EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1263

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012 tal- 21 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

OJ L 356, 22.12.2012, p. 34–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 18 Volume 015 P. 91 - 111

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1263/oj

22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 356/34


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1263/2012

tal-21 ta’ Diċembru 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1),

Wara li kkunsidra l-proposti konġunti mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK. Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/635/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK u tipprovdi għal miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Iran.

(2)

Dawk il-miżuri restrittivi addizzjonali jinkludu partikolarment projbizzjoni ta' esportazzjoni fuq tagħmir u teknoloġija navali ta' importanza ewlenija għall-bini, il-manutenzjoni jew it-tiswija tal-bastimenti. Barra minn hekk, il-kummerċ fil-grafit, metalli mhux maħduma jew nofshom maħduma, bħall-aluminju u l-azzar, u softwer għal ċerti proċessi industrijali għandu jiġi pprojbit.

(3)

Il-miżuri restrittivi addizzjonali jinkludu wkoll projbizzjoni fuq l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport tal-gass naturali Iranjan. L-implimentazzjoni effettiva ta' din il-projbizzjoni teħtieġ li jittieħdu miżuri għall-projbizzjoni tal-iswaps tal-gass naturali li jkunu magħrufa li jżidu l-esportazzjoni tal-gass naturali mill-Iran fi ksur tal-projbizzjoni, jew fejn ikun hemm raġuni valida li jiġi ssuspettat dan. Il-kuntratti ssodisfatti bl-użu ta' pipeline direttament konness mal-grilja tat-trażmissjoni tal-gass naturali tal-Unjoni mingħajr punt ta' dħul intiżi biex jiffaċilitaw ix-xiri jew iż-żieda fl-esportazzjoni ta' gass naturali li joriġina fl-Iran ma għandhomx jiġu affettwati mill-projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet tal-gass naturali.

(4)

Id-Deċiżjoni 2012/635/PESK sejħet għar-reviżjoni ta' miżuri restrittivi li jikkonċernaw oġġetti u teknoloġija b'użu doppju stipulati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (4), bil-ħsieb tal-inklużjoni ta' ċerti oġġetti fil-Parti 2 ta' kategorija 5 tiegħu li jistgħu jkunu rilevanti għal industriji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika jew li jistgħu jkunu rilevanti għall-programm nukleari, militari jew tal-missili ballistiċi tal-Iran filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati fuq il-popolazzjoni ċivili fl-Iran.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni lejn l-Iran ta' ċertu tagħmir jew teknoloġija ewlenin li jistgħu jintużaw fis-setturi ewlenin tal-industriji taż-żejt, tal-gass naturali u tal-petrokimiċi għandha tiġi pprovduta lista addizzjonali ta' tali tagħmir u teknoloġija ewlenin.

(6)

Għall-istess raġuni, għandhom jiġu pprovduti wkoll listi ta' oġġetti suġġetti għal restrizzjonijiet kummerċjali fuq il-gass naturali, il-grafit, metalli mhux maħduma jew nofshom maħduma, bħall-aluminju u l-azzar, u softwer għal ċerti proċessi industrijali.

(7)

Id-Deċiżjoni 2012/635/PESK tipprojbixxi wkoll tranżazzjonijiet bejn banek u istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni u dawk Iranjani, sakemm mhux awtorizzati minn qabel mill-Istat Membru rilevanti.

(8)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2012/635/PESK tipprovdi għal projbizzjonijiet fuq il-forniment ta' servizzi ta' reġistrazzjoni (flagging) u ta' klassifikazzjoni għal tankers taż-żejt u bastimenti tal-merkanzija Iranjani kif ukoll fuq il-forniment ta' bastimenti maħsuba għat-trasport jew għall-ħażna ta' żejt u prodotti petrokimiċi lil persuni u entitajiet Iranjani jew lil persuni u entitajiet oħra bil-għan li jittrasportaw jew jaħżnu żejt u prodotti petrokimiċi Iranjani.

(9)

Sabiex jipproteġu l-ambjent u s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, huwa meħtieġ li jkun stipulat li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jieħdu l-azzjoni kollha li jidhrilhom hija meħtieġa sabiex jiżguraw li l-obbligi legali dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema kif ukoll il-ħarsien tal-ambjent ikunu rispettati. F'każijiet urġenti, Stat Membru għandu jitħalla jieħu din l-azzjoni mingħajr ma jinnotifikaha minn qabel, sakemm jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni kemm jista' jkun malajr wara.

(10)

Meta Stat Membru ikun ta liċenzja ta' involviment f'attivitajiet tal-esplojtazzjoni tal-idrokarburi lil xi persuna, entità jew korp innominati, qabel ma dik il-persuna, entità jew korp ikunu ġew innominati, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tista' tawtorizza deroga minn ċerti projbizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 267/2012, fejn deroga bħal din hija meħtieġa biex tkun evitata jew rimedjata l-ħsara ambjentali jew biex ma jitħassarx b'mod permanenti l-valur tal-liċenzja,

(11)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, sabiex jiġu implimentati hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(12)

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   L-Anness I għandu jinkludi oġġetti u teknoloġija, inkluż softwer, li huma oġġetti jew teknoloġija b'użu doppju kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 428/2009, għajr għal ċerti oġġetti u teknoloġija kif speċifikati fil-parti A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.";

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"2a.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, fi żmien erba' ġimgħat, dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 426/2009, fir-rigward tal-oġġetti u t-teknoloġija kif speċifikat fil-parti A tal-Anness I għal dan ir-Regolament.".

(2)

Fl-Artikolu 6, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(d)

l-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' kuntratti konklużi qabel 22 ta’ Diċembru 2012 għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' prodotti u teknoloġija kif speċifikat fil-Parti C tal-Anness I ta' dan ir-Regolament jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.

(e)

l-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' kuntratti konklużi qabel 22 ta’ Diċembru 2012 għall-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' oġġetti u teknoloġija kif speċifikat fil-Parti C tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.”

Fir-rigward tal-punt (d), l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, fi żmien erba' ġimgħat, dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 428/2009

(3)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 8

1.   Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew ta' teknoloġija elenkati fl-Annessi VI u VIA, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran.

2.   L-Annessi VI u VIA għandhom jinkludu tagħmir u teknoloġija ewlenin għas-setturi ewlenin li ġejjin tal-industrija taż-żejt u l-gass fl-Iran:

(a)

l-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali;

(b)

il-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali;

(c)

ir-raffinar;

(d)

il-likwefazzjoni tal-gass naturali.

3.   L-Annessi VI u VIA għandhom jinkludu wkoll tagħmir u teknoloġija ewlenin għall-industrija petrokimika fl-Iran.

4.   L-Annessi VI u VIA ma għandhomx jinkludu elementi inklużi fil-Lista Militari Komuni, jew fl-Anness I, II jew III.".

(4)

L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 9

1. Huwa pprojbit:

(a)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika jew ta' servizzi ta' senserija relatati mat-tagħmir u t-teknoloġija ewlenin elenkati fl-Anness VI u VIA, jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti elenkati fl-Anness VI jew VIA, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran;

(b)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja relatati mat-tagħmir u t-teknoloġija ewlenin elenkati fl-Anness VI u VIA, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran.".

(5)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 8 u 9 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

l-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' tranżazzjonijiet meħtieġa minn kuntratt kummerċjali fir-rigward ta' tagħmir jew teknoloġija ewlenin fl-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali, tal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali, tar-raffinar, tal-likwefazzjoni tal-gass naturali kif elenkati fl-Anness VI konklużi qabel is-27 ta' Ottubru 2010, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' dawn il-kuntratti, jew minn kuntratt jew ftehim konklużi qabel is-26 ta' Lulju 2010 u li jkunu relatati ma' investiment fl-Iran li jkun sar qabel is-26 ta' Lulju 2010, u lanqas ma għandhom iwaqqfu l-eżekuzzjoni ta' obbligu li jirriżultaw minn dawn;

(b)

l-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' tranżazzjonijiet meħtieġa minn kuntratt kummerċjali rigward tagħmir u teknoloġija ewlenin għall-industrija petrokimika kif elenkati fl-Anness VI konkluż qabel l-24 ta' Marzu 2012, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' dawn il-kuntratti, jew minn kuntratt jew ftehim konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 u li jkunu relatati ma' investiment fl-Iran li jkun sar qabel it-23 ta' Jannar 2012, u lanqas ma għandhom jimpedixxu l-eżekuzzjoni ta' obbligi li jirriżultaw minn dawn;

(c)

l-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' tranżazzjonijiet meħtieġa minn kuntratt kummerċjali fir-rigward ta' tagħmir jew teknoloġija ewlenin fl-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali, il-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali, ir-raffinar u l-likwefazzjoni tal-gass naturali u għall-industrija petrokimika kif elenkati fl-Anness VIA konkluż qabel is-16 ta' Ottubru 2012 u relatati ma' investiment fl-Iran fl-esplorazzjon taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali, il-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali, u r-raffinar, il-likwefazzjoni ta' gass naturali magħmula qabel is-26 ta' Lulju 2010, jew relatati ma' investiment fl-Iran fl-industrija petrokimika li jkun sar qabel it-23 ta' Jannar 2012, u lanqas ma għandhom jimpedixxu l-eżekuzzjoni ta' obbligi li jirrizultaw minn dawn; jew

(d)

l-għoti ta' assistenza teknika maħsuba unikament għall-installazzjoni ta' tagħmir jew teknoloġija fornuti skont il-punti (a), (b) u (c),

bil-kundizzjoni li l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jkunu qegħdin ifittxu li jidħlu f'dawn it-tranżazzjonijiet, jew li jipprovdu assistenza għal dawn it-tranżazzjonijiet, ikunu nnotifikaw it-tranżazzjoni jew l-assistenza, mill-inqas 20 jum ta' xogħol qabel, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti.

