EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0250

2013/250/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Mejju 2013 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għar-rubinetterija sanitarja (notifikata bid-dokument C(2013) 2826) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 145, 31.5.2013, p. 6–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 027 P. 106 - 130

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 31/05/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/250/oj

31.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Mejju 2013

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għar-rubinetterija sanitarja

(notifikata bid-dokument C(2013) 2826)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/250/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas matul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi ta’ prodotti.

(3)

Minħabba li l-konsum tal-ilma u l-enerġija relatata mat-tisħin tal-ilma jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-impatti ambjentali kumplessivi ta’ unitajiet domestiċi u ta’ bini mhux domestiku, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “rubinetterija sanitarja”. Il-kriterji għandhom, b’mod partikolari jippromwovu prodotti effiċjenti fl-użu tal-ilma, li jikkontribwixxu għat-tnaqqis fil-konsum tal-ilma u b’hekk ukoll fl-enerġija meħtieġa għat-tisħin tal-ilma.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta’ prodotti “rubinetterija sanitarja” għandu jiġbor fih: viti tal-ilma domestiċi, bexxiexi tad-doċċa u doċċi li fil-biċċa l-kbira jintużaw għat-twassil tal-ilma għall-iġjene personali, it-tindif, it-tisjir u x-xorb, inkluż meta jiġu kkumerċjalizzati għal użu mhux domestiku.

2.   Il-prodotti li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-grupp ta’ prodotti “rubinetterija sanitarja”.

(a)

viti tal-ilma tal-banju;

(b)

doċċi b’pum/b’manku doppju;

(c)

rubinetterija sanitarja b’użu speċifiku mhux domestiku.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni:

(1)

“vit tal-ilma” tfisser valv li jitħaddem direttament jew indirettament, b’mod mekkaniku u/jew awtomatiku u li minnu jitwassal l-ilma;

(2)

“bexxiexa tad-doċċa” tfisser

(a)

żbokk fiss fl-għoli jew mal-ġenb tad-doċċa, żbokk tad-doċċa ta’ ilma bi pressjoni jew tagħmir simili li jista’ jiġi aġġustat, u li jiggwida l-ilma minn sistema ta’ provvista għal fuq l-utent; jew

(b)

żbokk tad-doċċa mobbli li jinżamm fl-idejn, imqabbad ma’ vit tal-ilma b’manku tad-doċċa u li jista’ jiddendel direttament fuq il-vit tal-ilma jew mal-ħajt bl-għajnuna ta’ sapport xieraq;

(3)

“doċċa” tfisser kombinazzjoni ta’ bexxiexa tad-doċċa u valvi tal-kontroll interrelatati u/jew apparat li jiġi imballat u mibjugħ bħala kitt;

(4)

“doċċa b’pum/b’manku doppju” tfisser doċċa mgħammra b’manki jew pumi separati għall-kontroll tal-provvista tal-ilma kiesaħ u l-ilma sħun;

(5)

“doċċa tal-elettriku” tfisser doċċa mgħammra b’apparat għat-tisħin tal-ilma lokalizzat għad-doċċa bl-użu tal-elettriku;

(6)

“rubinetterija sanitarja b’użu speċifiku mhux domestiku” tfisser rubinetterija sanitarja li teħtieġ fluss tal-ilma illimitat biex tissodisfa l-funzjoni mhux domestika maħsuba;

(7)

“apparat li jillimita l-fluss tal-ilma” tfisser apparat tekniku li jillimita l-fluss tal-ilma għal volum partikolari u li jippermetti fluss tal-ilma ogħla biss meta jiġi attivat mill-utent għal perjodu ta’ ħin determinat waqt użu uniku;

(8)

“ir-rata massima disponibbli ta’ fluss tal-ilma” tfisser l-ogħla rata disponibbli ta’ fluss tal-ilma mis-sistema jew mill-aċċessorju individwali;

(9)

“ir-rata massima l-aktar baxxa disponibbli ta’ fluss tal-ilma” tfisser l-aktar rata baxxa ta’ fluss tal-ilma mis-sistema jew l-aċċessorju individwali disponibbli meta l-valv ikun miftuħ kollu;

(10)

“karatteristika teknika tas-sigurtà” tfisser apparat li jifforma parti minn rubinetterija sanitarja kkontrollata b’senser li jintuża biex jipprevjeni l-fluss kontinwu tal-ilma billi jwaqqaf il-provvista tal-ilma wara ħin issettjat minn qabel, anke jekk ikun hemm persuna jew oġġett fil-medda tas-senser.

Artikolu 3

Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, għal prodott ikklassifikat fil-grupp ta’ prodotti “rubinetterija sanitarja” ddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni relatati stabbiliti fl-Anness, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta’ prodotti “rubinetterija sanitarja” għandu jkun “x”.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE U REKWIŻITI TA’ VALUTAZZJONI U TA’ VERIFIKA

Kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal rubinetterija sanitarja:

1.

Il-konsum tal-ilma u l-iffrankar tal-enerġija relatat

2.

Materjali f’kuntatt mal-ilma tax-xorb

3.

Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati

4.

Il-kwalità tal-prodott u l-lonġevità

5.

Imballaġġ

6.

Informazzjoni għall-utent

7.

L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u ta’ verifika huma indikati f’kull kriterju.

Fejn l-applikant huwa meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti ta’ testijiet, jew evidenza oħra biex juri konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant jew mill-fornitur tiegħu jew it-tnejn li huma.

Fejn huwa possibbli, it-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali tal-Istandard Ewropew EN ISO 17025 (1) jew l-ekwivalenti.

Fejn huwa xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar oħra minbarra dawk indikati għal kull kriterju, dejjem jekk il-korp kompetenti li jkun qed jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Bħala prerekwiżit, il-prodott irid jilħaq ir-rekwiżiti legali rispettivi kollha tal-pajjiż (pajjiżi) li fih il-prodott huwa maħsub li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ dan ir-rekwiżit.

Kriterju 1.   Il-konsum tal-ilma u l-iffrankar tal-enerġija relatat

(a)   Rata massima disponibbli tal-fluss tal-ilma

Ir-rati massimi disponibbli tal-fluss tal-ilma tar-rubinetterija sanitarja, indipendentement mill-pressjoni tal-ilma, ma għandhomx jaqbżu l-valuri elenkati fit-Tabella 1.

It-Tabella 1

Ir-rati massimi disponibbli tal-fluss tal-ilma għal “rubinetterija sanitarja”

Subgrupp tal-prodott

Rata tal-fluss tal-ilma

[l/min]

Viti tal-ilma tal-kċina

mingħajr l-apparat li jillimita l-fluss

6,0

bl-apparat li jillimita l-fluss (2)

8,0

Viti tal-ilma tas-sink

mingħajr l-apparat li jillimita l-fluss

6,0

bl-apparat li jillimita l-fluss (2)

8,0

Bexxiexi tad-doċċa u doċċi (3)

8,0

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott mar-rekwiżit u jispeċifika r-rata massima ta’ fluss tal-ilma (f’1/min) tal-prodott sottomess għall-proċedura ta’ tikkettar flimkien mar-riżultati tat-testijiet li saru skont il-proċedura ta’ ttestjar indikata fl-istandards EN rispettivi għat-tip ta’ prodotti mogħti (ara t-Tabella 2). L-ittestjar għandu jsir bi pressjoni ta’ 1,5, 3,0 u 4,5 bar (± 0,2 bar) għal prodotti li jingħad li huma adattati għal installazzjonijiet ta’ pressjoni għolja (tipikament minn 1,0 sa 5,0 bar) jew bi pressjoni ta’ 0,2, 0,3 u 0,5 bar (± 0,02 bar) għal prodotti li jingħad li huma adattati għal installazzjonijiet ta’ pressjoni baxxa (tipikament minn 0,1 sa 0,5 bar). Valur medju ta’ tliet kejlijiet ma għandux jaqbeż il-valuri tar-rata massima ta’ fluss indikati fit-Tabella 1. Għal viti tal-ilma b’żennuna waħda u viti tal-ilma tal-kċina biż-żennuna tal-iżbokk maqsuma, ir-rata tal-fluss għandha tkun l-għadd totali taż-żewġ flussi, jiġifieri l-fluss totali għas-sink mill-vit tal-ilma sħun jew tal-ilma kiesaħ. Barra minn hekk, il-prodotti bl-għażla ta’ setting ekonomiku (jiġifieri l-apparat li jillimita l-fluss), deskrizzjoni tal-apparat applikat (jiġifieri l-parametri tekniċi ewlenin tiegħu u l-installazzjoni, l-issettjar u l-istruzzjonijiet dwar l-użu) għandhom jiġu sottomessi.

