħrajn.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Id-dejta ġenerika għandha tintuża biss għall-proċessi li jinsabu fis-sistema tal-isfond, sakemm din (id-dejta ġenerika) ma tkunx aktar rappreżentattiva jew aktar xierqa mid-dejta speċifika għall-proċessi ewlenin, f’liema każ id-dejta ġenerika trid tintuża wkoll għall-proċessi li jinsabu fis-sistema ewlenija. Meta tkun disponibbli, trid tintuża dejta ġenerika li tkun speċifika għas-settur minflok dejta ġenerika li tkun tgħodd għal diversi setturi. Id-dejta ġenerika kollha trid tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta speċifikati f’dan id-dokument. Is-sorsi tad-dejta użati jridu jiġu ddokumentati b’mod ċar u jiġu indikati fir-rapport dwar il-PEF.

Id-dejta ġenerika (dejjem jekk din tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta speċifikati f’din il-Gwida dwar il-PEF) għandha tinkiseb mis-sorsi tad-dejta li ġejjin, meta dawn ikunu disponibbli:

dejta żviluppata skont ir-rekwiżiti tal-PEFCRs rilevanti;

dejta żviluppata skont ir-rekwiżiti tal-istudji dwar il-PEF;

in-netwerk tad-dejta tas-Sistema internazzjonali ta’ referenza għad-dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja (bl-Ingliż imsejħa “International Reference Life Cycle Data System”, l-ILCD) (89) (filwaqt li tingħata preferenza għas-settijiet tad-dejta li jkunu konformi għal kollox man-netwerk tad-dejta tal-ILCD meta mqabbel ma’ dawk li jkunu biss konformi fil-livell tad-dħul);

il-bażi tad-dejta Ewropea ta’ referenza dwar iċ-ċiklu tal-ħajja (bl-Ingliż imsejħa “European Reference Life Cycle Database” (l-ELCD)) (90).

Rekwiżit addizzjonali għall-PEFCRs

Il-PEFCR trid tispeċifika:

f’liema każijiet l-użu tad-dejta ġenerika huwa permess bħala approssimazzjoni għal sustanza li għaliha m’hemmx dejta speċifika disponibbli;

il-livell ta’ xebh meħtieġ bejn is-sustanza reali u s-sustanza ġenerika;

il-kombinament ta’ iktar minn sett ta’ dejta ġeneriku wieħed, jekk ikun hemm bżonn.

5.9   It-trattament tan-nuqqasijiet fid-dejta tal-proċessi tal-unità/tad-dejta nieqsa li jkun għad baqa’

Ikun hemm nuqqasijiet fid-dejta meta ma jkun hemm l-ebda dejta speċifika jew ġenerika disponibbli li tkun rappreżentattiva biżżejjed tal-proċess partikulari fiċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott. Għal ħafna mill-proċessi li għalihom jista’ jkun hemm xi dejta nieqsa, għandu jkun possibbli li wieħed jikseb biżżejjed tagħrif biex jipprovdi stima raġonevoli tad-dejta li tkun nieqsa. Għalhekk, ftit li xejn għandu jkun hemm nuqqasijiet fid-dejta fil-profil aħħari tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet, jekk ikun hemm it-tali nuqqasijiet. It-tagħrif nieqes jista’ jkun ta’ tipi differenti u jkollu karatteristiċi differenti, hekk li jkun hemm bżonn ta’ approċċi separati biex jiġi solvut.

Jista’ jkun hemm nuqqasijiet fid-dejta meta:

ma jkun hemm l-ebda dejta għal input jew prodott speċifiku, jew meta

ikun hemm id-dejta għal proċess simili imma:

din tkun ġiet iġġenerata f’reġjun differenti;

din tkun ġiet iġġenerata bl-użu ta’ teknoloġija differenti;

din tkun ġiet iġġenerata f’perjodu taż-żmien differenti.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Kwalunkwe nuqqas fid-dejta jrid jimtela bl-użu tal-aqwa dejta ġenerika jew estrapolata (91) disponibbli. Il-kontribuzzjoni tat-tali dejta (inklużi n-nuqqasijiet fid-dejta ġenerika) ma tridx tirrappreżenta iktar minn 10 % tal-kontribuzzjoni totali għal kull kategorija tal-impatt tal-EF meqjusa. Dan huwa rifless fir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta, li jispeċifikaw li 10 % tad-dejta tista’ tingħażel mill-aqwa dejta disponibbli (mingħajr aktar rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta).

Rekwiżit addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Il-PEFCR trid tispeċifika n-nuqqasijiet potenzjali fid-dejta u tipprovdi gwida ddettaljata dwar kif wieħed jista’ jimla dawn in-nuqqasijiet.

5.10   It-trattament tal-proċessi multifunzjonali

Jekk proċess jew impjant jipprovdi iktar minn funzjoni waħda, jiġifieri jekk jipprovdi diversi oġġetti u/jew servizzi (“koprodotti”), dan ikun “multifunzjonali”. F’dawn is-sitwazzjonijiet, kull input u emissjoni marbuta mal-proċess trid tinqasam bejn il-prodott li dwaru jkun qed isir l-istudju u l-koprodotti l-oħra abbażi ta’ sett ta’ prinċipji. Il-mudelli tas-sistemi li jinvolvu l-multifunzjonalità tal-proċessi jridu jinħolqu skont il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet li ġejja, u l-PEFCRs, jekk ikunu disponibbli, għandhom jipprovdu iktar gwida dwar dan.

Il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet

I)   Suddiviżjoni jew espansjoni tas-sistema

Sabiex tiġi evitata l-allokazzjoni, kull fejn ikun possibbli għandhom jintużaw is-suddiviżjoni u l-espansjoni tas-sistema. Is-suddiviżjoni tirreferi għad-diżaggregazzjoni tal-proċessi jew tal-impjanti multifunzjonali sabiex jiġu iżolati l-flussi tal-inputs li huma assoċjati direttament ma’ kull output tal-proċess jew tal-impjant. L-espansjoni tas-sistema tirreferi għall-fatt li wieħed jespandi s-sistema billi jinkludi funzjonijiet addizzjonali fiha marbutin mal-koprodotti. L-ewwel wieħed irid jeżamina jekk il-proċessi analizzati jistgħux jiġu suddiviżi jew estiżi. Fejn tkun tista’ ssir suddiviżjoni, id-dejta tal-inventarju għandha tinġabar biss għal dawk il-proċessi tal-unità (92) li jistgħu jiġu attribwiti b’mod dirett (93) lill-prodotti/lis-servizzi kkonċernati. Jekk is-sistema tkun tista’ tiġi estiża, il-funzjonijiet addizzjonali jridu jiġu inklużi fl-analiżi u r-riżultati jridu jiġu nnotifikati għas-sistema estiża kollha kemm hi, u mhux fil-livell tal-koprodotti individwali.

II)   Allokazzjoni abbażi ta’ rabta fiżika sottostanti rilevanti

Meta ma tkunx tista’ ssir is-suddiviżjoni jew l-espansjoni tas-sistema, għandha tiġi applikata l-allokazzjoni: l-inputs u l-outputs tas-sistema għandhom jitqassmu fost il-prodotti jew il-funzjonijiet differenti tagħha b’mod li jirrifletti r-rabtiet fiżiċi sottostanti rilevanti bejniethom (il-paġna 14 tal-istandard tal-ISO 14044:2006).

L-allokazzjoni abbażi ta’ rabta fiżika sottostanti rilevanti tirreferi għat-tqassim tal-flussi tal-inputs u tal-outputs ta’ proċess jew ta’ impjant multifunzjonali skont rabta fiżika rilevanti u li tista’ tiġi kkwantifikata bejn l-inputs tal-proċessi u l-outputs tal-koprodotti (pereżempju karatteristika fiżika tal-inputs u tal-outputs li hija rilevanti għall-funzjoni li jipprovdi l-koprodott ikkonċernat). Il-mudell tal-allokazzjoni abbażi ta’ rabta fiżika jista’ jinħoloq bl-użu tas-sostituzzjoni diretta jekk ikun jista’ jiġi identifikat prodott li huwa ssostitwit b’mod dirett (94).

Jista’ jinħoloq mudell b’saħħtu tal-effett tas-sostituzzjoni diretta? Dan jista’ jintwera billi jingħataw provi (1) li hemm effett dirett tas-sostituzzjoni li jista’ jintwera b’mod empiriku U (2) li jista’ jinħoloq mudell għall-prodott issostitwit u li d-dejta tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet tista’ titnaqqas b’mod li jkun direttament rappreżentattiv:

Jekk it-tweġiba hija “iva” (jiġifieri jekk iż-żewġ kundizzjonijiet huma vverifikati), oħloq il-mudell tal-effett tas-sostituzzjoni.

Jew

Il-flussi tal-inputs jew tal-outputs jistgħu jiġu allokati abbażi ta’ xi rabta fiżika sottostanti rilevanti oħra li torbot l-inputs u l-outputs mal-funzjoni li s-sistema tipprovdi? Dan jista’ jintwera billi jingħataw provi li tista’ tiġi ddefinita rabta fiżika rilevanti li biha jistgħu jiġi allokati l-flussi li jistgħu jiġu attribwiti lill-forniment tal-funzjoni ddefinita tas-sistema tal-prodotti (95):

Jekk it-tweġiba hija “iva”, agħmel l-allokazzjoni abbażi ta’ din ir-rabta fiżika.

III)   Allokazzjoni abbażi ta’ xi rabta oħra

Tista’ ssir allokazzjoni abbażi ta’ xi rabta oħra. Pereżempju, l-allokazzjoni ekonomika tirreferi għall-allokazzjoni tal-inputs u tal-outputs marbutin mal-proċessi multifunzjonali għall-outputs tal-koprodotti skont il-valuri relattivi tagħhom fis-suq. Il-prezz tas-suq tal-kofunzjonijiet għandu jirreferi għall-kundizzjoni speċifika li biha jiġu prodotti l-koprodotti u għall-punt speċifiku li fih jiġu prodotti. L-allokazzjoni abbażi tal-valur ekonomiku trid issir biss meta ma jkunux jistgħu jsiru l-proċessi spjegati fit-taqsima I u fit-taqsima II. Fi kwalunkwe każ, trid tingħata ġustifikazzjoni ċara għaliex ikunu twarrbu l-alternattivi I u II u għaliex tkun intgħażlet ċerta regola tal-allokazzjoni tal-alternattiva III, sabiex tiġi żgurata kemm jista’ jkun ir-rappreżentanza fiżika tar-riżultati tal-PEF.

L-allokazzjoni abbażi ta’ xi rabta oħra tista’ ssir b’wieħed mill-modi alternattivi li ġejjin:

Jista’ jiġi identifikat effett tas-sostituzzjoni indiretta (96)? U jista’ jinħoloq mudell għall-prodott issostitwit u l-inventarju jista’ jitnaqqas b’mod li jkun raġonevolment rappreżentattiv?

Jekk it-tweġiba hija “iva” (jiġifieri jekk iż-żewġ kundizzjonijiet huma vverifikati), oħloq il-mudell tal-effett tas-sostituzzjoni indiretta.

Jew

Il-flussi tal-inputs jew tal-outputs jistgħu jiġu allokati bejn il-prodotti u l-funzjonijiet abbażi ta’ xi rabta oħra (pereżempju l-valur ekonomiku relattiv tal-koprodotti)?

Jekk it-tweġiba hija “iva”, alloka l-prodotti u l-funzjonijiet abbażi tar-rabta identifikata.

It-trattament tal-multifunzjonalità tal-prodotti huwa ta’ sfida partikulari fil-każ tar-riċiklaġġ jew tal-irkupru tal-enerġija ta’ wieħed minn dawn il-prodotti (jew iktar), minħabba li, f’dawn il-każijiet, hemm it-tendenza li s-sistemi jkunu pjuttost kumplikati. L-Anness V jipprovdi approċċ li jrid jintuża biex jiġu stmati l-emissjonijiet totali marbutin ma’ ċertu proċess li jinvolvi r-riċiklaġġ u/jew l-irkupru tal-enerġija. Barra minn hekk, dawn l-emissjonijiet għandhom x’jaqsmu wkoll mal-flussi tal-iskart iġġenerati fil-limiti tas-sistema.

Eżempji tas-sostituzzjoni diretta u tas-sostituzzjoni indiretta

Is-sostituzzjoni diretta:

Il-mudell tas-sostituzzjoni diretta jista’ jinħoloq fil-forma ta’ allokazzjoni abbażi ta’ rabta fiżika sottostanti meta jkun jista’ jiġi identifikat effett dirett tas-sostituzzjoni li jista’ jintwera b’mod empiriku. Pereżempju, meta n-nitroġenu mid-demel jintuża biex tiddemmel l-art agrikola, hekk li dan jissostitwixxi b’mod dirett ammont ekwivalenti tal-fertilizzant speċifiku tan-nitroġenu li l-bidwi kien juża mill-bqija, il-kreditu għall-produzzjoni ssostitwita tal-fertilizzant għandu jingħata lis-sistema tat-trobbija tal-bhejjem li minnha jkun ġie d-demel (filwaqt li jitqiesu d-differenzi fit-trasport, fit-trattament u fl-emissjonijiet).

Is-sostituzzjoni indiretta:

Il-mudell tas-sostituzzjoni indiretta jista’ jinħoloq fil-forma ta’ “allokazzjoni abbażi ta’ xi rabta oħra” meta jiġi preżunt li koprodott jissostitwixxi prodott medju jew marġinali li jkun ekwivalenti fis-suq permezz ta’ proċessi li jseħħu minħabba s-suq. Pereżempju, meta d-demel tal-annimali jiġi ppakkjat u jinbiegħ għall-użu fix-xogħol tal-ġnien fid-djar, il-kreditu għall-fertilizzant medju tas-suq għax-xogħol tal-ġnien fid-djar li jkun preżunt li ġie ssotitwit għandu jingħata lis-sistema tat-trobbija tal-bhejjem li minnha jkun ġie d-demel (filwaqt li jitqiesu d-differenzi fit-trasport, fit-trattament u fl-emissjonijiet).

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet li ġejja marbuta mal-multifunzjonalità tal-PEF trid tintuża biex jiġu solvuti l-problemi kollha marbutin mal-multifunzjonalità: (1) is-suddiviżjoni jew l-espansjoni tas-sistema; (2) l-allokazzjoni abbażi ta’ rabta fiżika sottostanti rilevanti (inkluża s-sostituzzjoni diretta jew xi rabta fiżika sottostanti rilevanti); (3) l-allokazzjoni abbażi ta’ xi rabta oħra (inkluża s-sostituzzjoni indiretta jew xi rabta sottostanti rilevanti oħra).

L-għażliet kollha li jsiru f’dan il-kuntest iridu jiġu rrappurtati u ġġustifikati f’dak li għandu x’jaqsam mal-għan ġenerali li jiġu żgurati riżultati rappreżentattivi mil-lat fiżiku li jkunu rilevanti għall-ambjent. Għall-multifunzjonalità tal-prodotti fil-każ tar-riċiklaġġ jew tal-irkupru tal-enerġija, trid tiġi applikata l-ekwazzjoni deskritta fl-Anness V. Il-proċess tad-deċiżjonijiet imsemmi hawn fuq japplika wkoll għall-multifunzjonalità fi tmiem il-ħajja ta’ prodott.

Rekwiżit addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Il-PEFCR trid tkompli tispeċifika soluzzjonijiet tal-multifunzjonalità li għandhom japplikaw fil-limiti ddefiniti tas-sistema u, fejn ikun xieraq, għall-istadji li jinsabu iktar ’il fuq fil-katina ta’ attivitajiet u iktar ’l isfel fiha. Jekk ikun fattibbli jew xieraq, il-PEFCR tista’ tagħti wkoll fatturi speċifiċi li għandhom jintużaw fil-każ tas-soluzzjonijiet tal-allokazzjoni. It-tali soluzzjonijiet tal-multifunzjonalità kollha speċifikati fil-PEFCR iridu jiġu ġġustifikati b’mod ċar, b’referenza għall-ġerarkija tas-soluzzjonijiet tal-multifunzjonalità tal-PEF.

F’każ li ssir suddiviżjoni, il-PEFCR trid tispeċifika liema proċessi għandhom jiġu suddiviżi u l-prinċipji li t-tali suddiviżjoni għandha tħares.

F’każ li ssir allokazzjoni abbazi ta’ rabta fiżika, il-PEFCR trid tispeċifika r-rabtiet fiżiċi sottostanti rilevanti li għandhom jitqiesu, u trid tistabbilixxi l-fatturi tal-allokazzjoni rilevanti.

F’każ li ssir allokazzjoni abbazi ta’ xi rabta oħra, il-PEFCR trid tispeċifika din ir-rabta u trid tistabbilixxi l-fatturi tal-allokazzjoni rilevanti. Pereżempju, fil-każ tal-allokazzjoni ekonomika, il-PEFCR trid tispeċifika r-regoli biex jiġu stabbiliti l-valuri ekonomiċi tal-koprodotti.

Għall-multifunzjonalità fi tmiem il-ħajja ta’ prodott, il-PEFCR trid tispeċifika kif il-partijiet differenti għandhom jiġu kkalkulati fil-formola obbligatorja pprovduta.

Figura 4

Dijagramma tad-deċiżjonijiet għat-trattament tal-proċessi multifunzjonali

Image

5.11   Il-ġbir tad-dejta marbuta mal-istadji metodoloġiċi li jmiss fi studju dwar il-PEF

Il-Figura 5 tiffoka fuq l-istadju tal-ġbir tad-dejta li għandu jitwettaq meta jkun qed jiġi żviluppat studju dwar il-PEF. Ir-rekwiżiti li fihom jintużaw il-verbi “irid”, “għandu” u “jista’” qed jingħataw fil-qosor kemm għad-dejta speċifika u kemm għad-dejta ġenerika. Barra minn hekk, il-Figura tindika r-rabta bejn l-istadju tal-ġbir tad-dejta u l-iżvilupp tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-impatt tal-EF sussegwenti.

Figura 5

Ir-rabta bejn il-ġbir tad-dejta, il-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-impatt tal-EF

Image

6.   IL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT TAL-IMPRONTA AMBJENTALI

Ladarba jkun ġie kkompilat il-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet, trid titwettaq il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF sabiex tiġi kkalkulata l-prestazzjoni ambjentali tal-prodott, bl-użu tal-mudelli u tal-kategoriji tal-impatt tal-EF magħżulin. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF tinkludi żewġ stadji obbligatorji u żewġ stadji fakultattivi. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF mhix maħsuba biex tibdel għodod (regolatorji) oħrajn li għandhom għan u ambitu differenti bħalma huma l-valutazzjoni tar-riskju (ambjentali) ((E)RA), il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali (VIA) li tkun speċifika għal sit partikulari jew ir-regolamenti dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-livell tal-prodott jew marbutin mas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. B’mod speċjali, il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF m’għandhiex l-għan li tbassar jekk, fi kwalunkwe post partikulari u fi kwalunkwe ħin partikulari, hux se jinqabżu l-limiti u hux se jseħħu impatti reali. Għall-kuntrarju, hija tiddeskrivi l-pressjonijiet eżistenti fuq l-ambjent. B’hekk, il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF tikkumplimenta għodod oħrajn stabbiliti sew u żżid il-perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja magħhom.

6.1   Il-klassifika u l-karatterizzazzjoni (stadji obbligatorji)

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF trid tinkludi klassifika u karatterizzazzjoni tal-flussi tal-impronta ambjentali tal-prodotti.

6.1.1   Klassifika tal-flussi tal-impronta ambjentali tal-prodotti

Il-klassifika teżiġi li l-inputs u l-outputs tal-materjali/tal-enerġija mniżżlin fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet jiġu assenjati lill-kategorija tal-impatt tal-EF rilevanti. Pereżempju, matul l-istadju tal-klassifika, l-inputs/l-outputs kollha li jwasslu għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiġu assenjati lill-kategorija msejħa “it-tibdil fil-klima”. Bl-istess mod, dawk li jwasslu għall-emissjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jiġu kklassifikati, kif xieraq, fil-kategorija msejħa “it-tnaqqis tal-ożonu”. F’ċerti każijiet, input/output jista’ jikkontribwixxi għal iktar minn kategorija waħda tal-impatt tal-EF (pereżempju l-klorofluworokarburi jikkontribwixxu kemm għat-tibdil fil-klima kif ukoll għat-tnaqqis tal-ożonu).

Huwa importanti li d-dejta tingħata f’termini tas-sustanzi li minnhom hija magħmula li għalihom jeżistu fatturi tal-karatterizzazzjoni (ara t-taqsima li jmiss). Pereżempju, id-dejta għal fertilizzant kompost magħmul mis-sustanzi NPK għandha tiġi ddiżaggregata u kklassifikata skont il-frazzjonijiet ta’ N, P u K tagħha, minħabba li kull element kostitwenti se jikkontribwixxi għal kategoriji tal-impatt tal-EF differenti. Fil-prattika, ħafna mid-dejta tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet tista’ tittieħed minn bażijiet tad-dejta pubbliċi jew kummerċjali eżistenti tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja, li fihom tkun diġà ġiet implimentata l-klassifika. F’każijiet bħal dawn, irid jiġi żgurat, pereżempju permezz tal-fornitur, li l-klassifika u l-metodi tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF relatati magħha jikkorrispondu għar-rekwiżiti mogħtija f’din il-Gwida dwar il-PEF.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

L-inputs/l-outputs kollha mniżżlin waqt il-kumpilazzjoni tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet iridu jiġu assenjati lill-kategoriji tal-impatt tal-EF li għalihom jikkontribwixxu (“il-klassifika”) billi tintuża d-dejta dwar il-klassifika mogħtija fis-sit tal-internet li ġej: http://lct.jrc.ec.europa.eu/assessment/projects.

Bħala parti mill-klassifika tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet, id-dejta għandha tingħata f’termini tas-sustanzi li minnhom hija magħmula li għalihom jeżistu fatturi tal-karatterizzazzjoni.

Pereżempju: il-klassifika tad-dejta għal studju dwar it-T-shirts

Il-klassifika tad-dejta fil-kategorija tal-impatt imsejħa “it-tibdil fil-klima”:

CO2

Iva

CH4

Iva

SO2

Le

NOx

Le


Il-klassifika tad-dejta fil-kategorija tal-impatt imsejħa “l-aċidifikazzjoni”:

CO2

Le

CH4

Le

SO2

Iva

NOx

Iva

6.1.2   Karatterizzazzjoni tal-flussi tal-impronta ambjentali

Il-karatterizzazzjoni tirreferi għall-kalkolu tad-daqs tal-kontribuzzjoni ta’ kull input/output ikklassifikat għall-kategoriji tal-impatt tal-EF rispettivi tagħhom, u għall-aggregazzjoni tal-kontribuzzjonijiet f’kull kategorija. Dan isir billi l-valuri mogħtija fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet jiġu mmultiplikati bil-fattur ta’ karatterizzazzjoni rilevanti għal kull kategorija tal-impatt tal-EF.

Il-fatturi ta’ karatterizzazzjoni huma speċifiċi għas-sustanzi jew għar-riżorsi. Huma jirrappreżentaw l-intensità tal-impatt ta’ sustanza meta mqabbel ma’ sustanza komuni ta’ referenza għal kategorija tal-impatt tal-EF (indikatur tal-kategorija tal-impatt). Pereżempju, għall-kalkolu tal-impatti fuq it-tibdil fil-klima, l-emissjonijiet kollha tal-gassijiet serra mniżżlin fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet huma ppeżati f’termini tal-intensità tal-impatt tagħhom meta mqabbel mad-diossidu tal-karbonju, li huwa s-sustanza ta’ referenza għal din il-kategorija. Dan jippermetti li l-impatti potenzjali jiġu aggregati u jingħataw f’termini ta’ sustanza waħda ekwivalenti (f’dan il-każ fl-ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju (CO2)) għal kull kategorija tal-impatt tal-EF. Pereżempju, il-fattur ta’ karatterizzazzjoni (CF) mogħti bħala potenzjal għat-tisħin globali għall-metan huwa l-ekwivalenti ta’ 25 CO2 u, b’hekk, l-impatt tiegħu fuq it-tisħin globali huwa 25 darba ogħla minn dak tas-CO2 (jiġifieri CF tal-ekwivalenti ta’ 1 CO2).

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

L-inputs/l-outputs ikklassifikati kollha f’kull kategorija tal-impatt tal-EF iridu jiġu assenjati fatturi ta’ karatterizzazzjoni li jirrappreżentaw il-kontribuzzjoni ta’ kull unità tal-input/tal-output għall-kategorija, billi jintużaw il-fatturi ta’ karatterizzazzjoni pprovduti li wieħed jista’ jsibhom fis-sit tal-internet li ġej: http://lct.jrc.ec.europa.eu/assessment/projects. Imbagħad, ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF iridu jiġu kkalkulati għal kull kategorija tal-impatt tal-EF billi l-ammont ta’ kull input/output jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ karatterizzazzjoni tiegħu u billi l-kontribuzzjonijiet tal-inputs/tal-outputs kollha f’kull kategorija jingħaddu flimkien sabiex jinkiseb ammont wieħed mogħti fl-unità x-xierqa ta’ referenza.

Jekk għal ċerti flussi tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet (pereżempju għal grupp ta’ sustanzi kimiċi), ma jkunux disponibbli l-fatturi ta’ karatterizzazzjoni (CFs) mill-mudell prestabbilit, allura jistgħu jintużaw approċċi oħrajn biex dawn il-flussi jiġu kkaratterizzati. F’ċirkustanzi bħal dawn, dan irid jiġi rrappurtat fit-taqsima msejħa “tagħrif ambjentali addizzjonali”. Il-mudelli ta’ karatterizzazzjoni jridu jkunu validi mil-lat xjentifiku u tekniku, u jridu jissejsu fuq mekkaniżmi ambjentali (97) distinti u li jistgħu jiġu identifikati jew fuq osservazzjonijiet empiriċi riproduċibbli.