2.   Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 8 u 9 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw minn kuntratti msemmija fl-Artikolu 12(1)(b) u 14(1)(b), sakemm dawk l-obbligi jirriżultaw minn kuntratti ta' servizz jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni tagħhom u sakemm l-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti kkonċernata u l-Istat Membru kkonċernat ikun informa lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li tagħti awtorizzazzjoni.”

(6)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 10a

1.   Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew ta' teknoloġija navali ewlenin elenkati fl-Anness VIB, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran.

2.   L-Anness VIB għandu jinkludi tagħmir jew teknoloġija navali ewlenin għall-bini, il-manutenzjoni jew it-tiswija tal-bastimenti, inkluż tagħmir jew teknoloġija użati fil-kostruzzjoni ta' tankers taż-żejt.

Artikolu 10b

1.   Huwa pprojbit:

(a)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika jew ta' servizzi ta' senserija relatati mat-tagħmir u t-teknoloġija ewlenin elenkati fl-Anness VIB, jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti elenkati fl-Anness VIB, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran;

(b)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja relatati mat-tagħmir u t-teknoloġija ewlenin elenkati fl-Anness VIB, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran.

Artikolu 10c

1.   Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 10a u 10b għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-forniment ta' tagħmir u ta' teknoloġija navali ewlenin għal bastiment li ma jkunx proprjetà ta' persuna, entità jew korp Iranjani, jew ikkontrollat minn dawn, u li jkun ġie mġiegħel jidħol f'port fl-Iran, jew f'ilmijiet territorjali Iranjani, minħabba force majeure.

2.   Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 10a u 10b ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' Frar 2013, ta' kuntratti konklużi qabel 22 ta’ Diċembru 2012 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.

Artikolu 10d

1.   Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' softwer kif elenkat fl-Anness VIIA, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran.

2.   L-Anness VIIA għandu jinkludi softwer għall-integrazzjoni ta' proċessi industrijali li huwa rilevanti għal industriji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika jew li huwa rilevanti għall-programm nukleari, militari jew tal-missili ballistiċi tal-Iran.

Artikolu 10e

1.   Huwa pprojbit:

(a)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika jew ta' servizzi ta' senserija relatati ma' softwer elenkat fl-Anness VIIA, jew relatat mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti elenkati fl-Anness VIIA, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran;

(b)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja relatati mas-softwer elenkat fl-Anness VIIA, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran.

Artikolu 10f

1.   Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 10d u 10e ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' Jannar 2013, ta' kuntratti konklużi qabel 22 ta’ Diċembru 2012 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.”

(7)

L-Artikolu 12(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 11 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

l-eżekuzzjoni sal-1 ta' Lulju 2012, ta' kuntratti kummerċjali konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012, jew ta' kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' dawn il-kuntratti;

(b)

l-eżekuzzjoni ta' kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012, jew ta' kuntratti anċillari, meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' dawn il-kuntratti, fejn tali kuntratt jipprovdi b'mod speċifiku li l-forniment taż-żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi Iranjani jew ir-rikavati derivati mill-forniment tagħhom huma għar-rimborż ta' ammonti pendenti lil persuni, entitajiet jew korpi taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

(c)

żejt mhux maħdum jew prodotti petroliferi, li kienu ġew esportati mill-Iran qabel it-23 ta' Jannar 2012, jew fejn l-esportazzjoni saret skont il-punt (a), fl-1 ta' Lulju 2012 jew qabel; jew fejn l-esportazzjoni saret skont il-punt (b);

(d)

ix-xiri ta' karburant tal-bastimenti prodott jew fornut minn pajjiż terz minbarra l-Iran, intiż għall-propulsjoni tal-magni tal-bastimenti;

(e)

ix-xiri ta' karburant tal-bastimenti għall-propulsjoni tal-magni ta' bastimenti li kellhom jidħlu f'port fl-Iran, jew f'ilmijiet territorjali Iranjani, minħabba forza maġġuri,

bil-kondizzjoni li l-persuna, entità jew korp li jkunu qegħdin ifittxu li jeżegwixxu l-kuntratt imsemmi fil-punti (a), (b) jew (c) ikunu nnotifikaw, mill-inqas 20 jum ta' xogħol qabel, l-attività jew it-tranżazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti.".

(8)

Fl-Artikolu 14(1), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c)

prodotti petrokimiċi li kienu ġew esportati mill-Iran qabel it-23 ta' Jannar 2012, jew, fejn l-esportazzjoni saret skont il-punt (a) fl-1 ta' Mejju 2012 jew qabel, jew fejn l-esportazzjoni saret skont il-punt (b),".

(9)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 14a

1.   Huwa pprojbit:

(a)

ix-xiri, it-trasport, jew l-importazzjoni fl-Unjoni ta' gass naturali li joriġina fl-Iran jew ġie esportat mill-Iran;

(b)

it-tpartit ta' gass naturali li joriġina fl-Iran jew ġie esportat mill-Iran;

(c)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' servizzi ta' senserija, ta' finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni u servizzi ta' senserija relatati mal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, fir-rigward tal-attivitajiet fil-punti (a) u (b).

2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

gass naturali li ġie esportat minn Stat li mhuwiex l-Iran meta l-gass esportat ikun ġie mħallat ma' gass mill-Iran fl-infrastruttura ta' Stat ieħor li mhux l-Iran;

(b)

ix-xiri ta' gass naturali fl-Iran minn ċittadini tal-Istati Membri għal finijiet ċivili, inklużi t-tisħin residenzjali jew l-enerġija residenzjali, jew għaż-żamma ta' missjonijiet diplomatiċi; jew

(c)

għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti għall-forniment ta' gass naturali li joriġina fi Stat li mhuwiex l-Iran fl-Unjoni.

3.   "Gass naturali" tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness IVA.

4.   Għall-finijiet ta' paragrafu 1, "tpartat" tfisser l-iskambju ta' flussi ta' gass naturali minn oriġini differenti.".

(11)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 15a

1.   Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' grafit u ta' metalli mhux maħduma jew nofshom maħduma elenkati fl-Anness VIIB, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran.

2.   L-Anness VIIb għandu jinkludi l-grafit u metalli mhux maħduma jew nofshom maħduma, bħall-aluminju u l-azzar, li huma rilevanti għal industriji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika jew li huma rilevanti għall-programm nukleari, militari jew tal-missili ballistiċi tal-Iran.

3.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-oġġetti elenkati fl-Annessi I, II u III.

Artikolu 15b

1.   Huwa pprojbit:

(a)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika jew ta' servizzi ta' senserija relatati mal-oġġetti elenkati fl-Anness VIIB, jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti elenkati fl-Anness VIIB, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran;

(b)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja relatati mal-oġġetti elenkati fl-Anness VIIB, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani jew għall-użu fl-Iran.

2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Annessi I, II u III.

Artikolu 15c

Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 15a ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' kuntratti konklużi qabel 22 ta’ Diċembru 2012 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.”

(11)

L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b'dan li ġej:

"(c)

li huwa membru tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika jew persuna ġuridika, entità jew korp li huma proprjetà ta' jew ikkontrollati mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika jew minn wieħed jew aktar mill-membri tagħha, jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu f'isimhom jew li jipprovdulhom assigurazzjoni jew servizzi essenzjali oħra;

(d)

li huma persuni, entitajiet jew korpi oħrajn li jipprovdu appoġġ, bħal appoġġ materjali, loġistiku jew finanzjarju, lill-Gvern tal-Iran, u l-entitajiet li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, u persuni, u entitajiet assoċjati magħhom;";

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   Mingħajr preġudizzju għad-derogi previsti fl-Artikolu 24, 25, 26, 27, 28, 28a jew 29, huwa pprojbit il-forniment ta' servizzi ta' messaġġi finanzjarji speċjalizzati, li jintużaw għall-iskambju ta' data finanzjarja, lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi VIII jew IX.".