It-Tabella 2

Standards EN rigward il-grupp ta’ prodotti “rubinetterija sanitarja”

Numru

Titlu

EN 200

Rubinetterija sanitarja. Viti individwali u kombinazzjoni ta’ viti għal sistemi tal-provvista tal-ilma tat-tip 1 u tat-tip 2 – Speċifikazzjoni teknika ġenerali

EN 816

Rubinetterija sanitarja. Valvijiet b’għeluq awtomatiku (PN10)

EN 817

Rubinetterija sanitarja. Valvijiet ta’ miksers mekkaniċi (PN10) – Speċifikazzjonijiet tekniċi ġenerali

EN 1111

Rubinetterija sanitarja. Valvijiet ta’ miksers termostatiċi (PN10) – Speċifikazzjoni teknika ġenerali

EN 1112

Rubinetterija sanitarja. Żbokkijiet tad-doċċi għal rubinetterija sanitarja għal sistemi tal-provvista tal-ilma tat-tip 1 u tat-tip 2 – Speċifikazzjoni teknika ġenerali

EN 1286

Rubinetterija sanitarja. Valvijiet ta’ miksers mekkaniċi ta’ pressjoni baxxa. Speċifikazzjoni teknika ġenerali

EN 1287

Rubinetterija sanitarja. Valvijiet ta’ miksers termostatiċi ta’ pressjoni baxxa. Speċifikazzjonijiet tekniċi ġenerali

EN 15091

Rubinetterija sanitarja. Rubinetterija sanitarja bi ftuħ u għeluq elettroniku

EN 248

Rubinetterija sanitarja. Speċifikazzjoni ġenerali għal kisjiet ta’ Ni-Cr elettrodepożitati

EN60335-1

Apparat Domestiku u Elettriku Simili

EN60335-2-35

Apparat Domestiku u Elettriku Simili, Sikurezza, Rekwiżiti Partikulari għal Ħiters tal-ilma Instantanji

(b)   Ir-rata massima ta’ fluss tal-ilma disponibbli l-aktar baxxa

Ir-rati massimi ta’ fluss tal-ilma disponibbli l-aktar baxxi tar-rubinetterija sanitarja, indipendentement mill-pressjoni tal-ilma, ma għandhomx ikunu aktar baxxi mill-valuri mogħtija fit-Tabella 3:

It-Tabella 3

L-aktar rati baxxi massimi disponibbli tal-flussi tal-ilma għal “rubinetterija sanitarja”

Subgrupp tal-prodott

Ir-rata tal-fluss tal-ilma

[l/min]

Viti tal-ilma tal-kċina

2,0

Viti tal-ilma tas-sink

2,0

Doċċi u bexxiexi tad-doċċa

4,5

Doċċi tal-elettriku u doċċi ta’ pressjoni baxxa (*)

3,0

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott mar-rekwiżit u jispeċifika r-rata massima tal-fluss tal-ilma disponibbli l-aktar baxxa tal-prodott sottomess għall-proċedura ta’ tikkettar flimkien mar-riżultati tat-testijiet imwettqa skont il-proċedura tal-ittestjar indikata fi standards EN rispettivi għat-tip ta’ prodotti mogħti (ara t-Tabella 2). 1,5, 3,0 u 4,5 bar (± 0,2 bar) għal prodotti li jingħad li huma adattati għal installazzjonijiet ta’ pressjoni għolja (tipikament minn 1,0 sa 5,0 bar) jew ta’ pressjoni ta’ 0,2, 0,3 u 0,5 bar (± 0,02 bar) għal prodotti li jingħad li huma adattati għal installazzjonijiet ta’ pressjoni baxxa (tipikament minn 0,1 sa 0,5 bar). Valur medju ta’ tliet kejlijiet ma għandux ikun aktar baxx mill-valur tar-rata tal-fluss kif mogħti fit-Tabella 3. Għal viti tal-ilma b’żennuna waħda u viti tal-ilma tal-kċina biż-żennuna tal-iżbokk maqsuma, ir-rata tal-fluss għandha tkun l-għadd totali taż-żewġ flussi, jiġifieri l-fluss totali għas-sink mill-vit tal-ilma sħun jew tal-ilma kiesaħ.

(c)   Kontroll tat-temperatura

Ir-rubinetterija sanitarja għandha tkun mgħammra b’apparat avvanzat jew soluzzjoni teknika li tippermetti lill-utent finali jikkontrolla t-temperatura u/jew l-ilma sħun, pereżempju billi dan jillimita t-temperatura tal-ilma jew il-provvista tal-ilma sħun, jew permezz ta’ aġġustament termostatiku.

Is-soluzzjoni għandha tiġi speċifikata biex tipprovdi lill-utent b’kontroll preċiż tat-temperatura tal-ilma mill-vit tal-ilma jew mid-doċċa, indipendentement mis-sistema tat-tisħin li tkun imqabbda magħhom. Soluzzjonijiet possibbli jistgħu jinkludu, pereżempju, barriera tal-ilma sħun, provvista ta’ ilma kiesaħ fil-pożizzjoni tan-nofs u/jew valv ta’ mikser termostatiku.

Rubinetterija sanitarja mfassla biex titwaħħal ma’ provvista tal-ilma li diġà għandha kontroll tat-temperatura, u l-bexxiexi tad-doċċa għandhom ikunu eżentati minn dan il-kriterju.

Valutazzjoni u verifika: fl-applikazzjoni sottomessa lill-korp kompetenti, l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżit u jipprovdi dokumentazzjoni li tiddeskrivi t-teknoloġija jew l-apparat applikat fil-prodott. Fejn il-provvista tal-ilma diġà jkollha temperatura kkontrollata, l-applikant għandu jispjega l-proprjetà teknika speċifika li tagħmel ir-rubinetterija sanitarja adattata għall-immuntar ma’ din il-forma ta’ sistema.

(d)   Kontroll tal-ħin

Dan il-kriterju japplika għar-rubinetterija sanitarja li tinbiegħ jew tiġi kkumerċjalizzata flimkien ma’ apparat għall-kontroll tal-ħin (jiġifieri apparat li jekk ma jkunx qed jintuża jwaqqaf il-fluss tal-ilma wara ċertu ħin, pereżempju sensers li jwaqqfu l-fluss tal-ilma meta utent joħroġ mill-medda tas-senser, jew wara perjodu ta’ ħin issettjat għall-użu, pereżempju, minutieri, li jwaqqfu l-fluss tal-ilma meta jintlaħaq il-ħin massimu tal-fluss).

Għal rubinetterija sanitarja mgħammra b’minutieri, il-perjodu massimu tal-fluss issettjat minn qabel ma għandux jaqbeż il-15-il sekonda għall-viti tal-ilma u l-35 sekonda għad-doċċi. Madanakollu, il-prodott għandu jkun iddisinjat biex jippermetti lill-installatur jaġġusta l-ħin tal-fluss skont l-applikazzjoni maħsuba tal-prodott.

Għal rubinetterija sanitarja mgħammra b’senser, il-ħin ta’ dewmien għat-tifi wara l-użu ma għandux jaqbeż is-sekonda (1) għall-viti tal-ilma u t-tliet sekondi (3) għad-doċċi. Barra minn hekk, ir-rubinetterija sanitarja mgħammra b’senser għandu jkollha “karatteristika teknika ta’ sigurtà” b’ħin ta’ tifi minn qabel ta’ massimu ta’ żewġ minuti (2) biex tipprevjeni aċċident jew fluss kontinwu tal-ilma mill-viti tal-ilma jew mid-doċċi meta dawn ma jkunux qed jintużaw.

Valutazzjoni u verifika: il-prodott jew is-sistema għandhom jiġu ttestjati skont il-firxa ta’ pressjonijiet stipulata (3,0 bar (± 0,2 bar) għal valvi ta’ pressjoni għolja jew 0,5 bar (± 0,02 bar) għal valvi ta’ pressjoni baxxa) biex wieħed jivverifika li l-kontroll tal-ħin jintefa f’tolleranza ta’ 10 % ta’ dak speċifikat mill-applikant. L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżit u jispeċifika li t-tip ta’ soluzzjoni użata fil-parametri tekniċi tiegħu (ħin tal-fluss tal-ilma ssettjat minn qabel għall-minutieri, il-ħin ta’ dewmien għat-tifi tas-sensers wara li jintużaw), u jipprovdi r-riżultati ta’ test li jkun sar skont l-istandard EN 15091 għar-rubinetterija sanitarja li tinfetaħ u tingħalaq b’mod elettroniku jew l-EN 816 għall-valvi b’għeluq awtomatiku lill-korp kompetenti bħala parti mill-applikazzjoni.

Kriterju 2.   Materjali f’kuntatt mal-ilma tax-xorb

Karatteristiki kimiċi u iġjeniċi ta’ materjali f’kuntatt mal-ilma tax-xorb

Sustanzi u materjali użati fi prodotti li jiġu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb, jew impuritajiet assoċjati magħhom, ma għandhomx jirrilaxxaw fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kwalunkwe kompost f’konċentrazzjonijiet ogħla milli meħtieġ għall-iskop tal-użu tiegħu u ma għandhomx inaqqsu l-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem b’mod dirett jew indirett (4). Ma għandhom jikkawżaw l-ebda deterjorament fil-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fir-rigward ta’ dehra, riħa jew togħma. Fil-limiti rakkomandati għal operazzjoni korretta (jiġifieri l-kundizzjonijiet ta’ użu kif stipulati fl-istandards EN rispettivi indikati fit-Tabella 2), il-materjali ma għandu jsirilhom l-ebda tibdil li jkun ta’ ħsara għall-prestazzjoni tal-prodott. Materjali mingħajr ir-reżistenza adegwata għall-korrużjoni għandhom jitħarsu kif xieraq biex ma jippreżentawx riskju għas-saħħa.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżit u jissottometti dokumentazzjoni relevanti jew riżultati ta’ testijiet, kif indikat hawn taħt:

Materjali metalliċi f’kuntatt mal-ilma tax-xorb użati fir-rubinetterija sanitarja għandhom jiġu elenkati fil-lista pożittiva “Aċċettazzjoni ta’ Materjali Metalliċi għal Prodotti f’Kuntatt mal-Ilma tax-Xorb” kif mogħtija fl-Appendiċi. L-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit. Jekk il-materjali metalliċi ma jiġux inklużi f’din il-lista pożittiva, għandhom jiġu sottomessi r-riżultati tat-testijiet imwettqa skont l-approċċ għal “Żieda ta’ Materjali fil-Lista ta’ Kompożizzjoni fil-Kategorija ta’ Materjali”, kif deskritt fl-Appendiċi, u bl-użu tal-istandard EN 15664-1. Inkella, jekk ir-regolamenti nazzjonali obbligatorji jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru fejn il-prodott se jitqiegħed fis-suq, għandu jiġi sottomess ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ dawn il-materjali metalliċi u/jew il-prodott metalliku maħruġ mill-awtoritajiet nazzjonali jew il-laboratorji responsabbli.

Materjali organiċi f’kuntatt mal-ilma tax-xorb għandhom jiġu ttestjati skont ir-rekwiżiti rispettivi tal-Istat Membru fejn il-prodott se jitqiegħed fis-suq. Għandu jiġi sottomess ċertifikat, jew jekk xieraq, ir-riżultati tat-testijiet maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali jew il-laboratorji responsabbli.

Barra minn hekk, jekk meħtieġ mir-regolamenti nazzjonali jew l-Istat Membru fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq, għandhom jiġu sottomessi r-riżultati tat-testijiet għat-tisħiħ tat-tkabbir mikrobjali u l-valutazzjoni tar-riħa u tat-togħma tal-ilma.