Pereżempju: kalkolu tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF

It-tisħin globali

CF

CO2

g

5,132

×

1

=

5,132 kg CO2-ek.

CH4

g

8,2

×

25

=

0,205 kg CO2-ek.

SO2

g

3,9

×

0

=

0 kg CO2-ek.

NOx

g

26,8

×

0

=

0 kg CO2-ek.

Total

=

5,337 kg CO2-ek.


L-aċidifikazzjoni

CF

CO2

g

5,132

×

0

=

0 ekwivalenti ta’ H+ mol

CH4

g

8,2

×

0

=

0 ekwivalenti ta’ H+ mol

SO2

g

3,9

×

1,31

=

0,005 ekwivalenti ta’ H+ mol

NOx

g

26,8

×

0,74

=

0,019 ekwivalenti ta’ H+ mol

Total

=

0,024 kg ekwivalenti ta’ H+ mol

6.2   In-normalizzazzjoni u l-ponderazzjoni (stadji rrakkomandati/fakultattivi)

Wara li jsiru ż-żewġ stadji obbligatorji tal-klassifika u tal-karatterizzazzjoni, il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF tista’ tiġi kkumplimentata min-normalizzazzjoni u l-ponderazzjoni, li huma stadji rrakkomandati/fakultattivi.

6.2.1   Normalizzazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali (stadju rrakkomandat)

In-normalizzazzjoni mhijiex stadju obbligatorju, iżda hija stadju rrakkomandat, li fih ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF jiġu mmultiplikati bil-fatturi ta’ normalizzazzjoni sabiex jiġi kkalkulat u jitqabbel id-daqs tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-kategoriji tal-impatt tal-EF meta mqabbel ma’ unità ta’ referenza (li s-soltu tkun il-pressjoni marbuta ma’ dik il-kategorija li tkun ġejja mill-emissjonijiet ta’ pajjiż sħiħ jew ta’ ċittadin medju tul sena waħda). B’hekk jinkisbu riżultati tal-EF normalizzati li ma jkunux marbutin ma’ unità tal-kejl partikulari. Dawn jirriflettu l-piżijiet li jistgħu jiġu attribwiti lil prodott meta mqabbel mal-unità ta’ referenza, bħal pereżempju l-piżijiet kull ras għal sena partikulari u reġjun partikulari. Dan jippermetti li r-rilevanza tal-kontribuzzjonijiet li l-proċessi individwali jagħmlu titqabbel mal-unità ta’ referenza tal-kategoriji tal-impatt tal-EF meqjusin. Pereżempju, ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF jistgħu jitqabblu mal-istess riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF għal reġjun partikulari bħalma huwa l-UE-27 u fuq il-bażi ta’ persuna persuna. F’dan il-każ, dawn jirriflettu l-ekwivalenti ta’ persuni meta mqabbla mal-emissjonijiet marbutin mal-UE-27. Madankollu, ir-riżultati normalizzati tal-impronta ambjentali ma jindikawx il-gravità/ir-rilevanza tal-impatti rispettivi.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

L-istadju tan-normalizzazzjoni mhux wieħed obbligatorju, iżda huwa rrakkomandat għall-istudji dwar il-PEF. Jekk ikun hemm in-normalizzazzjoni, ir-riżultati normalizzati tal-impronta ambjentali jridu jiġu rrappurtati fit-taqsima msejħa “tagħrif ambjentali addizzjonali” u l-metodi u s-suppożizzjonijiet kollha jridu jiġu ddokumentati.

Ir-riżultati normalizzati ma jridux jiġu aggregati, minħabba li dan il-proċess b’mod impliċitu juża l-ponderazzjoni. Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF qabel ma ġew innormalizzati jridu jiġu rrappurtati flimkien mar-riżultati normalizzati.

6.2.2   Ponderazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali (stadju fakultattiv)

Il-ponderazzjoni mhijiex stadju obbligatorju, iżda hija stadju fakultattiv li jista’ jappoġġa l-interpretazzjoni u l-komunikazzjoni tar-riżultati tal-analiżi. F’dan l-istadju, ir-riżultati tal-EF, pereżempju r-riżultati normalizzati, jiġu mmultiplikati b’sett ta’ fatturi ta’ ponderazzjoni li jirriflettu l-importanza relattiva nnutata tal-kategoriji tal-impatt tal-EF meqjusin. Imbagħad, ir-riżultati tal-EF ipponderati jistgħu jitqabblu sabiex tiġi vvalutata l-importanza relattiva tagħhom. Huma jistgħu jiġu aggregati wkoll għal diversi kategoriji tal-impatt tal-EF sabiex jinkisbu diversi valuri aggregati jew indikatur ġenerali wieħed tal-impatt.

Il-ponderazzjoni teħtieġ li wieħed jagħmel ġudizzju dwar il-valur tal-importanza rispettiva tal-kategoriji tal-impatt tal-EF meqjusin. Dan il-ġudizzju jista’ jissejjes fuq l-opinjoni ta’ espert, fuq aspetti kulturali/politiċi jew fuq kunsiderazzjonijiet ekonomiċi (98).

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

L-istadju tal-ponderazzjoni mhux wieħed obbligatorju, iżda huwa stadju fakultattiv għall-istudji dwar il-PEF. Jekk ikun hemm il-ponderazzjoni, il-metodi u r-riżultati jridu jiġu rrappurtati fit-taqsima msejħa “tagħrif ambjentali addizzjonali”. Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF qabel ma ġew ipponderati jridu jiġu rrappurtati flimkien mar-riżultati pponderati.

L-użu tal-istadji tan-normalizzazzjoni u tal-ponderazzjoni fl-istudji dwar il-PEF irid ikun konsistenti mal-għanijiet u l-ambitu ddefiniti tal-istudju, inklużi l-applikazzjonijiet previsti (99).

7.   L-INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI TAL-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTTI

7.1   Kummenti ġenerali

L-interpretazzjoni tar-riżultati tal-istudju dwar il-PEF (100) issir għal żewġ raġunijiet:

l-ewwel nett, biex ikun żgurat li l-prestazzjoni tal-mudell tal-PEF tikkorrispondi mal-għanijiet u mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-istudju. Minn dan il-lat, l-interpretazzjoni tal-PEF tista’ tikkontribwixxi għal titjib progressiv fil-mudell tal-PEF sakemm jintlaħqu l-għanijiet u r-rekwiżiti kollha;

it-tieni għan huwa li jinkisbu konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet robusti mill-analiżi, pereżempju biex jiġi appoġġat it-titjib ambjentali.

Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, l-istadju tal-interpretazzjoni tal-PEF irid jinkludi erba’ passi ewlenin, kif spjegat f’dan il-kapitolu.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

L-istadju tal-interpretazzjoni jrid jinkludi dawn il-passi li ġejjin: “valutazzjoni ta’ kemm hu b’saħħtu l-mudell tal-PEF”; “l-identifikazzjoni tal-hotspots”; “l-istima tal-inċertezza”; u “l-konklużjonijiet, il-limitazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet”.

7.2   Valutazzjoni ta’ kemm hu b’saħħtu l-mudell tal-impronta ambjentali tal-prodotti

Il-valutazzjoni ta’ kemm hu b’saħħtu l-mudell tal-PEF tivvaluta sa liema punt l-għażliet metodoloġiċi bħal-limiti tas-sistema, is-sorsi tad-dejta, l-għażliet tal-allokazzjoni u l-kopertura tal-kategoriji tal-impatt tal-EF jinfluwenzaw ir-riżultati analitiċi.

L-għodod li għandhom jintużaw biex jiġi vvalutat kemm hu b’saħħtu l-mudell tal-PEF jinkludu:

il-verifiki tal-kompletezza: dawn jivvalutaw id-dejta tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet sabiex jiżguraw li din tkun kompluta meta mqabbel mal-għanijiet, l-ambitu, il-limiti tas-sistema u l-kriterji tal-kwalità ddefiniti. Il-kompletezza tinkludi kemm il-kompletezza tal-kopertura tal-proċessi (jiġifieri li ġew inklużi l-proċessi kollha f’kull stadju tal-katina tal-provvista meqjus) u kemm il-kompletezza tal-kopertura tal-inputs/tal-outputs (jiġifieri li ġew inklużi l-inputs materjali jew tal-enerġija kollha u l-emissjonijiet kollha marbutin ma’ kull proċess);

il-verifiki tas-sensittività: dawn jivvalutaw sa liema punt ir-riżultati huma influwenzati minn ċerti għażliet metodoloġiċi speċifiċi u l-impatt tal-implimentazzjoni ta’ għażliet alternattivi f’każ li dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati. Huwa utli li wieħed jorganizza verifiki tas-sensittività għal kull stadju tal-istudju dwar il-PEF, inkluż għad-definizzjoni tal-għanijiet u tal-ambitu, għall-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet u għall-valutazzjoni tal-impatt tal-EF;

il-verifiki tal-konsistenza: dawn jivvalutaw sa liema punt is-suppożizzjonijiet, il-metodi u l-kunsiderazzjonijiet tal-kwalità tad-dejta ġew applikati b’mod konsistenti tul l-istudju kollu dwar il-PEF.

Kwalunkwe kwistjoni li tiġi nnutata matul din l-evalwazzjoni tista’ tintuża biex tikkontribwixxi għal titjib progressiv fl-istudju dwar il-PEF.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Il-valutazzjoni ta’ kemm hu b’saħħtu l-mudell tal-PEF trid tinkludi valutazzjoni ta’ kemm l-għażliet metodoloġiċi jinfluwenzaw ir-riżultati. Dawn l-għażliet iridu jikkorrispondu mar-rekwiżiti speċifikati f’din il-Gwida dwar il-PEF u jridu jkunu adattati għall-kuntest. L-għodod li għandhom jintużaw biex jiġi vvalutat kemm hu b’saħħtu l-mudell tal-PEF huma l-verifiki tal-kompletezza, il-verifiki tas-sensittività u l-verifiki tal-konsistenza.

7.3   L-identifikazzjoni tal-hotspots

Ladarba jkun ġie żgurat li l-mudell tal-PEF hu b’saħħtu u li dan jikkonforma mal-aspetti kollha ddefiniti fl-istadji tad-definizzjoni tal-għanijiet u tal-ambitu, il-pass li jmiss ikun li jiġu identifikati l-elementi ewlenin li jikkontribwixxu għar-riżultati tal-PEF. Dan il-pass jista’ jissejjaħ ukoll l-analiżi tal-“hotspots” jew tal-“punti ta’ dgħjufija”. L-elementi li jikkontribwixxu jistgħu jkunu stadji speċifiċi taċ-ċiklu tal-ħajja, proċessi speċifiċi jew l-inputs/l-outputs individwali tal-materjali/tal-enerġija marbutin ma’ stadju jew ma’ proċess speċifiku fil-katina tal-provvista tal-prodott. Dawn jiġu identifikati billi r-riżultati tal-istudju dwar il-PEF jiġu analizzati b’mod sistematiku. F’dan il-kuntest, l-għodod grafiċi jistgħu jkunu partikularment utli. It-tali analiżi tipprovdi l-bażi meħtieġa biex jiġu identifikati l-potenzjali għat-titjib marbutin ma’ interventi speċifiċi tal-immaniġġjar.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Ir-riżultati tal-PEF iridu jiġu evalwati sabiex jiġi vvalutat l-effett tal-hotspots jew tal-punti ta’ dgħjufija tal-katina tal-provvista fil-livell tal-istadji tal-inputs/tal-outputs, tal-istadji tal-proċessi u tal-istadji tal-katina tal-provvista u sabiex jiġi vvalutat it-titjib potenzjali.

Rekwiżit għall-PEFCR

Il-PEFCR trid tidentifika l-kategoriji tal-impatt tal-EF li huma l-iktar rilevanti għas-settur. Sabiex issir it-tali prijoritizzazzjoni, jistgħu jintużaw in-normalizzazzjoni u l-ponderazzjoni.

7.4   L-istima tal-inċertezza

L-istima tal-inċertezzi tar-riżultati aħħarin tal-PEF tappoġġa t-titjib progressiv fl-istudji dwar il-PEF. Hija tgħin ukoll lill-pubbliku fil-mira jivvaluta kemm huma b’saħħithom u applikabbli r-riżultati tal-istudju dwar il-PEF.

Fl-istudji dwar il-PEF, hemm żewġ sorsi ewlenin ta’ inċertezza:

(1)

l-inċertezzi stokastiċi għad-dejta tal-“profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet”:

L-inċertezzi stokastiċi (kemm fil-parametri u kemm fil-mudelli) jirreferu għad-deskrizzjonijiet statistiċi tal-varjanza fir-rigward ta’ valur medju. Għad-dejta b’distribuzzjoni normali, din il-varjanza s-soltu tiġi deskritta f’termini ta’ valur medju u tad-devjazzjoni standard. Ir-riżultati tal-PEF li jiġu kkalkulati bl-użu tad-dejta medja (jiġifieri l-valur medju ta’ diversi punti tad-dejta għal proċess speċifiku) ma jirriflettux l-inċertezza marbuta mat-tali varjanza. Madankollu, l-inċertezza tista’ tiġi stmata u nnotifikata bl-użu tal-għodod statistiċi adattati;

(2)

l-inċertezzi marbutin mal-għażliet:

L-inċertezzi marbutin mal-għażliet ġejjin mill-għażliet metodoloġiċi, fosthom il-prinċipji tal-ħolqien tal-mudelli, il-limiti tas-sistema, l-għażliet tal-allokazzjoni, l-għażla tal-metodi ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-EF u suppożizzjonijiet oħrajn marbutin mal-ħin, mat-teknoloġija, mal-ġografija, eċċ. Dawn ma jistgħux jiġu deskritti faċilment permezz tal-istatistika, u jistgħu jiġu kkaratterizzati biss permezz ta’ valutazzjonijiet tal-mudelli tas-sitwazzjonijiet (pereżempju l-ħolqien ta’ mudelli tal-aħjar sitwazzjoni possibbli u tal-agħar sitwazzjoni possibbli għall-proċessi sinifikanti) u permezz ta’ analiżi tas-sensittività.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Trid tiġi pprovduta tal-inqas deskrizzjoni kwalitattiva tal-inċertezzi tar-riżultati tal-PEF kemm għall-inċertezzi marbutin mal-għażliet u kemm għall-inċertezzi tad-dejta tal-inventarju, sabiex jiġi ffaċilitat apprezzament ġenerali tal-inċertezzi tar-riżultati tal-istudju dwar il-PEF.

Rekwiżit għall-PEFCRs

Il-PEFCR trid tiddeskrivi l-inċertezzi li jgħoddu għall-kategorija kollha tal-prodotti u għandha tidentifika l-firxa li fiha r-riżultati jistgħu jitqiesu bħala riżultati li mhumiex differenti b’mod sinifikanti fil-każ tal-paraguni jew tad-dikjarazzjonijiet komparattivi.

PARIR: Il-valutazzjonijiet kwantitattivi tal-inċertezza jistgħu jiġu kkalkulati għall-varjanza marbuta mad-dejta tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet billi jintużaw, pereżempju, is-simulazzjonijiet tat-tip imsejħa “Monte Carlo”. L-influwenza tal-inċertezzi marbutin mal-għażliet għandha tiġi stmata fil-limiti ta’ fuq nett u ta’ taħt nett permezz ta’ analiżi tas-sensittività bbażata fuq il-valutazzjonijiet tas-sitwazzjonijiet. Dawn għandhom jiġu ddokumentati b’mod ċar u jiġu indikati.

7.5   Il-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-limitazzjonijiet

L-aħħar aspett tal-istadju tal-interpretazzjoni tal-EF huwa li jinsiltu konklużjonijiet mir-riżultati analitiċi, li jitwieġbu l-mistoqsijiet li jkunu saru fil-bidu tal-istudju dwar il-PEF u li jsiru rakkomandazzjonijiet li jkunu adattati għall-pubbliku fil-mira u għall-kuntest, filwaqt li titqies b’mod espliċitu kwalunkwe limitazzjoni għal kemm huma b’saħħithom u applikabbli r-riżultati. Il-PEF trid titqies bħala ħaġa li tikkumplimenta l-valutazzjonijiet u l-istrumenti l-oħrajn, bħall-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali speċifiċi għas-sit jew il-valutazzjonijiet tar-riskji kimiċi.

Għandu jiġi identifikat it-titjib potenzjali bħal, pereżempju, it-tekniki għal teknoloġiji iktar nodfa, it-tibdil fid-disinn tal-prodotti, is-sistemi għall-immaniġġjar ambjentali (pereżempju l-iskema ta’ mmaniġġjar u awditjar ekoloġiċi (EMAS) jew l-istandard tal-ISO 14001) jew approċċi sistematiċi oħrajn.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Il-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-limitazzjonijiet iridu jiġu deskritti skont l-għanijiet u l-ambitu ddefiniti tal-istudju dwar il-PEF. L-istudji dwar il-PEF maħsubin biex jappoġġaw dikjarazzjonijiet komparattivi li jkunu se jiġu żvelati lill-pubbliku (jiġifieri dikjarazzjonijiet dwar is-superjorità jew l-ekwivalenza ambjentali tal-prodott), iridu jissejsu kemm fuq din il-Gwida dwar il-PEF u kemm fuq il-PEFCRs relatati. Il-konklużjonijiet għandhom jinkludu sommarju tal-“hotspots” tal-katina tal-provvista identifikati u tat-titjib potenzjali marbut mal-interventi tal-immaniġġjar.

8.   RAPPORTI DWAR L-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTTI

8.1   Kummenti ġenerali

Rapport dwar il-PEF jiddeskrivi l-istudju u l-impatti ambjentali kkalkulati marbutin mal-prodott b’mod rilevanti, komprensiv, konsistenti, eżatt u trasparenti. Huwa jirrifletti l-aqwa tagħrif possibbli b’tali mod li jżid kemm jista’ jkun l-utilità tiegħu għall-utenti attwali u futuri maħsubin tiegħu, filwaqt li jindika l-limitazzjonijiet b’mod onest u trasparenti. Għal rappurtar effikaċi dwar il-PEF, jeħtieġ li jintlaħqu diversi kriterji, kemm proċedurali (marbutin mal-kwalità tar-rapport) u kemm sostantivi (marbutin mal-kontenut tar-rapport).

8.2   L-elementi tar-rapport

Rapport dwar il-PEF huwa magħmul tal-inqas minn tliet elementi: sommarju, ir-rapport prinċipali u anness. It-tagħrif kunfidenzjali u riżervat jista’ jiġi ddokumentat f’element ieħor, jiġifieri f’rapport kunfidenzjali kumplimentari. Ir-rapporti tal-analiżi jew jingħataw bħala anness jew issir referenza għalihom.

8.2.1   L-ewwel element: is-sommarju

Is-sommarju jrid ikun jista’ jinqara waħdu mingħajr ma jikkomprometti r-riżultati u l-konklużjonijiet/ir-rakkomandazzjonijiet (jekk dawn ikunu inklużi). Is-sommarju jrid jissodisfa l-istess kriterji dwar it-trasparenza, il-konsistenza, eċċ. bħar-rapport iddettaljat. Is-sommarju jrid jinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

l-elementi ewlenin tal-għan u tal-ambitu tal-istudju, kif ukoll il-limitazzjonijiet u s-suppożizzjonijiet rilevanti;

deskrizzjoni tal-limitu tas-sistema;

ir-riżultati ewlenin tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet u l-komponenti tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF: dawn iridu jiġu ppreżentati b’tali mod li jiġi żgurat li t-tagħrif jintuża sewwa;

jekk ikun applikabbli, it-titjib ambjentali meta mqabbel mal-perjodi ta’ qabel;

id-dikjarazzjonijiet rilevanti dwar il-kwalità tad-dejta, is-suppożizzjonijiet u l-ġudizzji dwar il-valur;

deskrizzjoni tar-riżultati li nkisbu permezz tal-istudju, kwalunkwe rakkomandazzjoni li tkun saret u l-konklużjonijiet li nsiltu mill-istudju;

l-apprezzament ġenerali tal-inċertezzi tar-riżultati.

8.2.2   It-tieni element: ir-rapport prinċipali

Ir-rapport prinċipali (101) jrid jinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:

l-għan tal-istudju:

l-elementi obbligatorji li jridu jiġu inklużi fir-rapport jinkludu tal-inqas dawn li ġejjin:

l-applikazzjoni(jiet) prevista/i;

il-limitazzjonijiet metodoloġiċi jew tal-kategoriji tal-impatt tal-EF;

ir-raġunijiet għaliex ikun qed jitwettaq l-istudju;

il-pubbliku fil-mira ;

jekk l-istudju hux maħsub għall-paraguni jew għad-dikjarazzjonijiet komparattivi li jkunu se jiġu żvelati lill-pubbliku;

il-PEFCRs ta’ referenza;

min ikun ikkummissjona l-istudju;

l-ambitu tal-istudju:

l-ambitu tal-istudju jrid jidentifika fid-dettall is-sistema analizzata u jindirizza l-approċċ ġenerali użat biex jiġu stabbiliti l-limiti tas-sistema. L-ambitu tal-istudju jrid jindirizza wkoll ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta. Fl-aħħar nett, l-ambitu jrid jinkludi deskrizzjoni tal-metodi użati biex jiġu vvalutati l-impatti ambjentali potenzjali u jrid jindika liema kategoriji tal-impatt tal-EF, liema metodi u liema kriterji tan-normalizzazzjoni u tal-ponderazzjoni huma inklużi fl-istudju.

L-elementi obbligatorji li jridu jiġu inklużi fir-rapport jinkludu tal-inqas dawn li ġejjin:

l-unità tal-analiżi u l-fluss ta’ referenza;

il-limiti tas-sistema, inklużi l-ommissjonijiet tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi jew il-ħtiġijiet tad-dejta, il-kwantifikazzjoni tal-inputs u tal-outputs tal-enerġija u materjali, is-suppożizzjonijiet dwar il-produzzjoni tal-elettriku u dwar l-istadji tal-użu u ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodott;

ir-raġunijiet għal kwalunkwe esklużjoni u s-sinifikat potenzjali tagħha;

is-suppożizzjonijiet u l-ġudizzji dwar il-valur kollha, flimkien mal-ġustifikazzjonijiet għas-suppożizzjonijiet li jkunu saru;

ir-rappreżentanza u l-adegwatezza tad-dejta u t-tipi/is-sorsi tad-dejta u tat-tagħrif meħtieġa;

il-kategoriji tal-impatt, il-mudelli u l-indikaturi tal-PEF;

il-fatturi tan-normalizzazzjoni u tal-ponderazzjoni (jekk jintużaw);

it-trattament ta’ kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-multifunzjonalità li tkun qamet waqt il-ħolqien tal-mudelli tal-PEF;

il-ġbir u r-reġistrazzjoni tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet:

l-elementi obbligatorji li jridu jiġu inklużi fir-rapport jinkludu tal-inqas dawn li ġejjin:

deskrizzjoni u dokumentazzjoni tad-dejta kollha tal-proċessi tal-unità (102) miġbura;

il-proċeduri għall-ġbir tad-dejta;

is-sorsi tal-letteratura dwar is-suġġett ippubblikata;

it-tagħrif dwar kwalunkwe xenarju tal-użu u ta’ tmiem il-ħajja meqjus fl-istadji li jinsabu iktar ’l isfel fil-katina ta’ attivitajiet;

il-proċeduri tal-kalkolu;

il-validazzjoni tad-dejta, inklużi d-dokumentazzjoni u l-ġustifikazzjoni tal-proċeduri tal-allokazzjoni;

jekk tkun twettqet analiżi tas-sensittività (103), irid jingħata rapport dwarha;

il-kalkolu tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-PEF:

l-elementi obbligatorji li jridu jiġu inklużi fir-rapport jinkludu dawn li ġejjin:

il-proċedura tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF, il-kalkoli u r-riżultati tal-istudju dwar il-PEF;

il-limitazzjonijiet tar-riżultati tal-EF meta mqabbel mal-għan u mal-ambitu ddefiniti tal-istudju dwar il-PEF;

ir-rabta tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF mal-għan u mal-ambitu ddefiniti;

jekk tkun saret kwalunkwe esklużjoni mill-kategoriji tal-impatt tal-EF prestabbiliti, trid tingħata l-ġustifikazzjoni għall-esklużjoni;

jekk tkun saret kwalunkwe devjazzjoni mill-metodi tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF prestabbiliti (li trid tiġi ġġustifikata u inkluża fit-taqsima msejħa “tagħrif ambjentali addizzjonali”), l-elementi obbligatorji li jridu jiġu inklużi fir-rapport iridu jinkludu wkoll dawn li ġejjin:

il-kategoriji tal-impatt u l-indikaturi tal-kategoriji tal-impatt meqjusin, inklużi r-raġunament għall-għażla tagħhom u referenza għas-sors tagħhom;

deskrizzjoni tal-mudelli kollha tal-karatterizzazzjoni, tal-fatturi kollha tal-karatterizzazzjoni u tal-metodi kollha użati, jew referenza għalihom, inklużi s-suppożizzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha;

deskrizzjoni tal-għażliet kollha tal-valuri użati b’rabta mal-kategoriji tal-impatt tal-EF, mal-mudelli tal-karatterizzazzjoni, mal-fatturi tal-karatterizzazzjoni, man-normalizzazzjoni, mat-tqassim fi gruppi u mal-ponderazzjoni jew referenza għalihom, u ġustifikazzjoni għall-użu tagħhom u l-influwenza tagħhom fuq ir-riżultati, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet;

dikjarazzjoni dwar kwalunkwe tqassim tal-kategoriji tal-impatt tal-EF fi gruppi u ġustifikazzjoni għal dan;

kwalunkwe analiżi tar-riżultati tal-indikaturi, pereżempju l-analiżi tas-sensittività u tal-inċertezza b’rabta mal-użu ta’ kategoriji tal-impatt oħrajn jew ta’ tagħrif ambjentali addizzjonali, inkluż kwalunkwe impatt li dan jista’ jkollu fuq ir-riżultati;

it-tagħrif ambjentali addizzjonali, jekk ikun hemm;

tagħrif dwar il-ħżin tal-karbonju fil-prodotti;

tagħrif dwar l-emissjonijiet posposti;

id-dejta u r-riżultati tal-indikaturi miksubin qabel ma ssir kwalunkwe normalizzazzjoni;

il-fatturi u r-riżultati tan-normalizzazzjoni u tal-ponderazzjoni, jekk dawn ikunu inklużi;

l-interpretazzjoni tar-riżultati tal-PEF:

l-elementi obbligatorji li jridu jiġu inklużi fir-rapport jinkludu dawn li ġejjin:

il-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta;

trasparenza sħiħa tal-għażliet tal-valuri, tar-raġunament u tal-opinjonijiet tal-esperti;

l-identifikazzjoni tal-hotspots ambjentali;

l-inċertezza (tal-inqas deskrizzjoni kwalitattiva tagħha);

il-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, il-limitazzjonijiet u l-potenzjali għat-titjib.