(12)

Fl-Artikolu 25, il-punt (a)(ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(ii)

il-pagament mhux ser jikkontribwixxi għal attività pprojbita skont dan ir-Regolament. Jekk il-pagament iservi ta' konsiderazzjoni għal attività kummerċjali li diġà twettqet u jekk l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tkun tat konferma minn qabel li l-attività ma kinitx ipprojbita fiż-żmien meta twettqet, għandu jitqies, prima facie, li l-pagament mhux ser jikkontribwixxi għal attività pprojbita; u".

(13)

Fl-Artikolu 26(1), il-punt(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)

l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li l-fondi jew ir- riżorsi ekonomiċi huma:

(i)

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni elenkati fl-Annessi VIII jew IX, u l-membri tal-familja dipendenti tagħhom, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;

(ii)

maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż imġarrba b'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi legali;

(iii)

maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' onorarji jew ħlasijiet għal servizzi għall-kustodja normali jew għall-manutenzjoni ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(iv)

maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' spejjeż imġarrba b'konnessjoni mat-tneħħija tar-reġistrazzjoni (de-flagging) ta' bastimenti; u".

(14)

L-Artikolu 28 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 28

B'deroga mill-Artikolu 23(2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jawtorizzaw, skont dawk il-kundizzjonijiet li jikkunsidraw xierqa:

(a)

ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi tal-Bank Ċentrali tal-Iran, wara li jiddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa biex jipprovdu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji b'likwidità għall-finanzjament tal-kummerċ, jew għall-ħlasijiet dovuti fuq self kummerċjali; jew

(b)

ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati miżmuma mill-Bank Ċentrali tal-Iran, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu meħtieġa għar-rimborż ta' pretensjoni taħt kuntratt jew ftehim konkluż minn persuna, entità jew korp Iranjani qabel is-16 ta' Ottubru 2012 fejn tali kuntratt jew ftehim ikun jipprovdi għal ħlas lura ta' ammonti dovuti lil persuni, entitajiet jew korpi taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

bil-kundizzjoni li l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bil-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol qabel l-awtorizzazzjoni.".

(15)

L-Artikolu 30 huwa sostitwit bl-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 30

1.   Għandu jkun ipprojbit it-trasferiment ta' fondi bejn, min-naħa l-waħda, istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif definit fl-Artikolu 49, u, min-naħa l-oħra:

(a)

Istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji u bureaux de change ddomiċiljati fl-Iran;

(b)

fergħat u sussidjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji u bureaux de change domiċiljati fl-Iran;

(c)

fergħat u sussidjarji li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji u bureaux de change domiċiljati fl-Iran; u

(d)

istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji u bureaux de change li mhumiex domiċiljati fl-Iran iżda li huma kkontrollati minn persuni u entitajiet domiċiljati fl-Iran,

sakemm dawn it-trasferimenti ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 2 u ġew ipproċessati skont il-paragrafu 3.

2.   It-trasferimenti li ġejjin jistgħu jiġu awtorizzati skont il-paragrafu 3:

(a)

tranżazzjonijiet rigward oġġetti tal-ikel, kura tas-saħħa, tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji;

(b)

trasferimenti rigward rimessi personali;

(c)

trasferimenti f'konnessjoni ma' kuntratt ta' kummerċ speċifiku sakemm tali trasferiment ma jkunx ipprojbit skont dan ir-Regolament;

(d)

trasferimenti li jirrigwardaw missjonijiet diplomatiċi jew uffiċċji konsulari jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn immunitajiet skont il-liġi internazzjonali, safejn dawn it-trasferimenti jkunu maħsuba biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjonijiet diplomatiċi jew uffiċċji konsulari jew organizzazzjonijiet li jgawdu minn immunitajiet skont il-liġi internazzjonali;

(e)

trasferimenti li jirrigwardaw ħlas sabiex jiġu ssodisfati pretensjonijiet minn jew kontra persuna, entità jew korp Iranjani, jew trasferimenti ta' natura simili sakemm ma jkunux qed jikkontribwixxu għall-attivitajiet ipprojbiti skont dan ir-Regolament, każ b'każ, jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni ta' mill-inqas għaxart ijiem bil-quddiem bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni;

(f)

trasferimenti neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw minn kuntratti msemmija fl-Artikolu 12(1)(b).

3.   Trasferimenti ta' fondi li jistgħu jiġu awtorizzati skont il-paragrafu 2 għandhom jiġu pproċessati kif ġej:

(a)

trasferimenti dovuti fuq tranżazzjonijiet li jirrigwardaw oġġetti tal-ikel, kura tas-saħħa, tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji, taħt il-EUR 100 000 jew ekwivalenti, u trasferimenti dovuti fuq tranżazzjonijiet li jirrigwardaw rimessi personali, ta' inqas minn EUR 40 000 jew ekwivalenti, għandhom jitwettqu mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel.

It-trasferiment għandu jiġi nnotifikat minn qabel bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jekk ikun ta' jew 'il fuq minnEUR 10 000 jew ekwivalenti;

(b)

trasferimenti dovuti fuq tranżazzjonijiet li jirrigwardaw prodotti tal-ikel, kura tas-saħħa, tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji, ta' jew 'il fuq minn EUR 100 000 jew ekwivalenti, u trasferimenti dovuti fuq tranżazzjonijiet li jirrigwardaw rimessi personali, ta' jew 'il fuq minn EUR 40 000 jew ekwivalenti, għandhom jeħtieġu l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija f'intervalli ta' tliet xhur;

(c)

kwalunkwe trasferiment ieħor ta' jew 'il fuq minn EUR 10 000 jew ekwivalenti għandu jirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija f'intervalli ta' tliet xhur.

4.   Trasferimenti ta' fondi taħt l-EUR 10 000 jew ekwivalenti ma għandhom jeħtieġu l-ebda awtorizzazzjoni jew notifika minn qabel.

5.   In-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi lil entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu (a) sa (d) għandhom jiġu indirizzati minn jew f'isem il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz ta' pagament.

In-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet relatati mat-trasferiment ta' fondi minn entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1(a) sa (d) għandhom jiġu indirizzati minn jew f'isem il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min jitħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz ta' pagament.

Jekk il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas jew ta' min jitħallas ma jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, in-notifiki u t-talbiet għal awtorizzazzjoni għandhom jiġu indirizzati, fil-każ ta' trasferiment lil entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1(a) sa (d), minn min jitħallas, u fil-każ ta' trasferiment minn entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' paragrafu 1(a) u (d) minn min iħallas, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn jirrisjedu, rispettivament, min iħallas jew min jitħallas

6.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom, fl-attivitajiet tagħhom mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) sa (d) u sabiex jimpedixxu l-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jagħmlu viġilanza msaħħa skont kif ġej:

(a)

iwettqu ta' viġilanza kontinwa fuq l-attività tal-kont, b'mod partikolari permezz tal-programmi tagħhom dwar diliġenza dovuta mal-klijent;

(b)

jeħtieġu li f'istruzzjonijiet ta' ħlasijiet l-oqsma kollha tal-informazzjoni li huma relatati mal-oriġinatur u l-benefiċjarji tat-tranżazzjoni inkwistjoni jimtlew u jekk dik l-informazzjoni mhijiex ipprovduta, jirrifjutaw it-tranżazzjoni;

(c)

iżommu r-rekords kollha tat-tranżazzjonijiet għal perijodu ta' ħames snin u dawn għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali meta jintalbu;

(d)

jekk huma għandhom raġuni valida li jissuspettaw li l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji jistgħu jiksru d-dispożizzjonijiet ta' dan ir- Regolament, għandhom jirraportaw mingħajr dewmien is-suspetti tagħhom lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) jew lil awtorità kompetenti oħra nnominata mill-Istat Membru kkonċernat, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5 u 23. L-UIF jew tali awtorità kompetenti oħra sservi bħala ċentru nazzjonali għar-riċeviment u l-analiżi ta' rapporti suspettużi ta' tranżazzjonijiet dwar il-ksur potenzjali ta' dan ir-Regolament. L-UIF jew tali awtorità kompetenti oħra għandha jkollha aċċess, direttament jew indirettament, fuq bażi adegwata għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u tal-infurzar tal-liġi li hija teħtieġ biex twettaq din il-funzjoni, inkluża l-analiżi ta' rapporti ta' tranżazzjonijiet suspettużi.