Kriterju 3.   Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati

(a)   Sustanzi u taħlitiet perikolużi

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE, il-prodott jew kwalunkwe oġġett (5) tagħha ma għandux ikollu sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew il-frażijiet ta’ riskju speċifikati hawn taħt skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (7) u lanqas ma għandu jkollu sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Il-frażijiet tar-riskju hawn taħt ġeneralment jirreferu għal sustanzi. Madanakollu, jekk l-informazzjoni dwar is-sustanzi ma tkunx tista’ tinkiseb, japplikaw ir-regoli ta’ klassifikazzjoni

Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu

Dikjarazzjoni ta’ Periklu (9)

Frażi ta’ Riskju (10)

H300 Fatali jekk jinbela’

R28

H301 Tossiku jekk jinbela’

R25

H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

R65

H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R27

H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R24

H330 Fatali jekk jiġi inalat

R23/26

H331 Tossiku jekk jiġi inalat

R23

H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi

R46

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

R68

H350 Jista’ jikkawża l-kanċer

R45

H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat

R49

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità

R60

H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

R61

H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

R60/61/60-61

H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

R60/63

H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R61/62

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R62

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

R63

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf.

R62-63

H362 Jista’ jikkawża ħsara lit-tfal imreddgħa

R64

H370 Jikkawża ħsara lill-organi

R39/23/24/25/26/27/28

H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi

R68/20/21/22

H372 Jikkawża ħsara lill-organi wara esponiment għal żmien twil jew ripetut

R48/25/24/23

H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi wara esponiment għal żmien twil jew ripetut

R48/20/21/22

H400 Tossiku ħafna għall-ħajja akkwatika

R50

H410 Tossiku ħafna għall-ħajja akkwatika b’effetti għal żmien twil

R50-53

H411 Tossiku għall-ħajja akkwatika b’effetti għal żmien twil

R51-53

H412 Jagħmel ħsara lill-ħajja akkwatika b’effetti għal żmien twil

R52-53

H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara għal żmien twil lill-ħajja akkwatika

R53

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

R59

EUH029 Meta jmiss mal-ilma jarmi gass tossiku

R29

EUH031 Meta jmiss mal-aċidi jarmi gass tossiku

R31

EUH032 Meta jmiss mal-aċidi jarmi gass tossiku ħafna

R32

EUH070 Tossiku meta jmiss mal-għajnejn

R39-41

Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-proprjetajiet tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jew li jgħaddu minn modifika kimika b’mod li l-periklu identifikat qabel jitneħħa) huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.

Limiti ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati d-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew il-frażi ta’ riskju elenkati hawn fuq, li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet jew fil-kategoriji ta’ periklu, u għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57 (a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma għandhomx jaqbżu l-limiti ta’ konċentrazzjoni ġeneriċi jew speċifiċi ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Fejn jiġu ddeterminati limiti speċifiċi ta’ konċentrazzjoni, dawn għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ġeneriċi.

Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57 (d), (e) jew (f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma għandhomx jaqbżu 0,1 % piż skont il-piż.

Il-prodott finali ma jridx jiġi ttikkettat skont id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu ta’ hawn fuq.

Is-sustanzi/komponenti li ġejjin huma dderogati speċifikament minn dan ir-rekwiżit.

Nikil f’azzar inossidabbli ta’ kull tip

Id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu u l-frażijiet ta’ riskju kollha

Oġġetti u partijiet omoġeni ta’ rubinetterija sanitarja f’kuntatt mal-ilma tax-xorb, magħmula minn ligi, li jaqgħu taħt l-Artikolu 23 (d) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u li huma elenkati fil-Parti B tal-“Aċċettazzjoni ta’ Materjali Metalliċi użati għal Prodotti f’Kuntatt mal-Ilma tax-Xorb” – Approċċ Komuni” jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom jiżdiedu ma din il-lista kif elenkat fl-Appendiċi 1.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu u l-frażijiet ta’ riskju kollha

Nikil f’saff tal-kisi protettiv, jekk ir-rilaxx tan-nikil mis-saffi tan-nikil jew minn kisja li jkun fiha n-nikil fuq l-uċuħ interni ta’ prodotti li huma maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb ittestjati skont l-istandard EN 16058 (**)  (***) ma jaqbiżx l-10 μg/l.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu u l-frażijiet ta’ riskju kollha

Komponenti elettroniċi tar-rubinetterija sanitarja, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/65/UE (****)

Id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu u l-frażijiet ta’ riskju kollha

Valutazzjoni u verifika: għal kull oġġett jew kwalunkwe parti omoġena tiegħu l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata, bħal dikjarazzjonijiet ta’ konformità ffirmati mill-fornituri tagħhom, dwar in-nonklassifikazzjoni tas-sustanzi msemmija fil-lista ta’ hawn fuq skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, safejn dan jista’ jiġi ddeterminat, bħala minimu, mill-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata b’informazzjoni miġbura fil-qosor dwar il-karatteristiki relevanti assoċjati mad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu msemmija fil-lista ta’ hawn fuq, bil-livell ta’ dettall speċifikat fit-Taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Rekwiżiti għall-Kompilazzjoni tal-Iskedi ta’ Dejta ta’ Sigurtà).

Informazzjoni dwar il-karatteristiki intrinsiċi tas-sustanzi tista’ tiġi ġġenerata permezz ta’ mezzi oħra minbarra t-testijiet, pereżempju permezz tal-użu ta’ metodi alternattivi bħal metodi in vitro, b’mudelli kwantitattivi ta’ struttura-attività jew bl-użu ta’ raggruppament jew read-across skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-qsim tad-dejta relevanti huwa mħeġġeġ ferm.

L-informazzjoni pprovduta għandha tkun relatata mal-forom jew mal-istati fiżiċi tas-sustanza jew it-taħlitiet użati fil-prodott finali.

Għas-sustanzi elenkati fl-Annessi IV u V tar-REACH eżentati mill-obbligi ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 REACH, dikjarazzjoni b’dan l-għan tkun biżżejjed biex tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati hawn fuq.

(b)   Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-esklużjoni fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fir-rigward ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, meta preżenti f’taħlitiet, f’oġġett jew fi kwalunkwe parti omoġena ta’ oġġett kumpless f’konċentrazzjonijiet > 0.1 %. Limiti ta’ konċentrazzjoni speċifiċi ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom japplikaw f’każijiet fejn il-konċentrazzjoni hija anqas minn 0.1 %.

Valutazzjoni u verifika: Il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistgħu jinsabu fuq il-websajt tal-ECHA (13)

Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata, bħad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità ffirmati mill-fornituri tal-materjali u kopji ta’ Skedi ta’ Dejta ta’ Sigurtà għal sustanzi jew taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għal sustanzi jew taħlitiet. Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-Iskedi ta’ Dejta ta’ Sigurtà skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għal sustanzi u taħlitiet.

Kriterju 4.   Il-kwalità tal-prodott u l-lonġevità

(a)   Rekwiżiti ġenerali

Il-prodott għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ġenerali tal-istandards rispettivi EN elenkati fit-Tabella 2 jew mar-regolamenti legali nazzjonali obbligatorji korrispondenti. Ir-rekwiżit rigward ir-rati tal-flussi tal-ilma huwa eskluż minn dan il-kriterju.

Fejn applikabbli, it-tindif tal-elementi tal-prodotti, li jista’ jkun meħtieġ taħt kundizzjonijiet normali ta’ użu, għandu jsir bl-użu ta’ għodod jew aġenti sempliċi.

(b)   Kundizzjoni u kwalità tas-superfiċje esposta tal-kisja bl-Ni-Cr

Prodott sanitarju li għandu kisja metallika ta’ Ni-Cr (minkejja n-natura tal-materjal substrat) għandu jkun konformi mal-istandard EN 248.

(c)   Kemm jista’ jissewwa l-prodott u d-disponibbiltà tal-ispare parts

Il-prodott għandu jiġi ddisinjat b’tali mod li l-komponenti skambjabbli tiegħu jkunu jistgħu jinbidlu faċilment mill-utent finali jew minn inġinier professjonali tas-servizz, kif xieraq. L-informazzjoni dwar liema elementi jistgħu jinbidlu għandha tiġi indikata b’mod ċar fil-folja tal-informazzjoni mehmuża mal-prodott. L-applikant għandu jipprovdi wkoll struzzjonijiet ċari biex jippermetti lill-utent finali jew lill-esperti mħarrġa, biex iwettqu tiswijiet bażiċi, kif xieraq.

L-applikant għandu jiżgura barra minn hekk li l-ispare parts ikunu disponibbli għall-anqas għal seba’ snin minn tmiem il-produzzjoni.

(d)   Garanzija

L-applikant għandu jagħti garanzija ta’ minimu ta’ erba’ snin għal tiswija jew bdil.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u jipprovdi eżempji tal-folja tal-informazzjoni dwar il-prodott u t-termini tal-garanzija lill-korp kompetenti bħala parti mill-applikazzjoni.

Fir-rigward tal-punti (a) u (b) l-applikant għandu barra minn hekk jipprovdi lill-korp kompetenti bir-riżultati tat-testijiet li saru skont l-istandards elenkati fit-Tabella 2 fir-rigward tal-punt (a) u l-istandard EN 248 fir-rigward tal-punt (b) bħala parti mill-applikazzjoni.

Kriterju 5.   Imballaġġ

L-imballaġġ għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-komponenti tal-imballaġġ kollha għandhom ikunu jistgħu jiġu separati faċilment bl-idejn f’materjali individwali sabiex jiġi ffaċilitat ir-riċiklaġġ,

(b)

fejn jintuża, l-imballaġġ tal-kartun għandu jikkonsisti minn tal-anqas 80 % ta’ materjal irriċiklat.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżit u jipprovdi l-korp kompetenti b’kampjun(i) tal-imballaġġ bħala parti mill-applikazzjoni.

