EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0721

2012/721/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti tal-Ħasil tal-Ħwejjeġ Industrijali u Istituzzjonali (notifikata bid-dokument C(2012) 8055) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 326, 24.11.2012, p. 38–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 027 P. 38 - 52

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2017; Imħassar b' 32017D1219 Ara Art. 6 U 7

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/721/oj

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Novembru 2012

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti tal-Ħasil tal-Ħwejjeġ Industrijali u Istituzzjonali

(notifikata bid-dokument C(2012) 8055)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/721/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

(3)

Il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika marbutin ma’ dawk il-kriterji, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp tal-prodotti “Deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” għandu jinkludi: prodotti ta’ deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ, imħaddma minn utenti professjonali fis-settur industrijali u dak istituzzjonali.

F’dan il-grupp ta’ prodotti huma inklużi sistemi ta’ komponenti multipli, magħmulin minn komponent wieħed jew iktar li jintużaw biex jinħoloq deterġent komplet, jew programm għall-ħasil tal-ħwejjeġ komplet għal sistema ta’ dożar awtomatiku.

Dan il-grupp ta’ prodotti ma għandux jinkludi prodotti għall-ksib ta’ karatteristiċi tat-tessuti, ngħidu aħna li ma jgħaddix l-ilma minnhom, li jkunu reżistenti għall-ilma jew reżistenti għan-nar, eċċ. Barra minn hekk, dan il-grupp ta’ prodotti ma għandux jinkludi prodotti li jkunu ddożati permezz ta’ trasportaturi, bħal folji, biċċiet ta’ drapp jew materjali oħra, u lanqas aġenti awżiljarji għall-ħasil li jintużaw mingħajr ħasil sussegwenti, bħal pereżempju aġenti li jneħħu t-tbajja’ għat-twapet u għat-tappizzerija tal-għamara.

Id-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ maħsubin għall-konsumaturi huma esklużi minn dan il-grupp ta’ prodotti.

Artikolu 2

Sabiex tingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett li huwa deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ għandu jaqa’ fil-grupp tal-prodotti “Deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, u għandu jikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom kif stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-kriterji għall-grupp tal-prodotti “Deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti “Deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” għandu jkun “039”.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS

QAFAS

Għanijiet tal-kriterji

Il-kriterji jimmiraw, b’mod partikolari, li jippromwovu prodotti li jkollhom impatt imnaqqas fuq l-ekosistemi akkwatiċi, li jinkludu ammont limitat ta’ sustanzi perikolużi, u li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet ittestjata. Barra minn hekk, il-kriterji jimmiraw li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija mill-ħasil tal-ħwejjeġ billi jippromwovu prodotti li huma effiċjenti f’temperaturi baxxi.

KRITERJI

Ġew stabbiliti kriterji għal kull wieħed minn dawn l-aspetti:

1.

Informazzjoni dwar il-prodott u l-iddożar

2.

Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi: Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV)

3.

Bijodegradabbiltà

4.

Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

5.

Rekwiżiti ta’ imballaġġ

6.

Prestazzjoni tal-ħasil (idoneità għall-użu)

7.

Sistemi ta’ ddożar awtomatiku

8.

Informazzjoni għall-utent - Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

(1)   Valutazzjoni u verifika

(a)   Rekwiżiti

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati għal kull kriterju.

Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, rapporti tat-testijiet tal-analiżi, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, hu mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew il-fornitur(i) tiegħu u/jew il-fornitur(i) tagħhom, eċċ., skont kif ikun xieraq.

Fejn possibbli, l-ittestjar għandu jitwettaq minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ta’ EN ISO 17025 jew ekwivalenti.

Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar oħra minbarra dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

L-Appendiċi I jirreferi għall-bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (lista DID) li tinkludi is-sustanzi mdaħħla l-aktar użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Din għandha tintuża biex tiġi dderivata d-dejta għall-kalkoli tal-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) u għall-valutazzjoni tal-bijodegradabilità tas-sustanzi mdaħħla. Għas-sustanzi mhux preżenti fil-lista DID, tingħata gwida dwar kif għandha tiġi kkalkolata jew estrapolata d-dejta rilevanti. L-aħħar verżjoni tal-lista DID hi disponibbli mis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE jew permezz tas-siti elettroniċi tal-korpi kompetenti individwali.

Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

(b)   Livelli limitu tal-kejl

Il-konformità mal-kriterji ekoloġiċi hija meħtieġa għas-sustanzi li jiżdiedu intenzjonalment, kif ukoll għall-prodotti sekondarji u għall-impuritajiet mill-materja prima li l-konċentrazzjoni tagħhom tkun 0,010 % jew aktar tal-piż tal-formulazzjoni aħħarija.

Għall-bijoċidi, aġenti koloranti u l-fwejjaħ, il-konformità mal-kriterji tibqa’ meħtieġa irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom.

Is-sustanzi li jilħqu l-limitu massimu kif imsemmi hawn fuq, jissemmew minn hawn ‘il quddiem bħala “sustanzi mdaħħla”.

Għall-prodotti kollha: hija l-ogħla doża totali rakkomandata għall-grad individwali ta’ ħmieġ li trid tikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi. Jekk id-doża tiġi indikata f’intervalli, fil-valutazzjoni tal-kriterji għandha tintuża d-doża tal-agħar każ possibbli.

(2)   Unità funzjonali

L-unità funzjonali għal dan il-grupp ta’ prodotti għandha tiġi espressa fi g/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil (grammi għal kull kilo ta’ ħwejjeġ għall-ħasil).

Rekwiżiti marbutin mal-valutazzjoni u l-verifika tal-unità funzjonali:

 

Il-formulazzjoni sħiħa, li tindika l-isem kummerċjali, l-isem kimiku, in-numru tal-CAS, in-numru DID (*), il-kwantità miżjuda bl-inklużjoni u bl-esklużjoni tal-ilma, u l-funzjoni u l-forma tas-sustanzi kollha inklużi (irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom) fil-prodott, għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti. Il-korp kompetenti għandu jiġi ppreżentat b’kampjun tax-xogħol grafiku, inklużi r-rakkomandazzjonijiet rigward l-iddożar.