Artikolu 30a

1.   It-trasferimenti ta' fondi lil u minn persuna, entità jew korp Iranjani li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 30(1) għandhom jiġu pproċessati kif ġej:

(a)

trasferimenti dovuti fuq tranżazzjonijiet li jirrigwardaw prodotti tal-ikel, kura tas-saħħa, tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji għandhom jitwettqu mingħajr kwalunkwe awtorizzazzjoni minn qabel.

It-trasferiment għandu jiġi nnotifikat minn qabel bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jekk ikun ta' jew 'il fuq minn EUR 10 000 jew ekwivalenti;

(b)

kwalunkwe trasferiment ieħor ta' inqas minn EUR 40 000 jew ekwivalenti għandu jsir mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel.

It-trasferiment għandu jiġi nnotifikat minn qabel bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jekk ikun ta' jew 'il fuq minn EUR 10 000 jew ekwivalenti;

(c)

kwalunkwe trasferiment ieħor li jkun ta' jew 'il fuq minn EUR 40 000 jew ekwivalenti jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni miċħuda f'intervalli ta' tliet xhur.

2.   Trasferimenti ta' fondi taħt l-EUR 10 000 jew ekwivalenti ma għandhom jeħtieġu l-ebda awtorizzazzjoni jew notifika minn qabel.

3.   In-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi għandhom jiġu pproċessati kif ġej:

(a)

fil-każ ta' trasferimenti elettroniċi ta' fondi proċessati minn istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji:

(i)

in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi lil persuna, entità jew korp Iranjani li jinsabu barra l-Unjoni għandhom jiġu indirizzati minn jew f'isem il-fornitur tas-servizzi ta' pagament ta' min jitħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz ta' pagament;

(ii)

in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi minn persuna, entità jew korp Iranjani li jinsabu barra l-Unjoni għandhom jiġu indirizzati minn jew f'isem il-fornitur tas-servizzi ta' pagament ta' min jitħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizzi ta' pagament;

(iii)

jekk, fil-każijiet (i) u (ii), il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas jew ta' min jitħallas ma' jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni għandhom jiġu indirizzati, fil-każ ta' trasferiment lil persuna, entità jew korp Iranjani, minn min iħallas, u fil-każ ta' trasferiment minn persuna, entità jew korp Iranjani minn min jitħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn jirrisjedu, rispettivament, min iħallas jew min jitħallas;

(iv)

in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi lil persuna, entità jew korp Iranjani li jinsabu fl-Unjoni għandhom jiġu indirizzati minn jew f'isem il-fornitur tas-servizzi ta' pagament ta' min jitħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikun stabbilit il-fornitur tas-servizzi ta' pagament;

(v)

in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi minn persuna, entità jew korp Iranjani li jinsabu fl-UE għandhom jiġu indirizzati minn jew f'isem il-fornitur ta' servizzi ta' pagament ta' min iħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz ta' pagament;

(vi)

jekk, fil-każijiet (iv) u (v), il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas jew ta' min jitħallas ma jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzjoni għandhom jiġu indirizzati, fil-każ ta' trasferiment lil persuna, entità jew korp Iranjani, minn min iħallas, u fil-każ ta' trasferiment minn persuna, entità jew korp Iranjani, minn min jitħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huma residenti, min jitħallas jew min iħallas rispettivament;

(vii)

fir-rigward ta' trasferiment ta' fondi lil jew minn persuna, entità jew korp Iranjani fejn la min iħallas, la min jitħallas u lanqas il-fornituri tas-servizz ta' pagament rispettivi tagħhom ma jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjon ta' dan ir-Regolament iżda fejn fornitur ta' servizz ta' pagament li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jaġixxi ta' intermedjarju, f'dak il-każ il-fornitur tas-servizz ta' pagament irid jikkonforma mal-obbligu li jinnotifika jew jitlob awtorizzazzjoni, kif applikabbli, jekk ikun jaf jew għandu raġuni valida biex jissuspetta li t-trasferiment huwa lil jew minn persuna, entità jew korp Iranjani. Fejn ikun hemm aktar minn fornitur wieħed tas-servizz ta' pagament li jaġixxi bħala intermedjarju, l-ewwel fornitur biss tas-servizz ta' pagament li jipproċessa t-trasferiment huwa meħtieġ li jikkonforma mal-obbligu li jinnotifika jew li jitlob awtorizzazzjoni, kif applikabbli. Kwalunkwe notifika jew talba għall-awtorizzazzjoni trid tiġi indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizz ta' pagament ikun stabbilit;

(viii)

fejn ikun hemm aktar minn fornitur wieħed tas-servizz ta' pagament involut f'sensiela ta' trasferimenti ta' fondi, it-trasferimenti fl-Unjoni għandhom jinkludu referenza għall-awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu;

(b)

fil-każ ta' trasferimenti ta' fondi li jsiru b'mezzi mhux elettroniċi, in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi għandhom jiġu pproċessati kif ġej:

(i)

in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferimenti lil persuna, entità jew korp Iranjani għandhom jiġu indirizzati minn min iħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun residenti min iħallas;

(ii)

in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment minn persuna, entità jew korp Iranjani għandhom jiġu indirizzati minn min jitħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun residenti min jitħallas.

Artikolu 30b

1.   Meta awtorizzazzjoni tkun ingħatat skont l-Artikoli 24, 25, 26, 27, 28 jew 28a, l-Artikoli 30 u 30a ma għandhomx japplikaw.

Ir-rekwiżit għal awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasferimenti ta' fondi kif previst fl-Artikoli 30(3)(b) u (c), għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni tat-trasferimenti ta' fondi notifikati lil jew awtorizzati mill-awtorità kompetenti minn qabel qabel 22 ta’ Diċembru 2012. Tali trasferimenti ta' fondi għandhom isiru qabel il-15 ta' April 2013.

L-Artikoli 30 u 30a ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' trasferimenti ta' fondi previsti fl-Artikolu 29.

2.   L-Artikoli 30(3) u 30a(1) għandhom japplikaw indipendentement minn jekk it-trasferiment ta' fondi jkunx eżegwit f'operazzjoni waħda jew f'diversi operazzjonijiet li jidhru marbutin ma' xulxin. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, "l-operazzjonijiet li jidhru marbutin ma' xulxin" jinkludu:

(a)

sensiela ta' trasferimenti konsekuttivi minn jew lill-istess istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 30(1)(a) sa (d) jew minn jew lill-istess persuna, entità jew korp Iranjani li jsiru b'konnessjoni ma' obbligu wieħed ta' trasferiment ta' fondi, fejn kull trasferiment individwali jaqa' taħt il-limitu minimu rilevanti stabbilit fl-Artikoli 30 u 30a iżda li, fl-aggregat, jissodisfaw il-kriterji għan-notifika jew għall-awtorizzazzjoni; jew

(b)

katina ta' trasferimenti li jinvolvu fornituri differenti ta' servizzi ta' pagament jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li taffettwa obbligu wieħed ta' trasferiment ta' fondi.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 30(3)(b) u 30(3)(c) u l-Artikolu 30a(1)(c),, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni, skont tali termini u kundizzjonjiet li huma jqisu adatti, sakemm ma jkollhomx raġunijiet validi li jiddeterminaw li t-trasferiment ta' fondi li għalih intalbet l-awtorizzazzjoni jista' jikser xi waħda mill-projbizzjonijiet jew obbligi f'dan ir-Regolament.

Awtorità kompetenti tista' titlob tariffa għall-valutazzjoni ta' talbiet għal awtorizzazzjoni.

4.   Għall-finijiet tal-Artikolu 30a(1)(c), awtorizzazzjoni titqies li ngħatat jekk awtorità kompetenti tkun irċeviet talba bil-miktub għal awtorizzazzjoni, u fi żmien erba' ġimgħat, l-awtorità kompetenti ma tkunx oġġezzjonat bil-miktub għat-trasferiment ta' fondi. Jekk l-oġġezzjoni ssir minħabba li hemm investigazzjoni pendenti, l-awtorità kompetenti għandha tiddikjara dan u tikkomunika d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom aċċess f'waqtu, direttament jew indirettament, għall-informazzjoni relatata mas-sitwazzjoni finanzjarja, amministrattiva u tal-infurzar tal-liġi, liema informazzjoni hija meħtieġa għat-twettiq tal-investigazzjoni.