Kriterju 6.   Informazzjoni għall-utent

Il-prodott għandu jkun akkumpanjat minn informazzjoni relevanti għall-utent, li jipprovdi pariri dwar l-użu xieraq tal-prodott, u użu li jagħmel anqas ħsara lill-ambjent, kif ukoll dwar il-manutenzjoni tiegħu. L-informazzjoni li ġejja għandha tintwera b’mod stampat (fuq l-imballaġġ u/jew id-dokumentazzjoni li takkumpanja l-prodott) u/jew f’format elettroniku:

(a)

informazzjoni li l-impatt ambjentali ewlieni huwa relatat mal-fażi ta’ użu tal-prodott, jiġifieri mal-konsum tal-ilma u l-enerġija relatata mat-tisħin tal-ilma u pariri dwar kif l-użu razzjonali jista’ jnaqqas l-impatt ambjentali,

(b)

informazzjoni li l-prodott ingħata l-Ekotikketta tal-UE, flimkien ma’ spjega qasira imma speċifika dwar xi jfisser dan, flimkien mal-informazzjoni ġenerali pprovduta ħdejn il-logo tal-Ekotikketta tal-UE,

(c)

ir-rata massima tal-fluss f’1/min (ittestjata kif indikat fil-Kriterju 1(a)),

(d)

struzzjonijiet dwar l-installazzjoni, inkluż informazzjoni dwar il-pressjonijiet speċifiċi ta’ operazzjoni li l-prodott huwa adattat għalihom,

(e)

pariri li jikkonċernaw il-kwistjoni tal-istaġnar tal-ilma u twissija relatata kontra x-xorb ta’ ilma tal-vit wara ħin ta’ staġnar itwal (applikabbli għall-viti tal-ilma), bħal pereżempju “Biex tevita l-ħela tal-ilma tax-xorb, uża ilma staġnat (eż. bħall-ilma użat filgħodu jew wara l-btajjel) pereżempju għall-ifflaxxjar tat-tojlits, biex tieħu doċċa jew għall-ġnien”),

(f)

rakkomandazzjonijiet dwar l-użu u l-manutenzjoni xierqa (inkluż it-tindif u d-dekalċifikazzjoni) tal-prodott, li jsemmu l-istruzzjonijiet kollha rilevanti, b’mod partikolari:

(i)

pariri dwar il-manutenzjoni u l-użu tal-prodotti,

(ii)

informazzjoni dwar liema spare parts jistgħu jinbidlu,

(iii)

struzzjonijiet li jikkonċernaw it-tibdil ta’ woxers jekk il-viti jibdew iqattru l-ilma,

(iv)

pariri dwar it-tindif ta’ rubinetterija sanitarja b’materjali xierqa għall-prevenzjoni ta’ ħsara lis-superfiċje interna u esterna tagħhom.

(v)

pariri dwar is-servisjar regolari u xieraq tal-aeraturi.

Għal rubinetterija sanitarja (ħlief il-bexxiexi tad-doċċa) li ma tkunx mgħammra b’apparat għall-kontroll tal-ħin, it-test li ġej għandu jiġi riprodott b’mod viżibbli fuq l-imballaġġ tal-prodott:

“Dan il-prodott tal-Ekotikketta tal-UE huwa maħsub għal użu domestiku. Mhuwiex maħsub għal użu f’ambjent mhux domestiku għal użu multiplu u frekwenti (eż. faċilitajiet pubbliċi fl-iskejjel, uffiċini, sptarijiet, pixxini)”.

Għal rubinetterija sanitarja mgħammra b’apparat għall-kontroll tal-ħin, it-test li ġej għandu jiġi riprodott b’mod viżibbli fuq l-imballaġġ tal-prodott:

“Dan il-prodott tal-Ekotikketta tal-UE huwa maħsub b’mod partikolari għal użu f’ambjent mhux domestiku għal użu multiplu u frekwenti (eż. f’faċilitajiet pubbliċi fl-iskejjel, fl-uffiċini, fl-isptarijiet, fil-pixxini)”.

Għal “bexxiexi tad-doċċa għal fluss tal-ilma limitat” għandha titqiegħed informazzjoni fuq l-iskeda tal-prodott rigward il-ħtieġa li tiġi ċċekkjata l-kompatibbiltà meta użati ma’ doċċa tal-elettriku, eż. “jekk jogħġbok iċċekkja li din il-bexxiexa tad-doċċa għal fluss limitat hija kompatibbli mas-sistema dad-doċċa eżistenti tiegħek f’każ li tiddeċiedi li tużaha ma’ doċċa tal-elettriku”.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżit u jipprovdi lill-korp kompetenti b’kampjun jew kampjuni tal-informazzjoni għall-utent u/jew link għall-websajt tal-manifattur li jkun fiha din l-informazzjoni bħala parti mill-applikazzjoni.

Kriterju 7.   L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

It-tikketta fakultattiva b’kaxxa għall-kitba għandha tinkludi t-test li ġej:

Effiċjenza tal-ilma mtejba

Potenzjal miżjud ta’ ffrankar tal-enerġija

B’dan il-prodott iċċertifikat tiffranka l-ilma, l-enerġija u l-flus.

Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa għall-kitba jinsabu fil-“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE” fuq il-websajt:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/pdf/logo%20guidelines.pdf

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.


(1)  ISO/IEC 17025:2005 Rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza ta’ laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni

(2)  L-apparat li jillimita l-fluss irid jippermetti l-issettjar tar-rata tal-fluss tal-ilma prestabbilita (is-setting biex tiffranka l-ilma) għall-valur massimu ta’ 6 l/min. Ir-rata massima disponibbli tal-fluss tal-ilma ma għandhiex taqbeż it-8 l/min.

(3)  Il-bexxiexi tad-doċċa u d-doċċi b’aktar minn opzjoni waħda ta’ kif joħroġ ir-raxx tal-ilma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għas-setting bil-fluss tal-ilma l-aktar għoli.

(*)  Prodotti kkummerċjalizzati biex ikunu adattati għal installazzjonijiet ta’ pressjoni baxxa, li tipikament jiffunzjonaw bi pressjoni li tvarja minn 0,1 sa 0,5 bar.

(4)  L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).

(5)  Fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) Oġġett: tfisser prodott li waqt il-produzzjoni jingħata forma, wiċċ jew disinn speċjali li jiddeterminaw il-funzjoni tiegħu sa grad akbar milli tagħmel il-kompożizzjoni kimika tiegħu;

(6)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(7)  ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1.

(8)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008

(10)  Id-Direttiva 67/548/KEE b’aġġustament għar-REACH skont id-Direttiva 2006/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u d-Direttiva 1999/45/KE (12) kif emendat

(11)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 850.

(12)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

(**)  Fejn rekwiżiti nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-prodott se jitqiegħed fis-suq jew il-proċedura rispettiva tal-ittestjar għar-rilaxx tan-nikil mill-kisja huma fis-seħħ, minflok tista’ titressaq prova li dawn ir-rekwiżiti nazzjonali ntlaħqu, biex tipprova l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit.

(***)  EN 16058 Influwenza ta’ materjali metalliċi fuq l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem – Test dinamiku tar-rigg għall-eżami ta’ kisjiet tal-wiċċ b’saffi tan-nikil – Metodu ta’ ttestjar fuq perjodu fit-tul.

(****)  Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku.

(13)  http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp

Appendiċi

L-informazzjoni li ġejja hija bbażata fuq ir-rapport dwar “L-AĊĊETTAZZJONI TA’ MATERJALI METALLIĊI UŻATI GĦAL PRODOTTI F’KUNTATT MAL-ILMA TAX-XORB. Approċċ Komuni. Parti A – Proċedura għall-aċċettazzjoni u Parti B – Lista ta’ Kompożizzjoni Komuni” aċċessibbli fuq http://www.umweltbundesamt.de/wasser-e/themen/trinkwasser/4ms-initiative.htm.

Silta 1 mill-“AĊĊETTAZZJONI TA’ MATERJALI METALLIĊI UŻATI GĦAL PRODOTTI F’KUNTATT MAL-ILMA TAX-XORB. Approċċ Komuni. Parti A. Proċedura għall-aċċettazzjoni” ppreżentata fil-Kapitolu 2.

1.   Aċċettazzjoni ta’ materjali metalliċi fil-Lista ta’ Kompożizzjoni

Materjali metalliċi użati għall-PDW jridu jkunu elenkati fil-Lista ta’ Kompożizzjoni.

1.1.   Proċedura għaż-żieda ta’ materjali mal-Lista ta’ Kompożizzjoni

Ir-responsabbiltà ewlenija għall-valutazzjoni ta’ materjali se tibqa’ fil-livell nazzjonali billi jintużaw proċessi stabbiliti u r-riżorsi tal-esperti disponibbli hemm. Madanakollu, l-interpretazzjoni tar-riżultati tat-testijiet u l-applikazzjoni tal-kriterji ta’ aċċettazzjoni deskritti hawn taħt hija kumplessa. Għal din ir-raġuni Kumitat tal-Esperti għandu jagħti pariri dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Il-Kumitat tal-Esperti għandu jkollu l-kompetenzi li ġejjin:

Għarfien kompetenti tal-korrużjoni u r-rilaxx tal-metall

Kompetenza dwar it-tossikoloġija u l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-ilma tax-xorb relatati ma’ aspetti tas-saħħa tal-bniedem

Fehim tal-modi li bihom il-materjali metalliċi u l-prodotti jiġu użati fit-trattament u l-provvista tal-ilma tax-xorb

Il-grupp ta’ erba’ Stati Membri qabel fuq proċedura komuni biex jaċċetta materjali fuq Lista ta’ Kompożizzjoni komuni. Din il-proċedura hija deskritta fil-Parti B ta’ dan id-dokument.

1.2.   Struttura tal-Lista ta’ Kompożizzjoni

Il-Lista ta’ Kompożizzjoni fiha kategoriji differenti ta’ materjali metalliċi.

Kategorija hija ddefinita bħala:

grupp ta’ materjali bl-istess karatteristiki fir-rigward tal-qasam ta’ applikazzjoni tagħhom, ta’ kif jaġixxu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb u tar-restrizzjonijiet fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ilma u/jew l-erja tas-superfiċje.

Il-Lista ta’ Kompożizzjoni fiha l-firxa ta’ kompożizzjonijiet tal-kategoriji.

