EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0753

2011/753/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi regoli u metodi ta’ kalkolu biex tkun ivverifikata l-konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8165)

OJ L 310, 25.11.2011, p. 11–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 034 P. 180 - 185

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/753/oj

25.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Novembru 2011

li tistabbilixxi regoli u metodi ta’ kalkolu biex tkun ivverifikata l-konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8165)

(2011/753/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex ikun żgurat li jkun hemm implimentazzjoni effettiva tal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE, hu xieraq li jiġu definiti r-regoli meta dawn il-miri jiġu applikati.

(2)

Hu neċessarju wkoll li jiġu determinati l-metodi għall-kalkolu tas-sehem tal-iskart muniċipali u tal-iskart mill-kostruzzjoni u t-twaqqigħ tal-bini li hu mħejji għall-użu mill-ġdid, riċiklat jew materjalment irkuprat sabiex jivverifikaw u jimmonitorjaw il-konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE.

(3)

L-Artikolu 11(2)(a) tad-Direttiva 2008/98/KE tagħti ċerta flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward tal-flussi ta’ skart muniċipali li għalihom qed jiġu applikati l-miri. Madankollu, hu xieraq li tiġi definita firxa ta’ għażliet li għandhom l-Istati Membri sabiex jiċċaraw l-applikazzjoni prattika biex tkun ivverifikata l-konformità ma’ dawn il-miri.

(4)

Sabiex jiġi evitat il-piż amministrattiv addizzjonali, id-dejta dwar l-istatistika tal-iskart irrappurtata skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart (2) għandha tintuża sakemm ikun possibbli biex tkun ivverifikata l-konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE.

(5)

Meta l-iskart ikun esportat 'il barra mill-Unjoni u jkun hemm evidenza b'saħħitha li t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru jkunu saru skont il-kondizzjonijiet li jkunu ekwivalenti għal dawk preskritti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni, li l-iskart għandu jitqies meta tkun iverifikata l-konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE.

(6)

Reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni tista' tkun neċessarja, jekk jittieħdu miżuri sabiex jissaħħu l-miri jew jiġu ffissati miri għal flussi oħra ta’ skart.

(7)

Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

B'żieda mad-definizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(1)

“skart domestiku” jfisser skart iġġenerat fid-djar;

(2)

“skart simili” jfisser skart li fin-natura u l-kompożizzjoni tiegħu jkun jista' jitqabbel ma’ skart domestiku, ħlief skart tal-produzzjoni u skart mill-agrikoltura u l-forestrija;

(3)

“skart muniċipali” jfisser skart domestiku u skart simili;

(4)

“skart mill-kostruzzjoni u t-twaqqigħ tal-bini” jikkorrispondi għall-kodiċi tal-iskart li jinsabu fil-kapitolu 17 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (3), ħlief għall-iskart ta’ periklu u materjal li jokkorri b'mod naturali kif definit fil-kategorija 170504;

(5)

“materjal ta’ rkupru” jfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru, ħlief għall-irkupru tal-enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f'materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwil;

(6)

“mili bir-radam” ifisser operazzjoni ta’ rkupru li fiha jintuża skart adattat minflok materjali li mhumiex skart għall-fini ta’ riklamazzjoni f'żoni skavati jew għall-fini ta’ xogħlijiet ta’ inġinerija fil-pajsaġġ.

Artikolu 2

Rekwiżiti ġenerali

Għall-fini sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(1)

L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE billi jikkalkulaw il-piż tal-flussi tal-iskart iġġenerati u l-flussi ta’ skart li jkunu mħejjijin għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew li jkunu għaddew minn irkupru ta’ materjali oħra f'sena kalendarja waħda.

(2)

Il-piż tal-iskart imħejji għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew l-irkupru materjali għandu jkun determinat billi tiġi kkalkulata l-kwantità ta’ skart użata fit-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ finali jew għal proċessi finali oħra ta’ rkupru ta’ materjali. Operazzjoni preparatorja qabel ma l-iskart jgħaddi għall-irkupru jew għal operazzjoni ta’ rimi mhijiex operazzjoni finali ta’ riċiklaġġ jew ta’ rkupru ta’ materjali. Meta l-iskart jinġabar wara li jkun ġie sseparat jew inkella l-iskart ikun ġie pproċessat f'impjant fejn l-iskart jiġi magħżul u jintbagħat għar-riċiklaġġ jew jgħaddi minn proċessi ta’ rkupru materjali oħra mingħajr ma jkun hemm ħafna telf, dak l-iskart ikun jista' jitqies bħala l-piż tal-iskart li jkun tħejja għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew li jkun għadda minn irkupru materjali ieħor.

