EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0668

Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 tas- 26 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

OJ L 195, 27.7.2010, p. 25–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/10/2010; Impliċitament imħassar minn 32010R0961

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2010/668/oj

27.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 668/2010

tas-26 ta’ Lulju 2010

li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 291(2) tiegħu,

Waqt li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 tad-19 ta’ April 2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ April 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 423/2007. L-Artikolu 15(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li l-Kunsill għandu jistabbilixxi, jirrevedi u jemenda l-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Il-Kunsill iddetermina li ċerti persuni, entitajiet u korpi addizzjonali jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 u li huma għandhom għalhekk ikunu elenkati fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament għar-raġunijiet individwali u speċifiċi mogħtija.

(3)

L-obbligu għall-iffriżar tar-riżorsi tal-entitajiet indikati tal-Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) ma jitlobx is-sekwestru jew id-detenzjoni ta’ vapuri ta’ tali entitajiet jew il-merkanzija li jġorru, sakemm tali merkanzija tkun tappartjeni lil partijiet terzi, u lanqas ma jitlob id-detenzjoni tal-ekwipaġġ ikkuntrattat minnhom.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 423/2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 103, 20.4.2007, p. 1.


ANNESS

Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1

“I.

Persuni, entitajiet u korpi involuti f'attivitajiet ta’ missili nukleari jew ballistiċi

A.   Persuni fiżiċi

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

1.

Ali DAVANDARI

 

Kap tal-Bank Mellat (ara l-Parti B, nru 2)

2.

Fereydoun

MAHMOUDIAN

twieled fis-7.11.1943 fl-Iran Nru tal-Passaport 05HK31387 maħruġ fl-1.1.2002 fl-Iran, validu sas-7.8.2010

Naturalizzat Franċiż fis-7.5.2008

Direttur ta’ Fulmen (ara l-Parti B, nru 11)

3.

Mohammad MOKHBER

 

President tal-fondazzjoni Setad Ejraie, fond ta’ investiment marbut ma’ Ali Khameneï, il-gwida suprema. Membru tal-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-Bank Sina.

4.

Mohammad Reza MOVASAGHNIA

 

Kap ta’ Samen Al A'Emmeh Industries Group (SAIG) magħruf ukoll bħala Cruise Missile Industry Group. Din l-organizzazzjoni ġiet innominata taħt UNSCR 1747 u elenkata fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 423/2007.


B.   Persuni, entitajiet u korpi ġuridiċi

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

1.

Azarab Industries

Ferdowsi Ave, PO Box 11365-171, Tehran, Iran

Ditta tas-settur tal-enerġija li tipprovdi appoġġ ta’ manifattura lill-programm nuklear, inklużi attivitajiet imfasslin b'mod li jkunu sensittivi għall-proliferazzjoni. Involviment fil-kostruzzjoni tar-reattur tal-ilma tqil f'Arak.

2.

Bank Mellat (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

Head Office Building, 327 Takeghani (Taleghani) Avenue, Tehran 15817, Iran;

P.O. Box 11365-5964, Tehran 15817, Iran;

Bank Mellat huwa bank Iranjan tal-istat. Bank Mellat jimpenja ruħu f'tip ta’ kondotta li tappoġġa u tiffaċilita l-programmi ta’ missili nukleari u ballistiċi. Huwa pprovda servizzi bankarji lil entitajiet fil-listi tan-NU u tal-UE jew lil entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew lil entitajiet ipposseduti jew ikkontrollati minnhom. Huwa l-bank possedenti ta’ First East Export Bank li huwa nnominat taħt UNSCR 1929.

 

(a)

Mellat Bank SB CJSC

P.O. Box 24, Yerevan 0010, Repubblika tal-Armenja

Ippossedut 100 % minn Bank Mellat

 

(b)

Persia International Bank Plc

Number 6 Lothbury, Post Code: EC2R 7HH, Renju Unit

Sussidjarja ta’ Bank Melli. Bank Melli huwa elenkat fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 423/2007, talli pprovda jew ipprova jipprovdi appoġġ finanzjarju lil kumpanniji li huma involuti fi jew jipprokuraw oġġetti għall-programmi nukleari u ta’ missili tal-Iran.

3.

Bank Melli (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

Ferdowsi Avenue, P.O. Box 11365-171, Tehran, Iran; l-uffiċċji fid-dinja kollha

Diġà elenkat fil-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2007/140/PESK

 

(a)

Arian Bank (magħruf ukoll bħala Aryan Bank)

House 2, Street Number 13, Wazir Akbar Khan, Kabul, Afganistan

Arian Bank huwa impriża konġunta bejn Bank Melli u Bank Saderat.

 

(b)

Assa Corporation

ASSA CORP, 650 (jew 500) Fifth Avenue, New York, USA;

Nru tal-Identità tat-taxxa 1368932 (Stati Uniti)

Assa Corporation hija kumpannija fittizja maħluqa u kkontrollata minn Bank Melli. Hija ġiet stabbilita minn Bank Melli biex tgħaddi flus mill-Istati Uniti għall-Iran.

 

(c)

Assa Corporation Ltd

6 Britannia Place, Bath Street, St Helier JE2 4SU, Gżejjer Jersey Channel

Assa Corporation Ltd hija l-organizzazzjoni possedenti ta’ Assa Corporation. Ipposseduta jew ikkontrollata minn Bank Melli

 

(d)

Bank Kargoshaee (magħruf ukoll bħala Kargosai Bank, magħruf ukoll bħala Kargosa'i Bank)

587 Mohammadiye Square, Mowlavi St., Tehran 11986, Iran

Bank Kargoshaee huwa ppossedut minn Bank Melli.