8.2.3   It-tielet element: l-anness

L-anness iservi biex jiġu ddokumentati l-elementi li huma ta’ natura iktar teknika li jappoġġaw ir-rapport prinċipali. Huwa jrid jinkludi:

id-deskrizzjonijiet tas-suppożizzjonijiet kollha, inklużi dawk is-suppożizzjonijiet li ntwerew li mhumiex rilevanti;

ir-rapport tal-analiżi kritika, inkluż (fejn applikabbli) l-isem u l-affiljazzjoni tar-reviżur jew tat-tim ta’ reviżuri, analiżi kritika u t-tweġibiet għar-rakkomandazzjonijiet (jekk ikun hemm);

il-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet (dan huwa fakultattiv jekk jitqies li huwa sensittiv u jiġi nnotifikat b’mod separat fir-rapport kunfidenzjali – ara t-taqsima t’hawn taħt);

id-dikjarazzjoni tar-reviżuri, li jagħmlu huma stess, dwar il-kwalifiki tagħhom, li fiha jiddikjaraw kemm kisbu punti għal kull kriterju ddefinit fit-Taqsima 10.3 ta’ din il-Gwida dwar il-PEF.

8.2.4   Ir-raba’ element: ir-rapport kunfidenzjali

Ir-rapport kunfidenzjali huwa element fakultattiv tar-rappurtar li jrid ikun fih dik id-dejta kollha (inkluża d-dejta mhix ipproċessata) u dak it-tagħrif kollu li huma kunfidenzjali jew riżervati u li ma jistgħux jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ terzi persuni. Dan irid jitqiegħed għad-dispożizzjoni tar-reviżuri li jagħmlu l-analiżi kritika b’mod kunfidenzjali.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Kwalunkwe studju dwar il-PEF li jkun maħsub għall-komunikazzjoni esterna jrid jinkludi rapport dwar l-istudju dwar il-PEF, li jrid jipprovdi bażi soda biex tiġi vvalutata u segwita l-prestazzjoni ambjentali tal-prodott tul iż-żmien u biex din il-prestazzjoni tipprova tittejjeb tul iż-żmien. Ir-rapport dwar l-istudju dwar il-PEF irid ikun fih tal-inqas sommarju, rapport prinċipali u anness. Dawn irid ikun fihom l-elementi kollha speċifikati f’dan il-kapitolu. Jista’ jiġi inkluż fihom ukoll kwalunkwe tagħrif addizzjonali li jappoġġa l-istudju, pereżempju rapport kunfidenzjali.

Rekwiżiti addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Il-PEFCRs iridu jispeċifikaw u jiġġustifikaw kwalunkwe devjazzjoni mir-rekwiżiti prestabbiliti tar-rappurtar ippreżentati fil-Kapitolu 8, u jridu jispeċifikaw u jiġġustifikaw ukoll kwalunkwe rekwiżit addizzjonali tar-rappurtar u/jew jiddivrenzjaw ir-rekwiżiti tar-rappurtar, pereżempju, skont it-tip ta’ applikazzjoni tal-istudju dwar il-PEF u t-tip ta’ prodott li jkun qed jiġi vvalutat. Il-PEFCRs iridu jispeċifikaw jekk ir-riżultati tal-PEF iridux jiġu rrappurtati b’mod separat għal kull wieħed mill-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja magħżulin.

9.   ANALIŻI KRITIKA TAL-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTTI

9.1   Kummenti ġenerali  (104)

L-analiżi kritika hija essenzjali sabiex jiġi żgurat li r-riżultati tal-PEF ikunu affidabbli u sabiex tittejjeb il-kwalità tal-istudju dwar il-PEF.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Kwalunkwe studju dwar il-PEF maħsub għall-komunikazzjoni interna li fih jintqal li dan ikun twettaq skont din il-Gwida dwar il-PEF u kwalunkwe studju dwar il-PEF maħsub għall-komunikazzjoni esterna (pereżempju l-B2B u l-B2C) trid issirilhom analiżi kritika sabiex ikun żgurat:

li l-metodi użati biex jitwettaq l-istudju dwar il-PEF ikunu konsistenti ma’ din il-Gwida dwar il-PEF;

li l-metodi użati biex jitwettaq l-istudju dwar il-PEF ikunu validi mil-lat xjentifiku u tekniku;

li d-dejta użata tkun adattata u raġonevoli u tkun tħares ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta ddefiniti;

li l-interpretazzjoni tar-riżultati tkun tirrifletti l-limitazzjonijiet identifikati;

li r-rapport dwar l-istudju jkun trasparenti, eżatt u konsistenti.

9.2   Tip ta’ analiżi

L-iktar tip ta’ analiżi adattata li tipprovdi l-garanzija minima ta’ żgurar tal-kwalità meħtieġa hija analiżi indipendenti esterna. It-tip ta’ analiżi li titwettaq għandha tiġi stabbilita skont l-għanijiet u l-applikazzjonijiet previsti tal-istudju dwar il-PEF.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-istrumenti rilevanti tal-politika, kwalunkwe studju li jkun maħsub għall-komunikazzjoni esterna (105) trid issirlu analiżi kritika minn tal-inqas reviżur estern indipendenti u kkwalifikat wieħed (jew minn tim ta’ reviżuri). Studju dwar il-PEF imwettaq biex jappoġġa dikjarazzjoni komparattiva li tkun maħsuba biex tiġi żvelata lill-pubbliku jrid jissejjes fuq il-PEFCRs rilevanti u trid issirlu analiżi kritika minn bord indipendenti magħmul minn tliet reviżuri esterni kkwalifikati. Kwalunkwe studju dwar il-PEF maħsub għall-komunikazzjoni interna li fih jintqal li dan ikun twettaq skont din il-Gwida dwar il-PEF trid issirlu analiżi kritika minn tal-inqas reviżur estern indipendenti u kkwalifikat wieħed (jew minn tim ta’ reviżuri).

It-tip ta’ analiżi li titwettaq għandha tiġi stabbilita skont l-għanijiet u l-applikazzjonijiet previsti tal-istudju dwar il-PEF.

Rekwiżit għall-PEFCRs

Il-PEFCR trid tispeċifika r-rekwiżiti tal-analiżi li japplikaw għall-istudji dwar il-PEF maħsubin biex jintużaw għal dikjarazzjonijiet komparattivi li jkunu se jiġu żvelati lill-pubbliku (pereżempju jekk analiżi minn tal-inqas tliet reviżuri esterni kkwalifikati indipendenti hijiex biżżejjed).

9.3   Kwalifiki tar-reviżuri

Il-valutazzjoni tal-adegwatezza tar-reviżuri potenzjali tissejjes fuq sistema ta’ punti li tqis l-esperjenza tagħhom fl-analiżi u fl-awditjar, il-metodoloġija u l-prattika tal-PEF jew tal-LCA u l-għarfien tagħhom tat-teknoloġiji, il-proċessi u l-attivitajiet l-oħrajn rilevanti rrappreżentati mill-prodott(i) li dwaru/dwarhom ikun qed isir l-istudju. It-Tabella 8: Sistema ta’ punti għar-reviżuri/għat-timijiet ta’ reviżuri eliġibbli tippreżenta s-sistema ta’ punti għal kull kompetenza u qasam ta’ esperjenza rilevanti.

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-kuntest tal-applikazzjoni prevista, id-dikjarazzjoni tar-reviżuri li jagħmlu huma stess abbażi tas-sistema ta’ punti tikkostitwixxi r-rekwiżit minimu.

It-Tabella 8:

Sistema ta’ punti għar-reviżuri/għat-timijiet ta’ reviżuri eliġibbli

 

L-għadd ta’ punti (f’marki)

 

Suġġett

Kriterji

0

1

2

3

4

Kriterji obbligatorji

Il-prattika fl-analiżi, fil-verifika u fl-awditjar

Snin ta’ esperjenza (106)

0 – 2

3 – 4

5 – 8

9 – 14

> 14

Għadd ta’ analiżi (107)

0 – 2

3 – 5

6 – 15

16 – 30

> 30

Il-metodoloġija u l-prattika tal-LCA

Snin ta’ esperjenza (108)

0 – 2

3 – 4

5 –8

9 – 14

> 14

“Esperjenzi” ta’ parteċipazzjoni f’ħidmiet tal-LCA

0 – 4

5 – 8

9 – 15

16 – 30

> 30

It-teknoloġiji jew l-attivitajiet l-oħrajn rilevanti għall-istudju dwar il-PEF

Snin ta’ esperjenza fis-settur privat (109)

0 – 2

(fl-aħħar għaxar snin)

3 – 5

(fl-aħħar għaxar snin)

6 – 10

(fl-aħħar għoxrin sena)

11 – 20

> 20

Snin ta’ esperjenza fis-settur pubbliku (110)

0 – 2

(fl-aħħar għaxar snin)

3 – 5

(fl-aħħar għaxar snin)

6 – 10

(fl-aħħar għoxrin sena)

11 – 20

> 20

Kriterji oħrajn (111)

Il-prattika fl-analiżi, fil-verifika u fl-awditjar

Punti fakultattivi marbutin mal-awditjar

Żewġ marki: akkreditazzjoni bħala reviżur terz għal mill-inqas skema waħda tal-EPD, tal-istandard tal-ISO 14001 jew ta’ sistema għall-immaniġġjar ambjentali oħra.

Marka waħda: il-parteċipazzjoni f’korsijiet dwar l-awditjar ambjentali (mill-inqas 40 siegħa).

Marka waħda: president ta’ mill-inqas bord wieħed tal-analiżi (għal studji tal-LCA jew għal applikazzjonijiet ambjentali oħrajn).

Marka waħda: ħarrieġ ikkwalifikat f’kors dwar l-awditjar ambjentali.

Rekwiżit għall-istudji dwar il-PEF

Trid titwettaq analiżi kritika tal-istudju dwar il-PEF skont ir-rekwiżiti tal-applikazzjoni prevista. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-punti minimi meħtieġa biex wieħed jikkwalifika bħala reviżur jew bħala tim ta’ reviżuri huwa ta’ sitt punti, fosthom mill-inqas marka waħda għal kull wieħed mit-tliet kriterji obbligatorji (jiġifieri l-prattika fil-verifika u fl-awditjar, il-metodoloġija u l-prattika tal-LCA u l-għarfien dwar it-teknoloġiji jew l-attivitajiet l-oħrajn li huma rilevanti għall-istudju dwar il-PEF). L-individwi jridu jiksbu l-punti għal kull kriterju, filwaqt li fil-livell tat-timijiet il-punti jistgħu jingħaddu għal diversi kriterji f’daqqa. Ir-reviżuri jew it-timijiet ta’ reviżuri jridu jagħmlu dikjarazzjoni huma stess dwar il-kwalifiki tagħhom u jridu jgħidu kemm kisbu punti għal kull kriterju u kemm ġabu punti f’daqqa. Din id-dikjarazzjoni li jagħmlu huma stess trid tifforma parti mir-rapport dwar il-PEF.

10.   AKRONIMI U TAQSIRIET

ADEME

L-Aġenzija Franċiża għall-ambjent u l-immaniġġjar tal-enerġija

B2B

“Business-to-Business” (l-interazzjonijiet bejn negozju u ieħor)

B2C

“Business-to-Consumers” (l-interazzjonijiet bejn negozju u l-konsumaturi)

BSI

L-istitut tal-Gran Brittanja għall-istandardizzazzjoni

CF

Fattur tal-karatterizzazzjoni

CFCs

Il-klorofluworokarburi

CPA

Il-klassifikazzjoni statistika tal-prodotti skont l-attività

DQR

Il-klassifikazzjoni tal-kwalità tad-dejta

VIA

Il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali

ELCD

Il-bażi tad-dejta Ewropea ta’ referenza dwar iċ-ċiklu tal-ħajja

EF

L-impronta ambjentali

EMAS

L-iskema ta’ mmaniġġjar u awditjar ekoloġiċi

EMS

L-iskemi għall-immaniġġjar ambjentali

EoL

Tmiem il-ħajja

EPD

Id-dikjarazzjoni ambjentali dwar il-prodotti

GHG

Gass serra

GRI

L-inizjattiva globali tar-rappurtar

ILCD

Is-sistema internazzjonali ta’ referenza għad-dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja

IPCC

Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima

ISIC

Il-Klassifikazzjoni Industrijali Internazzjonali Standard

ISO

L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni

IUCN

L-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura u tar-Riżorsi Naturali

LCA

Il-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja

LCI

L-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

LCIA

Il-valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja

LCT

Mentalità li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja

NACE

Il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea

OEF

L-impronta ambjentali tal-organizzazzjonijiet

PAS

Speċifikazzjoni disponibbli għall-pubbliku

PCR

Regola tal-kategorija tal-prodotti

PEFCR

Regola tal-kategorija marbuta mal-impronta ambjentali tal-prodott

WRI

L-Istitut Dinji tar-Riżorsi

WBCSD

Il-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli

11.   GLOSSARJU

Tagħrif ambjentali addizzjonali– kategoriji tal-impatt tal-EF u indikaturi ambjentali oħrajn li jiġu kkalkulati u nnotifikati flimkien mar-riżultati tal-PEF.

Aċidifikazzjoni– kategorija tal-impatt tal-EF li tindirizza l-impatti li ġejjin mis-sustanzi aċidifikanti fl-ambjent. L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx), tal-ammonijaka anidra (NH3) u tal-ossidi tal-kubrit (SOx) iwasslu għal rilaxxi tal-joni tal-idroġenu (H+) meta l-gassijiet jiġu mmineralizzati. Il-protoni jikontribwixxu għall-aċidifikazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma meta dawn jiġu rrilaxxati f’żoni fejn il-kapaċità ta’ bafering (“buffering capacity”) mhijiex għolja wisq, u b’hekk iwasslu għall-qerda tal-foresti u għall-aċidifikazzjoni tal-lagi.

Allokazzjoni– approċċ biex jissolvew il-problemi marbutin mal-multifunzjonalità. Din tirreferi għat-“tqassim tal-flussi tal-input u tal-output ta’ proċess jew ta’ sistema ta’ prodotti bejn is-sistema tal-prodotti li dwarha jkun qed isir l-istudju u sistema oħra tal-prodotti jew diversi sistemi oħrajn tal-prodotti” (l-istandard tal-ISO 14040:2006).

Attributtiv– dan it-terminu jirreferi għall-ħolqien ta’ mudell ibbażat fuq il-proċess maħsub biex jipprovdi rappreżentazzjoni statika tal-kundizzjonijiet medji, minbarra l-effetti li jseħħu minħabba s-suq.

Id-dejta medja– din tirreferi għall-medja tad-dejta speċifika ppeżata skont il-produzzjoni.

Proċessi tal-isfond– dawn jirreferu għal dawk il-proċessi fiċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott li għalihom m’hemm l-ebda aċċess dirett possibbli għat-tagħrif. Pereżempju, ħafna mill-proċessi taċ-ċiklu ta’ ħajja li jinsabu ’l fuq fil-katina ta’ attivitajiet u, ġeneralment, il-proċessi kollha li jinsabu iktar ’l isfel fil-katina ta’ attivitajiet se jitqiesu bħala parti mill-proċessi tal-isfond.

Business to Business (B2B) (l-interazzjonijiet bejn negozju u ieħor)– dawn jiddeskrivu t-tranżazzjonijiet bejn in-negozji, bħal pereżempju t-tranżazzjonijiet bejn manifattur u bejjiegħ bl-ingrossa, jew bejn bejjiegħ bl-ingrossa u bejjiegħ bl-imnut.

Business to Consumers (B2C) (l-interazzjonijiet bejn negozju u l-konsumaturi)– dawn jiddeskrivu t-tranżazzjonijiet bejn in-negozji u l-konsumaturi, bħal pereżempju bejn il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi. Skont l-istandard tal-ISO 14025:2006, konsumatur huwa ddefinit bħala “membru individwali tal-pubbliku inġenerali li jkun qed jixtri jew juża oġġetti, proprjetà jew servizzi għal għanijiet privati”.

Karatterizzazzjoni– il-kalkolu tad-daqs tal-kontribuzzjoni ta’ kull input/output ikklassifikat għall-kategoriji tal-impatt tal-EF rispettivi tagħhom, u l-aggregazzjoni tal-kontribuzzjonijiet f’kull kategorija. Din teħtieġ multiplikazzjoni lineari tad-dejta tal-inventarju bil-fatturi ta’ karatterizzazzjoni għal kull sustanza u għal kull kategorija tal-impatt tal-EF ikkonċernata. Pereżempju, għall-kategorija tal-impatt tal-EF imsejħa “t-tibdil fil-klima”, is-CO2 huwa s-sustanza ta’ referenza magħżula u l-ekwivalenti ta’ kilogramm ta’ diossidu tal-karbonju (CO2) hija l-unità ta’ referenza magħżula.

Fattur ta’ karatterizzazzjoni– fattur li ġej minn mudell tal-karatterizzazzjoni li jiġi applikat biex riżultat allokat tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet jinqaleb fl-unità komuni tal-indikatur tal-kategorija tal-impatt tal-EF (abbażi tal-istandard tal-ISO 14040:2006).

Klassifikazzjoni– it-tqassim tal-inputs u tal-outputs tal-materjali/tal-enerġija mniżżlin fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet fil-kategoriji tal-impatt tal-EF skont il-potenzjal ta’ kull sustanza li tikkontribwixxi għal kull kategorija tal-impatt tal-EF meqjusa.

Kofunzjoni– kwalunkwe waħda minn żewġ funzjonijiet jew iktar li jkunu ġejjin mill-istess proċess tal-unità jew mill-istess sistema ta’ prodotti.

Dikjarazzjoni komparattiva– dikjarazzjoni dwar is-superjorità jew l-ekwivalenza tal-prodotti mil-lat ambjentali, ibbażata fuq ir-riżultati ta’ studju dwar il-PEF u l-PEFCRs li jappoġġawh (abbażi tal-istandard tal-ISO 14040:2006).

Paragun– paragun (f’forma grafika jew f’forma oħra), tar-riżultati tal-PEF għal żewġ prodotti jew iktar, li jqis il-PEFCRs tal-prodotti u li ma jinkludix dikjarazzjoni komparattiva.

Koprodott– kwalunkwe wieħed minn żewġ prodotti jew iktar li jkunu ġejjin mill-istess proċess tal-unità jew mill-istess sistema ta’ prodotti (l-istandard tal-ISO 14040:2006).

Mill-benniena sal-grada– katina parzjali tal-provvista ta’ prodott, mill-estrazzjoni tal-materja prima (il-benniena) sal-“grada” tal-manifattur. L-istadji tad-distribuzzjoni, tal-ħżin, tal-użu u ta’ tmiem il-ħajja tal-katina tal-provvista mhumiex inklużi.

Mill-benniena sal-qabar– iċ-ċiklu ta’ ħajja ta’ prodott li jinkludi l-istadji tal-estrazzjoni tal-materja prima, tal-ipproċessar, tad-distribuzzjoni, tal-ħżin, tal-użu u tar-rimi jew tar-riċiklaġġ. Jitqiesu l-inputs u l-outputs rilevanti kollha għall-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja.

Analiżi kritika– proċess maħsub biex ikun żgurat li studju dwar il-PEF ikun konsistenti mal-prinċipji u r-rekwiżiti mogħtija f’din il-Gwida dwar il-PEF u fil-PEFCRs (jekk dawn ikunu disponibbli) (abbażi tal-istandard tal-ISO 14040:2006).

Il-kwalità tad-dejta– il-karatteristiċi tad-dejta li għandhom x’jaqsmu mal-ħila tagħha li tissodisfa r-rekwiżiti ddikjarati (l-istandard tal-ISO 14040:2006). Il-kwalità tad-dejta tkopri diversi aspetti, bħar-rappreżentanza teknoloġika, ġeografika u marbuta mal-ħin, kif ukoll il-kompletezza u l-preċiżjoni tad-dejta tal-inventarju.

Emissjonijiet posposti– emissjonijiet li jiġu rrilaxxati fuq perjodu taż-żmien, pereżempju permezz ta’ stadji fit-tul tal-użu jew tar-rimi aħħari, meta mqabblin ma’ emissjoni unika fil-mument “t”.

It-tibdil dirett fl-użu tal-art– il-konverżjoni minn tip ta’ użu tal-art għal tip ieħor, li sseħħ f’żona unika tal-art u li ma twassalx għal bidla f’sistema oħra.

Attribwibbli direttament– din il-frażi tirreferi għal proċess, attività jew impatt li jseħħ fil-limitu ddefinit tas-sistema.

Li jinsab iktar ’l isfel fil-katina ta’ attivitajiet– din il-frażi tirreferi għal dak li jseħħ tul il-katina tal-provvista ta’ prodott wara l-punt ta’ referenza.

Impronta ekoloġika– din tirreferi għaż-“żona ta’ art u ta’ ekosistemi tal-ilma produttivi meħtieġa biex jiġu prodotti r-riżorsi li l-popolazzjoni tikkonsma u biex jiġi assimilat l-iskart li l-popolazzjoni tipproduċi, ikunu fejn ikunu jinsabu dawn l-artijiet u dawn l-ilmijiet fid-dinja” (Wackernagel u Rees, 1996). Skont il-Gwida dwar il-PEF, l-impronta ambjentali mhix l-istess bħall-impronta ekoloġika ddefinita minn Wackernagel u Rees; u d-differenzi ewlenin bejn dawn iż-żewġ kunċetti huma deskritti fl-Anness X..

Ekotossiċità– kategorija tal-impatt tal-impronta ambjentali li tindirizza l-impatti tossiċi fuq ekosistema li jagħmlu ħsara lil speċijiet individwali u li jibdlu l-istruttura u l-funzjoni tal-ekosistema. L-ekotossiċità tiġi minn għadd ta’ mekkaniżmi tossikoloġiċi differenti li jseħħu minħabba r-rilaxx ta’ sustanzi li għandhom effett dirett fuq saħħet l-ekosistema.

Flussi elementari– fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet, il-flussi elementari jinkludu “materjali jew enerġija li jkunu deħlin fis-sistema li dwarha jkun qed isir l-istudju li jkunu ġew mill-ambjent mingħajr trasformazzjoni minn qabel mill-bniedem, jew materjali jew enerġija li jkunu ħerġin mis-sistema li dwarha jkun qed isir l-istudju li jkunu rrilaxxati fl-ambjent mingħajr trasformazzjoni sussegwenti mill-bniedem” (skont l-istandard tal-ISO 14040:2006, 3.12). Il-flussi elementari jinkludu, pereżempju, ir-riżorsi meħudin min-natura jew l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija li huma marbutin b’mod dirett mal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni tal-kategoriji tal-impatt tal-EF.

Aspett ambjentali– element tal-attivitajiet jew tal-prodotti ta’ organizzazzjoni li għandu jew li jista’ jkollu impatt fuq l-ambjent (ir-Regolament dwar l-EMAS).

Valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali (EF)– stadju tal-analiżi tal-PEF li jimmira li jifhem u jevalwa d-daqs u l-importanza tal-impatti ambjentali potenzjali ta’ sistema ta’ prodotti tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott (abbażi tal-istandard tal-ISO 14044:2006). Il-metodi ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-EF jipprovdu l-fatturi għall-karatterizzazzjoni tal-impatt għall-flussi elementari sabiex l-impatt jiġi aggregat biex jinkiseb għadd limitat ta’ indikaturi ta’ nofs il-proċess u/jew ta’ indikaturi tal-ħsara.

Metodu ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali (EF)– protokoll biex id-dejta tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet tinbidel b’mod kwantitattiv fil-kontribuzzjonijiet għal impatt ambjentali speċifiku.

Kategorija tal-impatt tal-impronta ambjentali (EF)– Kategorija tal-użu tar-riżorsi jew tal-impatt ambjentali li magħha hija marbuta d-dejta tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet.

Indikatur tal-kategorija tal-impatt tal-impronta ambjentali (EF)– rappreżentazzjoni li tista’ tiġi kkwantifikata ta’ kategorija tal-impatt tal-EF (abbażi tal-istandard tal-ISO 14000:2006).

Impatt ambjentali– kwalunkwe bidla fl-ambjent, kemm jekk ta’ ħsara u kemm jekk ta’ ġid, li tiġi kompletament jew parzjalment mill-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta’ organizzazzjoni (ir-Regolament dwar l-EMAS).

