EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1352

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2011 tal- 20 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti

OJ L 338, 21.12.2011, p. 31–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 18 Volume 002 P. 321 - 324

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/02/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0125

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1352/oj

21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1352/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tiegħu,

Billi:

(1)

ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jistabbilixxi projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti li m’għandhom l-ebda użu prtikolari ħlief għall-iskop tal-piena kapitali, tat-tortura u t-trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti u kontrolli fuq l-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għal skop bħal dan. Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari r-rispett u l-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja u l-projbizzjoni ta’ tortura u trattament jew kastig inuman u degradanti.

(2)

F’ċerti każijiet riċenti prodotti mediċinali esportati lejn pajjiżi terzi ġew żvijati u użati għall-piena kapitali, notevolment bl-amministrazzjoni ta’ doża eċċessiva letali permezz ta’ injezzjoni. L-Unjoni ma tapprovax il-piena kapitali fiċ-ċirkustanzi kollha u taħdem favur l-abolizzjoni universali tagħha. L-esportaturi oġġezzjonaw għall-assoċjazzjoni involontarja tagħhom mal-użu tal-prodotti li żviluppaw għall-użu mediku.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li wieħed jipprovdi l-lista tal-prodotti skont ir-restrizzjonijiet tal-kummerċ sabiex jiġi evitat l-użu ħażin ta’ ċerti prodotti mediċinali għall-piena kapitali u jassigura li l-esportaturi ta’ prodotti mediċinali huma soġġetti għal kundizzjonijiet uniformi f’dan ir-rigward. Il-prodotti mediċinali relevanti ġew żviluppati, fost oħrajn, għall-anestesija u l-loppju u l-esportazzjoni tagħhom m’għandhiex għalhekk tkun soġġetta għal projbizzjoni sħiħa.

(4)

Jeħtieġ ukoll li titwessa’ l-projbizzjoni fuq il-kummerċ ta’ ċintorini għax-xokkijiet elettriċi biex ikopru apparat simili li jintlibes fuq il-ġisem bħal kmiem u manetti għax-xokkijiet elettriċi li għandhom l-istess impatt bħaċ-ċintorini għax-xokkijiet elettriċi.

(5)

Jeħtieġ li jiġi projbit il-kummerċ ta’ lembubi bil-ponot li mhumiex permessi għall-infurzar tal-liġi. Filwaqt li l-ponot kapaċi jikkawżaw uġigħ jew tbagħtija fiżika sinifikanti, il-lembubi bil-ponot ma jidhrux aktar effettivi għall-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża minn lembubi ordinarji u l-uġigħ jew it-tbagħtija fiżika kkawżati mill-ponot huma għalhekk krudili u mhux bilfors jinħtieġu għall-iskop tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża.

(6)

Bidliet fin-numerar ta’ ċerti partijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM) seħħew wara li ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 u l-kodiċi relevanti tan-NM għandhom jiġu aġġornati kif jixraq.

(7)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar ir-regoli komuni għall-esportazzjoni tal-prodotti.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Anness II u Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 se jiġu mibdula bit-testi f’Anness I u Anness II, rispettivament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan m’għandux japplika għal prodotti mniżżla fil-punt 4.1 tal-Anness III li għalih ġiet ippreżentata dikjarazzjoni tal-esportazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1.


ANNESS I

“ANNESS II

Lista ta’ prodotti msemmijin fl-Artikoli 3 u 4

Nota Introduttorja:

Il-‘kodiċi tan-NM’ f’dan l-Anness jirreferu għall-kodiċi speċifikati fit-Tieni Parti tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1).

Fejn ‘ex’ tippreċedi l-kodiċi tan-NM, il-prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jikkostitwixxu biss parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f’dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM.

Nota: din il-lista ma tkoprix il-prodotti tekniċi mediċi

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

1.   Prodotti maħsubin għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin, kif ġej:

ex 4421 90 98

ex 8208 90 00

1.1.

Forok u giljottini

ex 8543 70 90

ex 9401 79 00

ex 9401 80 00

ex 9402 10 00

ex 9402 90 00

1.2.

Siġġijiet elettriċi għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin

ex 9406 00 38

ex 9406 00 80

1.3.

Kmamar mingħajr arja, magħmulin pereżempju mill-azzar u mill-ħġieġ, maħsubin għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin bl-amministrazzjoni ta’ gass jew sustanza letali

ex 8413 81 00

ex 9018 90 50

ex 9018 90 60

ex 9018 90 84

1.4.

Sistemi awtomatiċi għall-injezzjoni tad-drogi maħsubin għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin bl-amministrazzjoni ta’ sustanza kimika letali

2.   Prodotti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej:

ex 8543 70 90

2.1.

Tagħmir għax-xokkijiet tal-elettriku li hu maħsub biex jintlibes fuq il-ġisem minn individwu mrażżan, bħal ċintorini, kmiem u manetti, maħsubin biex irażżnu l-bnedmin bl-amministrazzjoni ta’ xokkijiet elettriċi li għandhom vultaġġ mhux ikkargat li jeċċedi 10 000  V

3.   Tagħmir li jista’ jinġarr maħsub skont kif qed jingħad għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet, kif ġej:

ex 9304 00 00

3.1.