 

(e)

Bank Melli Iran Investment Company (BMIIC)

No.2, Nader Alley, Vali-Asr Str., Tehran, Iran, P.O. Box 3898-15875;

Indirizz Alternattiv: Bldg 2, Nader Alley wara Beheshi Forked Road, P.O. Box 15875-3898, Tehran, Iran 15116;

Indirizz Alternattiv: Rafiee Alley, Nader Alley, 2 Wara Serahi Shahid Beheshti, Vali E Asr Avenue, Tehran, Iran; Numru ta’ Reġistrazzjoni tan-Negozju: 89584.

Affiljat ma’ entitajiet li ilhom sanzjonati mill-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea jew in-Nazzjonijiet Uniti mill-2000. Innominat mill-Istati Uniti bħala li huwa ppossedut jew ikkontrollat minn Bank Melli.

 

(f)

Bank Melli Printing And Publishing Company (BMPPC)

18th Km Karaj Special Road, Tehran, Iran, P.O. Box 37515-183;

Indirizz Alternattiv: Km 16 Karaj Special Road, Tehran, Iran;

Numru ta’ Reġistrazzjoni tan-Negozju 382231

Innominat mill-Istati Uniti bħala li huwa ppossedut jew ikkontrollat minn Bank Melli.

 

(g)

Cement Investment and Development Company (CIDCO) (magħruf ukoll bħala: Cement Industry Investment and Development Company, CIDCO, CIDCO Cement Holding)

No. 241, Mirdamad Street, Tehran, Iran

Ipposseduta kompletament minn Bank Melli Investment Co. Holding Company biex tamministra l-kumpanniji tas-siment kollha tal-BMIIC

 

(h)

First Persian Equity Fund

Walker House, 87 Mary Street, George Town, Grand Cayman, KY1-9002, Gżejjer Kajman;

Indirizz Alternattiv: Clifton House, 7z5 Fort Street, P.O. Box 190, Gżejjer Kajman, KY1-1104; Gżejjer Kajman;

Indirizz Alternattiv: Rafi Alley, Vali Asr Avenue, Nader Alley, Tehran, 15116, Iran, P.O.Box 15875-3898

Fond ibbażat f'Cayman illiċenzjat mill-Gvern Iranjan għall-investiment barrani fil-Borża ta’ Teħeran

 

(i)

Future Bank BSC

Block 304, City Centre Building, Building 199, Government Avenue, Road 383, Manama, Baħrejn;

P.O. Box 785, City Centre Building, Government Avenue, Manama, Baħrejn,

u l-fergħat tad-dinja kollha; Numru ta’ Reġistrazzjoni tan-Negozju: 54514-1 (Baħrejn) jiskadi fid-9 ta’ Ġunju 2009; Nru tal-Liċenzja tan-Negozju: 13388 (Baħrejn)

Impriża konġunta bbażata fil-Baħrejn li fil-parti l-kbira tagħha hija pposseduta u kkontrollata minn Bank Melli u Bank Saderat. Il-president ta’ Bank Melli kien ukoll il-president ta’ Future Bank

 

(j)

Mazandaran Cement Company

Africa Street, Sattari Street No. 40, P.O. Box 121, Tehran, Iran 19688;

Indirizz Alternattiv: 40 Satari Ave. Afrigha Highway, P.O. Box 19688, Tehran, Iran

Kumpannija tas-siment ibbażata f'Teħeran li fil-parti l-kbira tagħha hi pposseduta minn CIDCO. Involuta fi proġetti ta’ kostruzzjoni fuq skala kbira

 

(k)

Mazandaran Textile Company

Kendovan Alley 5, Vila Street, Enghelab Ave, P.O. Box 11365-9513, Tehran, Iran 11318;

Indirizz Alternattiv: 28 Candovan Cooy Enghelab Ave., P.O. Box 11318, Tehran, Iran;

Indirizz Alternattiv: Sari Ave., Ghaemshahr, Iran

Kumpannija tat-tessuti bbażata f'Tehran li fil-parti l-kbira tagħha hi pposseduta minn BMIIC u Bank Melli Investment Management Co.

 

(l)

Mehr Cayman Ltd.

Gżejjer Cayman; Numru ta’ Reġistrazzjoni Kummerċjali 188926 (Gżejjer Kajman)

Ipposseduta jew ikkontrollata minn Bank Melli

 

(m)

Melli Agrochemical Company PJS (magħrufa wkoll bħala Melli Shimi Keshavarz)

Mola Sadra Street, 215 Khordad, Sadr Alley No. 13, Vanak Sq., P.O. Box 15875-1734, Tehran, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata minn Bank Melli

 

(n)

Melli Investment Holding International

514 Business Avenue Building, Deira, P.O. Box 181878, Dubai, Emirati Għarab Magħquda;

Numru taċ-Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni (Dubaj) 0107 maħruġ fit-30 ta’ Novembru 2005.

Ipposseduta jew ikkontrollata minn Bank Melli

 

(o)

Shomal Cement Company (magħrufa wkoll bħala Siman Shomal)

Dr Beheshti Ave No. 289, Tehran, Iran 151446;

Indirizz Alternattiv: 289 Shahid Baheshti Ave., P.O. Box 15146, Tehran, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f'isem DIO

4.