Mekkaniżmu ambjentali– sistema ta’ proċessi fiżiċi, kimiċi u bijoloġiċi għal kategorija partikulari tal-impatt tal-EF li torbot ir-riżultati tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet mal-indikaturi tal-kategorija tal-EF (abbażi tal-istandard tal-ISO 14040:2006).

Ewtrofikazzjoni– in-nutrijenti (l-iktar in-nitroġenu u l-fosforu) mill-fawwariet tad-drenaġġ u mir-raba’ li jkun ingħata l-fertilizzant iħaffu l-pass tat-tkabbir tal-alka u ta’ veġetazzjoni oħra fl-ilma. Id-degradazzjoni tal-materjal organiku tuża l-ossiġnu u twassal għal nuqqas ta’ ossiġnu, u f’ċerti każijiet, għall-mewt tal-ħut. L-ewtrofikazzjoni tibdel l-ammont ta’ sustanzi rrilaxxati f’kejl komuni mogħti bħala l-ammont ta’ ossiġnu meħtieġ għad-degradazzjoni tal-bijomassa mejta.

Id-dejta estrapolata– din tirreferi għal dejta minn proċess partikulari li tintuża biex tirrappreżenta proċess simili li għalih m’hemmx dejta disponibbli, bis-suppożizzjoni li din id-dejta hija raġonevolment rappreżentattiva.

Dijagramma tal-flussi– rappreżentazzjoni skematika tal-flussi li jseħħu waqt stadju wieħed jew iktar tal-proċess fiċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott li jkun qed jiġi vvalutat.

Proċessi ewlenin– dawn jirreferu għal dawk il-proċessi fiċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott li għalihom hemm aċċess dirett għat-tagħrif. Pereżempju, is-sit tal-produttur u proċessi oħrajn li l-produttur jew il-kuntratturi tiegħu jħaddmu (bħat-trasport tal-merkanzija, is-servizzi tal-uffiċċju prinċipali, eċċ.) jiffurmaw parti mill-proċessi ewlenin.

Minn grada għall-oħra– katina parzjali tal-provvista ta’ prodott li tinkludi biss il-proċessi mwettqin fuq prodott f’sit speċifiku jew f’organizzazzjoni speċifika.

Mill-grada sal-qabar– katina parzjali tal-provvista ta’ prodott li tinkludi biss l-istadji tad-distribuzzjoni, tal-ħżin, tal-użu u tar-rimi jew tar-riċiklaġġ.

Id-dejta ġenerika– din tirreferi għal dejta li ma tinġabarx, ma titkejjilx u ma tiġix stmata b’mod dirett, iżda li tittieħed minflok minn bażi tad-dejta tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ parti terza, jew minn sors ieħor li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta tal-metodu tal-PEF.

Potenzjal għat-tisħin globali– il-kapaċità ta’ gass serra li jinfluwenza l-furzant radjattiv, mogħtija f’termini ta’ sustanza ta’ referenza (pereżempju f’unitajiet li huma l-ekwivalenti tas-CO2) u f’termini ta’ perjodu taż-żmien speċifiku (pereżempju GWP 20, GWP 100 u GWP 500 jirreferu għall-potenzjal għat-tisħin globali għal 20, 100 u 500 sena rispettivament). Dan il-potenzjal għandu x’jaqsam mal-ħila li jiġu influwenzati bidliet fit-temperatura medja dinjija tal-arja qrib is-superfiċje u bidliet sussegwenti f’diversi parametri tal-klima u fl-effetti tagħhom, bħall-frekwenza u l-intensità tal-maltempati, l-intensità tax-xita u l-frekwenza tal-għargħar, eċċ.

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem – l-effetti ta’ kanċer– kategorija tal-impatt tal-EF li tqis l-effetti negattivi li jkun hemm fuq saħħet il-bniedem meta wieħed jassorbi s-sustanzi tossiċi meta jieħu n-nifs, meta jiekol jew meta jixrob l-ilma, jew billi dawn jidħlu fil-ġilda tiegħu, sakemm dawn ikollhom x’jaqsmu mal-kanċer.

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem – l-effetti li mhumiex ta’ kanċer– kategorija tal-impatt tal-EF li tqis l-effetti negattivi li jkun hemm fuq saħħet il-bniedem meta wieħed jassorbi s-sustanzi tossiċi meta jieħu n-nifs, meta jiekol jew meta jixrob l-ilma, jew billi dawn jidħlu fil-ġilda tiegħu, sakemm dawn ikollhom x’jaqsmu ma’ effetti li mhumiex ta’ kanċer li mhumiex ikkawżati mill-materja partikulata/mis-sustanzi inorganiċi li jaffettwaw ir-respirazzjoni jew mir-radjazzjoni jonizzanti.

It-tibdil indirett fl-użu tal-art– dan iseħħ meta talba għal użu partikulari tal-art twassal għal bidliet ’il barra mil-limiti tas-sistema, jiġifieri f’tipi ta’ użu tal-art oħrajn. Dawn l-effetti indiretti jistgħu jiġu vvalutati l-iktar permezz tal-ħolqien ta’ mudelli ekonomiċi tad-domanda għall-art jew permezz tal-ħolqien ta’ mudelli tar-rilokazzjoni tal-attivitajiet fuq skala dinjija. L-iżvantaġġ ewlieni tat-tali mudelli huwa li dawn jiddependu fuq xejriet li jistgħu ma jirriflettux l-iżviluppi fil-ġejjieni. Dawn iservu ta’ spiss bħala l-bażi għad-deċiżjonijiet politiċi.

Input– prodott, materjal jew fluss ta’ enerġija li jidħol fi proċess ta’ unità. Il-prodotti u l-materjali jinkludu l-materja prima, il-prodotti intermedji u l-koprodotti (l-istandard tal-ISO 14040:2006).

Prodott intermedju– output minn proċess tal-unità li jservi bħala input għal proċessi oħrajn tal-unità u li jeħtieġ iktar trasformazzjoni fi ħdan is-sistema (l-istandard tal-ISO 14040:2006).

Ir-radjazzjoni jonizzanti – l-effetti fuq saħħet il-bniedem– kategorija tal-impatt tal-EF li tqis l-effetti negattivi fuq saħħet il-bniedem li jseħħu minħabbba r-rilaxxi tas-sustanzi radjuattivi.

Użu tal-art– kategorija tal-impatt tal-EF li għandha x’taqsam mal-użu (l-okkupazzjoni) u l-konverżjoni (it-trasformazzjoni) ta’ żona tal-art permezz ta’ attivitajiet bħall-agrikoltura, it-toroq, id-djar, il-minjieri, eċċ. L-okkupazzjoni tal-art tqis l-effetti tal-użu tal-art, id-daqs taż-żona kkonċernata, u t-tul ta’ żmien tal-okkupazzjoni (il-bidliet fil-kwalità mmultiplikati bl-erja u bit-tul ta’ żmien). It-trasformazzjoni tal-art tqis l-estent tal-bidliet fil-karatteristiċi tal-art u ż-żona kkonċernata (il-bidliet fil-kwalità mmultiplikati bl-erja).

Ċiklu tal-ħajja– l-istadji konsekuttivi u interkonnessi ta’ sistema ta’ prodotti, mill-akkwist tal-materja prima jew il-ġenerazzjoni minn riżorsi naturali sar-rimi finali (l-istandard tal-ISO 14040:2006).

Approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja– dan iqis il-firxa kollha tal-flussi tar-riżorsi u tal-interventi ambjentali assoċjati ma’ prodott mil-lat tal-katina tal-provvista, inklużi l-istadji kollha, mill-akkwist tal-materja prima sal-ipproċessar, id-distribuzzjoni, l-użu u l-proċessi ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodott, kif ukoll l-impatti ambjentali rilevanti kollha relatati ma’ dawn l-istadji (minflok ma jiffoka fuq aspett wieħed).

Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA)– il-kompilazzjoni u l-evalwazzjoni tal-inputs, tal-outputs u tal-impatti ambjentali potenzjali ta’ sistema ta’ prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha (l-istandard tal-ISO 14040:2006).

Valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja (LCIA)– stadju tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja li jimmira li jifhem u jevalwa d-daqs u l-importanza tal-impatti ambjentali potenzjali ta’ sistema tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott (l-istandard tal-ISO 14040:2006). Il-metodi tal-LCIA użati jipprovdu l-fatturi għall-karatterizzazzjoni tal-impatt għall-flussi elementari sabiex l-impatt jiġi aggregat biex jinkiseb għadd limitat ta’ indikaturi ta’ nofs il-proċess u/jew ta’ indikaturi tal-ħsara.

Ir-rata ta’ tagħbija– il-proporzjon tat-tagħbija reali meta mqabbel mat-tagħbija sħiħa jew mal-kapaċità kollha (pereżempju l-massa jew il-volum) li vettura ġġorr f’kull vjaġġ.

Multifunzjonalità– jekk proċess jew impjant jipprovdi iktar minn funzjoni waħda, jiġifieri jekk jipprovdi diversi oġġetti u/jew servizzi (“koprodotti”), dan ikun “multifunzjonali”. F’dawn is-sitwazzjonijiet, kull input u emissjoni marbuta mal-proċess trid tinqasam bejn il-prodott li dwaru jkun qed isir l-istudju u l-koprodotti l-oħra abbażi ta’ sett ta’ prinċipji.

Flussi mhux elementari (jew kumplessi)– fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet, il-flussi mhux elementari jinkludu l-inputs kollha (pereżempju l-elettriku, il-materjali u l-proċessi tat-trasport) u l-outputs kollha (pereżempju l-iskart u l-prodotti sekondarji) f’sistema li jeħtieġu aktar sforzi fil-ħolqien tal-mudell biex jinbidlu fi flussi elementari.

In-normalizzazzjoni– wara l-istadju tal-karatterizzazzjoni, in-normalizzazzjoni hija stadju fakultattiv li fih ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF jiġu mmultiplikati bil-fatturi ta’ normalizzazzjoni li jirrappreżentaw l-inventarju ġenerali ta’ unità ta’ referenza (pereżempju ta’ pajjiż sħiħ jew ta’ ċittadin medju). Ir-riżultati normalizzati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF jesprimu s-sehem relattiv tal-impatti tas-sistema analizzata f’termini tal-kontribuzzjonijiet totali għal kull kategorija tal-impatt tal-EF għal kull unità ta’ referenza. Meta r-riżultati normalizzati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF tat-tipi ta’ impatt differenti jintwerew ħdejn xulxin, ikun ċar lil liema kategoriji tal-impatt is-sistema analizzata tolqot l-iktar u lil liema tolqot l-inqas. Ir-riżultati normalizzati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF jirriflettu biss il-kontribuzzjoni tas-sistema analizzata għall-potenzjal totali tal-impatt u mhux il-gravità jew ir-rilevanza tal-impatt totali rispettiv. Ir-riżultati normalizzati mhumiex marbutin ma’ unità tal-kejl partikulari, iżda mhumiex addittivi.

Output– prodott, materjal jew fluss ta’ enerġija li joħroġ minn proċess ta’ unità. Il-prodotti u l-materjali jinkludu l-materja prima, il-prodotti intermedji, il-koprodotti u r-rilaxxi (l-istandard tal-ISO 14040:2006).

It-tnaqqis tal-ożonu– kategorija tal-impatt tal-EF li tqis id-degradazzjoni tal-ożonu stratosferiku minħabba l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, pereżempju l-gassijiet li għandhom ħajja twila li fihom il-kloru u l-bromu (pereżempju s-CFCs, l-idroklorofluworokarburi u l-aloni).

Il-materja partikulata/is-sustanzi inorganiċi li jaffettwaw ir-respirazzjoni– kategorija tal-impatt tal-EF li tqis l-effetti negattivi fuq saħħet il-bniedem ikkawżati mill-emissjonijiet tal-materja partikulata (PM) u tal-prekursuri tagħha (NOx, SOx u NH3).

Formazzjoni fotokimika tal-ożonu– kategorija tal-impatt tal-EF li tqis il-formazzjoni tal-ożonu fil-livell tal-art tat-troposfera, ikkawżata mill-ossidazzjoni fotokimika tal-komposti organiċi volatili (il-KOV) u tal-monossidu tal-karbonju (CO) fil-preżenza tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) u tad-dawl tax-xemx. Konċentrazzjonijiet għoljin tal-ożonu troposferiku fil-livell tal-art jagħmlu ħsara lill-veġetazzjoni, lis-sistema respiratorja tal-bniedem u lill-materjali magħmulin mill-bniedem minħabba r-reazzjoni tagħhom mal-materjali organiċi.

Prodott– kwalunkwe oġġett jew servizz (l-istandard tal-ISO 14040:2006).

Kategorija ta’ prodotti– grupp ta’ prodotti li jistgħu jagħmlu funzjonijiet ekwivalenti (l-istandard tal-ISO 14025:2006).

Regoli tal-kategorija tal-prodotti (PCRs)– sett ta’ regoli, rekwiżiti u linji gwida speċifiċi għall-iżvilupp ta’ dikjarazzjonijiet ambjentali tat-tip III għal kategorija tal-prodotti waħda jew iktar (l-istandard tal-ISO 14025:2006).

Regoli tal-kategorija marbutin mal-impronta ambjentali tal-prodott (PEFCRs)– dawn huma regoli speċifiċi għat-tip ta’ prodott u bbażati fuq iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott li jikkumplimentaw il-gwida metodoloġika ġenerali għall-istudji dwar il-PEF billi joffru iktar speċifikazzjonijiet fil-livell ta’ kategorija speċifika tal-prodotti. Il-PEFCRs jistgħu jgħinu biex l-istudju dwar il-PEF jikkonċentra fuq dawk l-aspetti u l-parametri li huma l-iktar importanti, u b’hekk jistgħu jikkontribwixxu biex jiżdiedu r-rilevanza, ir-riproduċibbiltà u l-konsistenza.

Fluss tal-prodotti– il-prodotti li jkunu deħlin minn sistema oħra tal-prodotti jew li jkunu ħerġin biex imorru f’sistema oħra tal-prodotti (l-istandard tal-ISO 14040:2006).

Sistema tal-prodotti– ġabra ta’ proċessi tal-unità bi flussi elementari u tal-prodotti, li twettaq funzjoni ddefinita waħda jew iktar, u li sservi ta’ mudell għaċ-ċiklu ta’ ħajja ta’ prodott (l-istandard tal-ISO 14040:2006).

Materja prima– il-materjal primarju jew sekondarju li jintuża biex jiġi mmanifatturat prodott (l-istandard tal-ISO 14040:2006).

Fluss ta’ referenza– kejl tal-outputs minn proċessi f’sistema partikulari tal-prodotti li jkunu meħtieġa biex tiġi ssodisfata l-funzjoni espressa mill-unità tal-analiżi (abbażi tal-istandard tal-ISO 14040:2006).

Rilaxxi– emissjonijiet fl-arja u rimi fl-ilma u fil-ħamrija (l-istandard tal-ISO 14040:2006).

It-tnaqqis tar-riżorsi– kategorija tal-impatt tal-EF li tittratta l-użu tar-riżorsi naturali, kemm dawk rinnovabbli u kemm dawk li mhumiex, u kemm dawk li huma bijotiċi u kemm dawk li huma abijotiċi.

Profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet– dan jirreferi għall-inventarju tad-dejta miġbura sabiex jiġu rrappreżentati l-inputs u l-outputs assoċjati ma’ kull stadju tal-katina tal-provvista tal-prodott li dwaru jkun qed isir l-istudju. Il-kumpilazzjoni tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet titlesta meta l-flussi mhux elementari (jiġifieri kumplessi) kollha jinbidlu fi flussi elementari.

Riżultati tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet– riżultat ta’ profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet li jiddeskrivi l-flussi li jkunu qed jaqsmu l-limitu tas-sistema u li jipprovdi l-punt tat-tluq għall-valutazzjoni tal-impatt tal-EF.

Analiżi tas-sensittività– proċeduri sistematiċi sabiex jiġu stmati l-effetti tal-għażliet li jkunu saru dwar il-metodi u d-dejta fuq ir-riżultati ta’ studju dwar il-PEF (abbażi tal-istandard tal-ISO 14040:2006).

Materja organika fil-ħamrija (SOM)– din hija l-kejl tal-kontenut tal-materja organika fil-ħamrija. Din ġejja mill-pjanti u mill-annimali u tinkludi l-materja organika kollha fil-ħamrija, minbarra l-materja li jkun għadha ma tħassritx.

Id-dejta speċifika– din tirreferi għad-dejta mkejla jew miġbura b’mod dirett li hija rappreżentattiva tal-attivitajiet f’impjant speċifiku jew f’sett ta’ impjanti speċifiku. Sinonimu għal dan it-terminu huwa t-terminu “dejta primarja”.

Suddiviżjoni– is-suddiviżjoni tirreferi għad-diżaggregazzjoni tal-proċessi jew tal-impjanti multifunzjonali sabiex jiġu iżolati l-flussi tal-inputs li huma assoċjati direttament ma’ kull output tal-proċess jew tal-impjant. Il-proċess jiġi investigat sabiex jiġi ċċekkjat jekk jistax jiġi suddiviż jew le. Fejn tkun tista’ ssir suddiviżjoni, id-dejta tal-inventarju għandha tinġabar biss għal dawk il-proċessi tal-unità li jistgħu jiġu attribwiti b’mod dirett lill-prodotti/lis-servizzi kkonċernati.

Limitu tas-sistema– definizzjoni tal-aspetti li ddaħħlu fl-istudju jew li ma ddaħħlux fih. Pereżempju, fil-każ ta’ analiżi tal-EF “mill-benniena sal-qabar”, il-limitu tas-sistema għandu jinkludi l-attivitajiet kollha, mill-estrazzjoni tal-materja prima sal-istadji tal-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħżin, l-użu u r-rimi jew ir-riċiklaġġ.

Dijagramma tal-limiti tas-sistema– rappreżentazzjoni grafika tal-limitu tas-sistema ddefinit għall-istudju dwar il-PEF.

Il-ħżin temporanju tal-karbonju– dan iseħħ meta prodott “inaqqas l-ammont ta’ gassijiet serra li jkun hemm fl-atmosfera” jew joħloq “emissjonijiet negattivi” billi jassorbi u jaħżen il-karbonju għal perjodu limitat taż-żmien.

Dikjarazzjoni ambjentali tat-tip III– dikjarazzjoni ambjentali li tipprovdi dejta ambjentali kkwantifikata bl-użu ta’ parametri stabbiliti minn qabel, u fejn ikun xieraq, tagħrif ambjentali addizzjonali (l-istandard tal-ISO 14025:2006). Il-parametri stabbiliti minn qabel huma bbażati fuq is-sett ta’ standards tal-istandard tal-ISO 14040, li huwa magħmul mill-istandards tal-ISO 14040 u 14044.

Analiżi tal-inċertezza– proċedura għall-valutazzjoni tal-inċertezza mdaħħla fir-riżultati ta’ studju dwar il-PEF minħabba l-varjabbiltà tad-dejta u l-inċertezza marbuta mal-għażliet.

Unità tal-analiżi– l-unità tal-analiżi tiddefinixxi l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-funzjoni(jiet) u/jew tas-servizz(i) pprovduti mill-prodott li jkun qed jiġi evalwat; id-definizzjoni tal-unità tal-analiżi twieġeb għall-mistoqsijiet “x’hiex?”, “kemm?”, “kemm hi tajba?” u “għal kemm żmien?”

Proċess tal-unità– l-iżgħar element meqjus fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet li għalih id-dejta dwar l-input u l-output hija kkwantifikata (abbażi tal-istandard tal-ISO 14040:2006).

Li jinsab iktar ’il fuq fil-katina ta’ attivitajiet– din il-frażi tirreferi għal dak li jseħħ tul il-katina tal-provvista ta’ prodott/servizz mixtri qabel ma dan jidħol fil-limitu tas-sistema.

Skart– is-sustanzi jew l-oġġetti li d-detentur tagħhom ikun beħsiebu jarmihom jew li jkollu jarmihom (l-istandard tal-ISO 14040:2006).

Ponderazzjoni– il-ponderazzjoni hija stadju addizzjonali, iżda mhux obbligatorju, li jista’ jappoġġa l-interpretazzjoni u l-komunikazzjoni tar-riżultati tal-analiżi. Ir-riżultati tal-PEF jiġu mmultiplikati b’sett ta’ fatturi ta’ ponderazzjoni li jirriflettu l-importanza relattiva nnutata tal-kategoriji tal-impatt meqjusin. Ir-riżultati tal-EF ipponderati jistgħu jitqabblu b’mod dirett għal diversi kategoriji tal-impatt u jistgħu jingħaddu wkoll għal diversi kategoriji tal-impatt sabiex jinkiseb indikatur ġenerali wieħed tal-impatt. Il-ponderazzjoni teħtieġ li wieħed jagħmel ġudizzju dwar il-valur tal-importanza rispettiva tal-kategoriji tal-impatt tal-EF meqjusin. Dan il-ġudizzju jista’ jissejjes fuq l-opinjoni ta’ espert, fuq metodi użati fix-xjenza soċjali, fuq aspetti kulturali/politiċi jew fuq kunsiderazzjonijiet ekonomiċi.

12.   REFERENZI

ADEME (2011): General principles for an environmental communication on mass market products BPX 30-323-0. Dokument li jinsab fuq l-internet fl-indirizz tal-internet li ġej: http://www2.ademe.fr/servlet/getDoc?id=38480&m=3&cid=96.

BSI (2011): PAS 2050:2011 Specification for the assessment of the life cycle greenhouse gas emissions of goods and services. BSI, London, 38 pp.

CE Delft (2010). Biofuels: GHG impact of indirect land use change. Dokument li jinsab fuq l-internet fl-indirizz tal-internet li ġej: http://www.birdlife.org/eu/pdfs/PPT_carbon_bomb_CE_delft.pdf.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2008): Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Pjan ta’ Azzjoni dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli u l-politika industrijali sostenibbli”. http://www.eu2008.fr/webdav/site/PFUE/shared/import/1204_Conseil_Environnement/Council_conclusions_Sustainable_consumption_and_production_EN.pdf.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2010): Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “il-ġestjoni sostenibbli tal-materjali u l-konsum u l-produzzjoni sostenibbli: kontribut ewlieni għal Ewropa effiċjenti fir-riżorsi”.

http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/envir/118642.pdf.

Dreicer M., Tort V. and Manen P. (1995): ExternE, Externalities of Energy, Vol. 5 Nuclear, Centre d'étude sur l'Evaluation de la Protection dans le domaine nucléaire (CEPN), edited by the European Commission DGXII, Science, Research and development JOULE, Luxembourg.

L-Istitut għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea (2010): International Reference Life Cycle Data System (ILCD) Handbook - General guide for Life Cycle Assessment - Detailed guidance. L-ewwel edizzjoni maħruġa f’Marzu tal-2010. ISBN 978-92-79-19092-6, doi: 10.2788/38479. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

L-Istitut għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea (2010): International Reference Life Cycle Data System (ILCD) Handbook - Review schemes for Life Cycle Assessment. L-ewwel edizzjoni maħruġa f’Marzu tal-2010. ISBN 978-92-79-19094-0, doi: 10.2788/39791. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

L-Istitut għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea (2010): International Reference Life Cycle Data System (ILCD) Handbook - Framework and Requirements for Life Cycle Impact Assessment Models and Indicators. L-ewwel edizzjoni maħruġa f’Marzu tal-2010. ISBN 978-92-79-17539-8, doi: 10.2788/38719. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

L-Istitut għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea (2010): International Reference Life Cycle Data System (ILCD) Handbook – Nomenclature and other conventions. L-ewwel edizzjoni maħruġa f’Marzu tal-2010. ISBN 978-92-79-15861-2, doi: 10.2788/96557. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

L-Istitut għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea (2011a): International Reference Life Cycle Data System (ILCD) Handbook - Recommendations based on existing environmental impact assessment models and factors for Life Cycle Assessment in a European context. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, qed ikun stampat.

L-Istitut għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea (2011b): Analysis of Existing Environmental Footprint Methodologies for Products and Organizations: Recommendations, Rationale, and Alignment, qed ikun stampat.

http://ec.europa.eu/environment/eussd/corporate_footprint.htm.

Il-Kummissjoni Ewropea (2010): Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ġunju 2010 dwar il-linji gwida għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art għall-għanijiet tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE (innotifikata bid-dokument C(2010) 3751), il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, Brussell.

Il-Kummissjoni Ewropea (2011): Pjan direzzjonali għal Ewropa b’użu effiċjenti tar-riżorsi (COM(2011) 571 finali).

Il-Kummissjoni Ewropea (2012): Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (COM(2012) 595 finali), Brussell.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2009): Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, Brussell.

L-Unjoni Ewropea (2009): Id-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Eurostat: http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/environment/data/main_tables.

Frischknecht R., Steiner R. and Jungbluth N. (2008): The Ecological Scarcity Method – Eco-Factors 2006. A method for impact assessment in LCA. Environmental studies no. 0906. Federal Office for the Environment (FOEN), Bern. 188 pp.

Global Footprint Network (2009): Ecological Footprint Standards 2009. Dawn jinsabu fuq l-internet fl-indirizz tal-internet li ġej: http://www.footprintnetwork.org/images/uploads/Ecological_Footprint_Standards_2009.pdf.

Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-IPCC) (2007): IPCC Climate Change Fourth Assessment Report: Climate Change 2007. http://www.ipcc.ch/ipccreports/assessments-reports.htm.

Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-IPCC) (2003): IPCC Good Practice Guidance for Land Use, Land-Use Change and Forestry, Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima, Hayama.

Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-IPCC) (2006): Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories: Volume 4 Agriculture, Forestry and Other Land Use, IGES, il-Ġappun.