Kull kategorija għandha materjal wieħed ta’ referenza.

Materjal ta’ Referenza huwa ddefinit bħala:

materjal li jaqa’ f’kategorija li għaliha l-karatteristiki tar-rilaxx tal-metall fl-ilma tax-xorb huma magħrufa u jistgħu jerġgħu jiġu riprodotti, il-kompożizzjoni hija kkontrollata b’mod strett u l-elementi ta’ interess ikunu fil-limitu ta’ aċċettabbiltà, jew qribu. L-effetti possibbli ta’ ċerti kostitwenti li jinibixxu r-rilaxx tal-metall għandhom jitqiesu.

Taħt kull kategorija se jiġu elenkati materjali metalliċi disponibbli kummerċjalment aċċettati għall-użu f’PDW. Il-materjali jistgħu jintużaw biss għal ċerti prodotti minħabba r-restrizzjonijiet fir-rigward tal-erja tas-superfiċje (Tabella 1).

Tabella 1

Gruppi tal-prodotti għal materjali metalliċi

Grupp tal-Prodotti

Eżempji ta’ prodotti jew partijiet ta’ prodotti

Superfiċje ta’ kuntatt preżunta

“a”

A

Pajpijiet fl-installazzjoni tal-bini

Pipelines mhux miksija fis-sistemi tal-provvista tal-ilma

100  %

B

Fittings

Partijiet anċillari

Partijiet ta’ pompi fl-installazzjonijiet tal-bini

Partijiet ta’ valvi fl-installazzjonijiet tal-bini

10  %

C

Partijiet li jiċċaqilqu fil-miter tal-ilma

Partijiet ta’ pompi fis-sistemi tal-provvista tal-ilma

Partijiet ta’ valvi fis-sistemi tal-provvista tal-ilma

1  %

—   Grupp tal-Prodotti A: superfiċje ta’ kuntatt sa 100 %

Għall-pajpijiet f’installazzjoni tal-bini jista’ jintuża l-istess materjal għad-dijametri kollha. Materjal uniku jista’ jikkontribwixxi għal kważi 100 % tas-superfiċje f’kuntatt mal-ilma eż. ram, azzar galvanizzat jew azzar inossidabbli. L-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għal użu sikur trid tassumi l-perċentwal massimu possibbli. L-aċċettazzjoni ta’ kompożizzjoni għall-użu bħala pajpijiet tinkludi l-aċċettazzjoni għall-użi kollha (eż. fittings, komponenti, eċċ.).

Dan il-grupp jinkludi wkoll pipelines metalliċi mhux miksija fis-sistemi tal-provvista tal-ilma u l-proċessi tat-trattament tal-ilma.

—   Grupp tal-Prodotti B superfiċje ta’ kuntatt sa 10 %

Fittings jew partijiet anċillari jistgħu jiġu prodotti minn materjal wieħed jew minn materjali kemxejn differenti mal-installazzjoni kollha tal-binjiet. L-aktar komuni jkunu magħmula minn ligi tar-ram li fihom iċ-ċomb. Minħabba l-potenzjal li jirrilaxxaw iċ-ċomb fl-ilma hemm bżonn li jiġi restritt il-kuntatt totali tas-superfiċje ta’ prodotti magħmula minn dawn il-ligi. Għal valutazzjonijiet ta’ materjali għal dawn il-prodotti hija preżunta kontribuzzjoni erja tas-superfiċje ta’ 10 % f’kuntatt mal-ilma.

Dan il-grupp jinkludi wkoll partijiet metalliċi ta’ pompi u valvi użati f’installazzjonijiet tal-bini.

—   Grupp tal-Prodotti C: superfiċje ta’ kuntatt ta’ anqas minn 1 %

Għal raġunijiet tekniċi, jista’ jkun hemm il-bżonn li jiġu prodotti partijiet żgħar minn kompożizzjonijiet li mhumiex aċċettati għall-Grupp tal-Prodotti B, fittings u partijiet anċillari. Kompożizzjonijiet oħra b’rati ta’ rilaxx ogħla jistgħu jiġu aċċettati f’dan l-apparat sakemm l-użu tagħhom ma jżidx il-kontaminazzjoni totali tal-ilma tax-xorb b’mod sinifikanti. L-użu ta’ tali kompożizzjonijiet għandu jkun limitat għal partijiet li ma jaqbżux 1 % tas-superfiċje totali f’kuntatt mal-ilma tax-xorb; pereżempju, il-korp ta’ miter tal-ilma jkun hemm bżonn li jiġi prodott minn kompożizzjoni aċċettata għall-Grupp tal-Prodotti B iżda parti li tiċċaqlaq tista’ tiġi prodotta minn materjal elenkat fil-Grupp tal-Prodotti C.

Dan il-grupp jinkludi wkoll partijiet metalliċi minn pompi u valvoli użati fis-sistemi tal-provvista tal-ilma u fil-proċessi tat-trattament tal-ilma.

1.3.   Dejta meħtieġa għall-valutazzjoni

L-aċċettazzjoni ta’ materjali metalliċi hija bbażata fuq riżultati ta’ testijiet fuq perjodu fit-tul fuq test tal-irrigjar skont EN 15664-1. Il-perjodu minimu tal-ittesjtar huwa sitt xhur u jista’ jiġi estiż. Ir-rekwiżiti addizzjonali għall-ittestjar skont EN 15664-1 huma deskritti f’1.4 u 1.5.

L-aċċettazzjoni ta’ materjal ta’ referenza għal kategorija teħtieġ aċċettazzjoni ta’ riżultati mit-test tal-EN 15664-1 li jkun twettaq b’ilmijiet differenti (ara EN 15664-2) li jirrappreżentaw il-firxa normali ta’ kompożizzjonijiet tal-ilmijiet tax-xorb fl-UE.

Biex iżżid materjal f’kategorija, jenħtieġ test komparattiv mal-materjal ta’ referenza bl-użu ta’ EN 15664-1. Għall-ittestjar komparattiv huwa suffiċjenti l-użu ta’ ilma tax-xorb lokali, dejjem jekk l-ilma jkun korrużiv kif xieraq (ara EN 15664-2).

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta:

Rapporti ta’ testijiet skont EN 15664-1

Rapporti ta’ testijiet għall-kompożizzjoni tal-eżemplar tat-test

Għal kull kompożizzjoni, l-informazzjoni dwar il-limiti għall-elementi kostitwenti tal-illigar ewlieni u l-valuri massimi għall-impuritajiet. Tali limiti se jkunu aktar stretti għall-Materjali ta’ Referenza milli għal-ligi kummerċjali

Standard(s) Ewropew/j applikabbli eżistenti għall-materjal

Il-karatteristiki materjali

Prodotti li għandhom jiġu mmanifatturati mill-materjal u l-użi tagħhom (fattur a)

Il-proċess tal-produzzjoni

Informazzjoni oħra kkunsidrata xierqa biex tappoġġ il-valutazzjoni

1.4.   Speċifikazzjoni tal-eżemplar tat-test

Għall-ittestjar ta’ materjal skont EN 15664-1 l-eżemplari tat-test għandhom ikunu ta’ ċertu kompożizzjoni.

L-elementi kollha li jaqbżu 0,02 % jistgħu jkunu relevanti u għandhom ikunu ddikjarati għall-kompożizzjoni tal-materjal li jrid jiġi elenkat. Għal impuritajiet taħt 0,02 %, il-produttur huwa responsabbli mil-ligi/materjali biex jiżgura li ma jseħħ l-ebda rilaxx bil-potenzjal li jikkawża impatti negattivi fuq is-saħħa.

Il-kompożizzjoni tal-eżemplari tat-test għandha tkun kif ġej:

1.4.1.   Materjali ta’ referenza

L-eżemplari tat-test sottomessi għall-ittestjar ta’ materjal ġdid ta’ referenza u l-eżemplari tat-test użati bħala materjali ta’ referenza għall-ittestjar komparattiv għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

Il-kostitwenti u l-impuritajiet għandhom ikunu fil-firxa kif iddikjarat.

Nota: Il-kompożizzjoni tal-materjal ta’ referenza għandha tkun aċċettata qabel jinbeda l-ittestjar. Il-firxa ta’ kompożizzjoni għandha tkun limitata ħafna u l-materjal ta’ referenza għandu jirrappreżenta materjal tal-agħar każ fir-rigward tar-rilaxx tal-metall ta’ tħassib għall-kategorija.

1.4.2.   Materjali kandidati għal ittestjar komparattiv

Għall-materjali kandidati, il-firxa ta’ kompożizzjoni u l-impuritajiet permessi tagħha għandhom jiġu definiti. L-ittestjar komparattiv huwa possibbli, jekk il-firxa ta’ kompożizzjoni definita tal-materjal kandidat tikkonforma mad-definizzjoni ta’ kategorija eżistenti ta’ materjali.

Il-kompożizzjoni tal-eżemplari tat-test użati għall-ittestjar għandha tkun aktar ristretta mill-firxa ta’ kompożizzjoni definita ta’ dan il-materjal. Abbażi tal-għarfien dwar il-ligi tar-ram il-kompożizzjoni tal-eżemplari tat-test trid tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

 

Kostitwenti:

Cu, Zn bħala kostitwenti għandhom ikunu fil-firxa kif iddikjarat.

As bħala kostitwent għandu jkun akbar minn 66 % tal-firxa ddikjarata. (eż. jekk il-firxa ddikjarata hija ≤ 0,15 %, mela 66 % tal-firxa (0,15 %) hija 0,10 %; Għalhekk, il-kontenut tal-elementi għandu jkun 0,10 – 0,15 %.)

Al, Si u P għandhom ikunu anqas minn 50 % tal-firxa ddikjarata

Għall-kostitwenti l-oħra kollha l-kontenut għandu jkun akbar minn 80 % tal-firxa ddikjarata (eż. jekk il-firxa ddikjarata hija 1,6 sa 2,2 %, mela 80 % tal-firxa (0,6 %) hija 0,48 %; għalhekk, il-kontenut tal-elementi għandu jkun akbar minn 2,08 %.).