5.   Il-persuni, entitajiet jew korpi li ġejjin ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 30 u 30a:

(a)

persuni, entitajiet jew korpi li sempliċiment jibdlu dokumenti fuq karti f'data elettronika jew li qed jaġixxu b'kuntratt ma' istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja;

(b)

persuni, entitajiet jew korpi li jipprovdu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji biss b'sistema ta' messaġġi jew sistema oħra ta' appoġġ għad-dispaċċ tal-fondi; jew

(c)

persuni, entitajiet jew korpi li jipprovdu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji biss b'sistemi ta' kklerjar u sald.”

(16)

L-Artikolu 31 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 31

1.   Fergħat u sussidjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif definit fl-Artikolu 49, ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji domiċiljati fl-Iran għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti bit-trasferimenti kollha ta' fondi mwettqa jew riċevuti minnhom, l-ismijiet tal-partijiet u l-ammont u d-data tat-tranżazzjoni, fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li jkun twettaq jew ġie rċevut it-trasferiment ta' fondi kkonċernat. Jekk l-informazzjoni tkun disponibbli, in-notifika għandha tispeċifika n-natura tat-tranżazzjoni u, fejn ikun il-każ, in-natura tal-oġġetti koperti mit-tranżazzjoni u għandha, b'mod partikolari, tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mill-Anness I, II, III, IV, IVA, V, VI, VIA, VIB, VII, VIIA jew VIIB ta' dan ir-Regolament u, jekk l-esportazzjoni tagħhom tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni, għandha tindika n-numru tal-liċenzja mogħtija.

2.   Suġġett għall-arranġamenti dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u skont dawn l-istess arranġamenti, l-awtoritajiet kompetenti nnotifikati għandhom mingħajr dewmien jittrażmettu l-informazzjoni dwar in-notifiki msemmija fil-paragrafu 1, kif meħtieġ, sabiex jimpedixxu kwalunkwe tranżazzjoni li tista' tikkontribwixxi għal attivitajiet nukleari ta' natura sensittiva fir-rigward tal-proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra fejn il-kontropartijiet ta' dawn it-tranżazzjonijiet ikunu stabbiliti.".

(17)

L-Artikolu 32 huwa mħassar.

(18)

Fl-Artikoli 33 u 34 ir-referenzi għall-Artikolu 32(2) huma sostitwiti b'referenzi għall-Artikolu 30 (1).

(19)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 37a

1.   Huwa pprojbit il-forniment tas-servizzi li ġejjin fir-rigward ta' tankers taż-żejt u bastimenti tal-merkanzija li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran jew li huma proprjetà ta', mikrija, jew operati, direttament jew indirettament, minn persuna, entità jew korp Iranjani:

(a)

il-forniment ta' servizzi ta' klassifikazzjoni ta' kull tip, li jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(i)

il-produzzjoni u l-applikazzjoni ta' regoli ta' klassifikazzjoni jew speċifikazzjonijiet tekniċi dwar id-disinn, il-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-manutenzjoni ta' bastimenti, kif ukoll sistemi għall-ġestjoni tat-tbaħħir abbord il-bastimenti;

(ii)

it-twettiq ta' sondaġġi u spezzjonijiet skont regoli u proċeduri ta' klassifikazzjoni;

(iii)

l-assenjazzjoni ta' notazzjoni ta' klassi u t-twassil, l-approvazzjoni jew it-tiġdid ta' ċertifikati ta' konformità ma' regoli jew speċifikazzjonijiet ta' klassifikazzjoni;

(b)

is-sorveljanza u l-parteċipazzjoni fl-iddisinjar, il-kostruzzjoni u t-tiswija ta' bastimenti u partijiet tagħhom inklużi blokki, elementi, makkinarju, stallazzjonijiet elettriċi u stallazzjoni ta' kontroll, kif ukoll assistenza teknika relatata, finanzjament jew assistenza finanzjarja;

(c)

l-ispezzjoni, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni ta' tagħmir, materjali u komponenti marittimi kif ukoll is-superviżjoni tal-istallazzjoni abbord u s-superviżjoni tal-integrazzjoni tas-sistemi;

(d)

it-twettiq ta' sondaġġi, spezzjonijiet, awditjar u żjarat u l-ħruġ, it-tiġdid jew l-awtorizzazzjoni taċ-ċertifikati u dokumenti ta' konformità rilevanti, f'isem l-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, skont il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974, kif emendata (SOLAS 1974) u l-Protokoll tal-1988 tagħha; il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti, 1973, kif modifikata mill-Protokoll tal-1978 tagħha, kif emendat (MARPOL 73/78); il-Konvenzjoni dwar ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Kolliżjonijiet fuq il-Baħar, 1972, kif emendata (COLREG 1972); il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sinjali tat-Tagħbija, 1966 (LL 1966) u l-Protokoll tal-1988 tagħha; il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Istandards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, 1978, kif emendata, (STCW); u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Bastimenti, 1969 (TONNAGE 1969).

2.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tapplika mill-15 ta' Jannar 2013.

Artikolu 37b

1.   Huwa pprojbit li jsiru disponibbli bastimenti mfassla għat-trasport jew għall-ħażna ta' żejt u prodotti petrokimiċi:

(i)

lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani; jew

(ii)

lil kwalunkwe persuna, entità jew korp, sakemm il-fornituri tal-bastimenti jkunu ħadu azzjoni adatta biex jipprevjenu lil-bastimenti jintużaw biex iġorru jew jaħżnu żejt jew prodotti petrokimiċi li joriġinaw mill-Iran jew li ġew esportati mill-Iran.

2.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratti u mill-kuntratti anċillari msemmija fl-Artikolu 12(1)(b) u (c) u fl-Artikolu 14(1)(b) u (c), dment li l-importazzjoni u t-trasport ta' żejt mhux maħdum, ta' prodotti petroliferi jew ta' prodotti petrokimiċi jkunu ġew notifikati lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 12(1) jew 14(1).”

(20)

L-Artikolu 41 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 41

Hija pprojbita l-parteċipazzjoni, bil-ħsieb u intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jinkisru l-projbizzjonijiet fl-Artikolu 2, 5(1), 8, 9, 10a, 10b, 10d, 10e, 11, 13, 14a, 15a, 15b, 17, 22, 23, 30, 30a, 34, 35, 37a jew 37b.".

(21)

Fl-Artikolu 43, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifka lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol qabel l-awtorizzazzjoni. F'każ ta' theddida għall-ambjent u/jew għas-saħħa u għas-sigurtà tal-ħaddiema fl-Unjoni li teħtieġ azzjoni urġenti, l-Istat Membru kkonċernat jista' jagħti awtorizzazzjoni mingħajr notifika minn qabel u għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.".

(22)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 43a

1.   Permezz ta' deroga mill-Artikoli 8, 9, l-Artikolu 17(1) fir-rigward ta' persuna, entità jew korp Iranjani msemmija fl-Artikolu 17(2)(b), l-Artikolu 23(2) u (3) sakemm dawn jirreferu għal persuni, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness IX, l-Artikoli 30 u 35, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw, skont dawk il-kundizzjonijiet li jkun jidhrilhom adattati, l-attivitajiet relatati mal-esplorazzjoni jew l-esplojtazzjoni tal-idrokarburi fl-Unjoni, imwettqa skont liċenzja għal din l-esplorazzjoni jew l-esplojtazzjoni maħruġa minn Stat Membru lil persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness IX, jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-liċenzja għall-esplorazzjoni jew l-esplojtazzjoni tal-idrokarburi fl-Unjoni tkun inħarġet qabel id-data li fiha jkunu ġew innominati l-persuna, l-entità jew il-korp elenkati fl-Anness IX; u

(b)

l-awtorizzazzjoni hija meħtieġa sabiex tkun evitata jew tiġi rimedjata ħsara ambjentali fl-Unjoni jew biex ma jitħassarx b'mod permanenti l-valur tal-liċenzja, inkluż billi jiġu ggarantiti l-pipeline u l-infrastruttura użati b'rabta mal-attività liċenzjata, fuq bażi temporanja. Tali awtorizzazzjoni tista' tinkludi miżuri taħt il-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli.

2.   Id-deroga f'paragrafu 1 għandha tingħata biss għal perjodu bħal dan kif meħtieġ, u l-validità tagħha ma għandhiex taqbeż il-validità tal-liċenzja maħruġa lill-persuna, l-entità jew il-korp elenkati fl-Anness IX. Fil-każ li l-awtorità kompetenti tqis li hija meħtieġa surroga kuntrattwali jew dispożizzjoni ta' indennità, il-perjodu għall-validità tad-deroga ma għandux jaqbeż il-ħames snin.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifka lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni li jkun bi ħsiebu jagħti awtorizzazzjoni mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol qabel l-awtorizzazzjoni. F'każ ta' theddida għall-ambjent fl-Unjoni li teħtieġ azzjoni urġenti biex tkun evitata ħsara lill-ambjent, l-Istat Membru kkonċernat jista' jagħti awtorizzazzjoni mingħajr notifika minn qabel u għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.".