L-istandard tal-ISO 14025:2006. International Standard – Environmental labels and declarations – Type III environmental declarations – Principles and procedures. L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, l-Isvizzera.

L-istandard tal-ISO 14040:2006. International Standard – Environmental management – Life cycle assessment – Principles and framework. L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, l-Isvizzera.

L-istandard tal-ISO 14044:2006. International Standard – Environmental management – Life cycle assessment – Requirements and guidelines. L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, l-Isvizzera.

Milà i Canals L., Romanyà J. and Cowell S.J. (2007): Method for assessing impacts on life support functions (LSF) related to the use of ‘fertile land’ in Life Cycle Assessment (LCA). Journal of Cleaner Production 15: 1426-1440.

PAS 2050 (2011). Specifications for the assessment of the life cycle greenhouse gas emissions of goods and services. Dan id-dokument jinsab fuq l-internet fl-indirizz tal-internet li ġej: http://www.bsigroup.com/en/Standards-and-Publications/How-we-can-help-you/Professional-Standards-Service/PAS-2050/.

Rabl A. and Spadaro J.V. (2004): The RiskPoll software, version 1.051 (iddatata Awwissu tal-2004). http://www.arirabl.com.

Rosenbaum R.K., Bachmann T.M., Gold L.S., Huijbregts M.A.J., Jolliet O., Juraske R., Köhler A., Larsen H.F., MacLeod M., Margni M., McKone T.E., Payet J., Schuhmacher M., van de Meent D. and Hauschild M.Z. (2008): USEtox - The UNEP-SETAC toxicity model: recommended characterisation factors for human toxicity and freshwater ecotoxicity in Life Cycle Impact Assessment. International Journal of Life Cycle Assessment 13(7): 532-546, 2008.

Seppälä J., Posch M., Johansson M. and Hettelingh J.P. (2006): Country-dependent Characterisation Factors for Acidification and Terrestrial Eutrophication Based on Accumulated Exceedance as an Impact Category Indicator. International Journal of Life Cycle Assessment 11(6): 403-416.

Struijs J., Beusen A., van Jaarsveld H. and Huijbregts M.A.J. (2009): Aquatic Eutrophication. Il-Kapitolu 6 fi: Goedkoop M., Heijungs R., Huijbregts M.A.J., De Schryver A., Struijs J., Van Zelm R. (2009): ReCiPe 2008 - A life cycle impact assessment method which comprises harmonised category indicators at the midpoint and the endpoint level. Report I: Characterisation factors, l-ewwel edizzjoni.

Van Oers L., de Koning A., Guinee J.B. and Huppes G. (2002): Abiotic Resource Depletion in LCA. Road and Hydraulic Engineering Institute, Ministry of Transport and Water, Amsterdam.

Van Zelm R., Huijbregts M.A.J., Den Hollander H.A., Van Jaarsveld H.A., Sauter F.J., Struijs J., Van Wijnen H.J. and Van de Meent D. (2008): European characterisation factors for human health damage of PM10 and ozone in life cycle impact assessment. Atmospheric Environment 42, 441-453.

Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO) (1999): Scientific Assessment of Ozone Depletion: 1998. Global Ozone Research and Monitoring Project - Report No. 44, ISBN 92-807-1722-7, Ġinevra.

L-Istitut Dinji tar-Riżorsi (il-WRI), il-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli (2011): Product Life Cycle Accounting and Reporting Standard. Greenhouse Gas Protocol. WRI, l-Istati Uniti tal-Amerka, 144 pp.

L-Istitut Dinji tar-Riżorsi (il-WRI) u l-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli (il-WBCSD) (2004): Greenhouse Gas Protocol - Corporate Accounting and Reporting Standard.

L-Istitut Dinji tar-Riżorsi (il-WRI) u l-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli (il-WBCSD) (2011): Greenhouse Gas Protocol - Corporate Value Chain (Scope 3) Accounting and Reporting Standard.

Anness I:

Sommarju tar-rekwiżiti obbligatorji ewlenin għall-impronta ambjentali tal-prodott u għall-iżvilupp tar-regoli tal-kategorija marbutin mal-impronta ambjentali tal-prodott

It-tabella li ġejja tagħti sommarju li jinkludi r-rekwiżiti obbligatorji kollha għall-PEF (rekwiżiti li fihom jintuża l-verb “irid”), kif ukoll ir-rekwiżiti addizzjonali kollha għall-iżvilupp tal-PEFCRs (rekwiżiti li fihom jintużaw il-verbi “irid”, “għandu” u “jista’"). Dawn ir-rekwiżiti huma spjegati fid-dettall f’din il-Gwida, kif indikat fil-kolonna li tinsab fuq in-naħa tax-xellug tat-tabella.

It-Tabella 9:

Sommarju tar-rekwiżiti obbligatorji ewlenin għall-istudji dwar il-PEF u tar-rekwiżiti addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

Kapitolu/taqsima

Kriterji

Rekwiżiti għall-PEF

Rekwiżiti addizzjonali għall-iżvilupp tal-PEFCRs

1

Approċċ ġenerali

Studju dwar il-PEF irid jissejjes fuq approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja.

 

1.1

Prinċipji

Huma u jwettqu studju dwar il-PEF, l-utenti ta’ din il-Gwida jridu jħarsu l-prinċipji li ġejjin:

1.

ir-rilevanza;

2.

il-kompletezza;

3.

il-konsistenza;

4.

l-akkuratezza;

5.

it-trasparenza.

Prinċipji li japplikaw għall-PEFCRs:

1.

rabta mal-Gwida dwar il-PEF;

2.

involviment ta’ ċerti partijiet interessati;

3.

ħidma favur l-ilħiq tal-komparabbiltà.

2.1

Rwol tal-PEFCRs

Fin-nuqqas tal-PEFCRs, l-oqsma ewlenin li normalment jiġu koperti mill-PEFCRs (kif elenkati f’din il-Gwida dwar il-PEF) iridu jiġu speċifikati, ġġustifikati u rrappurtati b’mod espliċitu fl-istudju dwar il-PEF.

 

2.2

Rabta mal-PCRs eżistenti

 

Il-PEFCRs għandhom ikunu konformi, safejn ikun possibbli u filwaqt li jqisu l-kuntesti differenti ta’ applikazzjoni, mad-dokumenti internazzjonali ta’ gwida li jeżistu dwar ir-regoli tal-kategorija tal-prodotti (il-PCRs).

2.3

L-istruttura tal-PEFCRs abbażi tas-CPA

 

Il-PEFCRs iridu jkunu bbażati tal-anqas fuq diviżjoni tal-kodiċijiet tas-CPA b’żewġ numri (għażla prestabbilita). Madankollu, il-PEFCRs jistgħu jippermettu devjazzjonijiet (iġġustifikati) (pereżempju jippermettu kodiċijiet bi tliet numri). Pereżempju, jinħtieġu kodiċijiet b’iktar minn żewġ numri meta wieħed ikun qed jittratta l-kumplessità tas-settur. Meta jiġu ddefiniti rotot multipli tal-produzzjoni għal prodotti simili bl-użu ta’ CPAs alternattivi, il-PEFCR trid takkomoda c-CPAs kollha ta’ dan it-tip.

3.1

Definizzjoni tal-għanijiet

Id-definizzjoni tal-għanijiet għal studju dwar il-PEF trid tinkludi:

l-applikazzjoni(jiet) prevista/i;

ir-raġunijiet għat-twettiq tal-istudju u l-kuntest tad-deċiżjoni;

il-pubbliku fil-mira;

jekk il-paraguni u/jew id-dikjarazzjonijiet komparattivi jkunux se jiġu żvelati lill-pubbliku jew le;

min jikkummissjona l-istudju;

il-proċedura tal-analiżi (jekk applikabbli).

Il-PEFCR trid tispeċifika r-rekwiżiti tal-analiżi għal studju dwar il-PEF.

4.1

Definizzjoni tal-ambitu

Id-definizzjoni tal-ambitu ta’ studju dwar il-PEF trid tkun konformi mal-għanijiet iddefiniti tal-istudju u trid tinkludi dan li ġej:

l-unità tal-analiżi u l-fluss ta’ referenza;

il-limiti tas-sistema;

il-kategoriji tal-impatt tal-EF;

is-suppożizzjonijiet u l-limitazzjonijiet.

 

4.2

L-unità tal-analiżi u l-fluss ta’ referenza

L-unità tal-analiżi għal studju dwar il-PEF trid tiġi ddefinita skont l-aspetti li ġejjin:

il-funzjoni(jiet)/is-servizz(i) pprovdut(i): “xiex”;

l-estent tal-funzjoni jew tas-servizz: “kemm”;

il-livell tal-kwalità mistenni: “kemm hi tajba l-unità”;

it-tul ta’ ħajja tal-prodott: “kemm idum jaħdem il-prodott”;

il-kodiċi(jiet) tan-NACE.

Fluss ta’ referenza adegwat irid jiġi stabbilit b’referenza għall-unità tal-analiżi. Id-dejta kwantitattiva dwar l-input u l-output miġbura biex tappoġġa l-analiżi trid tiġi kkalkulata b’referenza għal dan il-fluss.

Il-PEFCR trid tispeċifika l-unità/l-unitajiet tal-analiżi.

4.3

Il-limiti tas-sistema

Il-limitu tas-sistema jrid jiġi ddefinit skont il-loġika ġenerali tal-katina tal-provvista, inklużi l-istadji kollha, mill-estrazzjoni tal-materja prima sal-ipproċessar, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-istadju tal-użu u t-trattament tal-prodott ma’ tmiem il-ħajja tiegħu (jiġifieri “mill-benniena sal-qabar”), hekk kif ikun xieraq għall-użu maħsub tal-istudju. Il-limiti tas-sistema jridu jinkludu l-proċessi kollha marbutin mal-katina tal-provvista tal-prodott meta mqabbel mal-unità tal-analiżi.

Il-proċessi inklużi fil-limiti tas-sistema jridu jinqasmu fil-proċessi ewlenin (jiġifieri l-proċessi ewlenin fiċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott li għalihom hemm aċċess dirett għat-tagħrif) u l-proċessi tal-isfond (jiġifieri dawk il-proċessi fiċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott li għalihom m’hemm l-ebda aċċess dirett possibbli għat-tagħrif).

Il-PEFCR trid tispeċifika l-limiti tas-sistema għall-istudji dwar il-PEF ta’ kategorija ta’ prodotti, inkluża speċifikazzjoni tal-istadji rilevanti taċ-ċiklu tal-ħajja u tal-proċessi. Kwalunkwe devjazzjoni mill-approċċ prestabbilit mill-benniena sal-qabar trid tiġi speċifikata b’mod espliċitu u ġġustifikata, pereżempju l-esklużjoni tal-istadju mhux magħruf tal-użu jew ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodotti intermedji.

Il-PEFCR trid tispeċifika x-xenarji li jinsabu iktar ’l isfel fil-katina ta’ attivitajiet sabiex jiġu żgurati l-komparabbiltà u l-konsistenza tal-istudji dwar il-PEF.

4.3

Kumpens

Il-kumpens ma jridx jiġi inkluż fl-istudju dwar il-PEF. Madankollu, dan jista’ jingħata b’mod separat bħala “tagħrif ambjentali addizzjonali”.

 

4.4

L-għażla tal-kategoriji tal-impatt tal-EF u tal-metodi

Għal studju dwar il-PEF, iridu jiġu applikati l-kategoriji prestabbiliti kollha tal-impatt tal-EF speċifikati u l-mudelli kollha tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF assoċjati magħhom li ġew speċifikati.

Kwalunkwe esklużjoni trid tiġi ddokumentata, ġġustifikata u mniżżla b’mod espliċitu fir-rapport dwar il-PEF u trid tiġi appoġġata mid-dokumenti x-xierqa. L-influwenza ta’ kwalunkwe esklużjoni fuq ir-riżultati finali, speċjalment b’rabta mal-limitazzjonijiet f’termini tal-komparabbiltà ma’ studji oħrajn dwar il-PEF, għandha tiġi diskussa u rrappurtata fl-istadju tal-interpretazzjoni. Esklużjonijiet bħal dawn huma suġġetti għal reviżjoni.

Il-PEFCRs iridu jispeċifikaw u jiġġustifikaw kwalunkwe esklużjoni mill-kategoriji prestabbiliti tal-impatt tal-EF, l-iktar dawk marbutin mal-aspetti tal-komparabbiltà.

4.5

L-għażla ta’ tagħrif ambjentali addizzjonali

Jekk is-sett prestabbilit ta’ kategoriji tal-impatt tal-EF jew il-mudelli prestabbiliti tal-valutazzjoni tal-impatt ma jkoprux sewwa l-impatti ambjentali potenzjali tal-prodott li jkun qed jiġi evalwat, l-aspetti ambjentali (kwalitattivi/kwantitattivi) kollha rilevanti relatati magħhom iridu jiġu inklużi, b’mod addizzjonali, bħala “tagħrif ambjentali addizzjonali”. Madankollu, dawn ma jridux jieħdu post il-mudelli obbligatorji tal-valutazzjoni tal-kategoriji prestabbiliti tal-impatt tal-EF. Il-mudelli ta’ sostenn ta’ dawn il-kategoriji addizzjonali jridu jiġu indikati b’mod ċar u jrid ikollhom l-indikaturi korrispondenti magħhom.

It-tagħrif ambjentali addizzjonali jrid ikun:

ibbażat fuq tagħrif ivvalidat li jkun ġie rrivedut jew ivverifikat skont ir-rekwiżiti tal-istandard tal-ISO 14020 u skont il-klawżola 5 tal-istandard tal-ISO 14021:1999;

speċifiku, preċiż u mhux qarrieqi;

rilevanti għall-kategorija tal-prodott partikulari.

L-emissjonijiet li jsiru direttament fl-ilma baħar iridu jiġu inklużi fit-tagħrif ambjentali addizzjonali (fil-livell tal-inventarju).

Jekk it-tagħrif ambjentali addizzjonali jintuża biex jiġi appoġġat l-istadju tal-interpretazzjoni ta’ studju dwar il-PEF, allura d-dejta kollha meħtieġa biex jiġi prodott dak it-tagħrif trid tissodisfa l-istess rekwiżiti ta’ kwalità stabbiliti għad-dejta użata biex jiġu kkalkulati r-riżultati tal-PEF.

It-tagħrif ambjentali addizzjonali jrid ikun relatat biss ma’ kwistjonijiet ambjentali. It-tagħrif u l-istruzzjonijiet, pereżempju l-karti dwar is-sikurezza tal-prodotti, li mhumiex relatati mal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott ma jridux ikunu parti mill-PEF. Bl-istess mod, it-tagħrif marbut mar-rekwiżiti legali ma jridx jiġi inkluż.

Il-PEFCR trid tispeċifika u tiġġustifika t-tagħrif ambjentali addizzjonali li għandu jiġi inkluż fl-istudju dwar il-PEF. Dan it-tagħrif addizzjonali jrid jingħata b’mod separat mir-riżultati tal-PEF ibbażati fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, u l-metodi u s-suppożizzjonijiet kollha jridu jiġu ddokumentati biċ-ċar. It-tagħrif ambjentali addizzjonali jista’ jkun kwantitattiv u/jew kwalitattiv. It-tagħrif ambjentali addizzjonali jista’ jinkludi dan li ġej (il-lista mhijiex eżawrjenti):

impatti ambjentali oħrajn rilevanti għall-kategorija tal-prodott;

parametri tekniċi rilevanti oħrajn li jistgħu jintużaw biex jiġi vvalutat il-prodott li dwaru jkun qed isir l-istudju u li jippermettu li jsiru paraguni ma’ prodotti oħrajn dwar l-effiċjenza ġenerali tas-sistema tal-prodotti. Dawn il-parametri tekniċi jistgħu jirreferu, pereżempju, għall-użu tal-enerġija rinnovabbli meta mqabbel ma’ dik mhix rinnovabbli, l-użu ta’ fjuwils minn sorsi rinnovabbli meta mqabbel ma’ dawk li mhumiex minn sorsi rinnovabbli, l-użu ta’ materjali sekondarji, l-użu tar-riżorsi tal-ilma ħelu, jew ir-rimi ta’ skart mhux perikoluż meta mqabbel ma’ dak perikoluż;

approċċi oħra rilevanti għat-twettiq tal-karatterizzazzjoni tal-flussi mill-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet, meta, għal ċerti flussi (pereżempju għal gruppi ta’ sustanzi kimiċi), il-fatturi tal-karatterizzazzjoni (is-CFs) ma jkunux disponibbli fil-metodu prestabbilit;

indikaturi ambjentali jew indikaturi tar-responsabbiltà tal-prodott (skont l-inizjattiva globali tar-rappurtar (il-GRI));

il-konsum tal-enerġija tul iċ-ċiklu ta’ ħajja, imqassam skont is-sors primarju tal-enerġija, filwaqt li jitqies b’mod separat l-użu tal-enerġija “rinnovabbli”;

il-konsum dirett tal-enerġija, imqassam skont is-sors primarju tal-enerġija, filwaqt li jitqies b’mod separat l-użu tal-enerġija “rinnovabbli” għall-impjant;

għall-istadji minn grada għall-oħra, l-għadd ta’ speċijiet li jinsabu fil-lista l-ħamra tal-IUCN u ta’ speċijiet li jinsabu fil-lista ta’ konservazzjoni nazzjonali li għandhom il-ħabitat fiż-żoni affettwati mill-operazzjonijiet, mogħtija skont il-livell tar-riskju ta’ estinsjoni;

deskrizzjoni tal-impatti sinifikanti tal-attivitajiet, tal-prodotti u tas-servizzi fuq il-bijodiversità f’żoni protetti u f’żoni b’valur għoli ta’ bijodiversità li jinsabu ’l barra miż-żoni protetti;

il-piż totali tal-iskart, skont it-tip ta’ skart u l-metodu ta’ rimi tiegħu;

il-piż tal-iskart ittrasportat, importat, esportat jew ittrattat li jitqies bħala skart perikoluż skont it-termini tal-Annessi I, II, III u VIII tal-Konvenzjoni ta’ Basilea, u l-perċentwal tal-iskart ittrasportat li jinġarr b’mod internazzjonali.

4.6

Is-suppożizzjonijiet/il-limitazzjonijiet

Il-limitazzjonijiet u s-suppożizzjonijiet kollha jridu jiġu rrappurtati bi trasparenza.

Il-PEFCRs iridu jiddeskrivu l-limitazzjonijiet speċifiċi għall-kategorija tal-prodott u jridu jiddefinixxu s-suppożizzjonijiet meħtieġa biex jingħelbu l-limitazzjonijiet.

5.1

Profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet

L-użu kollu tar-riżorsi u l-emissjonijiet kollha assoċjati mal-istadji taċ-ċiklu ta’ ħajja inklużi fil-limiti ddefiniti tas-sistema jridu jiġu inklużi fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet. Il-flussi jridu jinqasmu fi “flussi elementari” u “flussi mhux elementari (jiġifieri kumplessi)”. Imbagħad, il-flussi mhux elementari kollha fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet iridu jinbidlu fi flussi elementari.

 

5.2

Il-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet – l-istadju tal-iskrinjar

Jekk jitwettaq stadju ta’ skrinjar (li huwa rrakkomandat ħafna), trid tintuża dejta speċifika u/jew ġenerika li tista’ tinkiseb faċilment li tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta kif iddefiniti fit-Taqsima 5.6. Il-proċessi u l-attivitajiet kollha li għandhom jitqiesu fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet iridu jiġu inklużi fl-istadju tal-iskrinjar. Kwalunkwe esklużjoni tal-istadji tal-katina tal-provvista trid tiġi ġġustifikata b’mod espliċitu u trid tgħaddi minn proċess ta’ analiżi u l-influwenza ta’ dawn l-istadji esklużi fuq ir-riżultati finali trid tiġi diskussa.

Għall-istadji tal-katina tal-provvista li għalihom mhix prevista valutazzjoni kwantitattiva tal-impatt tal-EF, l-istadju tal-iskrinjar irid jirreferi għall-istudji eżistenti u għal sorsi oħrajn sabiex jiġu żviluppati deskrizzjonijiet kwalitattivi tal-proċessi li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent. Deskrizzjonijiet kwalitattivi bħal dawn iridu jiġu inklużi fit-tagħrif ambjentali addizzjonali.

Il-PEFCR trid tispeċifika l-proċessi li għandhom jiġu inklużi, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta u tal-analiżi assoċjati magħhom, li jistgħu jmorru lil hinn minn dawk mogħtija f’din il-Gwida dwar il-PEF. Hija trid tispeċifika wkoll għal liema proċessi hija meħtieġa d-dejta speċifika, u għal liema proċessi tista’ tintuża d-dejta ġenerika jew trid tintuża d-dejta ġenerika.

5.4

Il-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet - id-dejta

L-użu kollu tar-riżorsi u l-emissjonijiet kollha assoċjati mal-istadji taċ-ċiklu ta’ ħajja inklużi fil-limiti ddefiniti tas-sistema jridu jiġu inklużi fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet.

L-elementi li ġejjin iridu jitqiesu għall-inklużjoni fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet:

l-akkwist tal-materja prima u l-ipproċessar minn qabel tagħha;

l-oġġetti kapitali: irid jintuża d-deprezzament lineari. Trid titqies il-ħajja operattiva mistennija tal-oġġetti kapitali (u mhux iż-żmien tal-iżvilupp sa valur ekonomiku fil-kotba ta’ 0);

il-produzzjoni;

id-distribuzzjoni u l-ħżin tal-prodotti;

l-istadju tal-użu;

il-loġistika;

tmiem il-ħajja tal-prodotti.

Il-PEFCRs għandhom jipprovdu eżempju wieħed jew iktar tal-kumpilazzjoni tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet, inklużi speċifikazzjonijiet dwar:

(l)

il-listi tas-sustanzi għall-attivitajiet/il-proċessi inklużi fihom;

(m)

l-unitajiet;

(n)

in-nomenklatura għall-flussi elementari.

Dawn jistgħu japplikaw għal stadju wieħed jew aktar tal-katina tal-provvista, għal proċess wieħed jew aktar tagħha jew għal attività waħda jew iktar tagħha, sabiex jiġu żgurati ġbir u rrappurtar standardizzati tad-dejta. Il-PEFCR tista’ tispeċifika rekwiżiti tad-dejta għall-istadji ewlenin li jinsabu iktar ’il fuq fil-katina ta’ attivitajiet jew iktar ’l isfel fiha jew għall-istadji ewlenin minn grada għall-oħra, li jkunu aktar stretti minn dawk iddefiniti f’din il-Gwida dwar il-PEF.

Għall-proċessi/l-attivitajiet tal-ħolqien tal-mudell fil-modulu ewlieni (jiġifieri fl-istadju minn grada għall-oħra), il-PEFCR trid tispeċifika wkoll l-affarijiet li ġejjin:

il-proċessi/l-attivitajiet inklużi;

l-ispeċifikazzjonijiet għall-ġbir tad-dejta għall-proċessi ewlenin, inkluż il-kalkolu tad-dejta medja tal-impjanti;

kwalunkwe dejta speċifika għas-sit li jeħtieġ li tiġi rrappurtata bħala “tagħrif ambjentali addizzjonali”;

ir-rekwiżiti speċifiċi tal-kwalità tad-dejta, pereżempju għall-kejl tad-dejta speċifika dwar l-attività.

Jekk il-PEFCRs ikunu jeżiġu wkoll devjazzjonijiet mil-limitu prestabbilit tas-sistema mill-benniena sal-qabar (pereżempju jekk PEFCR tippreskrivi l-użu tal-limitu mill-benniena sal-grada), dawn iridu jispeċifikaw kif iridu jitqiesu l-bilanċi tal-materjali/tal-enerġija fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet.

5.4.5

L-istadju tal-użu

Meta ma jkun ġie stabbilit l-ebda metodu għall-istabbiliment tal-istadju tal-użu tal-prodotti skont it-tekniki speċifikati f’din il-Gwida, l-approċċ li għandu jittieħed biex jiġi stabbilit l-istadju tal-użu tal-prodotti jrid jiġi stabbilit mill-organizzazzjoni li tkun qed twettaq l-istudju. Madankollu, l-użu tal-prodott fir-realtà jista’ jvarja minn dak irrakkomandat u għandu jintuża jekk dan it-tagħrif ikun disponibbli. Iridu jiġu inklużi l-influwenzi li l-użu tal-prodotti jkollu fuq sistemi oħrajn.

Il-metodi u s-suppożizzjonijiet iridu jiġu ddokumentati. Is-suppożizzjonijiet kollha li huma rilevanti għall-istadju tal-użu jridu jiġu ddokumentati.

Il-PEFCRs iridu jispeċifikaw:

ix-xenarji tal-istadju tal-użu li għandhom jiġu inklużi fl-istudju, jekk ikun hemm;

il-perjodu taż-żmien li għandu jitqies għall-istadju tal-użu.

5.4.6

Il-loġistika

Il-parametri tat-trasport li jridu jitqiesu huma t-tip ta’ trasport, it-tip ta’ vettura u l-konsum tal-fjuwil, ir-rata ta’ tagħbija, l-għadd ta’ vjaġġi lura mingħajr tagħbija, f’każ li dan ikun japplika u jkun rilevanti, id-distanza tat-trasport, l-allokazzjoni għat-trasport tal-oġġetti abbażi ta’ fattur li jillimita t-tagħbija (jiġifieri l-massa għall-prodotti b’densità għolja u l-volum għall-prodotti b’densità baxxa), u l-produzzjoni tal-fjuwil.