(3)

L-ammont ta’ skart imħejji għall-użu mill-ġdid għandu jkun inkluż fl-ammont ta’ skart riċiklat u ma għandux jiġi rrappurtat b'mod separat.

(4)

Meta l-iskart jintbagħat biex jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ jew għall-irkupru ta’ materjal ieħor fi Stat Membru ieħor, ma jistax jitqies ħlief skont il-miri tal-Istat Membru li fih ikun inġabar.

(5)

Meta l-iskart jiġi esportat 'il barra mill-Unjoni biex jitħejja għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew irkupru ta’ materjali oħra, għandu jitqies li jkun tħejja għall-użu mill-ġdid, riċiklat jew inkella jkun għadda minn proċess ta’ rkupru materjali ieħor dejjem jekk ikun hemm evidenza ta’ min joqgħod fuqha li turi li l-ġarr ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u b'mod partiolari l-Artikolu 49(2) tiegħu.

(6)

Meta l-kalkolu tal-mira jiġi applikat għat-trattament aerobiku jew anaerobiku tal-iskart bijodegredabbli, il-kwantità ta’ skart li jiġi trattat b'mod aerobiku jew anaerobiku jista' jitqies bħala riċiklat meta dak it-trattament jiġġenera kompost jew diġestat li, wara li jkun hemm il-ħtieġa ta’ iktar proċessar mill-ġdid, jintuża bħala prodott, materjal jew sustanza riċiklat/a għal trattament tal-art li jirriżulta f'benefiċċji għall-agrikultura jew għat-titjib ekoloġiku.

Artikolu 3

Skart muniċipali

(1)   Għall-fini sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-mira dwar l-iskart muniċipali stipulata fl-Artikolu 11(2)(a) tad-Direttiva 2008/98/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-mira għal waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart domestiku li jkun magħmul mill-karta, il-metall, il-plastik, il-ħġieġ;

(b)

it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart domestiku magħmul mill-karta, mill-metall, mill-plastik, mill-ħġieġ u tipi oħra singli ta’ skart domestiku jew ta’ skart simili ta’ oriġini oħra;

(c)

it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart domestiku;

(d)

it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali.

(2)   Il-mira tapplika għall-ammont sħiħ tal-flussi tal-iskart fl-għażla magħżula mill-Istat Membru skont il-paragrafu 1 għal dan l-Artikolu.

(3)   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodu tal-kalkolu stipulati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni li jikkorrispondi għall-alternattiva magħżula mill-Istat Membru skont il-paragrafu 1.

(4)   Ir-rapport tal-implimentazzjoni tal-Istati Membri dwar l-iskart muniċipali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Annessi I u II.

(5)   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni tal-alternattiva magħżula skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fl-ewwel rapport ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 37(1) tad-Direttiva 2008/98/KE.

(6)   Stat Membru jista' jibdel l-alternattiva sakemm jiddaħħal ir-rapport ta’ implimentazzjoni li jkopri s-sena 2020 sakemm tkun tista' tiżgura li jkun hemm konsistenza fid-dejta rrappurtata.

Artikolu 4

Skart tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ tal-bini

(1)   Għall-kalkolu tal-mira stipulata fl-Artikolu 11(2)(b) tad-Direttiva 2008/98/KE fir-rigward tal-iskart tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ tal-hini, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodu tal-kalkolu stipulati fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

(2)   Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-Istati Membri dwar l-iskart muniċipali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Anness III.

(3)   L-ammont tal-iskart użat għall-operazzjonijiet tal-irdim mill-ġdid għandu jiġi rrappurtat b'mod separat mill-ammont tal-iskart imħejji għall-użu mill-ġdid jew riċiklat minn operazzjonijiet ta’ rkupru tal-materjal ieħor. L-ipproċessar mill-ġdid tal-iskart f'materjal li għandu jintuża għall-operazzjoniiet tal-irdim mill-ġdid għandu jiġu rrappurtat wkoll bħala rdim mill-ġdid.

Artikolu 5

Rappurtar mill-Istati Membri

(1)   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-progress li jagħmlu lill-Kummissjoni fir-rigward tal-miri li għandhom jintlaħqu stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE permezz tar-rapport ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 37 tiegħu.

(2)   L-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta fir-rapporti ta’ implimentazzjoni dwar l-istat ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid, r-riċiklaġġ u l-irkupru tal-materjal tal-flussi tal-iskart rispettivi għal kull sena mill-perjodu ta’ rrappurtar ta’ tliet snin jew inkella għas-snin tal-perjodi ta’ rappurtar stabbiliti fit-Taqsima 5 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2150/2002.

(3)   Fir-rapport ta’ implimentazzjoni li jkopri s-sena 2020, l-Istati Membri għandhom juru konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE għall-ammonti tal-flussi ta’ skart rispettivi ġġenerati u rriċiklati jew irkuprati fis-sena 2020.

