Help Print this page 

Document 32013D0505

Title and reference
2013/505/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Ottubru 2013 li tawtorizza l-miżura provviżorja meħuda mir-Repubblika Franċiża skont l-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) li jirrestrinġi l-użu tal-imluħa tal-ammonju f’materjali ta’ insulazzjoni magħmula minn materjal artab ta’ ċelluloża (notifikata bid-dokument C(2013) 6658) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 275, 16.10.2013, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/505/oj
Languages, formats and link to OJ
BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
HTML html BG html ES html CS html DA html DE html ET html EL html EN html FR html HR html IT html LV html LT html HU html MT html NL html PL html PT html RO html SK html SL html FI html SV
PDF pdf BG pdf ES pdf CS pdf DA pdf DE pdf ET pdf EL pdf EN pdf FR pdf HR pdf IT pdf LV pdf LT pdf HU pdf MT pdf NL pdf PL pdf PT pdf RO pdf SK pdf SL pdf FI pdf SV
Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal
 To see if this document has been published in an e-OJ with legal value, click on the icon above (For OJs published before 1st July 2013, only the paper version has legal value).
Multilingual display
Text

16.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/52


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Ottubru 2013

li tawtorizza l-miżura provviżorja meħuda mir-Repubblika Franċiża skont l-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) li jirrestrinġi l-użu tal-imluħa tal-ammonju f’materjali ta’ insulazzjoni magħmula minn materjal artab ta’ ċelluloża

(notifikata bid-dokument C(2013) 6658)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/505/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 129(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Awwissu 2013, ir-Repubblika Franċiża infurmat lill-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) u l-Istati Membri l-oħra, skont l-Artikolu 129(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (klawżola ta’ salvagwardja), li hija għandha raġunijiet ġustifikabbli biex temmen li azzjoni urġenti hija essenzjali biex tipproteġi lill-pubbliku mill-ammonijaka rrilaxxata mill-imluħa tal-ammonju li jinsabu fil-materjali ta’ insulazzjoni magħmula minn materjal artab ta’ ċelluloża użat fil-bini. Ir-Repubblika Franċiża adottat miżura provviżorja fil-21 ta’ Ġunju 2013 u ppubblikatha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża fit-3 ta’ Lulju 2013.

(2)

L-Ordni tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar il-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, il-bejgħ u d-distribuzzjoni u l-manifattura ta’ materjali ta’ insulazzjoni magħmula minn materjal artab taċ-ċelluloża b’aġġuvanti tal-imluħa tal-ammonju (“l-Ordni”) tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, il-pussess bil-għan tal-bejgħ jew tad-distribuzzjoni, il-bejgħ jew id-distribuzzjoni u l-produzzjoni ta’ materjali ta’ insulazzjoni magħmula minn materjal artab taċ-ċelluloża li fihom l-imluħa tal-ammonju bħala addittivi. Dawn il-prodotti għandhom ukoll jiġu rtirati mis-suq fi Franza u jissejħu lura a skapitu tal-persuna responsabbli mill-ewwel tqegħid tagħhom fis-suq.

(3)

L-abbozz ta’ Ordni ġie ppreżentat għall-ewwel darba lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Skont l-Artikolu 9(7) ta’ dik id-Direttiva, Franza ddikjarat li l-Ordni kienet urġenti u l-Kummissjoni esprimiet il-fehma li r-raġunijiet mogħtija minn Franza għad-dikjarazzjoni ta’ urġenza kienu sodisfaċenti.

(4)

Wara l-istedina tal-Kummissjoni, Franza reġgħet issottomettiet l-Ordni skont l-Artikolu 129(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-Kummissjoni eżaminat l-Ordni flimkien mal-informazzjoni xjentifika u teknika li kienet ippreżentata wkoll. Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni qasira dwar l-Ordni mal-Istati Membri u l-partijiet interessati.

(5)

Fid-dawl taż-żmien qasir li l-Kummissjoni għandha biex tieħu deċiżjoni dwar il-miżuri provviżorji skont l-Artikolu 129(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-Kummissjoni għandha tibbaża d-deċiżjoni tagħha l-aktar fuq l-informazzjoni ppreżentata lilha minn Franza.