L-impatti li ġejjin mit-trasport iridu jingħataw fl-unitajiet prestabbiliti ta’ referenza tagħhom, jiġifieri f’tunnellati-kilometri għat-trasport tal-merkanzija u f’persuni-kilometri għat-trasport tal-passiġġieri. Kwalunkwe devjazzjoni minn dawn l-unitajiet prestabbiliti ta’ referenza trid tiġi rrappurtata u ġġustifikata.

L-impatt ambjentali li ġej mit-trasport irid jiġi kkalkulat billi l-impatt għal kull unità ta’ referenza għal kull tip ta' vettura jiġi mmultiplikat: a) għall-merkanzija: bid-distanza u bit-tagħbija, u b) għall-persuni: bid-distanza u bl-għadd ta’ persuni abbażi tax-xenarji tat-trasport iddefiniti.

Il-PEFCRs iridu jispeċifikaw ix-xenarji tat-trasport, tad-distribuzzjoni u tal-ħżin li għandhom jiġu inklużi fl-istudju, jekk ikun hemm dawn ix-xenarji.

5.4.7

L-istadju ta’ tmiem il-ħajja tal-prodotti

Il-mudelli tal-flussi tal-iskart li ġejjin minn proċessi li huma inklużi fil-limiti tas-sistema jridu jinħolqu fil-livell tal-flussi elementari.

Jekk ikun hemm xenarji ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodott, dawn iridu jiġu ddefiniti fil-PEFCRs. Dawn ix-xenarji jridu jissejsu fuq il-prattiki, it-teknoloġiji u d-dejta attwali (tas-sena tal-analiżi).

5.4.8

L-użu tal-elettriku

Għall-elettriku mill-grilja li jiġi kkunsmat f’livell li jinsab iktar ’il fuq fil-katina ta’ attivitajiet jew fil-limitu ddefinit tal-PEF, trid tintuża d-dejta li tkun speċifika għall-fornitur, jekk din tkun disponibbli. Jekk ma tkunx disponibbli d-dejta li tkun speċifika għall-fornitur, trid tintuża d-dejta dwar it-taħlita tal-enerġija għall-konsum li tkun speċifika għall-pajjiż li fih iseħħu l-istadji taċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott. Għall-elettriku kkunsmat waqt l-istadju tal-użu tal-prodotti, it-taħlita tal-enerġija trid tirrifletti l-proporzjonijiet tal-bejgħ bejn il-pajjiżi jew ir-reġjuni. F’każ li din id-dejta ma tkunx disponibbli, trid tintuża t-taħlita medja tal-enerġija għall-konsum tal-UE, jewinkella t-taħlita l-iktar rappreżentattiva.

Irid jiġi żgurat li l-elettriku mill-grilja li jiġi kkunsmat f’livell li jinsab iktar ’il fuq fil-katina ta’ attivitajiet jew fil-limitu ddefinit tal-PEF, li jkun ġej minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, (u l-impatti assoċjati miegħu), majingħaddux darbtejn. Mar-rapport dwar il-PEF trid tinhemeż dikjarazzjoni min-naħa tal-fornitur li fiha jiggarantixxi li l-elettriku fornut huwa verament iġġenerat minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u li dan mhux qed jinbiegħ lil kwalunkwe organizzazzjoni oħra.

 

5.4.9

L-assorbimenti tal-karbonju bijoġeniku u l-emissjonijiet tiegħu

L-assorbimenti tal-karbonju minn sorsi bijoġeniċi u l-emissjonijiet tiegħu jridu jingħataw b’mod separat fil-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet.

 

5.4.9

It-tibdil dirett u indirett fl-użu tal-art (l-impatt fuq it-tibdil fil-klima)

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-tibdil dirett fl-użu tal-art iridu jiġu allokati lill-prodotti (i) għal għoxrin (20) sena wara li jseħħ dan it-tibdil jew (ii) għal perjodu wieħed tal-ħsad mill-estrazzjoni tal-prodott evalwat (ukoll jekk dan ikun ta’ iktar minn għoxrin (20) sena), u għandu jintgħażel l-itwal perjodu taż-żmien. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara l-Anness VI. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-tibdil indirett fl-użu tal-art ma jridux jitqiesu sakemm il-PEFCRs ma jkunux jeżiġu b’mod espliċitu li dan għandu jsir. F’dak il-każ, it-tibdil indirett fl-użu tal-art irid jiġi rrappurtat b’mod separat bħala “tagħrif ambjentali addizzjonali”, iżda ma jridx jiġi inkluż fil-kalkolu tal-kategorija tal-impatt tal-gassijiet serra.

 

5.4.9

Il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli

Il-krediti assoċjati mal-enerġija rinnovabbli ġġenerata mil-limitu tas-sistema jridu jiġu kkalkulati b’referenza għat-taħlita medja tal-enerġija għall-konsum speċifika għall-pajjiż li għalih tkun qed tiġi pprovduta l-enerġija, ikkoreġuta (jiġifieri billi jitnaqqas l-ammont tal-enerġija rinnovabbli pprovdut minn sorsi li jkunu ’l barra mis-sistema). F’każ li din id-dejta ma tkunx disponibbli, trid tintuża t-taħlita medja kkoreġuta tal-enerġija għall-konsum tal-UE, jewinkella t-taħlita l-iktar rappreżentattiva. Jekk ma tkun disponibbli l-ebda dejta dwar il-kalkolu tat-taħlitiet ikkoreġuti, iridu jintużaw it-taħlitiet medji mhux ikkoreġuti. Wieħed irid jirrapporta bi trasparenza liema taħlitiet tal-enerġija qed jitqiesu għall-kalkolu tal-benefiċċji u jekk dawn it-taħlitiet ġewx ikkoreġuti jew le.

 

5.4.9

Il-ħżin temporanju (tal-karbonju) u l-emissjonijiet posposti

Il-krediti assoċjati mal-ħżin temporanju (tal-karbonju) jew mal-emissjonijiet posposti ma jridux jitqiesu fil-kalkolu tal-kategoriji prestabbiliti tal-impatt tal-EF. Madankollu, dawn jistgħu jiġu inklużi bħala “tagħrif ambjentali addizzjonali”. Barra minn hekk, dawn iridu jiġu inklużi bħala “tagħrif ambjentali addizzjonali” jekk dan ikun speċifikat f’PEFCR li tappoġġahom.

 

5.5

In-nomenklatura

L-użu rilevanti kollu tar-riżorsi u l-emissjonijiet rilevanti kollha assoċjati mal-istadji taċ-ċiklu ta’ ħajja inklużi fil-limiti ddefiniti tas-sistema jridu jiġu ddokumentati billi jintużaw in-nomenklatura u l-karatteristiċi mogħtija fis-Sistema internazzjonali ta’ referenza għad-dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja (bl-Ingliż imsejħa “International Reference Life Cycle Data System”, l-ILCD), kif deskrittfl-Anness IV. Jekk l-ILCD ma tkunx tinkludi n-nomenklatura għal fluss partikulari u l-karatteristiċi tiegħu, min ikollu f’idejh l-istudju jrid joħloq nomenklatura adattata u jrid iżomm rekord tal-karatteristiċi tal-fluss.

 

5.6

Ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta

L-istudji dwar il-PEF maħsubin għall-komunikazzjoni esterna, jiġifieri l-B2B u l-B2C, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta. Fil-każ ta’ studji dwar il-PEF maħsubin għall-applikazzjonijiet interni (li fihom jintqal li dawn twettqu skont din il-Gwida), ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta speċifikati għandhom jiġu ssodisfati (jiġifieri huma rrakkomandati) iżda mhumiex obbligatorji. Kwalunkwe devjazzjoni mir-rekwiżiti trid tiġi ddokumentata. Ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta japplikaw kemm għad-dejta speċifika u kemm għad-dejta ġenerika.

Is-sitt kriterji li ġejjin iridu jiġu adottati għal valutazzjoni semikwantitattiva tal-kwalità tad-dejta fl-istudji dwar il-PEF: ir-rappreżentanza teknoloġika, ir-rappreżentanza ġeografika, ir-rappreżentanza marbuta mal-ħin, il-kompletezza, l-inċertezza tal-parametri u l-adegwatezza u l-konsistenza metodoloġika.

Fl-istadju fakultattiv tal-iskrinjar, id-dejta li tikkontribwixxi għal mill-inqas 90 % tal-impatt stmat għal kull kategorija tal-impatt tal-EF irid ikollha klassifikazzjoni minima tal-kwalità tad-dejta ta’ “aċċettabbli”, kif ivvalutata permezz tal-opinjoni kwalitattiva ta’ espert.

Fil-profil aħħari tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet, għall-proċessi jew l-attivitajiet li jirrappreżentaw mill-inqas 70 % tal-kontribuzzjonijiet għal kull kategorija tal-impatt tal-EF, kemm id-dejta speċifika u kemm id-dejta ġenerika jridu jiksbu tal-inqas livell ġenerali ta’ “kwalità tajba”. Għal dawn il-proċessi trid titwettaq u tiġi nnotifikata valutazzjoni semikwantitattiva tal-kwalità tad-dejta. Mill-inqas żewġ terzi tat-30 % li jibqa’ (jiġifieri minn 20 % sa 30 %) irid jinħolqilhom mudell b’dejta li tkun tal-inqas ta’ kwalità “aċċettabbli”. Id-dejta li l-kwalità tagħha tkun ta’ inqas minn “aċċettabbli” m’għandhiex tirrappreżenta iktar minn 10 % tal-kontribuzzjonijiet għal kull kategorija tal-impatt tal-EF.

Ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta għar-rappreżentanza teknoloġika, ġeografika u marbuta mal-ħin iridu jkunu suġġetti għal reviżjoni bħala parti mill-istudju dwar il-PEF. Ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta marbutin mal-kompletezza, mal-adegwatezza u l-konsistenza metodoloġika u mal-inċertezza tal-parametri għandhom jitħarsu billi tintuża dejta ġenerika li tkun ġejja biss minn sorsi tad-dejta li jkunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija f’din il-Gwida dwar il-PEF.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kriterju tal-kwalità tad-dejta tal-“adegwatezza u l-konsistenza metodoloġika”, sa tmiem l-2015 iridu japplikaw ir-rekwiżiti ddefiniti fit-Tabella 6. Mill-2016 ’il quddiem, il-metodoloġija mogħtija għall-PEF tkun trid titħares għal kollox.

Il-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta ġenerika trid titwettaq fil-livell tal-flussi tal-input (pereżempju l-karti mixtrija użati fi stamperija), filwaqt li l-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta speċifika trid titwettaq fil-livell ta’ proċess individwali jew ta’ proċess aggregat, jew fil-livell ta’ flussi tal-input individwali.

Il-PEFCRs iridu jipprovdu iktar gwida dwar is-sistema tal-għoti tal-punti għall-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta għall-kategorija tal-prodotti meqjusa f’dak li għandu x’jaqsam mar-rappreżentanza teknoloġika, ġeografika u marbuta mal-ħin. Pereżempju, huma jridu jispeċifikaw liema punt tal-kwalità tad-dejta marbut mar-rappreżentanza marbuta mal-ħin għandu jiġi assenjat lil sett tad-dejta li jirrappreżenta ’l sena partikulari.

Il-PEFCRs jistgħu jispeċifikaw kriterji addizzjonali għall-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta (meta mqabbel mal-kriterji prestabbiliti).

Il-PEFCRs jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta iktar stretti, jekk dan ikun xieraq għall-kategorija tal-prodotti meqjusa. Dawn jistgħu jinkludu:

l-attivitajiet/il-proċessi minn grada għall-oħra;

l-istadji li jinsabu iktar ’il fuq fil-katina ta’ attivitajiet jew iktar ’l isfel fiha;

l-attivitajiet ewlenin tal-katina tal-provvista għall-kategorija tal-prodotti;

il-kategoriji ewlenin tal-impatt tal-EF għall-kategorija tal-prodotti.

5.7

Il-ġbir tad-dejta speċifika

Id-dejta speċifika trid tinkiseb għall-proċessi ewlenin kollha u għall-proċessi tal-isfond, fejn dan ikun xieraq. Madankollu, jekk id-dejta ġenerika tkun iktar rappreżentattiva mid-dejta speċifika jew iktar xierqa minnha għall-proċessi ewlenin (dan għandu jiġi rrappurtat u ġġustifikat), id-dejta ġenerika trid tintuża wkoll għall-proċessi ewlenin. Wieħed għandu jinnota li l-fatturi tal-emissjoni jistgħu jiġu dderivati minn dejta ġenerika li tkun suġġetta għar-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta.

Il-PEFCRs iridu:

1.

jispeċifikaw għal liema proċessi trid tinġabar id-dejta speċifika;

2.

jispeċifikaw ir-rekwiżiti għall-ġbir tad-dejta speċifika;

3.

jiddefinixxu r-rekwiżiti għall-ġbir tad-dejta għall-aspetti li ġejjin għal kull sit:

l-istadju(/l-istadji) fil-mira u l-kopertura tal-ġbir tad-dejta;

il-post għall-ġbir tad-dejta (fil-livell nazzjonali jew internazzjonali, f’fabbriki rappreżentattivi, eċċ.);

il-perjodu taż-żmien tal-ġbir tad-dejta (is-sena, l-istaġun, ix-xahar, eċċ.);

f’każ li l-post għall-ġbir tad-dejta jew il-perjodu taż-żmien tal-ġbir tad-dejta jrid ikun limitat għal żona jew żmien partikulari, joffru ġustifikazzjoni għal dan u juru li d-dejta miġbura se sservi bħala kampjun suffiċjenti.

5.8

Il-ġbir tad-dejta ġenerika

Meta tkun disponibbli, trid tintuża dejta ġenerika li tkun speċifika għas-settur minflok dejta ġenerika li tkun tgħodd għal diversi setturi.

Id-dejta ġenerika kollha trid tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta speċifikati f’dan id-dokument.

Is-sorsi tad-dejta użati jridu jiġu ddokumentati b’mod ċar u jiġu indikati fir-rapport dwar il-PEF.

Id-dejta ġenerika (dejjem jekk din tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta speċifikati f’din il-Gwida dwar il-PEF) għandha tinkiseb mis-sorsi tad-dejta li ġejjin, meta dawn ikunu disponibbli:

dejta żviluppata skont ir-rekwiżiti tal-PEFCRs rilevanti;

dejta żviluppata skont ir-rekwiżiti tal-istudji dwar il-PEF;

in-netwerk tad-dejta tas-Sistema internazzjonali ta’ referenza għad-dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja (bl-Ingliż imsejħa “International Reference Life Cycle Data System”, l-ILCD) (filwaqt li tingħata preferenza għas-settijiet tad-dejta li jkunu konformi għal kollox man-netwerk tad-dejta tal-ILCD meta mqabbel ma’ dawk li jkunu biss konformi fil-livell tad-dħul);

il-bażi tad-dejta ELCD.

Il-PEFCR trid tispeċifika:

f’liema każijiet l-użu tad-dejta ġenerika huwa permess bħala approssimazzjoni għal sustanza li għaliha m’hemmx dejta speċifika disponibbli;

il-livell ta’ xebh meħtieġ bejn is-sustanza reali u s-sustanza ġenerika;

il-kombinament ta’ iktar minn sett ta’ dejta ġeneriku wieħed, jekk ikun hemm bżonn.

5.9

It-trattament tan-nuqqasijiet fid-dejta

Kwalunkwe nuqqas fid-dejta jrid jimtela bl-użu tal-aqwa dejta ġenerika jew estrapolata disponibbli. Il-kontribuzzjoni tat-tali dejta (inklużi n-nuqqasijiet fid-dejta ġenerika) ma tridx tirrappreżenta iktar minn 10 % tal-kontribuzzjoni totali għal kull kategorija tal-impatt tal-EF meqjusa. Dan huwa rifless fir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta, li jispeċifikaw li 10 % tad-dejta tista’ tingħażel mill-aqwa dejta disponibbli (mingħajr aktar rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta).

Il-PEFCR trid tispeċifika n-nuqqasijiet potenzjali fid-dejta u tipprovdi gwida ddettaljata dwar kif wieħed jista’ jimla dawn in-nuqqasijiet.

5.10

It-trattament tal-multifunzjonalità

Il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet li ġejja marbuta mal-multifunzjonalità tal-PEF trid tintuża biex jiġu solvuti l-problemi kollha marbutin mal-multifunzjonalità: (1) is-suddiviżjoni jew l-espansjoni tas-sistema; (2) l-allokazzjoni abbażi ta’ rabta fiżika sottostanti rilevanti (inkluża s-sostituzzjoni diretta jew xi rabta fiżika sottostanti rilevanti); (3) l-allokazzjoni abbażi ta’ xi rabta oħra (inkluża s-sostituzzjoni indiretta jew xi rabta sottostanti rilevanti oħra).

L-għażliet kollha li jsiru f’dan il-kuntest iridu jiġu rrappurtati u ġġustifikati f’dak li għandu x’jaqsam mal-għan ġenerali li jiġu żgurati riżultati rappreżentattivi mil-lat fiżiku li jkunu rilevanti għall-ambjent. Għall-multifunzjonalità tal-prodotti fil-każ tar-riċiklaġġ jew tal-irkupru tal-enerġija, trid tiġi applikata l-ekwazzjoni deskritta fl-Anness V. Il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq tapplika wkoll għall-multifunzjonalità fi tmiem il-ħajja ta’ prodott.

Il-PEFCR trid tkompli tispeċifika soluzzjonijiet tal-multifunzjonalità li għandhom japplikaw fil-limiti ddefiniti tas-sistema u, fejn ikun xieraq, għall-istadji li jinsabu iktar ’il fuq fil-katina ta’ attivitajiet u iktar ’l isfel fiha. Jekk ikun fattibbli jew xieraq, il-PEFCR tista’ tagħti wkoll fatturi speċifiċi li għandhom jintużaw fil-każ tas-soluzzjonijiet tal-allokazzjoni. It-tali soluzzjonijiet tal-multifunzjonalità kollha speċifikati fil-PEFCR iridu jiġu ġġustifikati b’mod ċar, b’referenza għall-ġerarkija tas-soluzzjonijiet tal-multifunzjonalità tal-PEF.

F’każ li ssir suddiviżjoni, il-PEFCR trid tispeċifika liema proċessi għandhom jiġu suddiviżi u l-prinċipji li t-tali suddiviżjoni għandha tħares.

F’każ li ssir allokazzjoni abbazi ta’ rabta fiżika, il-PEFCR trid tispeċifika r-rabtiet fiżiċi sottostanti rilevanti li għandhom jitqiesu, u trid tistabbilixxi l-fatturi tal-allokazzjoni rilevanti.

F’każ li ssir allokazzjoni abbazi ta’ xi rabta oħra, il-PEFCR trid tispeċifika din ir-rabta u trid tistabbilixxi l-fatturi tal-allokazzjoni rilevanti. Pereżempju, fil-każ tal-allokazzjoni ekonomika, il-PEFCR trid tispeċifika r-regoli biex jiġu stabbiliti l-valuri ekonomiċi tal-koprodotti.

Għall-multifunzjonalità fi tmiem il-ħajja ta’ prodott, il-PEFCR trid tispeċifika kif il-partijiet differenti għandhom jiġu kkalkulati fil-formola obbligatorja pprovduta.

6.1

Il-valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali

Il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF trid tinkludi klassifika u karatterizzazzjoni tal-flussi tal-impronta ambjentali tal-prodotti.

 

6.1.1

Klassifika

L-inputs/l-outputs kollha mniżżlin waqt il-kumpilazzjoni tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet iridu jiġu assenjati lill-kategoriji tal-impatt tal-EF li għalihom jikkontribwixxu (“il-klassifika”) billi tintuża d-dejta dwar il-klassifika mogħtija fis-sit tal-internet li ġej: http://lct.jrc.ec.europa.eu/assessment/projects.

Bħala parti mill-klassifika tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet, id-dejta għandha tingħata f’termini tas-sustanzi li minnhom hija magħmula li għalihom jeżistu fatturi tal-karatterizzazzjoni.

 

6.1.2

Karatterizzazzjoni

L-inputs/l-outputs ikklassifikati kollha f’kull kategorija tal-impatt tal-EF iridu jiġu assenjati fatturi ta’ karatterizzazzjoni li jirrappreżentaw il-kontribuzzjoni ta’ kull unità tal-input/tal-output għall-kategorija, billi jintużaw il-fatturi ta’ karatterizzazzjoni speċifikati, li wieħed jista’ jsibhom fis-sit tal-internet li ġej: http://lct.jrc.ec.europa.eu/assessment/projects.

Imbagħad, ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF iridu jiġu kkalkulati għal kull kategorija tal-impatt tal-EF billi l-ammont ta’ kull input/output jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ karatterizzazzjoni tiegħu u billi l-kontribuzzjonijiet tal-inputs/tal-outputs kollha f’kull kategorija jingħaddu flimkien sabiex jinkiseb ammont wieħed mogħti f’termini ta’ unità xierqa ta’ referenza.

Jekk għal ċerti flussi tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet (pereżempju għal grupp ta’ sustanzi kimiċi), ma jkunux disponibbli l-fatturi ta’ karatterizzazzjoni (CFs) mill-metodu prestabbilit, allura jistgħu jintużaw approċċi oħrajn biex dawn il-flussi jiġu kkaratterizzati. F’ċirkustanzi bħal dawn, dan irid jiġi rrappurtat fit-taqsima msejħa “tagħrif ambjentali addizzjonali”. Il-mudelli ta’ karatterizzazzjoni jridu jkunu validi mil-lat xjentifiku u tekniku, u jridu jissejsu fuq mekkaniżmi ambjentali distinti u li jistgħu jiġu identifikati jew fuq osservazzjonijiet empiriċi riproduċibbli.

 

6.2.1

In-normalizzazzjoni (jekk tintuża)

L-istadju tan-normalizzazzjoni mhux wieħed obbligatorju, iżda huwa rrakkomandat għall-istudji dwar il-PEF. Jekk ikun hemm in-normalizzazzjoni, il-metodi u r-riżultati jridu jiġu rrappurtati fit-taqsima msejħa “tagħrif ambjentali addizzjonali” u l-metodi u s-suppożizzjonijiet kollha jridu jiġu ddokumentati.

Ir-riżultati normalizzati ma jridux jiġu aggregati, minħabba li dan il-proċess b’mod impliċitu juża l-ponderazzjoni. Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF qabel ma ġew innormalizzati jridu jiġu rrappurtati flimkien mar-riżultati normalizzati.

 

6.2.2

Il-ponderazzjoni (jekk tintuża)

L-istadju tal-ponderazzjoni mhux wieħed obbligatorju, iżda huwa stadju fakultattiv għall-istudji dwar il-PEF. Jekk ikun hemm il-ponderazzjoni, il-metodi u r-riżultati jridu jiġu rrappurtati fit-taqsima msejħa “tagħrif ambjentali addizzjonali”. Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF qabel ma ġew ipponderati jridu jiġu rrappurtati flimkien mar-riżultati pponderati.

L-użu tal-istadji tan-normalizzazzjoni u tal-ponderazzjoni fl-istudji dwar il-PEF irid ikun konsistenti mal-għanijiet u l-ambitu ddefiniti tal-istudju, inklużi l-applikazzjonijiet previsti.

 

7.1

L-interpretazzjoni tar-riżultati

L-istadju tal-interpretazzjoni jrid jinkludi dawn il-passi li ġejjin: “valutazzjoni ta’ kemm hu b’saħħtu l-mudell tal-PEF”; “l-identifikazzjoni tal-hotspots”; “l-istima tal-inċertezza”; u “l-konklużjonijiet, il-limitazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet”.

 

7.2

Kemm hu b’saħħtu l-mudell

Il-valutazzjoni ta’ kemm hu b’saħħtu l-mudell tal-PEF trid tinkludi valutazzjoni ta’ kemm l-għażliet metodoloġiċi jinfluwenzaw ir-riżultati. Dawn l-għażliet iridu jikkorrispondu mar-rekwiżiti speċifikati f’din il-Gwida dwar il-PEF u jridu jkunu adattati għall-kuntest. L-għodod li għandhom jintużaw biex jiġi vvalutat kemm hu b’saħħtu l-mudell tal-PEF huma l-verifiki tal-kompletezza, il-verifiki tas-sensittività u l-verifiki tal-konsistenza.

 

7.3

L-identifikazzjoni tal-hotspots

Ir-riżultati tal-PEF iridu jiġu evalwati sabiex jiġi vvalutat l-effett tal-hotspots jew tal-punti ta’ dgħjufija tal-katina tal-provvista fil-livell tal-istadji tal-inputs/tal-outputs, tal-istadji tal-proċessi u tal-istadji tal-katina tal-provvista u sabiex jiġi vvalutat it-titjib potenzjali.

Il-PEFCR trid tidentifika l-kategoriji tal-impatt tal-EF li huma l-iktar rilevanti għas-settur. Sabiex issir it-tali prijoritizzazzjoni, jistgħu jintużaw in-normalizzazzjoni u l-ponderazzjoni.

7.4

L-istima tal-inċertezza

Trid tiġi pprovduta tal-inqas deskrizzjoni kwalitattiva tal-inċertezzi tar-riżultati aħħarin tal-PEF kemm għall-inċertezzi marbutin mal-għażliet u kemm għall-inċertezzi tad-dejta tal-inventarju, li tagħti apprezzament ġenerali tal-inċertezzi tar-riżultati tal-istudju dwar il-PEF.

Il-PEFCR trid tiddeskrivi l-inċertezzi li jgħoddu għall-kategorija kollha tal-prodotti u għandha tidentifika l-firxa li fiha r-riżultati jistgħu jitqiesu bħala riżultati li mhumiex differenti b’mod sinifikanti fil-każ tal-paraguni jew tad-dikjarazzjonijiet komparattivi.