(4)   L-Istati Membri għandhom jibagħtu d-dejta u l-metadejta mitluba minn din id-Deċiżjoni lill-Kummissjoni f'format elettroniku, permezz ta’ standard ta’ bidla stipulat mill-Eurostat.

Artikolu 6

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 312. 22.11.2008, p. 3.

(2)  ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.

(4)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.


ANNESS I

METODI GĦALL-KALKOLU TAL-MIRA TAL-ISKART MUNIĊIPALI SKONT L-ARTIKOLU 3(3) TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI

Alternattiva msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni

Metodu tal-kalkolu

Rekwiżiti speċifiċi għar-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-Istat Membru

Tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart domestiku li jkun magħmul mill-karta, il-metall, il-plastik, il-ħġieġ;

Metodu ta’ kalkolu nru 1

Formula

L-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta nazzjonali. Tista’ tintuża dejta minn obbligi oħra ta’ rappurtar dwar l-iskart u tiġi adattata għall-kundizzjonijiet nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jibagħtu, flimkien mad-dejta, rapport li jispjega kif l-ammonti ġġenerati u rriċiklati ġew ikkalkulati u kif dawn l-ammonti jirrelataw mad-dejta dwar l-iskart domestiku li għandu jiġi rrappurtat skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002.

Tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart domestiku magħmul mill-karta, metall, plastik, ħġieġ u tipi oħra ta’ skart domestiku magħmul minn materjal wieħed jew tipi oħra ta’ skart simili ta’ oriġini oħra

Metodu ta’ kalkolu nru 2

Formula

L-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta nazzjonali. Tista’ tintuża dejta minn obbligi oħra ta’ rappurtar dwar l-iskart u tiġi adattata għall-kundizzjonijiet nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jibagħtu, flimkien mad-dejta, rapport li jispjega liema materjali huma koperti, mil-liema attivitajiet jirriżultaw billi jiġu mmarkati ċ-ċelloli rilevanti fit-tabella fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni u kif ikunu ġew ikkalkulati l-ammonti ġġenerati u rriċiklati. Fil-każ li Stat Membru jinkludi skart li jiġi kompost fid-djar fil-kalkoli tiegħu, għandu jispjega kif l-ammonti ġġenerati u rriċiklati jkunu ġew ikkalkulati.

Ir-rapport għandu jispjega wkoll kif dawn l-ammonti jirrelataw mad-dejta dwar l-iskart domestiku u attivitajiet ekonomiċi oħra li għandhom juiġu rrappurtati skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002.

Tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart domestiku

Metodu ta’ kalkolu nru 3

Formula

L-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta nazzjonali għar-rappurtar dwar l-ammont ta’ skart doemstiku riċiklat. Għandhom jibagħtu, flimkien mad-dejta, rapport li jispjega liema materjali huma koperti, billi jimmarkaw il-kaxxi rilevanti fit-tabella li tinsab fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni u kif ikunu ġew ikkalkulati l-ammonti ta’ skart riċiklat.

Ir-rapport għandu jispjega wkoll kif dawn l-ammonti jirrelataw mad-dejta dwar l-iskart domestiku u attivitajiet ekonomiċi oħra li għandhom juiġu rrappurtati skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002.

L-ammonti sħaħ ta’ skart domestiku għandhom jittieħdu mid-dejta li għandha tiġi rrappurtat skont il-punt 1.2 tat-Taqsima 8 tal-Anness I għar-Regoalment (KE) Nru 2150/2002.

L-iskart li jaqa’ taħt il-kodiċi tal-iskart li ġejjin għandu jkun eskluż mill-kalkolu:

08.1.

-

Vetturi mormija

11-13

-

Drenaġġ u skart minerali

Tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali

Metodu ta’ kalkolu nru 4

Formula

L-Istati Membri għandhom jistrieħu fuq id-dejta statistika tal-iskart muniċipali rrappurtata kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat).


ANNESS II

IL-MATERJALI U S-SORSI RILEVANTI TAL-ISKART MUNIĊIPALI GĦALL-METODI TAL-KALKOLU Nri 1, 2 U 3 GĦALL-ANNESS I

 

 

Iġġenerat minn

Djar

Intrapriżi żgħar

Ristoranti u kantins

Żoni pubbliċi

Oħrajn

(speċifika)

Materjal tal-iskart

Il-kodiċi tal-iskart skont id-Direttiva 2000/532/KE

 

 

 

 

 

Karta u kartun

20 01 01 , 15 01 01

 

 

 

 

 

Metalli

20 01 40 , 15 01 04

 

 

 

 

 

Plastik

20 01 39 , 15 01 02

 

 

 

 

 

Ħġieġ

20 01 02 , 15 01 07

 

 

 