 

Il-korp kompetenti għandu jiġi ppreżentat bi skedi tad-dejta dwar is-sikurezza għal kull ingredjent miżjud skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-Partijiet A u B tal-lista DID huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE:

 

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_a_en.pdf

 

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_b_en.pdf

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterju 1 –   Informazzjoni dwar il-prodott u l-iddożar

Id-doża totali rakkomandata għal kilo wieħed ta’ ħwejjeġ għall-ħasil, skont il-grad tal-ħmieġ u l-ebusija tal-ilma, għandha tingħata fi g/kg jew mil/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil. Il-prodotti kollha f’sistema ta’ komponenti multipli għandhom jiġu inklużi flimkien mal-agħar każ possibbli ta’ doża fil-valutazzjoni tal-kriterji.

Eżempji ta’ gradi ta’ ħmieġ:

Ħafif

Medju

Tqil

Lukandi: lożor, kutri, xugamani eċċ. (ix-xugamani jistgħu jitqiesu li jkollhom ħafna ħmieġ)

Xugamani tad-drapp, imrembla.

Ħwejjeġ għax-xogħol: istituzzjonijiet/bejgħ bl-imnut/servizz eċċ.

Restoranti: tvalji, srievet eċċ.

Mopps/bċejjeċ tal-art u twapet żgħar

Ħwejjeġ għax-xogħol: industrija/kċina/biċċiera eċċ.

Drappijiet tal-kċina: ħwejjeġ, paljazzi eċċ.

Istituzzjonijiet, bħall-isptarijiet: lożor, kutri, lożor ta’ taħt, ħwejjeġ tal-pazjenti, ġkieket jew ilbiesi tat-tobba, eċċ.

Għandu jiġi pprovdut isem il-prodott, jew fil-każ ta’ sistema ta’ komponenti multipli, għandha tiġi pprovduta lista tal-prodotti kollha li huma parti minn dik is-sistema, flimkien mal-ebusija rakkomandata tal-ilma (artab, medju jew iebes) u l-grad ta’ ħmieġ immirat.

L-applikant għandu jagħti dokumentazzjoni tal-konformità mal-kriterji 2, 3 u 6 għall-ismijiet tal-prodotti kollha.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi isem il-prodott, jew fil-każ ta’ sistema ta’ komponenti multipli, għandu jipprovdi lista tal-prodotti kollha li huma parti minn dik is-sistema, flimkien mal-formulazzjoni eżatta tal-prodott(i), it-tikketta u d-disinn grafiku, inklużi l-istruzzjonijiet ta’ ddożar skont it-tliet gradi ta’ ħmieġ u ta’ ebusija tal-ilma. Id-densità (gm/ml) għandha tingħata għall-prodotti kollha (jew fuq l-imballaġġ jew fi Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza).

Kriterju 2 —   Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi: Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV)

Il-volum kritiku tad-dilwizzjoni (CDVchronic) tal-prodott ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin:

Ilma artab (0-6 °dH)

CDVchronic (L/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

30 000

40 000

50 000

Likwidu

50 000

60 000

70 000

Sistema ta’ komponenti multipli

50 000

70 000

90 000


Ilma ta’ ebusija medja (7-13 °dH)

CDVchronic (L/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

40 000

60 000

80 000

Likwidu

60 000

75 000

90 000

Sistema ta’ komponenti multipli

60 000

80 000

100 000


Ilma iebes (> 14 °dH)

CDVchronic (L/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

50 000

75 000

90 000

Likwidu

75 000

90 000

120 000

Sistema ta’ komponenti multipli

75 000

100 000

120 000

Il-volum kritiku tad-dilwizzjoni (CDVchronic) huwa kkalkulat għas-sustanzi mdaħħla kollha (i) fil-prodott, bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

Fejn:

weight

=

il-piż tas-sustanzi mdaħħla għal kull doża rrakkomandata

DF

=

il-fattur ta’ degradazzjoni

TF

=

il-fattur tat-tossiċità kronika tas-sustanza kif iddikjarat fil-lista DID.

Il-bijoċidi, l-aġenti koloranti u l-fwejjaħ preżenti fil-prodott għandhom ikunu inklużi wkoll fil-kalkolu tas-CDV anke jekk il-konċentrazzjoni tkun aktar baxxa minn 0,010 % (100 ppm).

Minħabba d-degradazzjoni tas-sustanzi fil-proċess tal-ħasil, japplikaw regoli separati għas-sustanzi li ġejjin:

Perossidu tal-idroġenu (H2O2) - m’għandux jiġi inkluż fil-kalkolu tas-CDV

Aċtu peraċetiku - għandu jiġi inkluż fil-kalkolu bħala aċtu aċetiku.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkolu tas-CDVchronic tal-prodott. Fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE hemm disponibbli spreadsheet għall-kalkolu tal-valur CDV.

Il-valuri tal-parametri DF u TF għandhom ikunu kif mogħtija fil-lista tal-bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (lista DID). Jekk is-sustanza ma tinstabx fil-lista DID, il-parametri għandhom ikunu kkalkulati bl-użu tal-linji gwida fil-parti B tal-lista DID u għandha tiġi annessa d-dokumentazzjoni assoċjata.

Kriterju 3 –   Il-bijodegradabbiltà

(a)   Bijodegradabbiltà ta’ aġenti tensjoattivi

L-aġenti kollha tensjoattivi għandhom ikunu bijodegradabbli f’kundizzjonijiet aerobiċi.

Kull aġent tensjoattiv li mhux joniku u katjoniku għandu jkun ukoll bijodegradabbli f’kundizzjonijiet anaerobiċi.

