EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1131

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1131/2011 tal- 11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-glikosidi tal-istevjol Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 295, 12.11.2011, p. 205–211 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 023 P. 292 - 298

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1131/oj

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/205


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1131/2011

tal-11 ta’ Novembru 2011

li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-glikosidi tal-istevjol

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10, u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistipula lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn issa ‘l quddiem tissejjaħ l-Awtorità) evalwat is-sigurtà tal-glikosidi tal-istevjol, estratti mill-weraq tal-pjanta Bertoni Stevia rebaudiana, bħala dolċifikant u esprimiet il-fehma tagħha fl-10 ta' Marzu 2010 (2). L-Awtorità stabbilixxiet Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI) għall-glikosidi tal-istevjol, espressa bħala ekwivalenti għall-istevjol, ta’ 4mg/kg tal-piż tal-ġisem/jum. Stimi konservattivi tal-espożizzjoni għall-glikosidi tal-istevjol, kemm fil-kbar kif ukoll fit-tfal, jissuġġerixxu li x’aktarx l-ADI tinqabeż fil-livelli ta’ użu massimu propost.

(3)

Wara li kkunsidraw il-konklużjoni tal-Awtorità, f’Settembru 2010 l-applikanti bagħtu reviżjoni tal-użi u l-Awtorità ntalbet tikkunsidra dawn l-użi. Ġiet ippubblikata stqarrija dwar stima ġdida tal-espożizzjoni f’Jannar 2011. (3) Minkejja l-użi riveduti, il-konklużjoni kienet simili ħafna, jiġifieri li kemm fil-kbar kif ukoll fit-tfal l-ADI tista’ tinqabeż għall-konsumaturi ta’ livelli għoljin. Il-kontributuri ewlenin għall-espożizzjoni totali antiċipata għall-glikosidi tal-istevjol huma x-xarbiet mhux alkoħoliċi aromatizzati (minerali).

(4)

Ikkunsidrata l-ħtieġa ta' prodotti ġodda fis-suq li jkunu b’valuri enerġetiċi mnaqqsa, l-użu tal-glikosidi tal-istevjol bħala dolċifikant għandu jkun awtorizzat fil-livelli massimi xierqa ta’ użu. Meqjus il-kontribut sinifikanti potenzjali tax-xarbiet minerali fil-konsum ta’ glikosidi tal-istevjol, għandu jiġi stabbilit tnaqqis fil-livell ta’ użu għax-xarbiet aromatizzati, bi tqabbil mal-livelli ta’ użu proposti ta’ qabel li ġew ikkunsidrati mill-Awtorità.

(5)

Il-Kummissjoni se titlob mill-produtturi u l-utenti tal-glikosidi tal-istevjol tagħrif dwar l-użu attwali tal-addittiv tal-ikel wara l-awtorizzazzjoni tagħha. Dan it-tagħrif il-Kummissjoni se tagħmlu disponibbli għall-Istati Membri. Meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni se titlob lill-Awtorità twettaq stima oħra fid-dettall tal-espożizzjoni, filwaqt li tqis l-użi reali tal-glikosidi tal-istevjol fis-sottokategoriji differenti tal-oġġetti tal-ikel u l-konsum ta’ oġġetti tal-ikel normali kontra dawk b’valuri enerġetiċi mnaqqsa.

(6)

L-Awtorità fil-fehma tagħha esprimiet l-ADI għall-glikosidi tal-istevjol bħala ekwalenti tal-istevjol. L-espożizzjoni djetetika għall-glikosidi tal-istevjol ukoll ġiet espressa bħala ekwivalenti tal-istevjol. Għalhekk huwa xieraq li l-livelli massimi ta’ użu permessi jiġu espressi wkoll bħala ekwivalenti tal-istevjol. Il-livelli massimi tal-glikosidi tal-istevjol huma espressi bħala s-somma tal-glikosidi kollha msemmija tal-istevjol fl-ispeċifikazzjonijiet u jistgħu jinqalbu għal ekwivalenti tal-istevjol bl-użu tal-koeffiċjenti ta’ konverżjoni msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjoni tranżitorja

B’deroga mill-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta' Novembru 2011 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel (4), l-annotazzjonijiet fil-Parti B u l-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dwar il-glikosidi tal-istevjol (E 960) għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi Nutrijenti miżjuda mal-ikel dwar ir-sigurtà tal-glikosidi tal-istevjol għall-użi proposti bħala addittiv tal-ikel. EFSA Journal (2010); 8(4):1537.