 

 

Skart bijodegradabbli tal-kċina u tal-kantin

20 01 08

 

 

 

 

 

Jekk jogħġbok indika jekk hux inkluż l-iskart domestiku kompost

Skart bijodegredabbli tal-ġonna u l-parks

20 02 01

 

 

 

 

 

Jekk jogħġbok indika jekk hux inkluż l-iskart domestiku kompost:

Skart mhux bijodegredabbli tal-ġonna u l-parks

20 02 02 , 20 02 03

 

 

 

 

 

Injam

20 01 38 , 15 01 03

 

 

 

 

 

Tessili

20 01 10 , 20 01 11 , 15 01 09

 

 

 

 

 

Batteriji

20 01 34 , 20 01 33 *

 

 

 

 

 

Apparat mormi

20 01 21 *, 20 01 23 *, 20 01 35 *, 20 01 36

 

 

 

 

 

Skart muniċipali ieħor

20 03 01 , 20 03 02 , 20 03 07 , 15 01 06

 

 

 

 

 

Skart muniċipali mhux imsemmi hawn fuq (jekk jogħġbok speċifika)

 

 

 

 

 

 


ANNESS III

METODI GĦALL-KALKOLU TAL-MIRA TAL-ISKART TAL-KOSTRUZZJONI U TAT-TWAQQIGĦ TAL-BINI SKONT L-ARTIKOLU 4(1) TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI

Metodu tal-kalkolu

Rekwiżiti speċifiċi għar-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-Istat Membru

Formula

(1)

Ir-rapporti dwar l-ammonti rkuprati materjalment tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ tal-bini (numeratur tal-formula) għandhom jinkludu biss il-kodiċi li ġejjin fl-Anness għad-Deċiżjoni 2000/532/KE.

 

Lista ta’ Skart, kapitolu 17 – Skart tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ tal-bini

17 01 01 , 17 01 02 , 17 01 03 , 17 01 07 , 17 02 01 , 17 02 02 , 17 02 03 , 17 03 02 , 17 04 01 , 17 04 02 , 17 04 03 , 17 04 04 , 17 04 05 , 17 04 06 , 17 04 07 , 17 04 11 , 17 05 08 , 17 06 04 , 17 08 02 , 17 09 04

 

Lista ta’ skart, sotto-kapitolu 19 12 - Skart minn trattament mekkanizzat tal-iskart (pereżempju separazzjoni, tgħaffiġ, kkumpattjar, ffurmar tal-iskart f'forma ta’ sferi), jekk ikun iġġenerat minn trattament ta’ skart ta’ kostruzzjoni u ta’ twaqqigħ tal-bini:

19 12 01 , 19 12 02 , 19 12 03 , 19 12 04 , 19 12 05 , 19 12 07 , 19 12 09

L-Istati Membri għandhom jispjegaw, f'rapport li għandu jintbagħat flimkien mad-dejta, kif jiġi evitat li l-iskart jingħadd darbtejn.

(2)

Skart iġġenerat mill-kostruzzjoni u mit-twaqqigħ tal-bini għandu jiġi rrappurtat skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 (denominatur tal-formula) li fiha:

(a)

skart iġġenerat mit-Taqsima F tal-kodiċi NACE Rev. 2 kif imsemmi fil-partita nru 17 tat-taqsima 8 għall-Anness I għal dak ir-Regolament li fih il-kodiċi tal-iskart li ġejjin kif definiti fit-taqsima 2 tal-Anness I għal dak ir-Regolament:

06.1.

Skart metalliku, ferruż

06.2.

Skart metalliku, mhux ferruż

06.3.

Skart metalliku, imħallat

07.1.

Skart tal-ħġieġ

07.4.

Plastik

07.5.

Injam

(b)

it-total tal-kategoriji tal-iskart (fuq l-attivitajiet ekonomiċi kollha):

Skart minerali mill-bini u t-twaqqigħ

kif definit fl-Anness III għal dak ir-Regolament.

(3)

L-Istati Membri jistgħu minflok jirrappurtaw dwar ir-riċiklaġġ u l-irkupru tal-materjal tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ tal-bini bbażat fuq is-sistema ta’ rappurtar tagħhom stess. F'dan il-każ għandhom jibgħtu, flimkien mad-dejta, rapport li jispjega liema materjali huma koperti, u kif id-dejta tirrelata mad-dejta tal-iskart tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ tal-bini li għandha tiġi rrappurtata skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002. Jekk id-dejta bbażata fuq is-sistema ta’ rappurtar tal-Istat Membru tkun iktar preċiża mid-dejta pprovduta skont dak ir-Regolament il-konformità mal-mira għandha tkun ivverifikata abbażi tad-dejta li tinsab fis-sistema ta’ rappurtar tal-Istat Membru.


Top