Bank Refah

40, North Shiraz Street, Mollasadra Ave., Vanak Sq., Tehran, Iran

Bank Refah wettaq xi operazzjonijiet għal Bank Melli b'segwitu tas-sanzjonijiet imposti fuq dan tal-aħħar mill-Unjoni Ewropea

5.

Bank Saderat Iran (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

Bank Saderat Tower, 43 Somayeh Ave, Tehran, Iran

Bank Saderat huwa bank Iranjan tal-istat (Ippossedut 94 % mill-gvern IRN). Bank Saderat ipprovda servizzi finanzjarji lil entitajiet ta’ akkwist f'isem il-programmi tal-missili nukleari u ballistiċi tal-Iran, inklużi entitajiet innominati taħt UNSCR 1737. Bank Saderat ittratta pagamenti u ittri ta’ kreditu ta’ DIO (sanzjonat f'UNSCR 1737) u ta’ Iran Electronics Industries sad-data riċenti ta’ Marzu 2009. Fl-2003 Bank Saderat ittratta ittra ta’ kreditu f'isem Mesbah Energy Company ta’ IRN relatata man-nuklear (sussegwentement ġiet sanzjonata f'UNSR 1737).

 

(a)

Bank Saderat PLC (London)

5 Lothbury, London, EC2R 7 HD, UK

Sussidjarja pprosseduta 100 % minn Bank Saderat

6.

Bank Sina

187, Avenue Motahari, Teheran, Iran

Dan il-bank huwa marbut ħafna mal-interessi ta’ ‘Daftar’ (uffiċċju ta’ Gwida: amministrazzjoni magħmula minn madwar 500 kollaboratur). B'hekk huwa jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-interessi strateġiċi tar-reġim.

7.

ESNICO (Equipment Supplier for Nuclear Industries Corporation - Fornitur ta’ Tagħmir għall-Korporazzjoni ta’ Industriji Nukleari)

No1, 37th Avenue, Asadabadi Street, Tehran, Iran

Jipprokura oġġetti industrijali, speċifikament għall-attivitajiet ta’ programmi nukleari mwettqa minn AEOI, Novin Energy u Kalaye Electric Company (kollha nnominati taħt UNSCR 1737). Id-Direttur ta’ ESNICO huwa Haleh Bakhtiar (innominat f'UNSCR 1803).

8.

Etemad Amin Invest Co Mobin

Pasadaran Av. Tehran, Iran

Qrib Naftar u Bonyad-e Mostazafan, Etemad Amin Invest Co Mobin jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-interessi strateġiċi tar-reġim u tal-Istat parallel Iranjan.

9.

Export Development Bank of Iran (EDBI) (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

Export Development Building, Ħdejn 15th Alley, Bokharest Street, Argentina Square, Tehran, Iran;

Tose'e Tower, Kantuniera ta’ 15th St., Ahmad Qasir Ave., Argentine Square, Tehran, Iran;

No. 129, 21 's Khaled Eslamboli, No. 1 Building, Tehran, Iran;

Nru ta’ Reġistrazzjoni Kummerċjali: 86936

(Iran)

L-Export Development Bank of Iran (EDBI) kien involut fil-forniment ta’ servizzi finanzjarji lil kumpanniji konnessi mal-programmi tal-Iran dwar il-proliferazzjoni u għen lil entitajiet innominati min-NU biex jaħarbu u jiksru s-sanzjonijiet. Huwa jipprovdi servizzi finanzjarji lil entitajiet subordinati ta’ MODAFL u lil kumpanniji fittizji tagħhom li jappoġġaw il-programmi ta’ missili nukleari u ballistiċi tal-Iran. Huwa kompla jittratta pagamenti għall-Bank Sepah, wara n-nomina min-NU, inklużi pagamenti relatati ma’ programmi ta’ missili nukleari u ballistiċi tal-Iran. EDBI ttratta transazzjonijiet marbutin ma’ entitajiet ta’ difiża u ta’ missili tal-Iran, li ħafna minnhom ġew sanzjonati mill-UNSC. EDBI serva bħala intermedjarju ewlieni fit-trattament ta’ pagamenti ta’ finanzjament ta’ Bank Sepah (sanzjonat mill-UNSC sa mill-2007), inklużi dawk relatati ma’ WMD. EDBI jforni servizzi finanazjarji lil diversi entitajiet ta’ MODAFL u ffaċilita attivitajiet ta’ prokurament li għaddejjin ta’ kumpanniji fittizji assoċjati ma’ entitajiet ta’ MODAFL.

 

(a)

EDBI Exchange Company

Tose'e Tower, Kantuniera ta’ 15th St., Ahmad Qasir Ave.; Argentine Square, Tehran, Iran

EDBI Exchange Company ibbażata f'Tehran tappartjeni 70 % lil Export Development Bank of Iran (EDBI). Hija ġiet innominata mill-Istati Uniti f'Ottubru 2008 bħala li hija pposseduta jew ikkontrollata minn EDBI.

 

(b)

EDBI Stock Brokerage Company

Tose'e Tower, Kantuniera ta’ 15th St., Ahmad Qasir Ave.; Argentine Square, Tehran, Iran

EDBI Stock Brokerage Company ibbażata f'Tehran hija sussidjarja pposseduta kompletament minn Export Development Bank of Iran (EDBI). Hija ġiet innominata mill-Istati Uniti f'Ottubru 2008 bħala li hija pposseduta jew ikkontrollata minn EDBI.