(23)

Għandha tiżdied referenza għall-Artikolu 43a fit-Titolu tal-Anness X.

(24)

Fl-Artikolu 45, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b)

emenda l-Annessi III, IV, IVA, V, VI, VIA, VIB, VII, VIIA, VIIB u X fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.".

(25)

L-Anness I huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(26)

It-test stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness IVA.

(27)

It-test stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness VIA.

(28)

It-test stipulat fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness VIB.

(29)

It-test stipulat fl-Anness V ta' dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness VIIA.

(30)

It-test stipulat fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness VIIB.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2012

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 282, 16.10.2012, p. 58.

(4)  ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.


ANNESS I

"ANNESS I

PARTI A

Oġġetti u teknoloġija msemmija fl-Artikoli 2(1), (2) u (4), 3(3), 5(1), 6, 8(4), 17(2) u 31(1)

Dan l-Anness jinkludi l-oġġetti u t-teknoloġiji kollha elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009, kif definiti fih, bl-eċċezzjoni ta' dawk speċifikati fil-parti A kif ukoll bl-eċċezzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' dawk speċifikati fil-Parti C.

 

Deskrizzjoni

1.

Sistemi u tagħmir "tas-sigurtà tal-informazzjoni" għall-użu finali għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet pubbliċi u l-għoti ta' servizz tal-internet jew għall-protezzjoni mill-operatur tan-network ta' dawn is-servizzi, inklużi komponenti neċessarji għall-operat, l-istallazzjoni (inkluża l-istallazzjon fuq il-post), il-manutenzjoni (iċċekkjar), it-tiswija, is-servizzi ta' tibdil u aġġornament relatati ma' dawk is-sistemi u tagħmir kif ġej:

a.

Sistemi, tagħmir, "assemblaġġi elettroniċi" speċifiċi għall-applikazzjoni, moduli u ċirkwiti integrati għas-"sigurtà tal-informazzjoni" relatati ma' networks bħal wifi, 2G, 3G, 4G jew networks fissi (klassiċi, ADSL jew fibra ottika), kif ġej, u komponenti tagħhom imfassla b'mod speċifiku għas-"sigurtà tal-informazzjoni":

N.B.:

Għall-kontroll ta' Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) li jirċievu tagħmir li jkun fih jew juża deċifrar (jiġifieri, GPS jew GLONASS), ara 7A005 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

1.

Imfassla jew modifikati sabiex jużaw "kriptografija" b'metodi diġitali li jeżegwixxu kwalunkwe funzjoni kriptografika minbarra awtentikazzjoni jew firem diġitali u li jkollhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Funzjonijiet ta' awtentikazzjoni u firem diġitali jinkludu l-funzjoni assoċjata tagħhom tal-ġestjoni taċ-ċwievet.

2.

Awtentikazzjoni tinkludi l-aspetti kollha tal-kontroll tal-aċċess fejn ma hemm l-ebda kodifikazzjoni ta' fajls jew test ħlief kif relatat direttament mal-protezzjoni ta' passwords, Numri ta' Identifikazzjoni Personali (PIN) jew data simili għall-prevenzjoni tal-aċċess mhux awtorizzat.

3.

"Kriptografija" ma tinkludix metodi ta' kompressjoni jew kodifikazzjoni ta' data "fissa".

Nota:

1.a.1. tinkludi tagħmir iddisinjat jew modifikat sabiex juża l-"kriptografija" bl-użu ta' prinċipji analoġiċi meta implimentati b'metodi diġitali.

a.

"Algoritmu simetriku" li juża tul taċ-ċavetta li jaqbeż is-56 bit; jew

b.

"Algoritmu asimetriku" fejn is-sigurtà tal-algoritmu tkun ibbażata fuq xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Fatturazzjoni ta' numri sħaħ ta' iżjed minn 512-il bit (eż., RSA);

2.

Kalkolu ta' logaritmi diskreti fi grupp multiplikattiv ta' kamp finit ta' daqs ikbar minn 512-il bit (eż., Diffie-Hellman fuq Z/pZ); jew

3.

Logaritmi diskreti fi grupp għajr dak imsemmi f'1.a.1.b.2 ta' aktar minn 112-il bit

(eż, Diffie-Hellman fuq kurva ellittika);

2.

"Softwer" kif ġej, għall-użu finali għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet pubbliċi, il-forniment ta' servizzi tal-internet jew għall-protezzjoni mill-operatur tan-network ta' dawn is-servizzi:

a.

"Softwer" iddiżinjat jew modifikat b'mod speċifiku għall-"użu" ta' tagħmir speċifikat f'1.a.1 jew "softwer" speċifikat fi 2.b.1;

b.

"Softwer" speċifiku, kif ġej:

1.

"Softwer" li jkollu l-karatteristiċi, jew li jeżegwixxi jew jissimula l-funzjonijiet tat-tagħmir, speċifikat f'5A002.a.1;

3.

"Teknoloġija" skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' tagħmir speċifikat f'1.a.1 jew ta' "softwer" speċifikat fi 2.a. jew 2.b.1 ta' din il-lista, għall-użu finali għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet pubbliċi, il-forniment tas-servizzi tal-internet jew għall-protezzjoni mill-operatur tan-network ta' dawn is-servizzi.

PARTI B

L-Artikolu 6 japplika għall-oġġetti li ġejjin:

Element mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

Deskrizzjoni

0A001

"Reatturi Nukleari" u tagħmir u komponenti ddiżinjati jew ippreparati b'mod speċifiku għalihom, kif ġej:

a.

"Reatturi nukleari";

b.

Kontenituri tal-metall, jew partijiet ewlenin prodotti fil-fabbrika għalihom, inkluża l-parti ta' fuq tal-kontenitur tar-reattur għal kontenitur tal-pressjoni ta' reattur, iddiżinjati jew ippreparati speċifikament sabiex jikkontjenu l-qalba ta' "reattur nukleari";

c.

Tagħmir manipulattiv iddiżinjat jew ippreparat b'mod speċifiku sabiex jinserixxi jew ineħħi l-karburant f'"reattur nukleari";

d.

Vireg tal-kontroll iddiżinjati jew ippreparati b'mod speċifiku għall-kontroll tal-proċess ta' fissjoni f'"reattur nukleari", strutturi ta' appoġġ jew ta' sospensjoni għalihom, mekkaniżmi li jħaddmu l-vireg u tubi gwida tal-vireg;

e.

Tubi ta' pressjoni ddiżinjati jew ippreparati b'mod speċifiku sabiex ikun fihom elementi ta' karburant u l-aġent tat-tkessiħ primarju f'"reattur nukleari" fi pressjoni operattiva ta' aktar minn ta' 5,1 MPa;

f.

Metall u ligi taż-żirkonju fil-forma ta' tubi jew assemblaġġi ta' tubi li fihom il-proporzjon ta' ħafnju għal żirkonju huwa inqas minn 1:500 parti bl-użin, iddiżinjati jew ippreparati b'mod speċifiku għall-użu f'"reattur nukleari";

g.

Pompi ta' aġenti tat-tkessiħ iddiżinjati jew ippreparati b'mod speċifiku għaċ-ċirkulazzjoni tal-aġent tat-tkessiħ primarju ta' "reatturi nukleari";

h.

"Interni ta' reatturi nukleari" ddiżinjati jew ippreparati b'mod speċifiku għall-użu f'"reattur nukleari", inklużi kolonni ta' appoġġ għall-qalba, kanali tal-karburant, tarki termali, defletturi, pjanċi tal-grilja tal-qalba, u pjanċi ta' diffużjoni;

Nota:

F'0A001.h "interni ta' reatturi nukleari" tfisser kwalunkwe struttura ewlenija fil-kontenitur ta' reattur li għandha funzjoni waħda jew aktar bħal li tappoġġa l-qalba, li żżomm l-allinjament tal-karburant, tidderieġi l-fluss tal-aġent tat-tkessiħ primarju, tipprovdi tarki tar-radjazzjoni għar-reċipjent tar-reattur, u tiggwida l-istrumentazzjoni fil-qalba.

i.

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana (ġeneraturi tal-fwar) iddiżinjati jew ippreparati b'mod speċifiku għal użu fiċ-ċirkwit tal-aġent tat-tkessiħ primarju ta' "reattur nukleari";

j.

Strumenti għar-rilevament u t-tkejjil tan-newtroni ddiżinjati jew ippreparati b'mod speċifiku sabiex jiddeterminaw il-livelli ta' fluss ta' newtroni fil-qalba ta' "reattur nukleari".