(3)  Stqarrija tal-EFSA: “Stima tal-espożizzjoni riveduta għall-glikosidi tal-istevjol għall-użi proposti bħala addittiv tal-ikel.”EFSA Journal (2011); 9(01):1972.

(4)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti B2 l-annotazzjoni li ġejja għal E 960 tidħol wara l-annotazzjoni għal E 959:

"E 960

Glikosidi tal-istevjol"

(2)

Fil-Parti E l-annotazzjonijiet li ġejjin għal E 960 jidħlu f’ordni numerika fil-kategoriji tal-ikel msemmija:

PARTI E:   ADDITTIVI TAL-IKEL AWTORIZZATI U KUNDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU FIL-KATEGORIJI TAL-IKEL

Numru tal-kategorija

Numru E

Isem

Livell massimu (mg/l jew mg/kg kif xieraq)

Noti f'qiegħ il-paġna

restrizzjonijiet/eċċezzjonijiet

01.4

Prodotti tal-ħalib iffermentat b'togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana

E 960

Glikosidi tal-istevjol

100

(60)

prodotti b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

03.

Silġ li jittiekel

E 960

Glikosidi tal-istevjol

200

(60)

b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

04.2.2

Frott u ħxejjex fil-ħall, żejt jew ilma mielaħ

E 960

Glikosidi tal-istevjol

100

(60)

frott u ħxejjex ppreżervati ħelwin-qorsa biss

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

04.2.4.1

Preparazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex eskluż x-xropp tal-frott

E 960

Glikosidi tal-istevjol

200

(60)

b’valuri enerġetiċi mnaqqsa biss

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

04.2.5.1

Ġamm ekstra u ġelatina ekstra kif definiti bid-Direttiva 2001/113/KE

E 960

Glikosidi tal-istevjol

200

(60)

ġammijiet, ġelatini u marmellati b’valuri enerġetiċi mnaqqsa biss

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

04.2.5.2

Ġamm, ġelatini u marmellati u puree tal-qastan bil-ħlewwa kif definiti bid-Direttiva 2001/113/KE

E 960

Glikosidi tal-istevjol

200

(60)

ġammijiet, ġelatini u marmellati b’valuri enerġetiċi mnaqqsa biss

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

04.2.5.3

Pejsts tal-frott u tal-ħaxix oħra simili

E 960

Glikosidi tal-istevjol

200

(60)

pejsts tal-ħobż abbażi ta’ frott imnixxef biss, b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

05.1

Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata koperti bid-Direttiva 2000/36/KE

E 960

Glikosidi tal-istevjol

270

(60)

b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

05.2

Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs

E 960

Glikosidi tal-istevjol

270

(60)

abbażi tal-kawkaw jew frott imnixxef biss, b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

E 960

Glikosidi tal-istevjol

330

(60)

pejsts tal-ħobż abbażi ta’ kawkaw, ħalib, frott imnixxef jew xaħam, b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

E 960

Glikosidi tal-istevjol

350

(60)

ħlewwiet mingħajr zokkor miżjud biss

E 960

Glikosidi tal-istevjol

2 000

(60)

ħelu żgħir li jiffriskaw in-nifs, mingħajr zokkor miżjud

E 960

Glikosidi tal-istevjol

670

(60)

mustardini b’togħma qawwija li jiffriskaw il-griżmejn biss mingħajr zokkor miżjud

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

05.3

Chewing gum

E 960

Glikosidi tal-istevjol

3 300

(60)

mingħajr zokkor miżjud biss

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

05.4

Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4

E 960

Glikosidi tal-istevjol

330

(60)

ħlewwiet mingħajr zokkor miżjud biss

E 960

Glikosidi tal-istevjol

270

(60)

abbażi tal-kawkaw jew frott imnixxef biss, b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

06.3

Ċereali tal-kolazzjon

E 960

Glikosidi tal-istevjol

330

(60)