(6)

Sa Settembru tal-2011, il-materjali ta’ insulazzjoni magħmula minn materjal artab ta’ ċelluloża fi Franza kien fihom l-aċidu boriku, li kellu l-funzjoni ta’ ritardant tal-fjammi u ta’ bijoċidu. Wara l-projbizzjoni tal-aċidu boriku għal skopijiet bijoċidali, u sabiex jinżammu l-proprjetajiet ta’ ritardant tal-fjammi ta’ ċerti materjali tal-insulazzjoni (inkluż il-materjal artab taċ-ċelluloża), l-industrija Franċiża ssostitwiet il-komposti tal-boron bl-imluħa tal-ammonju.

(7)

Il-miżura Franċiża hija ġġustifikata abbażi tal-inċidenti rreġistrati miċ-ċentri nazzjonali tal-avvelenament (diversi każijiet ta’ persuni intossikati minn Novembru 2011), u lmenti rreġistrati mill-assoċjazzjoni professjonali tal-produtturi tal-materjal artab taċ-ċelluloża għall-insulazzjoni (madwar 150 każ). L-awtoritajiet Franċiżi kejlu wkoll il-konċentrazzjoni tal-ammonijaka fid-djar li għalihom irċevew ilmenti u dan wera li l-livelli ta’ esponiment għall-ammonijaka huma ogħla mill-valuri tossikoloġiċi ta’ referenza għal esponiment sikur għal żmien twil. Għalhekk, l-imluħa tal-ammonju għandhom jiġu ssostitwiti.

(8)

L-informazzjoni pprovduta minn Franza tindika li l-imluħa tal-ammonju fil-materjali ta’ insulazzjoni magħmula minn materjal artab ta’ ċelluloża jagħtu lok għal riskju għas-saħħa tal-bniedem li jista’ jkun ma jiġix ikkontrollat b’mod xieraq u jeħtieġ li jiġi indirizzat. F’dan il-każ partikolari, fl-interessi li tinkiseb l-armonizzazzjoni tas-suq intern mill-aktar fis u filwaqt li tkun protetta s-saħħa tal-bniedem f’livell għoli, il-miżura meħuda minn Franza għandha titqies li għandha l-urġenza meħtieġa bl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(9)

Peress li l-miżura provviżorja meħuda minn Franza tikkonsisti f’restrizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ sustanza, l-Artikolu 129(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jitlob li Franza tagħti bidu għall-proċedura ta’ restrizzjoni tal-Unjoni billi tissottometti dossier lill-Aġenzija, skont l-Anness XV, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din id-Deċiżjoni.

(10)

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, l-Ordni għandha tkun awtorizzata.

(11)

Deċiżjoni skont l-Artikolu 129(2) li tawtorizza miżura provviżorja għandha tistabbilixxi perjodu ta’ żmien definit għal awtorizzazzjoni bħal din; fid-dawl tal-iskadenza għall-bidu tal-proċedura ta’ restrizzjoni tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 129(3) u sabiex jingħata biżżejjed żmien biex tittieħed deċiżjoni skont il-proċess ta’ restrizzjonijiet normali wara s-sottomissjoni minn Franza ta’ dossier skont l-Anness XV, mingħajr il-ħtieġa li tiġi estiża l-awtorizzazzjoni, dan il-perjodu ta’ żmien għandu jkun 21 xahar.

(12)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tippreġudika bl-ebda mod id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 68 ta’ dan ir-Regolament ikunu sodisfatti.

(13)

Din id-Deċiżjoni hija skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Skont il-paragrafu 2, il-miżura provviżorja nnotifikata mir-Repubblika Franċiża fl-14 ta’ Awwissu 2013 hija awtorizzata għal perjodu ta’ żmien ta’ 21 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-awtorizzazzjoni għandha tiskadi skont liema minn dawn l-okkażjonijiet tiġi l-ewwel jekk waħda minnhom isseħħ qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ żmien speċifikat fil-paragrafu 1:

id-data meta jsir applikabbli adattament tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 b’mod mitlub mill-miżura provviżorja awtorizzata, jew

sitt xhur wara li tiġi ffinalizzata l-proċedura ta’ restrizzjoni stabbilita fl-Artikoli 69 sa 73 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, mingħajr ma l-Kummissjoni tipproponi abbozz ta’ restrizzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti tekniċi (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).


Top