0C002

Uranju b'konċentrazzjoni baxxa kopert b'0C002 meta jkun inkorporat f'elementi ta' karburanti nukleari kkombinati


PARTI C

Element mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

Deskrizzjoni

5A002

Sistemi tas-"sigurtà tal-informazzjoni" u t-tagħmir u l-komponenti għalihom, kif ġej:

a.

Sistemi, tagħmir, "assemblaġġi elettroniċi" speċifiċi għall-applikazzjoni, moduli u ċirkwiti integrati għas-"sigurtà tal-informazzjoni", kif ġej, u komponenti mfassla b'mod speċifiku għalihom:

N.B.:

Għall-kontroll ta' Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) li jirċievu tagħmir li jkun fih jew juża deċifrar (jiġifieri, GPS jew GLONASS), ara 7A005.

1.

Imfassla jew modifikati sabiex jużaw "kriptografija" b'metodi diġitali li jeżegwixxu kwalunkwe funzjoni kriptografika minbarra awtentikazzjoni jew firem diġitali u li jkollhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Funzjonijiet ta' awtentikazzjoni u firem diġitali jinkludu l-funzjoni assoċjata tagħhom tal-ġestjoni taċ-ċwievet.

2.

Awtentikazzjoni tinkludi l-aspetti kollha tal-kontroll tal-aċċess fejn ma hemm l-ebda kodifikazzjoni ta' fajls jew test ħlief kif relatat direttament mal-protezzjoni ta' passwords, Numri ta' Identifikazzjoni Personali (PIN) jew data simili għall-prevenzjoni tal-aċċess mhux awtorizzat.

3.

"Kriptografija" ma tinkludix metodi ta' kompressjoni jew kodifikazzjoni ta' data "fissa".

Nota:

5A002.a.1. tinkludi tagħmir iddiżinjat jew modifikat sabiex juża l-kriptografija bl-użu ta' prinċipji analoġiċi meta mħaddma b'metodi diġitali.

a.

"Algoritmu simetriku" li juża tul taċ-ċavetta li jaqbeż is-56 bit; jew

b.

"Algoritmu asimetriku" fejn is-sigurtà tal-algoritmu tkun ibbażata fuq xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Fatturazzjoni ta' numri sħaħ ta' iżjed minn 512-il bit (eż., RSA);

2.

Kalkolu ta' logaritmi diskreti fi grupp multiplikattiv ta' kamp finit ta' daqs ikbar minn 512-il bit (eż., Diffie-Hellman fuq Z/pZ); jew

3.

Logaritmi diskreti fi grupp għajr dak imsemmi f'5A002.a.1.b.2. ta' aktar minn 112-il bit

(eż, Diffie-Hellman fuq kurva elittika);

5D002

"Softwer" kif ġej:

a.

"Softwer" iddiżinjat jew modifikat b'mod speċifiku għall-"użu" ta' tagħmir speċifikat f'5A002.a.1 jew ta' "softwer" speċfikat f'5D002.c.1;

c.

"Softwer" speċifiku, kif ġej:

1.

"Softwer" li jkollu l-karatteristiċi, jew li jeżegwixxi jew jissimula l-funzjonijiet tat-tagħmir, speċifikat f'5A002.a.1;

Nota:

5D002 ma tkoprix "softwer" kif ġej:

a.

"Softwer" meħtieġ għall-"użu" ta' tagħmir eskluż mill-kontroll bin-Nota għal 5A002;

b.

"Softwer" li jipprovdi xi waħda mill-funzjonijiet tat-tagħmir eskluż mill-kontroll bin-Nota għal 5A002.

5E002

"Teknoloġija" skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' tagħmir speċifikat f'5A002.a.1 jew ta' "softwer" speċifikat f'5D002.a. jew 5D002.c.1 ta' din il-lista. ".


ANNESS II

"ANNESS IVA

Il-prodotti msemmija fl-Artikoli 14a u 31(1)

Il-gass naturali u idrokarburi gassużi oħra

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni

2709 00 10

Kondensati ta' gass naturali

2711 11 00

Gass naturali - fi stat likwidu

2711 21 00

Gass naturali - fi stat ta' gass

2711 12

Propan

2711 13

Butani

2711 19 00

Oħrajn".


ANNESS III

"ANNESS VIA

Tagħmir u teknoloġija ewlenin imsemmija fl-Artikoli 8, 10(1)(c), u 31(1)

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni

 

– Kejsing, tubi u pajp għat-tħaffir, ta' tip użat fit-tħaffir għal żejt jew gass:

7304 22

– Virga ta' perforazzjoni tal-istainless steel

7304 23

– – Vireg oħrajn tal-perforazzjoni

7304 24

– – Oħrajn, tal-istainless steel

7304 29

– – Oħrajn

ex ex 7305

Tubi u pajpijiet oħrajn (pereżempju, iwweldjati, irbattuti jew magħluqin b'mod simili), li għandhom trans-sezzjonijiet tondi, bid-dijametru ta' barra ikbar minn 406,4 mm, ta' ħadid jew azzar, b'kontenut tal-kromju ta' 1 % jew aktar u b'reżistenza għall-kesħa li tista' tinżel taħt -120°C

 

– Pajp tal-linja ta' tip użat għal linji tal-pajpijiet għal żejt jew gass:

7306 11

– – Iwweldjat, tal-istainless steel:

7306 19

– – Oħrajn

 

– Kejsing u tubi ta' tip użati fi tħaffir għal żejt jew gass:

7306 21 00

– – Iwweldjat, tal-istainless steel Iwweldjat, tal-istainless steel

7306 29 00

– – Oħrajn

 

Kontenituri għal gass ikkompressat jew likwifikt, tal-ħadid jew tal-azzar:

7311 00 99

– Oħrajn, li jesgħu 1 000 l jew aktar

ex ex 7613

Kontenituri tal-aluminju għal gass ikkompressat jew likwifikat, li jesgħu 1 000 l jew aktar".


ANNESS IV

"ANNESS VIB

Tagħmir u teknoloġija ewlenin imsemmija fl-Artikoli 10a, 10b, 10c u 31(1)

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni

8406 10 00

Turbini tal-fwar għall-propulsjoni fil-baħar

ex ex 8406 90

Partijiet ta' turbini tal-fwar għall-propulsjoni fil-baħar

8407 21

Magni tal-propulsjoni fuq il-baħar, muturi tat-tip ta' fuq barra.

ex ex 8407 29

Tipi oħra ta' magni tal-propulsjoni fuq il-baħar

8408 10

Magni tal-propulsjoni fuq il-baħar

ex ex 8409 91 00

Partijiet tajbin biss jew prinċipalment għal użu mal-magni tas-subintestaturi 8407 21 jew 8407 29

ex ex 8409 99 00

Partijiet tajbin biex jintużaw esklussivament jew prinċipalment ma' inġenji tas-subintestatura 8408 10

ex ex 8411 81

Turbini oħra tal-gass ta' forza li ma taqbiżx il-5 000  kW, għall- propulsjoni fuq il-baħar

ex ex 8411 82

Turbini oħra tal-gass ta' forza li taqbeż il-5 000  kW, propulsjoni fuq il-baħar

ex ex 8468

Makkinarju u apparat għall-issaldjar, l-ibbrejżjar jew l-iwweldjar, kemm jekk kapaċi jaqta' jew mhux, minbarra dawk fl-intestatura 8515 ; magni u tagħmir li jaħdmu bil-gass biex jittempraw il-wiċċ:

ex ex 8483

Xaftijiet tat-trażmissjoni (inklużi kamxafts u krankxafts) u krankijiet; ilqugħ tal-berings u berings tax-xaft lixxi; gerijiet u settijiet ta' gerijiet; viti tal-boċċi jew tar-rombli; kaxex tal-gerijiet u oġġetti oħrajn li jibdlu l-veloċità, inklużi torque converters; volanti (flywheels) u tarjoli, inklużi blokok ta' tarjoli; klaċċijiet u couplings tax-xaftijeit (inklużi universal joints), maħsuba għall-propulsjoni ta' bastimenti bit-tunnellaġġ wieqaf massimu (fi scantling draught) ta' 55 000 dwt jew aktar

8487 10

Skrejjen tal-vapuri jew id-dgħajjes u l-pali tagħhom

ex ex 8515

Magni u apparat elettriku (inkluż gass imsaħħan bl-elettriku), bil-lejżer jew raġġi oħrajn ta' dawl jew ta' fotoni, ultrasoniċi, b'raġġi ta' elettroni, b'puls manjetiku jew ark ta' plażma ta' ssaldjar, ta' bbrejżjar jew ta' wweldjar, kemm jekk tajbin biex jaqtgħu kif ukoll jekk le; magni u apparat tal-elettriku għal sprejjar bis-sħana ta' metalli u ċermiti

ex ex 9014 10 00

Boxxli biex wieħed isib id-direzzjoni, esklussivament għall-industrija marittima

ex ex 9014 80 00

Strumenti u tagħmir ieħor ta' navigazzjoni, esklussivament għall-industrija marittima

ex ex 9014 90 00

Partijiet u aċċessorji tas-subintestaturi 9014 10 00  u 9014 80 00 , esklussivament għall-industrija marittima

ex ex 9015

Strumenti u għodod għas-servejing (inkluż servejing fotogrammetriku), idrografiku, oċeanografiku, idroloġiku, metjoroloġiku jew ġeofiżiku, minbarra boxxli; telemetri, esklussivament għall-industrija marittima".