 

(c)

Banco Internacional De Desarrollo CA

Urb. El Rosal, Avenida Francesco de Miranda, Edificio Dozsa, Piso 8, Caracas C.P. 1060, Venezwela

Banco Internacional De Desarrollo CA huwa ppossedut mill-Export Development Bank of Iran.

10.

Fajr Aviation Composite Industries

Mehrabad Airport, PO Box 13445-885, Tehran, Iran

Sussidjarja tal-IAIO fi ħdan MODAFL (elenkat fil-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2007/140/PESK), li primarjament tipproduċi materjal kompost għall-industrija tal-inġenji tal-ajru, iżda marbuta ukoll mal-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ fibri tal-karbonju għal applikazzjonijiet nukleari u ta’ missili. Marbuta mal-Uffiċċju ta’ Kooperazzjoni tat-Teknoloġija. Riċentement l-Iran ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jipproduċi bil-massa ċentrifuġi ta’ ġenerazzjoni ġdida li ser jeħtieġu kapaċitajiet tal-produzzjoni ta’ fibri tal-karbonju ta’ FACI.

11.

Fulmen

167 Darya boulevard - Shahrak Ghods, 14669 - 8356 Tehran.

Fulmen kien involut fl-istallazzjoni ta’ tagħmir elettriku fuq is-sit ta’ Qom/Fordoo fi żmien meta l-eżistenza ta’ dan is-sit kienet għadha mhux magħrufa.

 

(a)

Arya Niroo Nik

Suite 5 - 11th floor - Nahid Bldg, Shahnazari Street – Mohseni Square Tehran

Arya Niroo Nik hija kumpannija fittizja li tintuża minn Fulmen għal uħud mill-operazzjonijiet tiegħu.

12.

Future Bank BSC

Block 304. City Centre Building. Building 199, Government Avenue, Road 383, Manama, Baħrejn. PO Box 785;

Dokument 2k tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju: 54514-1 (Baħrejn) jiskadi fid-9 ta’ Ġunju 2009; Nru tal-Liċenzja tan-Negozju 13388 (Baħrejn)

Żewġ terzi minn Future Bank ibbażat f'Baħrejn jappartjeni għal banek tal-istat Iranjani. Bank Melli u Bank Sederat, li huma nnominati mill-UE, jippossedu kull wieħed terz tal-ishma, u t-terz li jifdal jappartjeni lil Ahli United Bank (AUB) tal-Baħrejn. Għalkemm l-AUB għad għandu l-ishma tiegħu ta’ Future Bank, skont ir-rapport annwali tiegħu tal-2007, AUB m'għadux jeżerċita influwenza sinifikanti fuq il-bank li huwa effettivament ikkontrollat mill-banek prinċipali Iranjani li t-tnejn li huma, huma identifikati mill-UNSCR 1803 bħala banek Iranjani li jeħtieġu ‘viġilanza’ partikolari. Ir-rabtiet stretti bejn Future Bank u l-Iran jidhru aktar mill-fatt li l-President ta’ Bank Melli fl-istess ħin kellu l-pożizzjoni ta’ President ta’ Future Bank.

13.

Industrial Development &

Renovation Organization (IDRO)

 

Korp governattiv responsabbli għall-aċċelerazzjoni tal-industrijalizzazzjoni tal-Iran. Jikkontrolla diversi kumpanniji involuti f'ħidma għall-programmi nukleari u ta’ missili u involut fit-teknoloġija ta’ manifattura avvanzata ta’ prokurament barrani sabiex jappoġġahom.

14.

Iran Aircraft Industries (IACI)

 

Sussidjarja tal-IAIO fi ħdan MODAFL (elenkat fil-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2007/140/PESK). Timmanifattura, issewwi u twettaq spezzjonijiet ta’ ajruplani u magni ta’ inġeni tal-ajru u tipprokura partijiet relatati mal-avjazzjoni spiss ta’ oriġini tal-Istati Uniti permezz ta’ intermedjarji barranin. IACI u s-sussidjarji tagħha nqabdu wkoll jużaw netwerk ta’ sensara mifruxa mad-dinja kollha biex tikseb oġġetti relatati mal-avjazzjoni.

15.

Iran Aircraft Manufacturing Company (magħrufa wkoll bħala: HESA, HESA Trade Center, HTC, IAMCO, IAMI, Iran Aircraft Manufacturing Company, Iran Aircraft Manufacturing Industries, Karkhanejate Sanaye Havapaymaie Iran, Hava Peyma Sazi-e Iran, Havapeyma Sazhran, Havapeyma Sazi Iran, Hevapeimasazi)

P.O. Box 83145-311, 28 km Esfahan – Tehran Freeway, Shahin Shahr, Esfahan, Iran;

P.O. Box 14155-5568, No. 27 Ahahamat Aave., Vallie Asr Square, Tehran 15946, Iran;

P.O. Box 81465-935, Esfahan, Iran;

Shahih Shar Industrial Zone, Isfahan, Iran; P.O. Box 8140, No. 107 Sepahbod Gharany Ave., Tehran, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata minn, jew taġixxi għal MODAFL (elenkat fil-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2007/140/PESK)

16.

Iran Centrifuge Technology Company (magħrufa wkoll bħala TSA jew TESA)

 

TESA ħadet l-attivitajiet ta’ Farayand Technique (innominata taħt UNSCR 1737). Hija timmanifattura partijiet ta’ ċentrifuġju ta’ arrikkament tal-uranju, u qed tappoġġa direttament attività sensittiva għall-proliferazzjoni li l-Iran intalab mill-UNSCR biex iwaqqaf. Twettaq ħidma għal Kalaye Electric Company (innominata taħt UNSCR 1737).