(b)   Bijodegradabbiltà tas-sustanzi organiċi

Il-kontenut tas-sustanzi organiċi kollha fil-prodott li huma aerobikament mhux bijodegradabbli (mhux bijodegradabbli malajr) (aNBO), u anaerobikament mhux bijodegradabbli (anNBO), ma għandhomx jaqbżu l-limiti li ġejjin:

aNBO

Ilma artab (0-6 °dH)

aNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

0,70

1,10

1,40

Likwidu

0,50

0,60

0,70

Sistema ta’ komponenti multipli

1,25

1,75

2,50


Ilma ta’ ebusija medja (7-13 °dH)

aNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

1,10

1,40

1,75

Likwidu

0,60

0,70

0,90

Sistema ta’ komponenti multipli

1,75

2,50

3,75


Ilma iebes (> 14 °dH)

aNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

1,40

1,75

2,20

Likwidu

0,70

0,90

1,20

Sistema ta’ komponenti multipli

2,50

3,75

4,80

anNBO

Ilma artab (0-6 °dH)

anNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

0,70

1,10

1,40

Likwidu

0,50

0,60

0,70

Sistema ta’ komponenti multipli

1,25

1,75

2,50


Ilma ta’ ebusija medja (7-13 °dH)

anNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

1,10

1,40

1,75

Likwidu

0,60

0,70

0,90

Sistema ta’ komponenti multipli

1,75

2,50

3,75


Ilma iebes (> 14 °dH)

anNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

1,40

1,75

2,20

Likwidu

0,70

0,90

1,20

Sistema ta’ komponenti multipli

2,50

3,75

4,80

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni għad-degradabbiltà tal-aġenti tensjoattivi, kif ukoll għall-kalkolu tal-aNBO u l-anNBO għall-prodott. Spreadsheet għall-użu fil-kalkolu tal-valuri tal-aNBO u l-anNBO hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.

Għall-aġenti tensjoattivi kif ukoll għall-valuri aNBO u anNBO, għandha ssir referenza għall-lista tad-DID. Għas-sustanzi mdaħħla li mhumiex inklużi fil-lista DID, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti mid-dokumentazzjoni jew sorsi oħra, jew inkella għandhom jiġu pprovduti riżultati ta’ testijiet xierqa, li juru li huma aerobikament u anaerobikament bijodegradabbli, kif inhu deskritt fl-Appendiċi I.

Innota li t-TAED għandu jitqies bħala anaerobikament bijodegradabbli.

Fin-nuqqas ta’ dokumentazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq, sustanza li ma tkunx aġent tensjoattiv tista’ tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ degradabbiltà anaerobika jekk tiġi ssodisfata waħda minn dawn it-tliet alternattivi:

1.

Hija faċilment degradabbli u jkollha adsorbiment baxx (A < 25 %); jew

2.

Hija faċilment degradabbli u jkollha desorbiment għoli (D < 75 %); jew

3.

Hija faċilment degradabbli u mhijiex bijoakkumulattiva.

L-ittestjar għall-adsorbiment/desorbiment jista’ jsir skont il-linjigwida tal-OECD nru 106.

Kriterju 4 –   Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

(a)   Sustanzi esklużi speċifikati

Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jiġu inklużi fil-prodott, la bħala parti mill-formulazzjoni u lanqas bħala parti minn xi taħlita inkluża fil-formulazzjoni:

Fosfati (il-fosfonati mhumiex esklużi, iżda huma limitati mill-kriterju 3)

APEO (alkilfenoletossilati) u ADP (alkilfenoli u d-derivati tagħhom)

L-EDTA (etilen-diammina-tetra-aċidu-aċetiku) u l-imlieħ tiegħu

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni appoġġata minn dikjarazzjonijiet mill-manifatturi tas-sustanzi, kif ikun xieraq, li jikkonfermaw li s-sustanzi elenkati ma ġewx inklużi fil-prodott.

(b)   Sustanzi u taħlitiet perikolużi

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 dwar l-Ekotikketta tal-UE, il-prodott jew kwalunkwe komponent tiegħu ma għandux jinkludi sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew frażijiet ta’ riskju speċifikati hawn taħt skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (3), u lanqas ma għandu jinkludi sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-frażijiet ta’ riskju ta’ hawn taħt ġeneralment jirreferu għas-sustanzi. Madankollu, jekk ma tistax tinkiseb informazzjoni dwar is-sustanzi, japplikaw ir-regoli ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet.

Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu:

Dikjarazzjoni ta’ periklu (4)

Frażi ta’ riskju (5)

H300 Fatali jekk jinbela’

R28

H301 Tossiku jekk jinbela’

R25

H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

R65

H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R27

H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R24

H330 Fatali jekk jiġi inalat

R23/26

H331 Tossiku jekk jiġi inalat

R23

H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi

R46

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

R68

H350 Jista’ jikkawża l-kanċer

R45

H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat

R49

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità

R60

H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R61

H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60/61/60-61

H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60/63

H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R61/62

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R62

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R63

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R62-63

H362 Jista’ jikkawża ħsara lil tfal imreddgħa

R64

H370 Jikkawża ħsara lill-organi

R39/23/24/25/26/27/28

H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi

R68/20/21/22

H372 Jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien

R48/25/24/23

H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien

R48/20/21/22

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema

R50-53

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema

R51-53

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema

R52-53

H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara dejjiema lill-organiżmi akkwatiċi

R53

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

R59

EUH029 Meta jiġi f’kuntatt mal-ilma jillibera gass tossiku

R29

EUH031 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku

R31

EUH032 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku ħafna

R32

EUH070 Tossiku meta jiġi f’kuntatt mal-għajnejn

R39-41

Sustanzi sensitizzanti

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

R42

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

Innota li dan il-kriterju japplika wkoll għal prodotti ta’ degradazzjoni magħrufa, bħall-formaldeid mir-rilaxxaturi tal-formaldeid.

Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b’mod li l-periklu identifikat ma jibqax japplika, huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.

Il-prodott aħħari ma għandux jiġi ttikkettat skont id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu ta’ hawn fuq.

Derogi

Is-sustanzi li ġejjin huma speċifikament eżentati minn dan ir-rekwiżit:

Aġenti tensjoattivi

< 20 % fil-prodott aħħari

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Bijoċidi użati għal skopijiet ta’ preżervazzjoni (**)

(biss għal likwidi b’pH ta’ bejn 2 u 12, u b’massimu ta’ 0,10 % w/w tal-materja attiva)

H331: Tossiku jekk jiġi inalat

R23

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

R42

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

H400: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Enżimi (***)

H400: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

R42

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

Katalizzaturi tal-bliċ (***)

H400: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

NTA bħala impurità f’MGDA u GLDA (****)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu juri l-konformità ma’ dan il-kriterju billi jipprovdi dikjarazzjoni dwar in-nonklassifikazzjoni ta’ kull sustanza mdaħħla fi kwalunkwe klassi ta’ periklu marbuta mad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu msemmija fil-lista ta’ hawn fuq, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, safejn dan jista’ jiġi ddeterminat, bħala minimu, mill-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata b’informazzjoni miġbura fil-qosor dwar il-karatteristiċi relevanti marbutin mad-dikjarazzjonijiet ta’ riskju msemmija fil-lista ta’ hawn fuq, b’livell ta’ dettall kif speċifikat fit-taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Rekwiżiti għall-Kompilazzjoni ta’ Skedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza).

L-informazzjoni dwar proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi tista’ tiġi ġġenerata b’mezz ieħor flok it-testijiet, ngħidu aħna bl-użu ta’ metodi alternattivi, bħal metodi in vitro, b’mudelli ta’ attività ta’ struttura kwantitattiva, jew bl-użu ta’ ggruppar jew qari inkroċjat skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Titħeġġeġ bil-qawwi l-kondiviżjoni tad-dejta relevanti.

L-informazzjoni pprovduta għandha tirrelata mal-forom jew mal-istati fiżiċi tas-sustanza jew tat-taħlitiet kif użati fil-prodott aħħari.

Għas-sustanzi elenkati fl-Annessi IV u V tar-REACH, eżentati mill-obbligi ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 REACH, dikjarazzjoni b’dan l-għan tkun biżżejjed biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati hawn fuq.

(c)   Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-esklużjoni fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 rigward sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, preżenti f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 %.

Valutazzjoni u verifika: il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 hija disponibbli fuq is-sit elettroniku: http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp

Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista. L-applikant għandu jipprovdi l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata, bħad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità ffirmati mill-fornituri tal-materjal jew kopji tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza rilevanti għas-sustanzi jew it-taħlitiet.

(d)   Sustanzi mdaħħla limitati speċifikati - fwejjaħ

Il-prodott ma għandux jinkludi fwejjaħ li jkun fihom in-nitromiski jew miski poliċikliċi.

Kull sustanza mdaħħla miżjuda mal-prodott bħala fwieħa għandha tkun immanifatturata u mmaniġġjata skont il-kodiċi tal-prattika tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwejjaħ (IFRA). Il-kodiċi huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-IFRA: http://www.ifraorg.org. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Istandards tal-IFRA rigward il-projbizzjoni, l-użu ristrett u l-kriterji ta’ purità speċifikati għall-materjali għandhom jiġu segwiti mill-manifattur.

Is-sustanzi tal-fwejjaħ soġġetti għar-rekwiżit tad-dikjarazzjoni ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) dwar id-deterġenti (Anness VII), u li ma ġewx esklużi diġà permezz tal-kriterju 4 b), ma għandhomx ikunu preżenti fi kwantitajiet ≥ 0,010 % (≥ 100 ppm) għal kull sustanza fil-prodott aħħari.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ffirmata li tindika l-ammont ta’ fwejjaħ fil-prodott. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni mill-manifattur tal-fwejjaħ li tispeċifika l-kontenut ta’ kull waħda mis-sustanzi fil-fwejjaħ li huma elenkati fl-Anness III, Parti I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (7).

(e)   Bijoċidi

(i)

Il-prodott jista’ jinkludi biss bijoċidi sabiex jippreżervaw il-prodott, u fid-dożaġġ xieraq għal dan l-iskop biss. Dan ma jirreferix għall-aġenti tensjoattivi, li jista’ jkollhom ukoll karatteristiċi bijoċidali.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal ta’ kwalunkwe bijoċida miżjuda, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni eżatta fil-prodott. Il-manifattur jew il-fornitur tal-bijoċidi għandu jipprovdi informazzjoni dwar id-dożaġġ meħtieġ għall-preżervazzjoni tal-prodott.

(ii)

Huwa pprojbit li jkun iddikjarat jew issuġġerit fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li l-prodott jaġixxi kontra l-mikrobi jew ikollu effett diżinfettanti.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi t-testi u l-preżentazzjonijiet użati fuq kull tip ta’ imballaġġ u/jew eżempju ta’ kull tip differenti ta’ imballaġġ lill-korp kompetenti.

(iii)

Il-prodott jista’ jinkludi bijoċidi sakemm ma jkunux bijoakkumulattivi. Bijoċida ma titqiesx bijoakkumulattiva jekk BCF < 100 jew logKow < 3,0. Jekk kemm il-valur BCF kif ukoll il-valur logKow huma disponibbli, għandu jintuża l-ogħla valur BCF imkejjel.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal ta’ kwalunkwe bijoċida miżjuda, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-valuri BCF u/jew logKow tagħhom.