 

Impuritajiet:

L-impuritajiet li għandhom jiġu analizzati fl-ilma ta’ kuntatt (ara 1.5) għandhom ikunu akbar minn 60 % tal-kontenut massimu ddikjarat

Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkunu differenti għal ligi mhux tar-ram oħra.

1.5.   Analiżi tal-ilma

Jekk materjal ta’ referenza ġdid jiġi ttestjat, l-ilma ta’ kuntatt skont EN 15664-1 għandu jiġi analizzat għall-elementi kollha li jaqbżu 0.02 % fil-kompożizzjoni tal-materjal iddikjarat bl-eċċezzjoni ta’:

Sn, Si u P jekk ikunu preżenti bħala kostitwenti

Fe, Sn, Mn, Al, Si u P jekk ikunu preżenti bħala impuritajiet fil-liga

Għall-ittestjar komparattiv, l-analiżi tal-ilma ta’ kuntatt tista’ tkun limitata għal ċerti elementi speċifikati għal kull kategorija fil-lista ta’ kompożizzjoni.

1.6.   Kriterji ta’ aċċettazzjoni

It-Tabella 2 tipproponi l-kontribuzzjonijiet aċċettabbli mill-PDW metalliku għall-konċentrazzjonijiet ġenerali tal-metalli fil-viti tal-konsumaturi. Hija bbażata fuq il-valuri ta’ aċċettazzjoni għall-valuri parametriċi kimiċi u indikaturi fid-DWD. Il-kontribuzzjonijiet aċċettabbli ġew derivati bl-użu tal-prinċipji li ġejjin:

90 % għall-elementi li għalihom il-PDW metalliku jikkostitwixxi l-uniku sors ewlieni ta’ kontaminazzjoni;

50 % għall-elementi li għalihom sorsi oħra ta’ kontaminazzjoni huma possibbli

Fil-każ ta’ parametri oħra mhux elenkati fid-DWD intużaw il-kriterji li ġejjin:

Żingu: il-konċentrazzjonijiet ta’ dan l-element, preżenti fis-sistemi ta’ provvista tal-ilma fejn intużaw pajpijiet tal-azzar galvanizzat, mhumiex tossiċi. Madanakollu, iż-żingu jista’ jwassal għal ilmenti dwar it-togħma u d-dehra tal-ilma. Il-valur ta’ referenza propost intbagħat biex jiżgura li ż-żingu ma jnaqqasx l-aċċettabbiltà estetika tal-ilma (WHO, 2004).

Landa, bismut, molibdenu, titanju: dawn il-valuri ta’ referenza huma bbażati fuq valuri provviżorji rrakkomandati minn espert tat-tossikoloġija (Fawell, 2003).

Metalli oħra: Esperti tat-tossikoloġija se jintalbu parir dwar valur ta’ referenza xieraq kif meħtieġ

Biex tagħti lok għal żmien għall-iżvilupp ta’ saffi protettivi naturali, huwa propost li l-proċedura tat-test tissimula perjodu ta’ kondizzjonament ta’ tliet xhur, li matulu jkun ittollerat nuqqas ta’ konformità żgħir mal-konċentrazzjoni tar-referenza.

Tabella 2

Kontribuzzjonijiet aċċettabbli u konċentrazzjonijiet ta’ referenza għall-aċċettazzjoni ta’ kostitwenti metalliċi tal-PDW metalliku

Parametru

Kontribuzzjoni aċċettabbli mill-PDW metalliku

Valur parametriku DWD jew valur ta’ referenza propost f’DW

(μg/l)

Konċentrazzjoni ta’ Referenza “RC” għall-Iskema ta’ Aċċettazzjoni

(μg/l)

Parti B:   Parametri kimiċi

Antimonju

50  %

5

2,5

Arseniku

50  %

10

5

Kromu

50  %

50

25

Kadmju

50  %

5

2,5

Ram

90  %

2 000

1 800

Ċomb

50  %

10

5

Nikil

50  %

20

10

Selenju

50  %

10

5

Parti C:   Parametri indikaturi

Aluminju

50  %

200

100

Ħadid

50  %

200

100

Manganiż

50  %

50

25

Oħrajn Mhux elenkati f’DWD

Bismut

90  %

10

9

Molibdenu

50  %

20

10

Landa

50  %

6 000

3 000

Titanju

50  %

15

7,5

Żingu

90  %

3 000

2 700

1.7.   Iż-żieda ta’ Materjal ta’ Referenza għal Kategorija jew Materjal li ma jaqax taħt Kategorija elenkata

L-addizzjoni jew il-bidla ta’ firxa ta’ element ta’ lligar tista’ ċċaqlaq liga barra minn Kategorija u din il-bidla tista’ tinfluwenza b’mod sinifikanti l-karatteristiki tar-rilaxx tal-metall tal-materjal. F’dan il-każ u għal liga li tirrappreżenta Kategorija (Materjal ta’ Referenza) għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja.

L-informazzjoni elenkata f’1.3

Fejn kompożizzjoni ġdida proposta ma tkunx komparabbli ma’ Kategorija ta’ materjali elenkata, ir-riżultati tat-test kollha mill-ittestjar tar-rig tal-pajp skont l-EN15664-1 bl-użu ta’ mill-anqas tliet ilmijiet differenti tax-xorb definiti fl-EN15664-2 għandhom ikunu pprovduti.

1.7.1.   Aċċettazzjoni ta’ Materjal ta’ Referenza

Għall-valutazzjoni tar-riżultati tar-rig tat-test (skont l-EN 15664-1) il-medja aritmetika tal-konċentrazzjonjiet ekwivalenti tal-pajp MEPn(T) għandha titqies.

Għall-perjodi kollha ta’ operazzjoni (T) tiġi kkalkulata l-medja tal-MEPn(T) tat-tliet linji tat-test f’rig wieħed: MEPa(T).

Il-materjal jista’ jiġi aċċettat għall-grupp tal-prodotti bis-superfiċje ta’ kuntatt preżunta (ara t-Tabella 1), jekk:

(I)

MEPa(T) * a ≤ RC għal T = 16, 21 u 26 ġimgħa

(II)

MEPa(Tb) ≥ MEPa(T) għal {Tb, T} = {12, 16}, {16, 21} u {21, 26} ġimgħa

jiġu ssodisfati għall-ilmijiet tax-xorb ittestjati kollha.

It-test jista’ jiġi estiż sa sena, jekk il-Kriterju II ma jiġix issodisfat. F’dan il-każ il-materjal huwa aċċettabbli, jekk

(III)

MEPa(Tb) ≥ MEPa(T) għal {Tb, T} = {26, 39} u {39, 52} ġimgħa

jiġi ssodisfat għall-ilmijiet tax-xorb ittestjati, fejn il-Kriterju II ma ġiex issodisfat.

Is-sett sħiħ ta’ dejta disponibbli għandu jitqies. Għat-test rig skont l-EN 15664-1 dawn huma:

Riżultati tal-linji tat-test individwali,

riżultati ta’ staġnar ta’ 4 sigħat u

parametri tal-kompożizzjoni tal-ilma.

Jekk kampjuni ta’ staġnar kienu analizzati minbarra r-rekwiżiti fl-EN 15664-1, din id-dejta għandha titqies ukoll għall-valutazzjoni.

Il-Kumitat tal-Esperti għandu jiddeċiedi, jekk id-dejta disponibbli hix ta’ kwalità suffiċjenti (eż. l-ebda differenza ewlenija tat-tliet linji tat-test, interpretazzjoni tal-anomaliji) biex titwettaq valutazzjoni u jekk tkun ta’ kwalità suffiċjenti, jiddeċiedi jekk jaċċettax il-materjal ibbażat fuq il-kriterji msemmija hawn fuq. Il-materjali aċċettati se jiżdiedu mal-Lista ta’ Kompożizzjoni flimkien mal-Kategorija bħala Materjal ta’ Referenza.

1.8.   Iż-Żieda ta’ Materjali mal-Lista ta’ Kompożizzjoni fil-Kategorija ta’ materjali

Meta jintwera li l-kostitwenti ta’ materjal kandidat għall-approvazzjoni jaqgħu taħt Kategorija partikulari, il-materjal jista’ jiżdied mal-Lista ta’ Kompożizzjoni dejjem jekk prova ta’ testijiet komparattivi li titwettaq abbażi tal-Materjal ta’ Referenza f’rig test standardizzat, EN 15664-1, bl-użu ta’ ilma wieħed definit f’EN15664-2 juri riżultati sodisfaċenti.

L-informazzjoni li ġejja għandha tkun ipprovduta għal kull materjal:

L-informazzjoni elenkata f’1.3

Riżultati mill-ittestjar komparattiv bl-użu tar-rig test tal-pajpijiet EN 15664-1 relattiv għall-Materjal ta’ Referenza tal-Kategorija

1.8.1.   Aċċettazzjoni ta’ materjal permezz ta’ ttestjar komparattiv

Għall-valutazzjoni tar-riżultati tat-test rig (skont EN 15664-1) il-medja aritmetika tal-konċentrazzjonjiet ekwivalenti tal-pajp MEPn(T) għandha titqies.

Għall-perjodi kollha ta’ operazzjoni (T) tiġi kkalkulata l-medja tal-MEPn(T) tat-tliet linji tat-test fir-rig: MEPa(T).

Għall-Materjal ta’ Referenza għandu jitqies MEPa,RM(T) tat-tliet linji ta’ referenza.

Il-materjal jista’ jiġi aċċettat għal grupp tal-prodotti bis-superfiċje ta’ kuntatt preżunta tal-Materjal ta’ Referenza (ara t-Tabella 1), jekk:

(I)

MEPa(T) ≤ MEPa,RM(T) għal T = 16, 21 u 26 ġimgħa

(II)

MEPa(Tb) ≥ MEPa(T) għal {Tb, T} = {12, 16}, {16, 21} u {21, 26} ġimgħa

jiġu ssodisfati għall-ilma tax-xorb ittestjat.

It-test jista’ jiġi estiż sa sena, jekk il-Kriterju II ma jiġix issodisfat. F’dan il-każ il-materjal huwa aċċettabbli, jekk

(III)

MEPa(Tb) ≥ MEPa(T) għal {Tb, T} = {26, 39} u {39, 52} ġimgħa

jiġi ssodisfat.