17.

Iran Communications Industries (ICI)

PO Box 19295-4731, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran;

Indirizz alternattiv: PO Box 19575-131, 34 Apadana Avenue, Tehran, Iran;

Indirizz alternattiv: Shahid Langary Street, Nobonyad Square Ave, Pasdaran, Tehran

Iran Communications Industries, sussidjarja ta’ Iran Electronics Industries (elenkata fil-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2007/140/PESK), tipproduċi diversi oġġetti inklużi sistemi ta’ komunikazzjoni, apparat tal-avjonika, tal-ottika u tal-elettro-ottika, mikroelettronika, teknoloġija tal-informatika, testijiet u kejl, sigurtà tat-telekomunikazzjoni, gwerra tal-elettronika, manifattura u rinovazzjoni tat-tubu tar-radar u lanċjaturi tal-missili. Dawn l-oġġetti jistgħu jintużaw fi programmi li huma taħt sanzjoni skont UNSCR 1737.

18.

Iran Insurance Company (magħrufa wkoll bħala Bimeh Iran)

P.O. Box 14155-6363, 107 Fatemi Ave., Tehran, Iran

Iran Insurance Company inxurjat ix-xiri ta’ diversi oġġetti li jistgħu jintużaw fi programmi li huma sanzjonati minn UNSCR 1737. Oġġetti mixtrijin inxurjati jinkludu spare parts ta’ helicopters, u kompjuters b'applikazzjonijiet f'navigazzjoni ta’ inġeni tal-ajru u tal-missili.

19.

Iranian Aviation Industries Organization (IAIO)

107 Sepahbod Gharani Avenue, Tehran, Iran

Organizzazzjoni ta’ MODAFL (elenkata fil-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2007/140/PESK) responsabbli għall-ippjanar u l-ġestjoni tal-industrija tal-avjazzjoni militari tal-Iran.

20.

Isfahan Optics

P.O. Box 81465-117, Isfahan, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f'isem Iran Electronics Industries (elenkata fil-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2007/140/PESK)

21.

Javedan Mehr Toos

 

Ditta tal-enġinerija li tipprokura għall-Atomic Energy Organisation tal-Iran li ġiet innominata taħt UNSCR 1737

22.

Kala Naft

Kala Naft Tehran Co, P.O. Box 15815/1775, Gharani Avenue, Tehran, Iran;

No 242 Shahid Kalantri Street - Near Karim Khan Bridge - Sepahbod Gharani Avenue, Teheran;

Kish Free Zone, Trade Center, Kish Island, Iran;

Kala Ltd., NIOC House, 4 Victoria Street, London Sw1H1

Jinnegozja tagħmir għas-settur taż-żejt u tal-gass li jista' jintuża għall-programm nukleari tal-Iran. Ipprova jakkwista materjal (xatbi tal-liga li jifilħu ħafna) li m'għandhom l-ebda użu barra l-industrija nukleari. Għandu rabtiet ma’ kumpanniji involuti fil-programm nukleari tal-Iran.

23.

Machine Sazi Arak

4th km Tehran Road, PO Box 148, Arak, Iran

Ditta tas-settur tal-enerġija affiljata ma’ IDRO li tipprovdi appoġġ ta’ manifattura lill-programm nuklear, inklużi attivitajiet imfasslin b'mod li jkunu sensittivi għall-proliferazzjoni. Involviment fil-kostruzzjoni tar-reattur tal-ilma tqil f'Arak. Ir-Renju Unit qassam notifika għal rifjut ta’ esportazzjoni f'Lulju 2009 kontra Machine Sazi Arak għal ‘alumina graphite stopper rod’. F'Mejju 2009 l-Isvezja ċaħdet l-esportazzjoni lil Machine Sazi Arak ta’ ‘kisi tat-truf ta’ dixx għal reċipjenti ta’ pressjoni’.

24.

MASNA (Moierat Saakht Niroogahye Atomi Iran) Kumpannija ta’ Ġestjoni għall-Kostruzzjoni ta’ Impjanti Nukleari

 

Subordinata għal AEOI u Novin Energy (it-tnejn innominati taħt UNSCR 1737). Involuta fl-iżvilupp ta’ reatturi nukleari.

25.

Parto Sanat Co

No. 1281 Valiasr Ave., Next to 14th St., Tehran, Iran.

Manifattur ta’ apparat li jibdel il-frekwenza u huwa kapaċi jiżviluppa/jimmodifika apparat li jibdel il-frekwenza importat minn barra l-pajjiż b'mod li jagħmlu utilizzabbli fl-arrikiment ta’ ċentrifuġju tal-gass. Huwa meqjus bħala li huwa involut f'attivitajiet tal-proliferazzjoni nukleari.

26.

Passive Defense Organization

 

Responsabbli għall-għażla u l-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet strateġiċi, inkluż - skont dikjarazzjonijiet Iranjani - is-sit tal-arrikiment tal-uranju f'Fordow (Qom) li nbena mingħajr ma ġie ddikjarat lill-IAEA, kontra l-obbligi tal-Iran (affermat f'riżoluzzjoni mill-Bord tal-Gvernaturi tal-IAEA). Il-Brigadier Ġenerali Gholam-Reza Jalali, ex IRGC huwa l-President tal-PDO.

27.