ANNESS V

"ANNESS VIIA

Softwer għall-integrazzjoni tal-proċessi industrijali msemmija fl-Artikolu 10d, 10e, 10f u 31(1)

1.

Softwer għall-Ippjanar tar-Riżorsi tal-Intrapriżi, imfassal speċifikament għall-użu fl-industriji nukleari, militari, tal-gass, taż-żejt, navali, tal-avjazzjoni, finanzjarji u tal-kostruzzjoni.

Nota ta' spjegazzjoni: Softwer għall-Ippjanar tar-Riżorsi tal-Intrapriżi huwa softwer użat għall-kontabilità finanzjarja, il-kontabilità tal-ġestjoni, ir-riżorsi umani, il-manifattura, il-ġestjoni tal-katina tal-provvista, il-ġestjoni tal-proġetti, il-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijent, is-servizzi tad-data, jew il-kontroll tal-aċċess.".


ANNESS VI

"ANNESS VIIB

Grafit u metalli mhux maħduma jew nofshom maħduma msemmija fl-Artikoli 15a, 15b, 15c u 31(1)

Nota ta' introduzzjoni: L-inklużjoni ta' oġġetti f'dan l-Anness hija mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli għall-oġġetti inklużi fl-Annessi I, II u III.

1.   Grafit

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni

2504

Grafit naturali

3801

Grafit artifiċjali; grafit kollojdali jew semi-kollojdali; preparazzjonijiet ibbażati fuq grafit jew karbonju ieħor f'forma ta' pejsts, blokok, pjanċi jew semi-manifatturi oħrajn

6815 10

Artikoli mhux tal-elettriku tal-grafit jew karbonju ieħor, inklużi fibri tal-karbonju

6903 10

Storti, griġjoli, mufflers, żnienen, plaggs, sapports, cupels, tubi, pajpijiet, għantijiet, vireg u oġġetti refrattorji oħra taċ-ċeramika. Għajr dawk ta' pasti ta' fossili silikiċi jew ta' trab siliċjuż ieħor, li fihom, bil-piż, aktar minn 50% ta' grafit, jew karbonju ieħor jew ta' taħlita ta' dawn il-prodotti

8545

Elettrodi tal-karbonju, pnieżel tal-karbonju, karbonji tal-lampi, karbonji tal-batteriji u artikoli oħra tal-grafit jew karbonju ieħor, bil-metall jew mingħajr metall, tat-tip użat għall-finijiet elettriċi


2.   Ħadid u Azzar

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni

7201

Ħadid fondut grezz u spiegeleisen, f'forma ta' ingotti, blokok jew forom primarji oħrajn

7202

Ligi tal-ħadid

7203

Prodotti tal-ħadid magħmulin bit-tnaqqis dirett ta' minerali tal-ħadid u prodotti oħrajn ta' ħadid b'ħafna ħofor (spongy), f'għoqod, gerbub jew forom simili; ħadid b'purità minima bil-piż ta' 99,94 %, f'għoqod, gerbub jew forom simili

7204

Skart u fdal ta' ħadid; tidwib mill-ġdid ta' lingotti ta' skart tal-ħadid jew tal-azzar

7205

Granuli u trabijiet, tal-ħadid fondut grezz, spiegeleisen, ħadid jew azzar

7206

Ħadid u azzar mhux liga f'lingotti jew f'forom oħrajn primarji

7207

Prodotti nofshom maħduma tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga

7218

Azzar inossidabbli f'lingotti jew f'forom oħrajn primarji; prodotti nofshom maħduma ta' azzar inossidabbli

7224

Liga oħra tal-azzar f'lingotti jew f'forom oħrajn primarji; prodotti nofshom maħduma ta' liga oħra tal-azzar


3.   Ram u oġġetti derivati minnu

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni

7401 00 00

Mattes tar-ram; ram tas-siment (ram ippreċipitat)

7402 00 00

Ram mhux raffinat; anodi tar-ram għall-irfinar elettrolitiku

7403

Ram raffinat u ligi tar-ram, mhux maħduma

7404 00

Skart u fdalijiet tar-ram

7405 00 00

Ligi prinċipali tar-ram

7406

Trabijiet u qxur ta' ram

7407

Staneg, vireg u profili tar-ram

7410

Fojl tar-ram (kemm jekk stampat jew rinfurzat b'karta, kartun, plastiks jew materjal simili ta' rinforz kif ukoll jekk le) ta' ħxuna (eskluż kull rinforz) ta' mhux aktar minn 0,15 mm

7413 00 00

Wajer bis-swiegli, kejbils, ċineg immaljati u bħalhom, tar-ram, mhux iżolati għall-elettriku


4.   Nikil u oġġetti derivati minnu

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni

7501

Mattes tan-nikil, ġebel (sinters) ta' ossidu tan-nikil u prodotti intermedji oħrajn ta' metallurġija tan-nikil

7502

Nikil mhux maħdum

7503 00

Skart u fdal tan-nikil

7504 00 00

Trabijiet u qxur tan-nikil

7505

Staneg, vireg, profili u wajer tan-nikil

7506

Plakki, folji, strixxi u fojl tan-nikil

7507

Tubi, pajpijiet u tagħmir ta' tubi jew pajpijiet (pereżempju, igganċjar, liwjiet minkeb, sleeves) tan-nikil


5.   Aluminju

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni

7601

Aluminju mhux fondut

7602

Skart u fdal tal-aluminju

7603

Trabijiet u qxur tal-aluminju

7605

Wajer tal-aluminju

7606

Pjanċi, folji u strixxi tal-aluminju, eħxen minn 0,2 mm

7609 00 00

Tagħmir għal tubi u pajpijiet tal-aluminju (pereżempju, igganċjar, liwjiet minkeb, sleeves)

7614

Wajer bis-swiegli, kejbils, ċineg immaljati u bħalhom, tal-aluminju, mhux iżolati għall-elettriku


6.   Ċomb

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni

7801

Ċomb mhux maħdum

7802 00 00

Skart u fdalijiet taċ-ċomb

7804

Pjanċi, folji, strixxi u fojl taċ-ċomb; trabijiet u laqx taċ-ċomb


7.   Żingu

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni

7901

Żingu mhux maħdum

7902 00 00

Skart u fdalijiet taż-żingu

7903

Frak, trab jew laqx taż-żingu

7904 00 00

Staneg, vireg, profili u wajer taż-żingu

7905 00 00

Pjanċi, folji, strixxi u fojl taż-żingu


8.   Landa

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni

8001

Landa mhux maħduma

8002 00 00

Skart u fdal tal-landa

8003 00 00

Staneg, vireg, profili u wajer tal-landa


9.   Metalli oħra ta' bażi, ċermeti u artikoli tagħhom

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni

ex ex 8101

Tungstenu (wolfram) u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal, għajr anti-cathodes għal tubi tal-x-ray

ex ex 8102

Molibdenu u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal, għajr artikoli ddisinjati speċifikament għall-użu fid-dentistrija

ex ex 8103

Tantalu u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal, għajr strumenti tad-dentistrija u għodda kirurġiċi u artikoli ddisinjati b'mod speċjali għal finijiet ortopediċi u kirurġiċi

8104

Magneżju u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal

8105

Mattes tal-kobalt u prodotti oħrajn intermedji ta' metallurġija tal-kobalt; kobalt u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal

ex ex 8106 00

Biżmut u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal, għajr dak imħejji b'mod speċjali għat-tħejjija ta' komponenti kimiċi għall-użu farmaċewtiku

8107

Kadmju u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal

8108

Titanju u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal

8109

Żirkonju u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal

8110

Antimonju u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal

8111 00

Manganiż u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal

ex ex 8112

Berillju, kromju, ġermanju, vanadju, gallju, ħafnju, indju, nijobju (kolombju), renju u tallju, oġġetti derivati minn dawn il-metalli, inklużi skart u fdal, għajr twieqi għal tubi tal-x-ray

8113 00

Ċermeti u oġġetti derivati minnhom, inklużi skart u fdal".


Top