7.5

Il-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-limitazzjonijiet

Il-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-limitazzjonijiet iridu jiġu deskritti skont l-għanijiet u l-ambitu ddefiniti tal-istudju dwar il-PEF. L-istudji dwar il-PEF maħsubin biex jappoġġaw dikjarazzjonijiet komparattivi li jkunu se jiġu żvelati lill-pubbliku (jiġifieri dikjarazzjonijiet dwar is-superjorità jew l-ekwivalenza ambjentali ta’ prodott meta mqabbel ma’ prodotti oħrajn), iridu jissejsu kemm fuq din il-Gwida dwar il-PEF u kemm fuq il-PEFCRs relatati.

Il-konklużjonijiet li joħorġu mill-istudju dwar il-PEF għandhom jinkludu sommarju tal-“hotspots” tal-katina tal-provvista identifikati u tat-titjib potenzjali marbut mal-interventi tal-immaniġġjar.

 

8.2

Ir-rappurtar

Kwalunkwe studju dwar il-PEF li jkun maħsub għall-komunikazzjoni esterna jrid jinkludi rapport dwar l-istudju dwar il-PEF, li jrid jipprovdi bażi soda biex tiġi vvalutata u segwita l-prestazzjoni ambjentali tal-prodott tul iż-żmien u biex din il-prestazzjoni tipprova tittejjeb tul iż-żmien. Ir-rapport dwar l-istudju dwar il-PEF irid ikun fih tal-inqas sommarju, rapport prinċipali u anness. Dawn irid ikun fihom l-elementi kollha speċifikati f’dan il-kapitolu. Jista’ jiġi inkluż fihom ukoll kwalunkwe tagħrif addizzjonali li jappoġġa l-istudju, pereżempju rapport kunfidenzjali.

Il-PEFCRs iridu jispeċifikaw u jiġġustifikaw kwalunkwe devjazzjoni mir-rekwiżiti prestabbiliti tar-rappurtar ippreżentati fil-Kapitolu 8, u jridu jispeċifikaw u jiġġustifikaw ukoll kwalunkwe rekwiżit addizzjonali tar-rappurtar u/jew jiddivrenzjaw ir-rekwiżiti tar-rappurtar, pereżempju, skont it-tip ta’ applikazzjoni tal-istudju dwar il-PEF u t-tip ta’ prodott li jkun qed jiġi vvalutat. Il-PEFCRs iridu jispeċifikaw jekk ir-riżultati tal-PEF iridux jiġu rrappurtati b’mod separat għal kull wieħed mill-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja magħżulin.

9.1

L-analiżi

Kwalunkwe studju dwar il-PEF maħsub għall-komunikazzjoni interna li fih jintqal li dan ikun twettaq skont din il-Gwida dwar il-PEF u kwalunkwe studju dwar il-PEF maħsub għall-komunikazzjoni esterna (pereżempju l-B2B u l-B2C) trid issirilhom analiżi kritika sabiex ikun żgurat:

li l-metodi użati biex jitwettaq l-istudju dwar il-PEF ikunu konsistenti ma’ din il-Gwida dwar il-PEF;

li l-metodi użati biex jitwettaq l-istudju dwar il-PEF ikunu validi mil-lat xjentifiku u tekniku;

li d-dejta użata tkun adattata u raġonevoli u tkun tħares ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta ddefiniti;

li l-interpretazzjoni tar-riżultati tkun tirrifletti l-limitazzjonijiet identifikati;

li r-rapport dwar l-istudju jkun trasparenti, eżatt u konsistenti.

 

9.2

Tip ta’ analiżi

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-istrumenti rilevanti tal-politika, kwalunkwe studju dwar il-PEF li jkun maħsub għall-komunikazzjoni esterna (pereżempju l-B2B u l-B2C) trid issirlu analiżi kritika minn tal-inqas reviżur estern indipendenti u kkwalifikat wieħed (jew minn timta’ reviżuri). Studju dwar il-PEF li jkun maħsub biex jappoġġa dikjarazzjoni komparattiva li tkun se tiġi żvelata lill-pubbliku jrid jissejjes fuq il-PEFCRs rilevanti u trid issirlu analiżi kritika minn bord indipendenti magħmul minn tliet reviżuri esterni kkwalifikati. Kwalunkwe studju dwar il-PEF maħsub għall-komunikazzjoni interna li fih jintqal li dan ikun twettaq skont din il-Gwida dwar il-PEF trid issirlu analiżi kritika minn tal-inqas reviżur estern indipendenti u kkwalifikat wieħed (jew minn tim ta’ reviżuri).

Il-PEFCR trid tispeċifika r-rekwiżiti tal-analiżi li japplikaw għall-istudji dwar il-PEF maħsubin biex jintużaw għal dikjarazzjonijiet komparattivi li jkunu se jiġu żvelati lill-pubbliku (pereżempju jekk analiżi minn tal-inqas tliet reviżuri esterni kkwalifikati indipendenti hijiex biżżejjed).

9.3

Kwalifiki tar-reviżuri

Trid titwettaq analiżi kritika tal-istudju dwar il-PEF skont ir-rekwiżiti tal-applikazzjoni prevista. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-punti minimi meħtieġa biex wieħed jikkwalifika bħala reviżur jew bħala tim ta’ reviżuri huwa ta’ sitt punti, fosthom mill-inqas marka waħda għal kull wieħed mit-tliet kriterji obbligatorji (jiġifieri l-prattika fil-verifika u fl-awditjar, il-metodoloġija u l-prattika tal-LCA u l-għarfien dwar it-teknoloġiji jew l-attivitajiet l-oħrajn li huma rilevanti għall-istudju dwar il-PEF). L-individwi jridu jiksbu l-punti għal kull kriterju, filwaqt li fil-livell tat-timijiet il-punti jistgħu jingħaddu għal diversi kriterji f’daqqa. Ir-reviżuri jew it-timijiet ta’ reviżuri jridu jagħmlu dikjarazzjoni huma stess dwar il-kwalifiki tagħhom u jridu jgħidu kemm kisbu punti għal kull kriterju u kemm ġabu punti f’daqqa. Din id-dikjarazzjoni li jagħmlu huma stess trid tifforma parti mir-rapport dwar il-PEF.

 

(GĦALL-FINIJIET TAT-TAGĦRIF)

Anness II:

Il-pjan għall-immaniġġjar tad-dejta (adattat mill-Inizjattiva tal-Protokoll dwar il-gassijiet serra  (112))

F’każ li jiġi żviluppat pjan għall-immaniġġjar tad-dejta, għandhom jitwettqu l-istadji li ġejjin u dawn għandhom jiġu ddokumentati:

l-istabbiliment ta’ persuna jew tim li jkun responsabbli għall-kwalità tal-kontabbiltà tal-prodotti . Din il-persuna jew dan it-tim għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni u ż-żamma tal-pjan għall-immaniġġjar tad-dejta, u għandu jtejjeb b’mod kontinwu l-kwalità tal-inventarji tal-prodotti u jikkoordina l-iskambji interni tad-dejta u kwalunkwe interazzjoni esterna (bħall-interazzjonijiet ma’ programmi rilevanti għall-kontabbiltà tal-prodotti u mar-reviżuri);

l-iżvilupp ta’ pjan għall-immaniġġjar tad-dejta u ta’ lista ta’ kontroll . Il-pjan għall-immaniġġjar tad-dejta għandu jibda jiġi żviluppat qabel ma tinġabar kwalunkwe dejta sabiex ikun żgurat li t-tagħrif rilevanti kollu dwar l-inventarju jkun iddokumentat waqt li jseħħ dan il-ġbir. Il-pjan għandu jiżviluppa maż-żmien hekk kif il-ġbir tad-dejta u l-proċessi jiġu rfinati. Fil-pjan iridu jiġu ddefiniti l-kriterji tal-kwalità u kwalunkwe sistema ta’ evalwazzjoni jew ta’ punti. Il-lista ta’ kontroll tal-pjan għall-immaniġġjar tad-dejta tispeċifika liema elementi għandhom jiġu inklużi fi pjan għall-immaniġġjar tad-dejta u tista’ tintuża bħala gwida biex jinħoloq pjan jew biex jinġabru flimkien id-dokumenti eżistenti biex jiġi stabbilit il-pjan;

it-twettiq ta’ verifiki tal-kwalità tad-dejta. Il-verifiki għandhom jitwettqu għall-aspetti kollha tal-proċess tal-inventarju u għandhom jiffukaw fuq il-kwalità tad-dejta, it-trattament tad-dejta, id-dokumentazzjoni u l-proċeduri ta’ kalkolu. Il-kriterji tal-kwalità u s-sistemi ta’ punti ddefiniti jiffurmaw il-bażi tal-verifiki tal-kwalità tad-dejta;

l-analiżi tal-inventarju tal-organizzazzjoni u tar-rapporti. Reviżuri esterni indipendenti magħżulin għandhom iwettqu analiżi tal-istudju – idealment mill-bidu nett;

l-istabbiliment ta’ ċirkwiti formali għall-feedback sabiex jitjiebu l-proċessi tal-ġbir, tat-trattament u tad-dokumentazzjoni tad-dejta. Iċ-ċirkwiti għall-feedback huma meħtieġa sabiex biż-żmien tittejjeb il-kwalità tal-inventarju tal-organizzazzjoni u sabiex jiġu kkoreġuti l-iżbalji jew l-inkonsistenzi li jkunu ġew identifikati waqt il-proċess tal-analiżi;

l-istabbiliment ta’ proċeduri għar-rappurtar, għad-dokumentazzjoni u għall-arkivjar. L-istabbiliment ta’ proċessi għaż-żamma tar-rekords għal liema dejta għandha tinħażen u kif dan għandu jsir, ta’ liema tagħrif għandu jiġi rrappurtat bħala parti mir-rapporti interni u esterni dwar l-inventarju u ta’ x’għandu jiġi ddokumentat b’appoġġ għall-metodoloġiji tal-ġbir tad-dejta u tal-kalkolu. Dan il-proċess jista’ jinvolvi wkoll l-adattament ta’ sistemi ta’ bażijiet tad-dejta rilevanti għaż-żamma tar-rekords jew l-iżvilupp tagħhom.

Il-pjan għall-immaniġġjar tad-dejta x’aktarx li jkun dokument li jevolvi li jiġi aġġornat hekk kif jinbidlu s-sorsi tad-dejta, jiġu rfinati l-proċeduri għat-trattament tad-dejta, jitjiebu l-metodoloġiji tal-kalkolu u jinbidlu r-responsabbiltajiet tal-inventarju tal-organizzazzjoni fi ħdan l-organizzazzjoni jew l-għanijiet tan-negozju ta’ dak l-inventarju.

(GĦALL-FINIJIET TAT-TAGĦRIF)

Anness III:

Lista ta’ kontroll għall-ġbir tad-dejta

L-użu ta’ mudell għall-ġbir tad-dejta huwa utli biex jiġu organizzati l-attivitajiet tal-ġbir tad-dejta u r-riżultati ta’ dan il-ġbir huwa u jiġi kkumpilat il-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet. Il-lista ta’ kontroll li ġejja, li mhijiex eżawrjenti, tista’ tintuża bħala punt tat-tluq għall-ġbir tad-dejta u għall-organizzazzjoni ta’ mudell għall-ġbir tad-dejta.

L-elementi ewlenin għall-ġbir tad-dejta jinkludu:

introduzzjoni għall-istudju dwar il-PEF, inkluża ħarsa ġenerali lejn l-għanijiet tal-ġbir tad-dejta u lejn il-mudell jew il-kwestjonarju użat;

tagħrif dwar l-entità (jew l-entitajiet) jew il-persuna (jew il-persuni) responsabbli għall-proċeduri tal-kejl u tal-ġbir tad-dejta;

deskrizzjoni tas-sit minn fejn għandha tinġabar id-dejta (pereżempju l-kapaċità normali u massima tat-tħaddim, l-output tal-produzzjoni fis-sena, il-post fejn jinsab is-sit, l-għadd ta’ impjegati, eċċ.);

is-sorsi tad-dejta u l-klassifikazzjoni tal-kwalità tad-dejta;

id-data/is-sena tal-ġbir tad-dejta;

deskrizzjoni tal-prodott (u tal-unità tal-analiżi);

deskrizzjoni tas-sistema tal-prodotti u l-limitu tas-sistema;

dijagramma tal-istadju u tal-proċessi individwali;

l-inputs u l-outputs għal kull fluss ta’ referenza għal kull unità.

Eżempju: mudell issimplifikat għall-ġbir tad-dejta

Ħarsa ġenerali teknika

Dijagramma b’deskrizzjoni ġenerali tal-proċessi tal-istadju tal-produzzjoni ta’ kumpanija li tipproduċi t-T-shirts

Image

Lista ta’ proċessi li jinsabu fi ħdan il-limitu tas-sistema: il-produzzjoni tal-fibra, l-għażil, il-brim, l-għoti ta’ nisġa partikulari, l-insiġ, it-trattament minn qabel, iż-żbigħ, l-istampar, il-kisi, it-tirqim.

Il-ġbir tad-dejta tal-proċessi tal-unità u tad-dejta tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet

Isem il-proċess: il-proċess tat-tirqim

Dijagramma tal-proċess: it-tirqim jirreferi għall-proċessi mwettqin fuq il-ħjut jew fuq id-drapp wara l-insiġ jew il-ħdim tas-suf sabiex jittejbu d-dehra u l-prestazzjoni tal-prodott lest tat-tessuti.

Figura

Dijagramma tal-proċess – il-proċess tat-tirqim

Image

Inputs

Kodiċi

Isem

Ammont

Unità

 

 

 

 

 

 

 

 

Outputs (għal kull fluss ta’ referenza)

Kodiċi

Isem

Ammont

Unità

 

 

 

 

 

 

 

 


It-Tabella 10

Eżempju tal-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet  (113)

Parametru

Unità/kg

Ammont

Il-konsum tal-enerġija (mhux elementari)

MJ

115,5

L-elettriku (elementari)

MJ

34,6

Il-fjuwil fossili (elementari)

MJ

76

Oħrajn (mhux elementari)

MJ

4,9

Riżorsi li mhumiex rinnovabbli (mhux elementari)

kg

2,7

Il-gass naturali (elementari)

kg

0,59

Il-gass naturali, materja prima (elementari)

kg

0,16

Iż-żejt mhux raffinat (elementari)

kg

0,57

Iż-żejt mhux raffinat, materja prima (elementari)

kg

0,48

Il-faħam (elementari)

kg

0,66

Il-faħam, materja prima (elementari)

kg

0,21

L-LPG (elementari)

kg

0,02

L-enerġija idro (MJel) (elementari)

MJ

5,2

L-ilma (elementari)

kg

12 400

L-emissjonijiet fl-arja (flussi elementari)

CO2

g

5,132

CH4

g

8,2

SO2

g

3,9

Nox

g

26,8

CH

g

25,8

CO

g

28

L-emissjonijiet fl-ilma (flussi elementari)

DKO Mn

g

13,3

DBO

g

5,7

P totali

g

0,052

N totali

g

0,002

Anness IV

L-identifikazzjoni tan-nomenklatura u tal-karatteristiċi adattati għal flussi speċifiċi

Il-pubbliku ewlieni fil-mira ta’ dan l-Anness huwa magħmul minn nies tas-sengħa u reviżuri b’esperjenza fil-qasam tal-impronta ambjentali.

Dan l-Anness jissejjes fuq id-dokument tal-Istitut għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Komunitajiet Ewropej maħruġ fl-2010 msejjaħ “International Reference Life Cycle Data System (ILCD) Handbook – Nomenclature and other conventions” (“Il-Manwal tas-Sistema internazzjonali ta’ referenza għad-dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja (l-ILCD) — In-nomenklatura u konvenzjonijiet oħrajn”). Jekk ikun hemm bżonn ta’ iktar tagħrif u iktar sfond dwar in-nomenklatura u l-konvenzjonijiet tat-tismija, jekk jogħġbok irreferi għad-dokument imsemmi hawn fuq, li jinsab fuq l-internet fl-indirizz tal-internet li ġej: http://lct.jrc.ec.europa.eu/.

Gruppi differenti ta’ spiss jużaw nomenklatura u konvenzjonijiet oħrajn li jvarjaw b’mod konsiderevoli. Minħabba f’hekk, il-profili tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet (għan-nies tas-sengħa fil-qasam tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja: is-settijiet tad-dejta tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja (LCI)) mhumiex kompatibbli fuq livelli differenti. Dan jillimita bil-kbir l-użu kkombinat ta’ settijiet tad-dejta tal-profili tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet minn sorsi differenti u l-iskambju elettroniku effiċjenti tad-dejta fost in-nies tas-sengħa. Din is-sitwazzjoni hija ta’ xkiel ukoll għal fehim ċar, effiċjenti u mingħajr ambigwità tar-rapporti dwar l-istudji dwar l-EF u dwar il-LCA u għal analiżi effiċjenti tagħhom.

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jiġu appoġġati l-ġbir, id-dokumentazzjoni u l-użu tad-dejta għall-profili tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet u għal-LCIs fl-istudji dwar l-EF u dwar il-LCA billi jingħataw nomenklatura komuni u dispożizzjonijiet dwar temi relatati magħha. Id-dokument iservi ta’ bażi wkoll għal lista komuni tal-flussi elementari ta’ referenza li għandha tintuża kemm fl-attivitajiet marbutin mal-EF u kemm f’dawk marbutin mal-LCA.

Dan jappoġġa skambju effiċjenti tad-dejta, tal-EF u tal-LCA fost l-għodda u l-bażijiet tad-dejta differenti.

L-għan hu li tingħata gwida għall-ġbir, it-tismija u d-dokumentazzjoni tad-dejta b’tali mod li d-dejta:

tkun sinifikanti, preċiża u utli għal valutazzjonijiet oħrajn tal-impatt tal-EF u għal interpretazzjonijiet u rapporti oħrajn dwarha;

tkun tista’ tinġabar u tingħata b’mod li jkun kosteffiċjenti;

tkun komprensiva u ma tikkoinċidix ma’ dejta oħra;

tkun tista’ tiġi skambjata b’mod effiċjenti fost in-nies tas-sengħa li jkunu jużaw bażijiet tad-dejta u sistemi tas-softwer differenti, u b’hekk tnaqqas il-possibbiltà li jsiru l-iżbalji.

Din in-nomenklatura u dawn il-konvenzjonijiet l-oħrajn jiffukaw fuq il-flussi elementari, fuq il-karatteristiċi tal-flussi u fuq l-unitajiet relatati magħhom, u jagħtu suġġerimenti għat-tismija tas-settijiet tad-dejta tal-proċessi u tal-flussi tal-prodotti u tal-iskart sabiex is-sistemi tal-bażijiet tad-dejta differenti jkunu iktar kompatibbli bejniethom. Qed jingħataw ukoll rakkomandazzjonijiet u rekwiżiti bażiċi dwar il-klassifika tas-settijiet tad-dejta marbutin mas-sorsi u mal-kuntatti. It-Tabella 11 tagħti lista tar-regoli mogħtija fil-Manwal tal-ILCD li jeħtieġ li jiġu segwiti fl-istudji dwar il-PEF. It-Tabella 12: tispeċifika l-kategorija tar-regoli u l-kapitoli rilevanti tal-Manwal tal-ILCD.

It-Tabella 11

Ir-regoli meħtieġa għal kull tip ta’ fluss

Elementi

Regoli meħtieġa tan-nomenklatura mogħtija fl-ILCD

(ara t-Tabella 14)

Il-materja prima, input

2, 4, 5

L-emissjonijiet, output

2, 4, 9

Il-fluss tal-prodotti

10, 11, 13, 14, 15, 16, 17


It-Tabella 12

Ir-regoli tan-nomenklatura

Numru tar-regola

Kategorija tar-regola

Taqsima fil-Manwal tal-ILCD - in-nomenklatura u konvenzjonijiet ohrajn

2

“Elementary flow categories” by issuing / receiving environmental compartment (“Il-kategoriji tal-flussi elementari” skont il-kompartiment ambjentali li minnu jkunu qed joħorġu l-flussi jew li jkunu deħlin fih”)

It-Taqsima 2.1.1

4

Further differentiation of issuing/receiving environmental compartments (“Iktar divrenzjar tal-kompartimenti ambjentali li minnhom ikunu qed joħorġu l-flussi jew li jkunu deħlin fihom”)

It-Taqsima 2.1.2

5

Additional, non-identifying classification of "Resources from ground" elementary flows (“Klassifikazzjoni addizzjonali mhix deskrittiva tal-flussi elementari msejħin “riżorsi mill-art””)

It-Taqsima 2.1.3.1

9

Recommended for both technical and non-technical target audience: additional, non-identifying classification of emissions (“Irrakkomandata kemm għall-pubbliku fil-mira tekniku u kemm għal dak mhux tekniku: klassifikazzjoni addizzjonali mhix deskrittiva tal-emissjonijiet”)

It-Taqsima 2.1.3.2

10

Top-level classification of Product flows, Waste flows, and Processes (“Klassifikazzjoni fil-livell superjuri tal-flussi tal-prodotti, tal-flussi tal-iskart u tal-proċessi”)

It-Taqsima 2.2

11

Second-level classifications of Product flows, Waste flows, and Processes (for preceding top-level classification) (“Klassifikazzjonijiet fit-tieni livell tal-flussi tal-prodotti, tal-flussi tal-iskart u tal-proċessi (għall-klassifikazzjoni preċedenti tal-livell superjuri)”)

It-Taqsima 2.2

13

“Base name” field (“L-attribut imsejjaħ “Isem il-bażi””)

It-Taqsima 3.2

14

“Treatment, standards, routes” name field (“L-attribut tal-isem imsejjaħ “It-trattament, l-istandards, il-metodi ta’ produzzjoni”)

It-Taqsima 3.2

15

“Mix type and location type” name field (“L-attribut tal-isem imsejjaħ “It-tip ta’ taħlita u t-tip ta’ post”)

It-Taqsima 3.2

16

“Quantitative flow properties” name field (“L-attribut tal-isem imsejjaħ “Il-karatteristiċi kwantitattivi tal-fluss”)

It-Taqsima 3.2

17

Naming convention of flows and processes (“Il-konvenzjoni tat-tismija tal-flussi u tal-proċessi”)

It-Taqsima 3.2

Eżempju tal-identifikazzjoni tan-nomenklatura u tal-karatteristiċi adattati għal flussi speċifiċi

Il-materja prima, input: iż-żejt mhux raffinat (ir-regoli numru 2, 4 u 5)

Speċifika “l-kategorija tal-flussi elementari” skont il-kompartiment ambjentali li minnu jkunu qed joħorġu l-flussi jew li jkunu deħlin fih:

Pereżempju: Riżorsi - Riżorsi mill-art

Iktar divrenzjar tal-kompartimenti ambjentali li minnhom ikunu qed joħorġu l-flussi jew li jkunu deħlin fihom

Pereżempju: Riżorsi tal-enerġija mhux rinnovabbli mill-art

Klassifikazzjoni addizzjonali mhix deskrittiva tal-flussi elementari msejħin “riżorsi mill-art”

Pereżempju: Riżorsi tal-enerġija mhux rinnovabbli mill-art (pereżempju “ż-żejt mhux raffinat; 42.3 MJ/kg valur kalorifiku nett”)

Sett tad-dejta tal-fluss: iż-żejt mhux raffinat: 42.3 MJ/kg valur kalorifiku nett

Image

L-emissjonijiet, output: Pereżempju: id-diossidu tal-karbonju (ir-regoli numru 2, 4 u 9)

(1)

Speċifika “l-kategoriji tal-flussi elementari” skont il-kompartiment ambjentali li minnu jkunu qed joħorġu l-flussi jew li jkunu deħlin fih:

Pereżempju: Emissjonijiet - Emissjonijiet fl-arja - Emissjonijiet fl-arja, mhux speċifikati

(2)

Iktar divrenzjar tal-kompartimenti ambjentali li minnhom ikunu qed joħorġu l-flussi jew li jkunu deħlin fihom

Pereżempju: “Emissjonijiet fl-arja, il-Ġermanja”

(3)

Klassifikazzjoni addizzjonali mhix deskrittiva tal-emissjonijiet

Pereżempju: Komposti inorganiċi kovalenti (pereżempju “d-diossidu tal-karbonju, fossili”, “il-monossidu tal-karbonju”, “id-diossidu tal-kubrit”, “l-ammonja”, eċċ.)

Image

Il-fluss tal-prodotti: Pereżempju: T-shirt (ir-regoli numru 10 sa 17)

(1)

Klassifikazzjoni fil-livell superjuri tal-flussi tal-prodotti, tal-flussi tal-iskart u tal-proċessi:

Pereżempju: “Sistema”

(2)

Klassifikazzjonijiet fit-tieni livell tal-flussi tal-prodotti, tal-flussi tal-iskart u tal-proċessi (għall-klassifikazzjoni preċedenti tal-livell superjuri):

Pereżempju: “It-tessuti, l-għamara u oġġetti oħra għat-tiżjin tad-dar”

(3)

L-attribut imsejjaħ “Isem il-bażi”:

Pereżempju: “Isem il-bażi: T-shirt abjad tal-poliester”

(4)

L-attribut tal-isem imsejjaħ “It-trattament, l-istandards, il-metodi ta’ produzzjoni”:

Pereżempju: “”

(5)

L-attribut tal-isem imsejjaħ “It-tip ta’ taħlita u t-tip ta’ post”:

“Taħlita tal-produzzjoni, fil-punt tal-bejgħ”

(6)

L-attribut tal-isem imsejjaħ “Il-karatteristiċi kwantitattivi tal-fluss”:

Pereżempju: “160 gramma poliester”

(7)

Il-konvenzjoni tat-tismija tal-flussi u tal-proċessi.