(f)   Enżimi

L-enżimi għandhom ikunu f’forma likwida, jew f’forma granulata mingħajr trab. L-enżimi għandhom ikunu ħielsa mill-fdalijiet ta’ mikroorganiżmi mill-manifattura.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal fir-rigward ta’ kull enżima miżjuda, flimkien ma’ dokumentazzjoni li tiżgura li l-enżima hija ħielsa minn fdalijiet ta’ mikroorganiżmi.

Kriterju 5 —   Rekwiżiti ta’ imballaġġ

(a)   Proporzjon piż/utilità (weight/utility ratio, WUR)

Il-proporzjon piż/utilità (WUR) tal-prodott ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:

Tip ta’ prodott/ebusija tal-ilma

WUR (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil)

Ilma artab

Ilma ta’ ebusija medja

Ilma iebes

Trabijiet

1,5

2,0

2,5

Likwidi

2,0

2,5

3,0

Il-WUR għandu jiġi kkalkulat biss għall-imballaġġ primarju, u għandu jsir kalkolu għal kull prodott f’sistema ta’ komponenti multipli (inklużi kuperċijiet, tappijiet u pompi tal-idejn/apparati li jisprejjaw) skont il-formola li ġejja:

Formula

Fejn:

Wi

=

il-piż (g) tal-komponent tal-imballaġġ (i) inkluża t-tikketta jekk applikabbli.

Ui

=

il-piż (g) ta’ materjal (verġni) mhux riċiklat fil-komponent tal-imballaġġ (i). Jekk il-proporzjon ta’ materjal riċiklat fil-komponent tal-imballaġġ ikun 0 %, mela Ui = Wi.

Di

=

l-għadd ta’ unitajiet funzjonali li jkun hemm fil-komponent tal-imballaġġ (i). L-unità funzjonali = id-dożaġġ fi g/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil. Innota li l-ogħla doża rrakkomandata għal kull ebusija tal-ilma għandha tintuża fil-kalkolu tal-WUR.

ri

=

il-figura tar-riċiklaġġ, jiġifieri l-għadd ta’ drabi li l-komponent tal-imballaġġ (i) jintuża għall-istess għan f’sistema ta’ ritorn jew ta’ milja oħra. r = 1, jekk l-imballaġġ ma jerġax jintuża għall-istess għan. Jekk l-imballaġġ jerġa’ jintuża, r tiġi ssettjata għal 1 sakemm l-applikant ma jkunx jista’ jiddokumenta ċifra ogħla.

Eċċezzjonijiet

Imballaġġ tal-plastik/karti/kartun li jkun fih aktar minn 80 % materjal riċiklat jew iktar minn 80 % plastik minn oriġini rinovvabbli, huwa eżentat minn dan ir-rekwiżit.

L-imballaġġ jitqies bħala riċiklat jekk il-materja prima li tintuża għall-imballaġġ tkun inġabret minn manifatturi tal-imballaġġ fl-istadju tad-distribuzzjoni jew fl-istadju tal-konsumatur. Fejn il-materja prima tkun skart industrijali mill-proċess tal-produzzjoni tal-manifattur tal-materjal stess, il-materjal ma jitqiesx bħala riċiklat.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkolu tad-WUR għal kull prodott. Fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE hemm disponibbli spreadsheet għal dan il-kalkolu. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni kompluta u ffirmata għall-kontenut ta’ materjal riċiklat jew ta’ materjal ta’ oriġini rinnovabbli inklużi fl-imballaġġ. Għall-approvazzjoni ta’ imballaġġ għal milja oħra, l-applikant u/jew il-bejjiegħ għandu jiddokumenta li l-materjal għal milja oħra se jkun disponibbli għax-xiri fis-suq.

(b)   Imballaġġ tal-plastik

Fl-imballaġġ tal-plastik jistgħu jintużaw biss dawk il-ftalati li fiż-żmien tal-applikazzjoni jkunu ġew ivvalutati għar-riskji u li ma jkunux ġew ikklassifikati skont il-kriterju 4(b) (u kombinazzjonijiet relatati).

Sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-partijiet differenti tal-imballaġġ għar-riċiklaġġ, il-partijiet tal-plastik fl-imballaġġ primarju għandhom ikunu mmarkati skont DIN 6120, Parti 2 jew l-ekwivalenti tagħhom. Il-kuperċijiet u l-pompi huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità kompluta u ffirmata.

Kriterju 6 —   Prestazzjoni tal-ħasil (idoneità għall-użu)

L-effetti ewlenin tad-deterġent fuq il-ħasil tal-ħwejjeġ, bħat-tneħħija tal-ħmieġ u l-kapaċità ta’ tneħħija tat-tbajja’, għandhom jiġu ddokumentati mill-produttur/applikant bl-għajnuna ta’ ħwejjeġ ta’ ttestjar artifiċjalment imħammġin li jinħaslu fil-proċess.

It-test jista’ jsir minn laboratorju estern jew intern li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Appendiċi II(a). It-test għandu jsir bid-doża rakkomandata u bl-ebusija tal-ilma korrispondenti, kif ukoll bil-grad ta’ ħmieġ bl-iktar temperatura rakkomandata baxxa tal-ilma tal-ħasil. Il-kejl għandu jsir fuq ħwejjeġ ta’ ttestjar maħsulin kif ukoll mhux maħsulin. L-evalwazzjoni tar-riżultati tat-test għandha ssir mil-laboratorju, u għandha tiġi ddikjarata biċ-ċar fir-rapport.

Il-kejl ta’ effetti sekondarji, bħall-effett ta’ bbliċjar, il-fattur ta’ bbliċjar jew ħsara, il-kontenut ta’ rmied, l-iggriżar jew iż-żieda fil-fluwidità, jista’ jsir pereżempju bi ħwejjeġ ta’ ttestjar għal ħasil multiplu, u jista’ jiġi analizzat skont l-istandard ISO 4312.

Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ x’jista’ jintuża bħala ħwejjeġ ta’ ttestjar għall-ħasil:

WFK-PCMS-55 għal proċessi ta’ ħasil industrijali, li jikkonsisti fi 13-il tebgħa żgħira ta’ ħmieġ differenti (WFK-Cleaning Technology Research Institute, il-Ġermanja)

EMPA 102, li jikkonsisti fi 15-il punt frisk differenti (Swiss EMPA-Testmaterials)

ħwejjeġ għall-ħasil tad-DTI (Danish Technology Institute) għall-proċessi ta’ ħasil industrijali jew ekwivalenti

Bħala alternattivi għat-test tal-laboratorju msemmi hawn fuq, jista’ jsir test ta’ utent għad-dokumentazzjoni tal-effiċjenza. F’dak il-każ, it-test tal-utent għandu jilħaq ir-rekwiżiti msemmija fl-Appendiċi II b).

Għat-test tal-laboratorju kif ukoll għat-test tal-utent, japplika dan li ġej:

Il-prodott ta’ ttestjar għandu jiġi ttestjat kontra prodott ta’ referenza. Il-prodott ta’ referenza jista’ jkun prodott stabbilit sew fis-suq, jew inkella, fil-każ ta’ test tal-utent, il-prodott li dan juża s-soltu. Il-prodott ta’ ttestjar għandu juri effiċjenza daqs jew aqwa minn tal-prodott ta’ referenza.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test li jindika li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti minimi ddefiniti fit-test magħżul; ara wkoll l-Appendiċijiet IIa u IIb rispettivament.

Kriterju 7 –   Sistemi ta’ ddożar awtomatiku

Sistemi ta’ komponenti multipli għandhom jiġu offruti lill-klijent flimkien ma’ sistema ta’ ddożar awtomatiku u kkontrollat.

Sabiex jiġi żgurat dożaġġ korrett fis-sistemi ta’ ddożar awtomatiku, iż-żjarat tal-klijenti għandhom jiġu inkorporati bħala rutina normali għall-manifatturi u għall-fornituri. Dawn iż-żjarat tal-klijenti jsiru fil-binjiet kollha tal-manifatturi u tal-fornituri tal-anqas darba fis-sena matul il-perjodu tal-liċenzja; bħala minimu, għandhom jinkludu kalibrazzjoni tal-apparat għall-iddożar. Parti terza tista’ tagħmel żjarat tal-klijenti wkoll.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni miktuba ta’ responsabbiltà għaż-żjarat tal-klijenti, kif ukoll għall-frekwenza u l-kontenut tagħhom.

Kriterju 8 –   Informazzjoni għall-utent - Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

(a)   Informazzjoni fuq l-imballaġġ/folja ta’ informazzjoni dwar il-prodott

Ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin għall-ħasil (jew ekwivalenti) għandhom jidhru fuq l-imballaġġ, u/jew fuq folja ta’ informazzjoni dwar il-prodott. Ir-rakkomandazzjonijiet għall-ħasil għandhom jinkludu eżempji tal-klassifikazzjoni tal-gradi tal-ħmieġ fuq it-tessili, u għandhom jinkludu t-test li ġej:

Aħsel fl-aktar temperatura baxxa rrakkomandata

Aħsel dejjem bl-ikbar daqs ta’ ħasla li jippermettu t-tessili

Iddoża skont l-istruzzjonijiet ta’ ddożar, u uża d-dożaġġ skont l-ebusija tal-ilma u l-grad ta’ ħmieġ

Jekk tuża dan il-prodott bl-Ekotikketta tal-UE skont l-istruzzjonijiet dwar l-iddożar, se tikkontribwixxi għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma, tal-produzzjoni tal-iskart u tal-konsum tal-enerġija.

(b)   Dikjarazzjonijiet fuq l-imballaġġ

Ġeneralment, id-dikjarazzjonijiet fuq l-imballaġġ għandhom jiġu ddokumentati permezz ta’ ttestjar tal-prestazzjoni (eż. dikjarazzjonijiet dwar l-effiċjenza f’temperaturi baxxi, dikjarazzjonijiet dwar it-tneħħija ta’ ċerti tipi ta’ tbajja’, dikjarazzjonijiet dwar benefiċċji għal ċerti tipi jew kuluri ta’ tessuti, jew dikjarazzjonijiet oħra dwar proprjetajiet speċifiċi/benefiċċji tal-prodott).

Eż. jekk prodott jiddikjara effiċjenza f’20 °C, it-test tal-prestazzjoni jeħtieġ li jsir b’temperatura ta’ ≤ 20 °C (u b’mod korrispondenti għal dikjarazzjonijiet oħra ta’ temperaturi taħt l-40 °C).

Eż. jekk prodott jiddikjara li huwa effiċjenti fuq ċerti tipi ta’ tbajja’, dan għandu jiġi ddokumentat b’test tal-prestazzjoni.

(c)   Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Il-logo għandu jkun viżibbli u għandu jkun leġġibbli. L-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE huwa protett fil-liġi primarja tal-UE. In-numru ta’ reġistrazzjoni/liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandu jidher fuq il-prodott, għandu jkun leġġibbli u għandu jkun ċarament viżibbli.

It-tikketta fakultattiva b’kaxxa testwali għandha tinkludi t-test li ġej:

Impatt imnaqqas fuq l-ekosistemi akkwatiċi

Sustanzi perikolużi limitati

Prestazzjoni ttestjata.

Il-linjigwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tat-test jinsabu fil-“Guidelines for use of the Ecolabel logo” (“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta”) fuq il-websajt: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf

Valutazzjoni u verifika (a-c): L-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta tal-prodott u/jew folja tal-prodott, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. Id-dikjarazzjonijiet tal-prodott għandhom jiġu ddokumentati permezz ta’ rapporti xierqa tat-testijiet.


(*)  In-numru DID hu n-numru tal-ingredjent fuq il-lista DID (lista tal-“Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti”), u jintuża biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-Kriterji 2 u 3. Ara l-Appendiċi I.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(5)  Id-Direttiva 67/548/KEE b’aġġustament għar-REACH skont id-Direttiva 2006/121/KE u d-Direttiva 1999/45/KE kif emendata.