Post Bank

237, Motahari Ave., Tehran, Iran 1587618118

Post Bank evolva minn bank domestiku Iranjan għal bank li jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali tal-Iran. Jaġixxi f'isem Bank Sepah (innominat taħt UNSCR 1747), filwaqt li jwettaq transazzjonijiet ta’ Bank Sepah u jaħbi l-konnessjoni ta’ Bank Sepah bi transazzjonijiet sabiex jaħrab sanzjonijiet. Fl-2009 Post Bank iffaċilita negozju f'isem Bank Sepah bejn l-industriji tad-difiża tal-Iran u benefiċjarji barra l-pajjiż. Huwa ffaċilita negozju ma’ kumpannija fittizja għal Tranchon Commercial Bank ta’ DPRK, magħruf biex jiffaċilita negozju relatat mal-proliferazzjoni bejn l-Iran u d-DPRK.

28.

Raka

 

Dipartiment ta’ Kalaye Electric Company (innominata taħt UNSCR 1737). Stabbilit tard fl-2006, huwa kien responsabbli għall-kostruzzjoni tal-Impjant tal-arrikiment tal-uranju f'Fordow (Qom).

29.

Research Institute of Nuclear Science & Technology (magħruf ukoll bħala Nuclear Science & Technology Research Institute)

 

Subordinat għall-AEOI u qed ikompli l-ħidma tad-Diviżjoni tar-Riċerka preċedenti tiegħu. Id-direttur amministrattiv tiegħu huwa l-Viċi President tal-AEOI Mohammad Ghannadi (innominat f'UNSCR 1737).

30.

Schiller Novin

Gheytariyeh Avenue - no153 - 3rd Floor - PO BOX 17665/153 6 19389 Teheran

Jaġixxi f'isem Defence Industries Organisation (DIO).

31.

Shahid Ahmad Kazemi Industrial Group

 

SAKIG jiżviluppa u jipproduċi sistemi ta’ missili mill-art għas-sema għall-militar tal-Iran. Huwa għandu proġetti tal-militar, tal-missili u tad-difiża tal-ajru u jipprokura oġġetti mir-Russja, il-Bjelorussja u l-Korea ta’ Fuq.

32.

Shakhese Behbud Sanat

 

Involut fil-produzzjoni ta’ tagħmir u partijiet għaċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari.

33.

Technology Cooperation Office (TCO) tal-Uffiċċju tal-President Iranjan

Tehran, Iran

Responsabbli għall-avvanz teknoloġiku tal-Iran permezz ta’ rabtiet ta’ prokurament u taħriġ barrani rilevanti. Iforni l-programmi nukleari u ta’ missili.

34.

Yasa Part, (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

 

Kumpannija li tittratta attivitajiet ta’ prokurament relatati max-xiri ta’ materjal u teknoloġiji meħtieġa għal programmi nukleari u ballistiċi.

 

(a)

Arfa Paint Company

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

 

(b)

Arfeh Company

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

 

(c)

Farasepehr Engineering Company

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

 

(d)

Hosseini Nejad Trading Co.

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

 

(e)

Iran Saffron Company or Iransaffron Co.

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

 

(f)

Shetab G.

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

 

(g)

Shetab Gaman

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

 

(h)

Shetab Trading

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

 

(i)

Y.A.S. Co. Ltd

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

II.

Il-Korp tal-Gwardja Revoluzzjonarja Islamika (IRGC)

A.   Persuni fiżiċi

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

1.

Viċi Ammiral Ali FADAVI

 

Kmandant tal-Flotta tal-IRGC

2.

Parviz FATAH

Twieled fl-1961

In-numru tnejn ta’ Khatam al Anbiya

3.

BrigGen Mohammad Reza NAQDI

Twieled fl-1953, f'Nadjaf (Iraq)

Kmandant ta’ Basij Resistance Force

4.

BrigGen Mohammad PAKPUR

 

Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-IRGC

5.

Rostam QASEMI (magħruf ukoll bħala Rostam GHASEMI)

Twieled fl-1961

Kmandant ta’ Khatam al-Anbiya

6.

BrigGen Hossein SALAMI

 

Viċi Kmandant tal-IRGC


B.   Persuni, entitajiet u korpi ġuridiċi

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

1.

Korp tal-Gwardja Revoluzzjonarja Islamika (IRGC)

Tehran, Iran

Responsabbli għall-programm nukleari tal-Iran. Għandu kontroll operattiv għall-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran. Impenja ruħu f'attentati ta’ prokurament biex jappoġġa l-programmi tal-missili ballistiċi u nukleari tal-Iran.

2.

Kmandant tal-Missili ta’ Al-Ghadir għall-Forza tal-Ajru tal-IRGC

 

Il-Kmand tal-Missili ta’ Al-Ghadir tal-Forza tal-Ajru tal-IRGC huwa element speċifiku fil-Forza tal-Ajru tal-IRGC li kien qed jaħdem ma’ SBIG (innominat taħt UNSCR 1737) bil-missili ballistiċi ta’ distanza qasira FATEH 110 kif ukoll il-missili ballistiċi ta’ distanza medja ‘Ashura’. Dan il-kmand jidher li huwa entità li fil-fatt għandu l-kontroll operattiv tal-missili.

3.

Naserin Vahid

 

Naserin Vahid jipproduċi partijiet ta’ armi f'isem IRGC. Kumpannija fittizja tal-IRGC.

4.