Lembubi jew bsaten magħmulin mill-metall jew materjal ieħor li jkollhom lasta b’ponot tal-metall


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.”


ANNESS II

“ANNESS III

Lista ta’ prodotti msemmijin fl-Artikolu 5

Nota Introduttorja:

Il-kodiċi tan-NM f’dan l-Anness jirreferu għall-kodiċi speċifikati fit-Tieni Parti tal-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni.

Fejn ‘ex’ tippreċedi l-kodiċi tan-NM, il-prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jikkostitwixxu biss parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f’dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM.

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

1.   Prodotti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej:

ex 9401 61 00

ex 9401 69 00

ex 9401 71 00

ex 9401 79 00

ex 9401 80 00

ex 9402 90 00

ex 9403 20 20

ex 9403 20 80

ex 9403 50 00

ex 9403 70 00

ex 9403 81 00

ex 9403 89 00

1.1.

Siġġijiet għat-trażżin u twavel bil-manetti

Nota:

Dan il-punt ma jikkontrollax is-siġġijiet għat-trażżin maħsubin għal persuni b’diżabbiltà

ex 7326 90 98

ex 8301 50 00

ex 3926 90 97

1.2.

Manetti tas-saqajn, ktajjen għal grupp ta’ priġunieri, manetti u manetti individwali jew manetti fil-forma ta’ brazzuletti

Nota:

Dan il-punt ma jikkontrollax ‘manetti ordinarji’. Il-manetti ordinarji huma manetti li għandhom qies ġenerali inkluża katina imkejla mix-xifer ta’ barra ta’ manetta waħda sax-xifer ta’ barra tal-manetta l-oħra, bejn 150 u 280 mm meta jinqaflu u li ma ġewx modifikati biex jikkawżaw uġigħ jew tbagħtija fiżika

ex 7326 90 98

ex 8301 50 00

ex 3926 90 97

1.3.

Manetti tas-saba’ l-kbir u strumenti għat-tgħaffiġ tas-saba’ l-kbir, inklużi manetti bis-snien tas-saba’ l-kbir

2.   Tagħmir li jista’ jinġarr maħsub għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża, kif ġej:

ex 8543 70 90

ex 9304 00 00

2.1.

Tagħmir tax-xokkijiet elettriċi li jista’ jinġarr, inkluż iżda mhux limitat għal-lembubi tax-xokkijiet elettriċi, tarki tax-xokkijiet elettriċi, stun guns u dart guns tax-xokkijiet elettriċi li għandhom vultaġġ mhux ikkargat li jeċċedi l-10 000  V.

1.

Dan il-punt ma jikkontrollax ċinturini tax-xokkijiet elettriċi kif deskritt fil-punt 2.1 tal-Anness II.

2.

Dan il-punt ma jikkontrollax it-tagħmir individwali tax-xokkijiet elettroniċi meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

3.   Tagħmir li jista’ jinġarr għad-disseminazzjoni tas-sustanzi għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża u sustanzi relatati, kif ġej:

ex 8424 20 00

ex 9304 00 00

3.1.

Tagħmir li jista’ jinġarr maħsub jew modifikat għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża bl-amministrazzjoni jew disseminazzjoni ta’ sustanza kimika inkapaċitanti

Nota:

Dan il-punt ma jikkontrollax tagħmir individwali li jista’ jinġarr, anki jekk ikun fih sustanza kimika, meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

ex 2924 29 98

3.2.

Vanillilamide tal-aċidu pelargoniku (PAVA) (CAS RN 2444-46-4)

ex 2939 99 00

3.3.

Oleoreżina tal-kapsiku (OC) (CAS RN 8023-77-6)

4.   Prodotti li jistgħu jintużaw għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin permezz ta’ injezzjoni letali, kif ġej:

ex 2933 53 90

[(a) to (f)]

ex 2933 59 95

[(g) and (h)]

4.1.

Barbiturati qosra u li jaġixxu bħala intermedji inklużi, iżda mhux limitati għal:

(a)

amobarbital (CAS RN 57-43-2

(b)

melħ tas-sodju amobarbital (CAS RN 64-43-7)

(c)

pentobarbital (CAS RN 76-74-4)”

(d)

melħ tas-sodju pentobarbital (CAS 57-33-0)

(e)

sekobarbital (CAS RN 76-73-3)

(f)

melħ tas-sodju amobarbital (CAS RN 309-43-3)

(g)

tijopental (CAS RN 76-75-5)

(h)

melħ tas-sodju tijopental (CAS RN 71-73-8), magħruf ukoll bħala sodju tijopentonju

Nota:

Dan il-punt jikkontrolla wkoll il-prodotti li fihom wieħed mill-aġenti anestetiċi mniżżlin taħt l-aġenti anestetiċi barbiturati qosra u li jaġixxu bħala intermedji.”


Top