Is-sett sħiħ ta’ dejta disponibbli għandu jitqies. Għar-rig tat-test skont EN 15664-1 dawn huma:

Riżultati tal-linji tat-test individwali,

riżultati ta’ staġnar ta’ 4 sigħat u

parametri tal-kompożizzjoni tal-ilma.

Jekk minbarra r-rekwiżiti fl-EN 15664-1 ġew analizzati l-kampjuni ta’ staġnar, din id-dejta għandha titqies ukoll għall-valutazzjoni.

Il-Kumitat tal-Esperti għandu jiddeċiedi jekk id-dejta disponibbli hix ta’ kwalità suffiċjenti (eż. l-ebda differenza ewlenija tat-tliet linji tat-test, interpretazzjoni tal-anomaliji) biex titwettaq valutazzjoni u jekk tkun ta’ kwalità suffiċjenti, jiddeċiedi jekk jaċċettax il-materjal ibbażat fuq il-kriterji msemmija hawn fuq. Il-materjali aċċettati se jiġu miżjuda mal-Lista ta’ Kompożizzjoni għall-Kategorija tal-Materjal ta’ Referenza użat għal ittestjar komparattiv.

Silta 2 tal-“AĊĊETTAZZJONI TA’ MATERJALI METALLIĊI UŻATI GĦAL PRODOTTI F’KUNTATT MAL-ILMA TAX-XORB. Approċċ Komuni. Parti B – Lista ta’ Kompożizzjoni Komuni” ppreżentata fil-Kapitolu 2.

Ligi tar-ram

Ligi tar-ram-żingu-ċomb

1.8.1.1.   Kategorija

Limiti ta’ kompożizzjoni tal-Kategorija

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

≥ 57,0

Antimonju

0,02

Żingu

Il-bqija

Arseniku

0,02

Ċomb

≤ 3,5

Bismut

0,02

Aluminju

≤ 1,0

Kadmju

0,02

Ħadid

≤ 0,5

Kromu

0,02

Siliċju

≤ 1,0

Nikil

0,2

Landa

≤ 0,5

 

 


Kompożizzjoni tal-Materjal ta’ Referenza

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

57,0 – 59,0

Antimonju

0,02

Żingu

Il-bqija

Arseniku

0,02

Ċomb

1,9-2,1

Bismut

0,02

 

 

Kadmju

0,02

 

 

Kromu

0,02

 

 

Nikil

0,2

 

 

Aluminju

0,2

 

 

Ħadid

0,3

 

 

Siliċju

0,02

 

 

Landa

0,3

Elementi li għandhom jiġu kkunsidrati fl-ilma ta’ migrazzjoni:

Ċomb, nikil, ram, żingu

Iż-żieda ta’:

Għal kull element: Fatturi ta’ aċċettazzjoni pparagunati mal-materjal ta’ referenza msemmi

1.8.1.2.   Ligi aċċettati

Liga aċċettata Ram isfar B2 (ibbażata fuq CW617N CW612N)

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

57,0 – 60,0

Antimonju

0,02

Żingu

Il-bqija

Arseniku

0,02

Ċomb

1,6 – 2,2

Bismut

0,02

 

 

Kadmju

0,02

 

 

Kromu

0,02

 

 

Nikil

0,1

 

 

Aluminju

0,05

 

 

Ħadid

0,3

 

 

Siliċju

0,03

 

 

Landa

0,3

Aċċettati għall-gruppi tal-prodotti li ġejjin

Grupp tal-Prodotti B

Grupp tal-Prodotti C:

Bażi għall-Aċċettazzjoni

Rapport ta’ Riċerka Konormattiva Ġermaniża RG_CPDW_01_074

Dossier John Nuttall (Marzu 2006)

Liga aċċettata Ram isfar B1 (ibbażata fuq CW614N, CW603N)

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

57,0 – 62,0

Antimonju

0,02

Żingu

Il-bqija

Arseniku

0,02

Ċomb

2,5 – 3,5

Bismut

0,02

 

 

Kadmju

0,02

 

 

Kromu

0,02

 

 

Nikil

0,2

 

 

Aluminju

0,05

 

 

Ħadid

0,3

 

 

Siliċju

0,03

 

 

Landa

0,3

Aċċettati għall-gruppi tal-prodott li ġejjin

Grupp tal-Prodotti C:

Bażi għall-Aċċettazzjoni

Rapport ta’ Riċerka Konormattiva Ġermaniża RG_CPDW_01_074

Dossier John Nuttall (Marzu 2006)

Ligi tar-ram-żingu-ċomb-arseniku

1.8.1.3.   Kategorija

Limiti ta’ kompożizzjoni tal-Kategorija

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

≥ 61,0

Antimonju

0,02

Żingu

Il-bqija

Bismut

0,02

Arseniku

≤ 0,15

Kadmju

0,02

Ċomb

≤ 2,2

Kromu

0,02

Aluminju

≤ 1,0

Nikil

0,2

Ħadid

≤ 0,5

 

 

Siliċju

≤ 1,0

 

 

Landa

≤ 0,5

 

 


Kompożizzjoin tal-Materjal ta’ Referenza

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

61,0-63,0

Antimonju

0,02

Żingu

Il-bqija

Bismut

0,02

Arseniku

0,09-0,13

Kadmju

0,02

Ċomb

1,4-1,6

Kromu

0,02

Aluminju

0,5-0,7

Nikil

0,2

 

 

Ħadid

0,12

 

 

Siliċju

0,02

 

 

Landa

0,3

Elementi għal konsiderazzjoni fl-ilma ta’ migrazzjoni:

Ċomb, nikil, arseniku, ram, żingu

Restrizzjonijiet għall-użu ta’ materjali metalliċi fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ilma (abbażi tas-saħħa)

Abbażi tar-riżultati tar-riċerka ddedikata li għadha għaddejja (mill-industrija), l-elementi tal-illigar (kostitwenti) u l-impuritajiet se jkunu limitati b’tali mod li l-ligi jistgħu jintużaw fi kwalunkwe ilma tax-xorb.

Aċċettati għall-gruppi tal-prodotti li ġejjin

Grupp tal-Prodotti B

Grupp tal-Prodotti C

Bażi għall-Proposta

Dossier John Nuttall (Marzu 2006)

Iż-żieda ta’:

Għal kull element: Fatturi ta’ aċċettazzjoni pparagunati mal-materjal ta’ referenza msemmi

Ligi tar-ram-landa-żingu-ċomb

1.8.1.4.   Kategorija

Limiti ta’ kompożizzjoni tal-Kategorija

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

Il-bqija

Aluminju

0,01

Żingu

≤ 6,5

Antimonju

0,1

Landa

≤ 13,0

Arseniku

0,03

Ċomb

≤ 3,0

Bismut

0,02

Nikil

≤ 0,6

Kadmju

0,02

 

 

Kromu

0,02

 

 

Ħadid

0,3

 

 

Siliċju

0,01


Kompożizzjoin tal-Materjal ta’ Referenza

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

Il-bqija

Aluminju

0,01

Żingu

5,9-6,2

Antimonju

0,1

Landa

3,9-4,1

Arseniku

0,03

Ċomb

2,8-3,0

Bismut

0,02

Nikil

0,5-0,6

Kadmju

0,02

 

 

Kromu

0,02

 

 

Ħadid

0,3

 

 

Siliċju

0,01

Elementi għal konsiderazzjoni fl-ilma ta’ migrazzjoni:

Ċomb, nikil, antimonju, ram, żingu, landa

Iż-żieda ta’:

Għal kull element: Fatturi ta’ aċċettazzjoni b’paragun mal-materjal ta’ referenza msemmi

1.8.1.5.   Ligi aċċettati

Liga aċċettata Gunmetal GM1 (ibbażata fuq CC491K)

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

84,0 – 88,0

Aluminju

0,01

Żingu

4,0 – 6,0

Antimonju

0,1

Landa

4,0 – 6,0

Arseniku

0,03

Ċomb

2,5-3,0

Bismut

0,02

Nikil

0,1-0,6

Kadmju

0,02

 

 

Kromu

0,02

 

 

Ħadid

0,3

 

 

Siliċju

0,01

Aċċettati għall-gruppi tal-prodotti li ġejjin

Grupp tal-Prodotti B

Grupp tal-Prodotti C:

Bażi għall-Proposta: Rapport ta’ Riċerka Konormattiva Ġermaniża RG_CPDW_01_074, Dossier John Nuttall (Marzu 2006)

Rammijiet

Ram

1.8.1.6.   Kategorija

Limiti ta’ kompożizzjoni għall-Kategorija

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

≥ 99,9

Total tal-oħrajn

≤ 0,1

Fosforu

≤ 0,04

 

 


Kompożizzjoni tar-Referenza

Kostitwent

Numru EN

Cu-DHP

CW 024 A

Elementi għal konsiderazzjoni fl-ilma ta’ migrazzjoni:

L-ebda element: ma hemmx bżonn ta’ ttestjar komparattiv

1.8.1.7.   Ligi aċċettati

Ram (Cu-DHP)

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

≥ 99,9

Total tal-oħrajn

≤ 0,1

Fosforu

≤ 0,04

 

 

Aċċettati għall-gruppi tal-prodotti li ġejjin

Grupp tal-Prodotti A:

Grupp tal-Prodotti B

Grupp tal-Prodotti C:

Restrizzjonijiet għall-użu ta’ materjali metalliċi fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ilma (ibbażati fuq is-saħħa)

Il-formazzjoni tal-komposti tar-ram fuq is-superfiċje tal-pajpijiet tar-ram u konsegwentement id-dsisoluzzjoni huma influwenzati b’mod qawwi minn komposti minuri tal-kompożizzjoni tal-ilma. F’ċerti kompożizzjonijiet tal-ilma, ir-rata tal-lissija tar-ram tista’ tilħaq livelli inaċċettabbli. Jista’ jagħti l-każ li l-Istati Membri jkollhom bżonn jiggwidaw lill-industrija tal-ilma u lill-fornituri u l-installaturi tal-pajpijiet tar-ram dwar restrizzjonijiet li jista’ jkun hemm bżonn li jiġu introdotti fir-rigward tal-użu ta’ pajp tar-ram f’kompożizzjonijiet tal-ilma fejn tista’ sseħħ lissija eċċessiva tar-ram.