IRGC Qods Force

Tehran, Iran

Il-Korp tal-Gwardja Revoluzzjonarja Islamika tal-Iran (IRGC), Qods Force huwa responsabbli għal operazzjonijiet barra l-Iran u huwa l-għodda prinċipali tal-politika barranija ta’ Tehran għal operazzjonijiet speċjali u appoġġ għal terroristi u militanti Islamiċi barra l-pajjiż. Hizballah uża rokits, anti-ship cruise missiles (ASCMs), sistemi tad-difiża tal-ajru li jinġarru min-nies (MANPADS) u vetturi tal-ajru mingħajr persuni (UAVs), fornuti minn Qods Force fil-konflitt tal-2006 mal-Israel u bbenefika mit-taħriġ ta’ Qods Force dwar dawn is-sistemi, skont rappurtar tal-istampa. Skont varjetà ta’ rappurtar, Qods Force qed tkompli tforni mill-ġdid u tħarreġ lil Hizballah dwar armi avvanzati, missili kontra inġenji tal-ajru u rokits ta’ distanza twila. Qods Force qed tkompli tforni appoġġ letali limitat, taħriġ u finanzjament lil ġellieda tat-Taliban fin-nofsinhar u l-punent tal-Afganistan inklużi armi żgħar, munizzjon, mortars u rokits tal-kamp ta’ battalja ta’ distanza qasira. Il-Kmandant ġie sanzjonat taħt il-UNSCR.

5.

Sepanir Oil and Gas Energy Engineering Company (magħruf ukoll bħala Sepah Nir)

 

Sussidjarja tal-Kwartieri ta’ Kostruzzjoni ta’ Khatam al-Anbya li ġew innominati taħt il-UNSCR 1929. Sepanir Oil and Gas Engineering Company qed tipparteċipa fil-proġett tal-Iran ta’ żvilupp tal-qasam tal-gass tal-Fażi 15-16 offshore ta’ South Pars.

III.

Membri u entitajiet ta’ Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

1.

Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

No. 37, Aseman Tower, Sayyade Shirazee Square, Pasdaran Ave., PO Box 19395-1311. Tehran. Iran;

No. 37,. Kantuniera ta’ 7th Narenjestan, Sayad Shirazi Square, Wara Noboyand Square, Pasdaran Ave., Tehran, Iran

IRISL kien involut fil-vjeġġ ta’ merkanzija relatata mal-militar, inkluża merkanzija proskritta mill-Iran. Fi tliet inċidenti bħal dawn kien involut ksur ċar li kien irrapportat lill-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet tal-Iran tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Il-konnessjoni ta’ IRISL mal-proliferazzjoni kienet tali li l-KSNU appella lill-istati biex iwettqu spezzjonijiet ta’ bastimenti tal-IRISL, dment li jkun hemm raġunijiet xierqa li wieħed jemmen li l-bastiment ikun qed jittrasporta oġġetti proskritti, fil-UNSCR 1803 u 1929.

 

(a)

Bushehr Shipping Company Limited (Tehran)

143/1 Tower Road Sliema, Slm 1604, Malta;

c/o Hafiz Darya Shipping Company, Ehteshamiyeh Square 60, Neyestani 7, Pasdaran, Tehran, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata minn IRISL

 

(b)

CISCO Shipping Company Ltd (magħrufa wkoll bħala IRISL Korea Ltd)

Għandha uffiċċji f'Seoul u f'Busan, il-Korea t'Isfel.

Taġixxi f'isem IRISL fil-Korea t'Isfel

 

(c)

Hafize Darya Shipping Lines (HDSL) (magħrufa wkoll bħala HDS Lines)

No. 60 Ehteshamiyeh Square, 7th Neyestan Street, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran;

Indirizz alternattiv: Third Floor of IRISL's Aseman Tower

Taġixxi f'isem IRISL waqt li twettaq operazzjonijiet b'kontejners bl-użu ta’ bastimenti pposseduti minn IRISL.

 

(d)

Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS) GmbH

Schottweg 7, 22087 Hamburg, Ġermanja;

Opp 7th Alley, Zarafshan St, Eivanak St, Qods Township; HTTS GmbH,

Taġixxi f'isem HDSL fl-Ewropa.

 

(e)

Irano Misr Shipping Company

No 41, 3rd Floor, Corner of 6th Alley, Sunaei Street, Karim Khan Zand Ave, Tehran;

265, Ħdejn Mehrshad, Sedaghat St., Faċċata ta’ Mellat Park, Vali Asr Ave., Tehran 1A001, Iran;

18 Mehrshad Street, Sadaghat St., Faċċata ta’ Mellat Park, Vali Asr Ave., Tehran 1A001, Iran

Taġixxi f'isem IRISL, matul il-Kanal ta’ Suez u f'Alessandrija u f'Port Said. 51 % ippossedut minn IRISL.

 

(f)

Irinvestship Ltd

Global House, 61 Petty France, London SW1H 9EU, Renju Unit;

Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # 4110179 (Renju Unit)

Ipposseduta minn IRISL. Tipprovdi servizzi finanzjarji, legali u tal-assigurazzjoni għal IRISL kif ukoll ġestjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni, ta’ chartering u ta’ ekwipaġġ.

 

(g)

IRISL (Malta) Ltd

Flat 1, 181 Tower Road, Sliema SLM 1605, Malta

Taġixxi f'isem IRISL f'Malta. Impriża konġunta b'pussess ta’ ishma Ġermaniż u Malti. IRISL ilha tuża r-rotta ta’ Malta mill-2004 u tuża l-Freeport bħala ċentru ta’ transvjeġġ bejn il-Golf Persjan u l-Ewropa.