ċereali tal-kolazzjon b’kontenut ta’ fibra ta’ aktar minn 15% u li fihom tal-anqas 20% qxur biss, b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

07.2

Prodotti fini tal-forn

E 960

Glikosidi tal-istevjol

330

(60)

essoblaten - karta tal-wejfer biss

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

09.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

E 960

Glikosidi tal-istevjol

200

(60)

ħut u mmarinat tal-ħut, krostaċji u molluski ppreżervati jew semi-ppreżervati helwin-qarsa biss

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

11.4.1

Prodotti li jżidu l-ħlewwa ta’ fuq il-mejda f’forma likwida

E 960

Glikosidi tal-istevjol

QS

(60)

 

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

11.4.2

Prodotti li jżidu l-ħlewwa ta’ fuq il-mejda f’forma ta’ trab

E 960

Glikosidi tal-istevjol

QS

(60)

 

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

11.4.3

Prodotti li jżidu l-ħlewwa għal fuq il-mejda f’pilloli

E 960

Glikosidi tal-istevjol

QS

(60)

 

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

12.5

Sopop u brodijiet

E 960

Glikosidi tal-istevjol

40

(60)

soppa b’valuri enerġetiċi mnaqqsa biss

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

12.6

Zlazi

E 960

Glikosidi tal-istevjol

120

(60)

għajr għaz-zalza tas-sojja (iffermentata u mhux iffermentata)

E 960

Glikosidi tal-istevjol

175

(60)

zalza tas-sojja (iffermentata u mhux iffermentata) biss

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

13.2

Ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali kif definiti mid-Direttiva 1999/21/KE (minbarra prodotti mill-kategorija tal-ikel 13.1.5)

E 960

Glikosidi tal-istevjol

330

(60)

 

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

13.3

Ikel djetetiku għal dieti ta’ kontroll tal-piż maħsuba biex jissostitwixxu l-ikel totali li wieħed jiekol kuljum jew ikla individwali (id-dieta ta’ kuljum totali kollha jew parti minnha)

E 960

Glikosidi tal-istevjol

270

(60)

 

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

14.1.3

Nettari tal-frott kif definiti mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u nettari tal-ħaxix u prodotti simili

E 960

Glikosidi tal-istevjol

100

(60)

b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

14.1.4

Xarbiet mogħtija t-togħma

E 960

Glikosidi tal-istevjol

80

(60)

b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss;

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

14.2.1

Birra u xarbiet tax-xgħir

E 960

Glikosidi tal-istevjol

70

(60)

birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut ta’ alkoħol li ma jeċċedix 1,2% vol; ‘Bière de table/Tafelbier/Table beer’ (b’kontenut oriġinali ta’ malt wara l-fermentazzjoni (wort) ta’ inqas minn 6%) għajr l-‘Obergäriges Einfachbier’; Birer b’aċidità minima ta’ 30 milli-ekwivalenti espressi bħala NaOH; Birer kannella tat-tip ‘oud bruin’

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

14.2.8

Xarbiet alkoħoliċi oħra inklużi spriti b’anqas minn 15% ta’ alkoħol u taħlitiet ta’ xarbiet alkoħoliċi ma’ xarbiet mhux alkoħoliċi

E 960

Glikosidi tal-istevjol

150

(60)

 

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

15.1

Ikel ħafif abbażi ta’ patata, ċereali, dqiq jew lamtu

E 960

Glikosidi tal-istevjol

20

(60)

 

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

15.2

Ġewż ipproċessat

E 960

Glikosidi tal-istevjol

20

(60)

 

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

16.

Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1,3 u 4

E 960

Glikosidi tal-istevjol

100

(60)

b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

17.1

Supplimenti tal-ikel ipprovduti f’forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili

E 960

Glikosidi tal-istevjol

670

(60)

 

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

17.2

Supplimenti tal-ikel ipprovduti f’forma likwida

E 960

Glikosidi tal-istevjol

200

(60)

 

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol

17.3

Supplimenti tal-ikel ipprovduti f’tip ta’ ġulepp jew f’forma li tista’ tintmagħad

E 960

Glikosidi tal-istevjol

1 800

(60)

 

(60): espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol


Top