Jeħtieġ li titwettaq aktar riċerka rigward il-kompatibbiltà tar-ram ma’ ċerti kompożizzjonijiet ta’ ilma bl-użu ta’ proċeduri armonizzati għall-investigazzjoni u l-evalwazzjoni.

Bażi għall-Proposta

Ir-riżultati tar-riċerka u l-esperjenza prattika f’diversi Stati Membri huma meħtieġa biex jikkaratterizzaw il-kundizzjonijiet għal użu sikur.

Nota:

Il-kontaminazzjoni tal-ilma tax-xorb minn pajpijiet tar-ram tiddependi minn diversi karatteristiki tal-kompożizzjoni tal-ilma. Sa issa għad ma hemm l-ebda kunsens dwar l-azzjoni u l-interazzjoni kkombinata tagħhom. B’mod partikolari, hemm informazzjoni inadegwata dwar il-firxa ta’ kompożizzjonijiet tal-ilma tax-xorb fejn ikun hemm l-akbar possibbiltà ta’ nuqqas ta’ konformità mad-DWD.

Tubi rar-Ram miksija bil-landa u Fittings tar-Ram miksija bil-landa

Għal tubi tar-ram miksija bil-landa u mmuntar tar-ram miksija bil-landa bħala materjal bażi jintuża r-ram skont 4.3.1. Fuq dan il-materjal substrat jiġi ddepożitat saff irqiq tal-landa permezz ta’ proċessi differenti. Permezz tad-diffużjoni ta’ joni fis-saff tal-landa, tiġi ffurmata l-formazzjoni ta’ fażi intermetallika dejjem tiżdied li tikkonsisti mil-landa u r-ram (fażi-η = Cu6Sn5)

1.8.1.8.   Kategorija

Limiti ta’ kompożizzjoni tal-Kategorija: saff tal-landa

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità ta’

Massimu (%)

Landa u Ram

99,90

Antimonju

0,01

 

 

Arseniku

0,01

 

 

Bismut

0,01

 

 

Kadmju

0,01

 

 

Kromu

0,01

 

 

Ċomb

0,01

 

 

Nikil

0,01


Kompożizzjoni tar-Referenza

Tubu tar-ram skont l-EN 1057

Kostitwent

Numru EN

Cu-DHP

CW 024 A

1.8.1.9.   Ligi aċċettati

Ram CW 024 A bi ħxuna tas-saff tal-landa ta’ 1 μm bil-kompożizzjoni li ġejja:

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità ta’

Massimu (%)

Landa

90

Antimonju

0,01

Ram

< 10

Arseniku

0,01

 

 

Bismut

0,01

 

 

Kadmju

0,01

 

 

Kromu

0,01

 

 

Ċomb

0,01

 

 

Nikil

0,01

Aċċettati għall-gruppi tal-prodotti li ġejjin

Grupp tal-Prodotti A:

Grupp tal-Prodotti B

Grupp tal-Prodotti C:

Bażi għall-proposta:

Testijiet tal-lissija

a

:

testijiet tar-rig f’ilmijiet tax-xorb rappreżentattivi Ġermaniżi, ippubblikati: A. Baukloh, S. Priggemeyer, U. Reiter, B. Winkler, Chemically inner tinned Copper Pipes,, Metall 10-11 (1998) 592 - 600.

b

:

Testijiet tar-rig skont DIN 50931 (test tar-rig): Rapport tekniku DVGW/TZW, 2000

Approvazzjonijiet li jeżistu diġà mingħajr restrizzjonijiet fl-ilmijiet tax-xorb

Il-Pajjiżi l-Baxxi: skont BRL-K19005,

Il-Ġermanja: skont DIN 50930, T6 u DVGW GW 392)

Id-Danimarka, ETA

Azzar galvanizzat

1.8.1.10.   Kategorija

Il-kisja taż-żingu li tirriżulta mill-proċess ta’ galvanizzazzjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin.

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Żingu

 

Antimonju

0,01

 

 

Arseniku

0,02

 

 

Kadmju

0,01

 

 

Kromu

0,02

 

 

Ċomb

0,05

 

 

Bismut

0,01

1.8.1.11.   Ligi aċċettati

Il-kisja taż-żingu li tirriżulta mill-proċess ta’ galvanizzazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin.

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Żingu

 

Antimonju

0,01

 

 

Arseniku

0,02

 

 

Kadmju

0,01

 

 

Kromu

0,02

 

 

Ċomb

0,05

 

 

Bismut

0,01

Gwida dwar ir-restrizzjonijiet għall-użu ta’ materjali metalliċi fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ilma

Il-formola li ġejja hija proposta bħala mezz biex jiġu identifikati l-kompożizzjonijiet tal-ilma fejn ir-rati ta’ korrużjoni għall-azzar galvanizzat huma aċċettabbli.

pH ≥ 7,5 jew CO2 liberu ≤ 0,25 mmol/L

U

Alkalinità ≥ 1,5 mmol/L

U

S1 < 2 (definizzjoni ta’ S1 hawn taħt)

U

Kalċju ≥ 0,5 mmol/L

U

Konduttività ≤ 600 μS/cm b’25 °C

U

S2 < 1 jew S2> 3 (definizzjoni ta’ S2 hawn taħt)

Formula konċentrazzjonijiet f’mmol/l

Formula konċentrazzjonijiet f’mmol/l

Aċċettati għall-gruppi tal-prodotti li ġejjin

Grupp tal-Prodotti A:

Grupp tal-Prodotti B

Grupp tal-Prodotti C:

Bażi għall-proposta

Hemm regolamenti fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ilma fi Franza (DTU 60.1/NF P 40-201) u fil-Ġermanja (DIN 50930-3). Dawn il-limiti huma bbażati fuq esperjenza prattika iżda espressa b’modi differenti. Il-proposta tkopri l-aktar l-istess kompożizzjonijiet tal-ilma bħaż-żewġ regolamenti. Il-proposta tqis ir-riżultati disponibbli mir-riċerka fil-Ġermanja u r-riċerka konormattiva.

Il-proposta tinkorpora wkoll ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija f’EN 12502-3 fir-rigward tar-riskju tal-korrużjoni lokalizzata. Din il-korrużjoni lokalizzata spiss twassal għal deterjorament fil-kwalità tal-ilma bħala riżultat tal-prodotti ta’ korrużjoni tal-ħadid.

Il-proposta hija bbażata fuq ir-riżultati li nkisbu b’pajpijiet tal-azzar galvanizzat b’konċentrazzjonijiet taċ-ċomb bejn 1,0 % u 0,6 % fis-saff taż-żingu, u tassumi mġiba simili fil-pajpijiet b’konċentrazzjonijiet taċ-ċomb aktar baxxi.

Azzar tal-karbonju

Azzar tal-karbonju għall-pajpijiet u t-tankijiet

Azzar tal-karbonju mingħajr saffi protettivi permanenti mhux adattat għall-użu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb.

Azzar tal-karbonju għall-partijiet anċillari

L-azzar tal-karbonju mhux protett jista’ jintuża għal applikazzjonijiet speċifiċi (eż. pompi, valvoli) u għal superfiċje żgħira biss f’kuntatt mal-ilma.

1.8.1.12.   Kategorija

Il-kostitwenti u l-impuritajiet ma għandhomx jaqbżu l-limiti massimi ddikjarati hawn taħt:

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ħadid

 

Antimonju

0,02

Karbonju

≤ 2,11

Arseniku

0,02

Kromu

≤ 1,0

Kadmju

0,02

Molibdenu

≤ 1,0

Ċomb

0,02

Nikil

≤ 0,5

 

 

1.8.1.13.   Ligi aċċettati

Il-kostitwenti u l-impuritajiet ma għandhomx jaqbżu l-limiti massimi ddikjarati hawn taħt:

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ħadid

 

Antimonju

0,02

Karbonju

≤ 2,11

Arseniku

0,02

Kromu

≤ 1,0

Kadmju

0,02

Molibdenu

≤ 1,0

Ċomb

0,02

Nikil

≤ 0,5

 

 

Aċċettati għall-gruppi tal-prodotti li ġejjin

Grupp C

Bażi għall-proposta

Abbozz tar-Regolament Taljan

Kalkolu tal-impatt possibbli fuq id-DW

Ħadid fondut

Ħadid fondut għall-pajpijiet u t-tankijiet

Ħadid fondut mingħajr saffi protettivi permanenti mhux adattat għal pajpijiet u fittings f’kuntatt mal-ilma tax-xorb.

Ħadid fondut għall-partijiet anċillari

Il-ħadid fondut mhux protett jista’ jintuża għal applikazzjonijiet speċifiċi (eż. pompi, valvoli) u għal superfiċje żgħira biss f’kuntatt mal-ilma. Il-kompożizzjoni tagħhom għandha bżonn tiġi rregolata.

1.8.1.14.   Kategorija

Il-kostitwenti u l-impuritajiet ma għandhomx jaqbżu l-limiti massimi ddikjarati hawn taħt:

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

 

 

Antimonju

0,02

Ħadid

 

Arseniku

0,02

Karbonju

 

Kadmju

0,02

Kromu

≤ 1,0

Ċomb

0,02

Molibdenu

≤ 1,0

 

 

Nikil

≤ 6,0

 

 

1.8.1.15.   Ligi aċċettati

Il-kostitwenti u l-impuritajiet ma għandhomx jaqbżu l-limiti massimi ddikjarati hawn taħt:

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

 

 

Antimonju

0,02

Ħadid

 

Arseniku

0,02

Karbonju

 

Kadmju

0,02

Kromu

≤ 1,0

Ċomb

0,02

Molibdenu

≤ 1,0

 

 

Nikil

≤ 6,0

 

 

Aċċettati għall-gruppi tal-prodotti li ġejjin

Grupp C

Bażi għall-proposta

Abbozz tar-Regolament Taljan

Regolament Franċiż

Kalkolu tal-impatt possibbli fuq id-DW


Top