<“Isem il-bażi”; “It-trattament, l-istandards, il-metodi ta’ produzzjoni”; “It-tip ta’ taħlita u t-tip ta’ post”; “Il-karatteristiċi kwantitattivi tal-fluss”>.

Pereżempju: “T-shirt abjad tal-poliester; taħlita tal-produzzjoni, fil-punt tal-bejgħ; 160 gramma poliester”

Anness V

It-trattament tal-multifunzjonalità fil-każ tar-riċiklaġġ

It-trattament tal-multifunzjonalità tal-prodotti huwa ta’ sfida partikulari fil-każ tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ jew tal-irkupru tal-enerġija ta’ wieħed minn dawn il-prodotti (jew iktar), minħabba li, f’dawn il-każijiet, hemm it-tendenza li s-sistemi jkunu pjuttost kumplikati.

Il-profil ġenerali tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet li joħroġ għal kull unità tal-analiżi jista’ jiġi stmat billi tintuża l-formola mogħtija hawn taħt, li:

tapplika kemm għar-riċiklaġġ f’ċirkwit miftuħ (114) u kemm għar-riċiklaġġ f’ċirkwit magħluq (115);

jekk ikun rilevanti/applikabbli, tista’ tqis l-użu mill-ġdid tal-prodott li jkun qed jiġi vvalutat. Il-mudell għal dan jinħoloq bl-istess mod bħal dak tar-riċiklaġġ;

jekk ikun rilevanti/applikabbli, tista’ tqis it-trasformazzjoni fi prodotti ta’ kwalità inferjuri u ta’ funzjonalità mnaqqsa (id-“downcycling”), jiġifieri kwalunkwe differenza fil-kwalità tal-materjal sekondarju (jiġifieri tal-materjal irriċiklat jew użat mill-ġdid) meta mqabbla ma’ dik tal-materjal primarju (jiġifieri l-materjal mhux mimsus);

jekk ikun rilevanti/applikabbli, tista’ tqis l-irkupru tal-enerġija;

talloka l-impatti u l-benefiċċji tar-riċiklaġġ bl-istess mod bejn il-produttur li jkun qed juża l-materjal irriċiklat u l-produttur li jkun qed jipproduċi prodott irriċiklat: allokazzjoni ta’ 50/50 (116).

Jeħtieġ li jinġabru ċ-ċifri kwantitattivi għall-parametri rilevanti involuti sabiex tintuża l-formola mogħtija hawn taħt sabiex jiġi stmat il-profil ġenerali tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet għal kull unità tal-analiżi. Kull fejn ikun possibbli, dawn għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta’ dejta marbuta mal-proċessi reali involuti. Madankollu, jista’ jkun li dan ma jkunx dejjem possibbli/fattibbli u li d-dejta jkollha tinstab minn x’imkien ieħor (ta’ min jinnota li l-ispjegazzjoni mogħtija hawn taħt għal kull terminu tal-formola tinkludi rakkomandazzjoni dwar kif u fejn wieħed jista’ jsib id-dejta li tkun nieqsa).

Il-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet għal kull unità tal-analiżi (117) jiġi kkalkulat billi tintuża l-formola li ġejja:

Formula

Din il-formola tista’ tinqasam f’ħames blokok:

Formula

Dawn jistgħu jiġu interpretati bil-mod li ġej (il-parametri differenti huma spjegati fid-dettall hawn taħt):

Il-blokka Formula tirrappreżenta l-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet mill-akkwist u l-ipproċessar minn qabel tal-materjal mhux mimsus.

Il-blokka Formula tirrappreżenta l-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet assoċjat mal-input tal-materjal irriċiklat u hija proporzjonata mal-frazzjoni tal-input tal-materjal li ġie rriċiklat f’sistema ta’ qabel.

Il-blokka Formula tirrappreżenta l-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet mill-proċess tar-riċiklaġġ (jew tal-użu mill-ġdid) li minnu jitnaqqas il-kreditu għall-input tal-materjal mhux mimsus evitat (u b’hekk titqies kwalunkwe trasformazzjoni li jista’ jkun hemm fi prodotti ta’ kwalità inferjuri u ta’ funzjonalità mnaqqsa).

Il-blokka Formula tirrappreżenta l-profil tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet li jkun ġej mill-proċess tal-irkupru tal-enerġija li minnu jkunu tnaqqsu l-emissjonijiet evitati li jkunu ġejjin mis-sors tal-enerġija ssostitwit.

Il-blokka Formula tirrappreżenta l-profil nett tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet li jkun ġej mir-rimi tal-frazzjoni tal-materjal li ma jkunx ġie rriċiklat (jew li ma jkunx intuża mill-ġdid) fi tmiem il-ħajja tiegħu jew li ma jkunx ġie ttrasferit lejn proċess għall-irkupru tal-enerġija.

Fejn:

—   EV = l-emissjonijiet u r-riżorsi speċifiċi kkunsmati (għal kull unità tal-analiżi) li ġejjin mill-akkwist u l-ipproċessar minn qabel tal-materjal mhux mimsus. Jekk dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli, għandha tintuża dejta ġenerika li għandha tinkiseb mis-sorsi tad-dejta ġenerika mniżżlin fit-Taqsima 5.8.

—   E*V = l-emissjonijiet u r-riżorsi speċifiċi kkunsmati (għal kull unità tal-analiżi) li ġejjin mill-akkwist u l-ipproċessar minn qabel tal-materjal mhux mimsus li wieħed jassumi li ġie ssostitwit b’materjali riċiklabbli:

jekk iseħħ biss ir-riċiklaġġ f’ċirkwit magħluq: E*V = EV;

jekk iseħħ biss ir-riċiklaġġ f’ċirkwit miftuħ: E*V = E’V tirrappreżenta l-input ta’ materjal mhux mimsus li jirreferi għall-materjal mhux mimsus li ġie ssostitwit fir-realtà permezz tar-riċiklaġġ f’ċirkwit miftuħ. Jekk dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli, għandhom isiru suppożizzjonijiet dwar liema materjal mhux mimsus ikun ġie ssostitwit, jew għandha tintuża dejta medja li għandha tinkiseb mis-sorsi tad-dejta ġenerika mniżżlin fit-Taqsima 5.8. Jekk ma jkun disponibbli l-ebda tagħrif rilevanti ieħor, wieħed jista’ jassumi li E’V = EV, daqslikieku seħħ ir-riċiklaġġ f’ċirkwit magħluq.

—   Erecycled = l-emissjonijiet u r-riżorsi speċifiċi kkunsmati (għal kull unità tal-analiżi) li ġejjin mill-proċess tar-riċiklaġġ tal-materjal irriċiklat (jew użat mill-ġdid), inklużi l-proċessi tal-ġbir, tal-għażla u tat-trasport. Jekk dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli, għandha tintuża dejta ġenerika li għandha tinkiseb mis-sorsi tad-dejta ġenerika mniżżlin fit-Taqsima 5.8.

—   ErecyclingEoL = l-emissjonijiet u r-riżorsi speċifiċi kkunsmati (għal kull unità tal-analiżi) li ġejjin mill-proċess tar-riċiklaġġ fl-istadju ta’ tmiem il-ħajja tal-prodotti, inklużi l-proċessi tal-ġbir, tal-għażla u tat-trasport. Jekk dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli, għandha tintuża dejta ġenerika li għandha tinkiseb mis-sorsi tad-dejta ġenerika mniżżlin fit-Taqsima 5.8.

Nota: fil-każ tar-riċiklaġġ f’ċirkwit magħluq Erecycled = ErecyclingEoL u E*V = EV.

—   ED = l-emissjonijiet u r-riżorsi speċifiċi kkunsmati (għal kull unità tal-analiżi) li ġejjin mir-rimi tal-materjal tal-iskart fi tmiem il-ħajja tal-prodott analizzat (pereżempju r-rimi fil-miżbliet, l-inċinerazzjoni u l-piroliżi). Jekk dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli, għandha tintuża dejta ġenerika li għandha tinkiseb mis-sorsi tad-dejta ġenerika mniżżlin fit-Taqsima 5.8.

—   E*D = l-emissjonijiet u r-riżorsi speċifiċi kkunsmati (għal kull unità tal-analiżi) li ġejjin mir-rimi tal-materjal tal-iskart (pereżempju r-rimi fil-miżbliet, l-inċinerazzjoni u l-piroliżi) fi tmiem il-ħajja tal-materjal li minnu huwa meħud il-kontenut irriċiklat. Jekk dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli, għandha tintuża dejta ġenerika li għandha tinkiseb mis-sorsi tad-dejta ġenerika mniżżlin fit-Taqsima 5.8.

Jekk iseħħ biss ir-riċiklaġġ f’ċirkwit magħluq: E*D = ED;

jekk iseħħ biss ir-riċiklaġġ f’ċirkwit miftuħ: E*D = E’D tirrappreżenta r-rimi tal-materjal li minnu huwa meħud il-kontenut irriċiklat. Jekk dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli, għandhom isiru suppożizzjonijiet dwar kif dan il-materjal kien se jintrema li kieku ma ġiex irriċiklat. Jekk ma jkun disponibbli l-ebda tagħrif rilevanti, wieħed jista’ jassumi li E’D = ED, daqslikieku seħħ ir-riċiklaġġ f’ċirkwit magħluq.

—   EER = l-emissjonijiet u r-riżorsi speċifiċi kkunsmati (għal kull unità tal-analiżi) li ġejjin mill-proċess tal-irkupru tal-enerġija. Jekk dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli, għandha tintuża dejta ġenerika li għandha tinkiseb mis-sorsi tad-dejta ġenerika mniżżlin fit-Taqsima 5.8.

—   ESE,heat u ESE,elec = l-emissjonijiet u r-riżorsi speċifiċi kkunsmati (għal kull unità tal-analiżi) li kienu se jiġu mis-sors tal-enerġija speċifiku ssostitwit, jiġifieri mis-sħana u mill-elettriku rispettivament. Jekk dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli, għandha tintuża dejta ġenerika li għandha tinkiseb mis-sorsi tad-dejta ġenerika mniżżlin fit-Taqsima 5.8.

—   R1 [parametru li mhux marbut ma’ unità tal-kejl partikulari]= “il-kontenut tal-materjal irriċiklat (jew użat mill-ġdid)”, li huwa l-proporzjon ta’ materjal fl-input għall-produzzjoni li jkun ġie rriċiklat f’sistema ta’ qabel (0=<R1<=1). Jekk dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli, jista’ jinkiseb tagħrif statistiku komprensiv u aġġornat b’mod regolari dwar ir-rati ta’ riċiklaġġ u parametri rilevanti oħrajn mingħand fornituri bħall-Eurostat (118).

—   R2 [parametru li mhux marbut ma’ unità tal-kejl partikulari]= “il-frazzjoni tal-materjal irriċiklata (jew użata mill-ġdid)”, li hija l-proporzjon tal-materjal fil-prodott li se tiġi rriċiklata (jew li se tintuża mill-ġdid) f’sistema sussegwenti. Għalhekk, il-parametru R2 irid iqis l-ineffiċjenzi tal-proċessi tal-ġbir u tar-riċiklaġġ (jew tal-użu mill-ġdid) (0=<R2=<1). Jekk dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli, jista’ jinkiseb tagħrif statistiku komprensiv u aġġornat b’mod regolari dwar ir-rati ta’ riċiklaġġ u parametri rilevanti oħrajn mingħand fornituri bħall-Eurostat (119).

—   R3 [parametru li mhux marbut ma’ unità tal-kejl partikulari]= il-proporzjon ta’ materjal fil-prodott li jintuża għall-irkupru tal-enerġija (pereżempju għall-inċinerazzjoni bl-irkupru tal-enerġija) fi tmiem il-ħajja tal-prodott (0=<R3=<1). Jekk dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli, jista’ jinkiseb tagħrif statistiku komprensiv u aġġornat b’mod regolari dwar ir-rati ta’ riċiklaġġ u parametri rilevanti oħrajn mingħand fornituri bħall-Eurostat.

—   LHV= valur tat-tisħin inferjuri tal-materjal fil-prodott li jintuża għall-irkupru tal-enerġija [pereżempju J/kg]. Dan għandu jiġi stabbilit b’metodu tal-laboratorju xieraq. Jekk dan ma jkunx possibbli jew fattibbli, għandha tintuża dejta ġenerika (ara, pereżempju, id-dokument imsejjaħ “ELCD Reference elementary flows” (“Il-flussi elementari ta’ referenza tal-ELCD”) (120) u t-taqsima msejħa “EoL treatment / Energy recycling” (“It-trattament fi tmiem il-ħajja tal-prodotti/ir-riċiklaġġ tal-enerġija”) fil-bażi tad-dejta tal-ELCD (121).

—   XER,heat u XER,elec [parametri li mhumiex marbutin ma’ unità tal-kejl partikulari]= l-effiċjenza tal-proċess tal-irkupru tal-enerġija (0<XER<1) kemm għas-sħana u kemm għall-elettriku, jiġifieri l-proporzjon tal-kontenut tal-enerġija tal-output (pereżempju l-output tas-sħana jew tal-elettriku) meta mqabbel mal-kontenut tal-enerġija tal-materjal fil-prodott li jintuża għall-irkupru tal-enerġija. Għalhekk, il-parametru XER irid iqis l-ineffiċjenzi tal-proċess tal-irkupru tal-enerġija (0=<XER<1). Jekk dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli, għandha tintuża dejta ġenerika (ara, pereżempju, it-taqsima msejħa “EoL treatment / Energy recycling” (“It-trattament fi tmiem il-ħajja tal-prodotti/ir-riċiklaġġ tal-enerġija”) fil-bażi tad-dejta tal-ELCD).

—   Qs= il-kwalità tal-materjal sekondarju, jiġifieri l-kwalità tal-materjal irriċiklat jew użat mill-ġdid (ara n-nota mogħtija hawn taħt).

—   Qp= il-kwalità tal-materjal primarju, jiġifieri l-kwalità tal-materjal mhux mimsus (ara n-nota mogħtija hawn taħt).

Nota: Il-parametru Qs/Qp huwa proporzjon li mhuwiex marbut ma’ unità tal-kejl partikulari li jittieħed bħala approssimazzjoni għal kwalunkwe differenza fil-kwalità bejn il-materjal sekondarju u l-materjal primarju (“it-trasformazzjoni fi prodotti ta’ kwalità inferjuri u ta’ funzjonalità mnaqqsa”). Skont il-ġerarkija tal-multifunzjonalità tal-EF (ara t-Taqsima 5.10), se tiġi vvalutata l-possibbiltà li tiġi identifikata rabta fiżika sottostanti rilevanti bħala l-bażi għall-proporzjon tal-korrezzjoni tal-kwalità (il-fattur ta’ limitu jrid ikun determinanti). Jekk dan ma jkunx possibbli, trid tintuża xi rabta oħra, pereżempju l-valur ekonomiku. F’dan il-każ, il-prezz tal-materjal primarju meta mqabbel ma’ dak tal-materjal sekondarju jitqies li jservi bħala indikatur tal-kwalità. F’sitwazzjoni bħal din, il-parametru Qs/Qp ikun jikkorrispondi għall-proporzjon tal-prezz tas-suq tal-materjal sekondarju (Qs) meta mqabbel mal-prezz tas-suq tal-materjal primarju (Qp). Wieħed jista’ jsib il-prezzijiet tas-suq tal-materjali primarji u sekondarji fuq l-internet (122). Il-PEFCRs iridu jispeċifikaw l-aspetti tal-kwalità li għandhom jitqiesu għall-materjal primarju u sekondarju.

Anness VI

Gwida dwar kif għandhom jitqiesu l-emissjonijiet mit-tibdil dirett fl-użu tal-art li huma rilevanti għat-tibdil fil-klima

Dan l-Anness jagħti gwida dwar kif għandhom jitqiesu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra marbutin mat-tibdil dirett fl-użu tal-art li jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima.

L-impatt fuq it-tibdil fil-klima ġej mill-emissjonijiet u mill-assorbimenti tas-CO2 bijoġeniku kkawżati mit-tibdil fil-ħażniet tal-karbonju u mill-emissjonijiet tas-CO2, tan-N2O u tas-CH4 bijoġeniċi u mhux bijoġeniċi (pereżempju l-ħruq tal-bijomassa). L-emissjonijiet bijoġeniċi jinkludu dawk li jkunu ġejjin mill-ħruq (mill-kombustjoni) jew mid-degradazzjoni tal-materjali bijoġeniċi, mit-trattament tal-ilma mormi u minn sorsi bijoloġiċi fil-ħamrija u fl-ilma (inklużi s-CO2, is-CH4 u n-N2O), filwaqt li l-assorbimenti bijoġeniċi jikkorrispondu għall-assorbiment tas-CO2 waqt il-proċess tal-fotosinteżi. L-emissjonijiet mhux bijoġeniċi jikkorrispondu għall-emissjonijiet kollha li jkunu ġejjin minn sorsi mhux bijoġeniċi, bħall-materjali fossili, filwaqt li l-assorbimenti mhux bijoġeniċi jikkorrispondu għas-CO2 li jitneħħa mill-atmosfera minn sors mhux bijoġeniku (il-WRI u l-WBCSD 2011b).

It-tibdil fl-użu tal-art jista’ jiġi kklassifikat bħala tibdil dirett jew tibdil indirett:

 

It-tibdil dirett fl-użu tal-art iseħħ minħabba l-konverżjoni minn tip ta’ użu tal-art għal tip ieħor, f’żona unika tal-art, li possibbilment twassal għal tibdil fil-ħażna tal-karbonju ta’ dik iż-żona tal-art speċifika, iżda li ma twassalx għal bidla f’sistema oħra.

 

It-tibdil indirett fl-użu tal-art iseħħ meta trasformazzjoni partikulari fl-użu tal-art twassal għal bidliet ’il barra mil-limiti tas-sistema, jiġifieri f’tipi ta’ użu tal-art oħrajn.

Il-Figura 6: Rappreżentazzjoni skematika tat-tibdil dirett u indirett fl-użu tal-art (adattata mid-dokument (CE Delft 2010)] hija rappreżentazzjoni skematika kemm tat-tibdil dirett u kemm tat-tibdil indirett fl-użu tal-art marbut mal-produzzjoni tal-bijofjuwil.

Figura 6

Rappreżentazzjoni skematika tat-tibdil dirett u indirett fl-użu tal-art (adattata mid-dokument (CE Delft 2010)]

Image

Image

Il-kumplament ta’ dan l-Anness se jiffoka fuq it-tibdil dirett fl-użu tal-art minħabba li l-PEF teżiġi li jitqies dan biss u ma tippermettix li jitqies l-użu indirett tal-art (ara t-Taqsima 5.4.4).

TAQSIMA 1:   REFERENZI GĦALL-KALKOLI TAL-EMISSJONIJIET MIT-TIBDIL DIRETT FL-UŻU TAL-ART

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)3751 tipprovdi linji gwida għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art għall-użu tal-art ta’ referenza u għall-użu tal-art fir-realtà. Din id-Deċiżjoni tagħti l-valuri għall-ħażna tal-karbonju għal erba’ kategoriji differenti tal-użu tal-art: għar-raba’ u l-uċuħ tar-raba’ perenni, għall-bwar u għall-foresti. Għat-tibdil fl-użu tal-art f’dawn il-kategoriji, wieħed irid isegwi l-linji gwida mogħtija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)3751. Madankollu, għall-emissjonijiet mill-konverżjoni għal kategoriji oħrajn tal-użu tal-art, bħall-artijiet mistagħdra, il-kolonizzazzjonijiet, u użu ieħor tal-art (pereżempju l-ħamrija għerja, il-ġebel u s-silġ), li mhumiex inklużi fid-Deċiżjoni, wieħed irid isegwi l-Linji gwida maħruġin mill-IPCC fl-2006 għall-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra msejħin “IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories” (IPCC 2006).

Għall-emissjonijiet u l-assorbimenti tas-CO2 kkawżati mit-tibdil dirett fl-użu tal-art, iridu jintużaw il-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 l-iktar riċenti maħruġin mill-IPCC, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)3751, sakemm ma tkunx disponibbli dejta speċifika iktar preċiża. Emissjonijiet oħrajn li jkunu ġejjin mit-tibdil fl-użu tal-art (pereżempju t-tnixxijiet tan-NO3 fl-ilma, l-emissjonijiet mill-ħruq tal-bijomassa, l-erożjoni tal-ħamrija, eċċ.) għandhom jitkejlu jew għandu jinħolqilhom mudell skont il-każ partikulari jew billi jintużaw sorsi awtorevoli.

TAQSIMA 2:   GWIDA PRATTIKA SKONT L-ISPEĊIFIKAZZJONI BIR-REFERENZA PAS 2050:2011

Għal gwida prattika dwar kwistjonijiet speċifiċi (pereżempju f’każ li l-użu tal-art ta’ qabel ma jkunx magħruf), huwa rrakkomandat li wieħed japplika l-ispeċifikazzjoni bir-referenza PAS 2050:2011 (BSI 2011) (b’konsistenza mad-diskussjonijiet Ewropej madwar mejda tonda dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli tal-ikel (għall-qosor imsejħin “Food SCP”) u l-Protokoll ippubblikat imsejjaħ “ENVIFOOD”). L-ispeċifikazzjoni bir-referenza PAS 2050:2011 hija ssupplimentata bl-ispeċifikazzjoni bir-referenza PAS2050-1 (BSI 2012), għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-benniena sal-grada (jiġifieri mill-istadju tal-estrazzjoni tal-materja prima sa dak tal-manifattura) fiċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodotti tal-ortikultura. L-ispeċifikazzjoni bir-referenza PAS 2050-1:2012 tqis l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jseħħu waqt it-tkabbir ta’ prodott tal-ortikultura u tissupplimenta l-ispeċifikazzjoni bir-referenza PAS 2050:2011 (u mhux toħdilha postha). L-istitut tal-Gran Brittanja għall-istandardizzazzjoni (il-BSI) jipprovdi wkoll fajl tal-Excel addizzjonali għall-kalkoli mogħtija fl-ispeċifikazzjoni bir-referenza PAS 2050-1:2012.

Il-kategorija tal-użu tal-art ta’ qabel u l-post tal-produzzjoni

Skont l-ispeċifikazzjoni PAS 2050:2011 (BSI 2011), jistgħu jiġu identifikati tliet sitwazzjonijiet differenti (u linji gwida rispettivi dwarhom), skont it-tagħrif disponibbli dwar il-post tal-produzzjoni u dwar il-kategorija tal-użu tal-art ta’ qabel:

Il-pajjiż tal-produzzjoni u l-użu tal-art ta’ qabel huma magħrufin: l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li ġejjin mit-tibdil mill-użu tal-art ta’ qabel għall-użu tal-art attwali jinsabu fl-Anness Ċ tal-ispeċifikazzjoni PAS 2050:2011 (BSI 2011). Fil-każ tal-emissjonijiet li mhumiex imniżżlin fl-Anness Ċ, għandhom jintużaw il-Linji gwida maħruġin mill-IPCC fl-2006 għall-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra” (BSI 2011).

Il-pajjiż tal-produzzjoni huwa magħruf u l-użu tal-art ta’ qabel mhux magħruf: l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jridu jkunu l-istima tal-emissjonijiet medji mit-tibdil fl-użu tal-art għal dak il-wiċċ tar-raba’ f’dak il-pajjiż” (BSI 2011).

Il-pajjiż tal-produzzjoni u l-użu tal-art ta’ qabel mhumiex magħrufin: l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jridu jkunu l-emissjonijiet medji ppeżati mit-tibdil fl-użu tal-art ta’ dak il-prodott speċifiku fil-pajjiżi li fihom jitkabbar” (BSI 2011).

L-emissjonijiet u l-assorbimenti ġenerali tal-gassijiet serra li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni

Skont l-ispeċifikazzjoni PAS 2050:2011 (BSI 2011), l-emissjonijiet u l-assorbimenti li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni huma:

il-gassijiet inklużi fl-Anness A tal-ispeċifikazzjoni PAS 2050:2011 (BSI 2011);

NOTA: Għall-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-karbonju bijoġeniku marbutin mal-prodotti tal-ikel u tal-għalf jista’ jkun li japplikaw xi eċċezzjonijiet. Għall-ikel u l-għalf, l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jkunu ġejjin minn sorsi bijoġeniċi li jsiru parti mill-prodott jistgħu jiġu esklużi. L-esklużjoni ma tridx tapplika għal:

l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-karbonju bijoġeniku użat fil-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf (pereżempju fil-ħruq tal-bijomassa għall-fjuwil) f’każ fejn dak il-karbonju bijoġeniku ma jsirx parti mill-prodott;

l-emissjonijiet li mhumiex tas-CO2 li jkunu ġejjin mid-degradazzjoni tal-iskart tal-ikel u tal-għalf u mill-fermentazzjoni enterika;

kwalunkwe komponent bijoġeniku f’materjal li jkun parti mill-prodott aħħari, iżda li ma jkunx maħsub biex jiġġerragħ (pereżempju l-ippakkjar).” (il-paġna 9 tad-dokument tal-BSI (2011)).

Għall-emissjonijiet tal-metan (CH4) li jkunu ġejjin mill-kombustjoni tal-iskart bl-irkupru tal-enerġija, jekk jogħġbok ara t-taqsima 8.2.2 fil-paġna 22 tal-ispeċifikazzjoni PAS 2050:2011.

(GĦALL-FINIJIET TAT-TAGĦRIF)

Anness VII

Eżempju ta’ PEFCRs għall-prodotti intermedji tal-karti – ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta

It-tabella li ġejja tipprovdi eżempju tar-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta u tal-livell tal-kwalità tad-dejta marbut magħhom, meħud mill-PEFCRs eżistenti għall-prodotti intermedji tal-karti.

It-Tabella 13

Eżempju tar-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta għall-prodotti intermedji tal-karti  (123)