(**)  Deroga mill-kriterju 4(b) biss. Il-bijoċidi għandhom jikkonformaw mal-kriterju 4(e).

(***)  Inklużi l-istabbilizzaturi u sustanzi awżiljarji oħrajn fil-preparazzjonijiet.

(****)  F’konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %.

(6)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.

(7)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

Appendiċi I

Lista tal-Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti (lista DID)

Il-lista DID (il-Parti A) hi lista li tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità akkwatika u l-bijodegradabilità tas-sustanzi mdaħħla tipikament użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Il-lista tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità u l-bijodegradabilità ta’ firxa ta’ sustanzi użati fil-prodotti għall-ħasil u t-tindif. Il-lista mhijiex komprensiva, iżda fil-parti B tal-lista DID tingħata gwida rigward kif jiġu ddeterminati l-parametri rilevanti tal-kalkolu għal sustanzi mhux preżenti fil-lista DID (eż. il-Fattur ta’ Tossiċità (TF) u l-fattur ta’ degradazzjoni (DF), li jintużaw fil-kalkolu tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni). Il-lista hi sors ġeneriku ta’ informazzjoni u s-sustanzi preżenti fuq il-lista DID mhumiex approvati awtomatikament għall-użu fil-prodotti bl-Ekotikketta tal-UE. Il-lista DID (il-partijiet A u B) tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.

Għas-sustanzi mingħajr dejta rigward it-tossiċità u d-degradabilità akkwatika, biex ikunu vvalutati t-TF u d-DF jistgħu jintużaw analoġiji strutturali ma’ sustanzi simili. Analoġiji strutturali bħal dawn għandhom ikunu approvati mill-korp kompetenti li jagħti l-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Alternattivament, jista’ jkun applikat approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli, bl-użu tal-parametri ta’ hawn isfel:

Approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli:

 

Tossiċità akuta

Tossiċità kronika

Degradazzjoni

Sustanza mdaħħla

LC50/EC50

SF(acute)

TF(acute)

NOEC (*)

SF(chronic)  (*)

TF(chronic)

DF

Aerobika

Anaerobika

“Isem”

1 mg/l

10 000

0,0001

 

 

0,0001

1

P

N

Dokumentazzjoni tal-bijodegradabbiltà faċli

Għandhom jintużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin għall-bijodegradabbiltà faċli:

(1)

Sal-1 ta’ Diċembru 2010 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta Diċembru 2010 sal-1 ta Diċembru 2015:

 

Il-metodi ta’ ttestjar għall-bijodegradabilità faċli pprovduti fid-Direttiva 67/548/KEE, b’mod partikolari l-metodi dettaljati fl-Anness V.C4 għal dik id-Direttiva jew il-metodi ta’ ttestjar tal-OECD 301 A-F ekwivalenti għalihom, jew it-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom.

 

Il-prinċipju tal-perjodu ta’ għaxart ijiem ma għandux japplika għall-aġenti tensjoattivi. Il-livelli biex jgħaddu għandhom ikunu ta’ 70 % għat-testijiet imsemmija fl-Anness V.C4-A u C4-B tad-Direttiva 67/548/KEE (u t-testijiet OECD 301 A u E ekwivalenti għalihom u l-ekwivalenti għall-ISO), u għandhom ikunu 60 % għat-testijiet C4-C, D, E u F (u t-testijiet OECD 301 B, C, D u F ekwivalenti għalihom u l-ekwivalenti għall-ISO).

(2)

Wara l-1 ta’ Diċembru 2015 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-1 ta’ Diċembru 2015:

Il-metodi ta’ ttestjar ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Dokumentazzjoni tal-bijodegradabbiltà anaerobika

It-test ta’ referenza għad-degradabilità anaerobika għandu jkun EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ta’ ttestjar ekwivalenti, bir-rekwiżit ta’ 60 % ta’ degradabilità finali taħt kundizzjonijiet anaerobiċi. Il-metodi ta’ ttestjar li jissimulaw il-kundizzjonijiet f’ambjent anaerobiku rilevanti jistgħu jintużaw biex ikun iddokumentat li taħt kundizzjonijiet anaerobiċi ntlaħqet 60 % ta’ degradabilità finali.

Estrapolazzjoni għal sustanzi mhux elenkati fil-lista DID

Meta s-sustanzi mdaħħla ma jkunux elenkati fil-lista DID, jista’ jintuża l-approċċ li ġej biex tkun ipprovduta d-dokumentazzjoni meħtieġa ta’ degradabilità anaerobika:

(1)

Applika estrapolazzjoni raġonevoli. Uża r-riżultati tat-test miksuba għal materja prima waħda biex testrapola d-degradabilità anaerobika finali ta’ aġenti tensjoattivi li huma relatati strutturalment. Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv (jew għal grupp ta’ omologi) skont il-lista DID, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. is-sulfat C12-15 A 1-3 EO [DID Nru 8] hu bijodegradabbli anaerobikament, u l-bijodegradabilità anaerobika tista’ titqies ukoll li teżisti għas-sulfat C12-15 A 6 EO). Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv bl-użu ta’ metodu ta’ ttestjar xieraq, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. dejta mil-letteratura li tikkonferma l-bijodegradabilità anaerobika ta’ aġenti tensjoattivi li jappartjenu għall-grupp ta’ mlieħ tal-ammonju ta’ esteri alkili tista’ tintuża bħala dokumentazzjoni għal bijodegradabilità anaerobika simili ta’ mlieħ kwaternarji tal-ammonju oħra li fihom sensil ta’ esteri fil-katina/ktajjen alkila/alkili).

