Help Print this page 

Document 32011R0201

Title and reference
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2011 tal- 1 ta' Marzu 2011 dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura ferrovjarja Test b’relevanza għaż-ŻEE
  • In force
OJ L 57, 2.3.2011, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 024 P. 30 - 31

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/201/oj
Multilingual display
Text

2.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 201/2011

tal-1 ta' Marzu 2011

dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura ferrovjarja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura kif provdut fid-Direttiva.

(2)

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ħarġet ir-rakkomandazzjoni tat-30 ta' Ġunju 2010 dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura.

(3)

L-annessi għad-dikjarazzjoni tal-konformità skont it-tip għandhom jipprovdu evidenza li l-proċeduri rilevanti ta' verifika skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbi u r-regoli nazzjonali nnotifikati tkomplew, u għandhom jindikaw ir-referenzi tad-Direttivi, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità, ir-regoli nazzjonali u dispożizzjonijiet oħrajn. L-awtorizzazzjoni tat-tip, li hija identifikata bin-Numru Ewropew tal-Identifikazzjoni, għandha tipprovdi tagħrif dwar ir-rekwiżiti legali kollha li abbażi tagħhom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni tat-tip fi Stat Membru.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità mat-tip, imsemmi fl-Artikolu 26(4) tad-Direttiva 2008/57/KE jidher stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mit-2 ta' Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha, minbarra Ċipru u Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.


ANNESS

MUDELL TA' DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ MA' TIP AWTORIZZAT TA' VETTURA

Aħna,

Applikant (1)

[L-isem tan-negozju]

[Indirizz sħiħ]

Rappreżentant Awtorizzat:

[L-isem tan-negozju]

[Indirizz sħiħ]

tal-applikant

[L-isem tan-negozju]

[Indirizz sħiħ]

Niddikjaraw taħt ir-responsabbiltà assoluta tagħna, li l-vettura [Numru Ewropew tal-Vettura]  (2) li għaliha tirreferi din id-dikjarazzjoni

hija konformi ma' vettura ta' tip [identifikazzjoni skont ir-Reġistru Ewropew ta' Tipi Awtorizzati ta' Vettura (ERATV)] awtorizzat fl-Istati Membri li ġejjin:

[Stat Membru 1] skont l-awtorizzazzjoni Nru [EIN tal-awtorizzazzjoni tat-tip fi SM 1]

[Stat Membru 2] skont l-awtorizzazzjoni Nru [EIN tal-awtorizzazzjoni tat-tip fi SM 2]

… (indika kull SM fejn it-tip tal-vettura huwa awtorizzat)

hija konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti għall-interoperabilità, u r-regoli nazzjoni applikabbli, kif indikat fl-Annessi għal din id-dikjarazzjoni,

għaddiet mill-proċeduri kollha ta' verifika meħtieġa biex jistabbilixxu din id-dikjarazzjoni.

Lista tal-annessi (3)

[titli tal-annessi]

Iffirmat għal u f'isem [isem l-applikant]

Magħmul fi [post], [data JJ/XX/SSSS]

[isem, kariga] [firma]

Kaxxa riżervata għall-NSA:

EVN allokat lill-vettura: [EVN]


(1)  L-applikant jista' jkun l-entità kontraenti jew il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom fi ħdan l-Unjoni.

(2)  Jekk fil-waqt li tiġi stabbilita din id-dikjarazzjoni, il-vettura ma jkunx għadu ngħatalha Numru Ewropew tal-Vettura (EVN), il-vettura għandha tiġi identifikata skont sistema ta' identifikazzjoni oħra miftiehma bejn l-applikant u l-Awtorità Nazzjonali tas-Sigurtà (NSA) kompetenti. F'dan il-każ, meta jingħata EVN lill-vettura, l-NSA għandha timla l-parti riservata għal dan it-tagħrif.

(3)  L-Annessi għandhom jinkludu kopji tad-dokumenti li juru evidenza li l-proċeduri rilevanti ta' verifika skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli (dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE), u r-regoli nazzjonali tkomplew.


Top