(2)

Wettaq test ta’ skrinjar għad-degradabbiltà anaerobika. Jekk hu meħtieġ ittestjar ġdid, wettaq test tal-iskrinjar bl-użu ta’ EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ekwivalenti.

(3)

Wettaq test ta’ degradabbiltà b’dożaġġ baxx. Jekk ikun meħtieġ ittestjar ġdid, u fil-każ ta’ problemi sperimentali fit-test tal-iskrinjar (eż. inibizzjoni minħabba t-tossiċità tas-sustanza għat-test), irrepeti l-ittestjar bl-użu ta’ dożaġġ baxx ta’ aġent tensjoattiv u mmonitorja d-degradazzjoni b’kejl ta’ 14C jew b’analiżi kimika. L-ittestjar b’dożaġġi baxxi jista’ jitwettaq bl-użu tal-metodu OECD 308 (Awwissu 2000) jew metodu ekwivalenti.


(*)  Jekk ma tinstab l-ebda dejta aċċettabbli dwar it-tossiċità kronika, dawn il-kolonni jitħallew vojta. F’dak il-każ, it-TF(chronic) jiġi ddefinit bħala ugwali għat-TF(acute).

Appendiċi II

(a)   Testijiet fil-laboratorju

Il-laboratorju fejn issir l-analiżi għandu jilħaq ir-rekwiżiti ġenerali skont l-istandard EN ISO 17025, jew għandu jkun laboratorju ta’ analiżi approvat minn GLP.

Il-laboratorju/il-kejl tal-analiżi tal-applikant jistgħu jiġu approvati biex iwettqu analiżijiet u kejl jekk:

l-awtoritajiet jimmonitorjaw il-proċess tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi; jew

il-manifattur ikollu sistema ta’ kwalità li tinkorpora ttestjar u analiżi, u li hija ċċertifikata skont l-ISO 9001; jew

il-manifattur jista’ juri li hemm konformità bejn test tal-ewwel darba mwettaq bħala test parallel bejn istituzzjoni ta’ ttestjar u l-laboratorju proprju tal-manifattur u li l-manifattur jieħu kampjuni skont pjan preskritt ta’ teħid ta’ kampjuni.

Il-laboratorju ta’ ttestjar tal-manifattur jista’ jiġi approvat biex iwettaq ittestjar bil-ħsieb li jiddokumenta l-effiċjenza tal-prodott jew jintlaħqu r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

Għandu jkun possibbli li l-organizzazzjonijiet tal-ekotikkettar jimmonitorjaw il-prestazzjoni tal-ittestjar

L-organizzazzjoni tal-ekotikkettar għandu jkollu aċċess għad-dejta kollha dwar il-prodott

Il-kampjuni għandhom isiru b’mod anonimu għal-laboratorju tal-ittestjar

Il-prestazzjoni tat-test tal-effettività għandha tiġi deskritta fis-sistema ta’ kontroll tal-kwalità.

(b)   Test tal-utenti

1.

Għandhom jinkisbu risposti minn tal-anqas 5 ċentri ta’ ttestjar li jirrappreżentaw firxa ta’ klijenti.

2.

Il-proċedura u l-iddożar għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.

3.

Il-perjodu ta’ ttestjar għandu jdum tal-anqas 4 ġimgħat.

4.

Kull ċentru tal-ittestjar għandu jivvaluta l-kapaċità ta’ servizz tal-prodott jew tas-sistema ta’ komponenti multipli, id-dożabbiltà, il-kompressibbiltà, il-kapaċità ta’ tlaħliħ u s-solubbiltà.

5.

Kull ċentru tal-ittestjar għandu jivvaluta l-effettività tal-prodott jew tas-sistema ta’ komponenti multipli billi jwieġeb mistoqsijiet marbutin mal-aspetti li ġejjin (jew formulazzjonijiet simili):

(a)

Il-kapaċità ta’ ħasil ta’ ħwejjeġ bi ftit ħmieġ, bi ħmieġ moderat jew b’ħafna ħmieġ

(b)

Valutazzjoni ta’ effetti ewlenin tal-ħasil, bħat-tneħħija tat-trab, il-kapaċità ta’ tneħħija tat-tbajja’, u l-effett tal-ibbliċjar

(c)

Valutazzjoni ta’ effetti sekondarji tal-ħasil, bħall-iggriżar ta’ ħwejjeġ bojod, il-fluwidità tal-kuluri, u t-tebgħa ta’ ħwejjeġ bil-kulur

(d)

Valutazzjoni tal-effett tal-aġent ta’ tlaħliħ fuq it-tnixxif, il-mogħdija bil-ħadida jew l-illixxar tal-ħwejjeġ għall-ħasil

(e)

Il-livell ta’ sodisfazzjon tas-suġġett tat-test fir-rigward tal-arranġamenti għaż-żjara tal-klijenti.

6.

Ir-risposta għandha tiġi kklassifikata fuq skala ta’ mill-inqas 3 livelli, pereżempju, “mhux effettiv biżżejjed”, “effettiv biżżejjed” jew “effettiv ħafna”. F’dak li jirrigwarda l-livell ta’ sodisfazzjon taċ-ċentru tal-ittestjar mal-arranġamenti għaż-żjarat u r-rappurtar, il-kategoriji għandhom ikunu “mhux sodisfatt”, “sodisfatt” u “sodisfatt ħafna”.

7.

Tal-anqas 5 ċentri tal-ittestjar għandhom jissottomettu risposti. Tal-anqas 80 % għandhom jikklassifikaw il-prodott bħala effettiv biżżejjed jew effettivi ħafna fir-rigward tal-punti kollha (ara l-punt 4), u għandhom ikunu sodisfatti jew sodisfatti ħafna bl-arranġamenti taż-żjara tal-klijenti.

8.

Għandha tiġi speċifikata d-dejta mhux ipproċessata kollha tat-test.

9.

Il-proċedura ta’ ttestjar għandha tiġi deskritta fid-dettall.


Top