 

(h)

IRISL (UK) Ltd (Barking, Felixstowe)

Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # 4765305

2 Abbey Rd., Baring, Essex IG11 7 AX, Renju Unit;

IRISL (UK) Ltd., Walton Ave., Felixstowe, Suffolk, IP11 3HG, Renju Unit

50 % ipposseduta minn Irinvestship Ltd u 50 % minn British Company Johnson Stevens Agencies Ltd. Tipprovdi kopertura ta’ servizz ta’ merkanzija u b'kontejners bejn l-Ewropa u l-Lvant Nofsani u wkoll żewġ servizzi separati bejn il-Lvant Imbiegħed u l-Lvant Nofsani

 

(i)

IRISL Club

No 60 Ehteshamiyeh Square, 7th Neyestan Street, Pasdaran Avenue, Tehran

Ipposseduta minn IRISL.

 

(j)

IRISL Europe GmbH (Hamburg)

Schottweg 5, 22087 Hamburg, Ġermanja

Numru tal-V.A.T. DE217283818 (Ġermanja)

Aġent ta’ IRISL fil-Ġermanja.

 

(k)

IRISL Marine Services and Engineering Company

Sarbandar Gas Station PO Box 199, Bandar Imam Khomeini, Iran;

Karim Khan Zand Ave, Iran Shahr Shomai, No 221, Tehran, Iran;

No 221, Northern Iranshahr Street, Karim Khan Ave, Tehran, Iran

Ipposseduta minn IRISL. Tipprovdi karburant, bunkers, ilma, żebgħa, żejt ta’ lubrikazzjoni u kimiċi meħtieġa mill-bastimenti ta’ IRISL. Il-kumpannija tipprovdi wkoll sorveljanza ta’ manutenzjoni ta’ vapuri kif ukoll faċilitajiet u servizzi għall-membri tal-ekwipaġġ. Is-sussidjarji ta’ IRISL użaw kontijiet ta’ bank iddenominati fid-dollaru tal-Istati Uniti, irreġistrati taħt ismijiet ta’ kopertura fl-Ewropa u fil-Lvant Nofsani biex jiffaċilitaw trasferimenti ta’ finanzjament ta’ rutina. IRISL iffaċilita ksur ripetut tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1747.

 

(l)

IRISL Multimodal Transport Company

No 25, Shahid Arabi Line, Sanaei St, Karim Khan Zand Zand St Tehran. Iran

Ipposseduta minn IRISL. Responsabbli għat-trasport ta’ merkanzija bil-ferrovija. Hija sussidjarja kkontrollata kompletament minn IRISL.

 

(m)

IRITAL Shipping SRL

Numru tar-Reġistrazzjoni Kummerċjali: GE 426505 (Italja); Kodiċi Fiskali Taljan: 03329300101 (Italja); Numru tal-V.A.T.: 12869140157 (Italja)

Ponte Francesco Morosini 59, 16126 Genova (GE), Italja;

Punt ta’ kuntatt għas-servizzi ta’ ECL u PCL. Użata mill-Marine Industries Group (MIG; issa magħrufa bħala Marine Industries Organisation, MIO) sussidjarja ta’ DIO li hija responsabbli għat-tfassil u l-kostruzzjoni ta’ diversi strutturi tal-baħar u bastimenti kemm militari kif ukoll mhux militari. DIO kienet innominata taħt il-UNSCR 1737.

 

(n)

ISI Maritime Limited (Malta)

147/1 St. Lucia Street, Valetta, Vlt 1185, Malta;

c/o IranoHind Shipping Co. Ltd., Mehrshad Street, PO Box 15875, Tehran, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata minn IRISL

 

(o)

Khazer Shipping Lines (Bandar Anzali)

No. 1; End of Shahid Mostafa Khomeini St., Tohid Square, O.O. Box 43145, Bandar Anzali 1711-324, Iran;

M. Khomeini St., Ghazian, Bandar Anzali, Gilan, Iran

Sussidjarja pposseduta 100 % minn IRISL. Flotta totali ta’ sitt bastimenti. Topera fil-Baħar Kaspju. Iffaċilitat vjeġġi li jinvolvu entitajiet innominati min-NU u mill-Istati Uniti, bħal Bank Melli, waqt li għamlet vjeġġi ta’ merkanzija b'interessi ta’ proliferazzjoni minn pajjiżi bħar-Russja u l-Kazakistan lejn l-Iran.

 

(p)

Leadmarine (magħrufa wkoll bħala Asia Marine Network Pte Ltd magħrufa wkoll bħala IRISL Asia Pte Ltd)

200 Middle Road #14-01 Prime Centre Singapore 188980 (alt. 199090)

Leadmarine, taġixxi f'isem HDSL f'Singapor. Preċedentement magħrufa bħala Asia Marine Network Pte Ltd u IRISL Asia Pte Ltd, u aġixxiet f'isem IRISL f'Singapor.

 

(q)

Marble Shipping Limited (Malta)

143/1 Tower Road, Sliema, Slm 1604, Malta

Ipposseduta jew ikkontrollata minn IRISL.

 

(r)

Oasis Freight Agencies (magħrufa wkoll bħala Pacific Shipping Company

Al Meena Street, Faċċata ta’ Dubai Ports & Customs, 2nd Floor, Sharaf Building, Dubaj, Emirati Għarab Magħquda;

Sharaf Building, 1st Floor, Al Mankhool St., Bur Dubai, P.O. Box 5562, Dubaj, Emirati Għarab Magħquda;

Sharaf Building, No. 4, 2nd Floor, Al Meena Road, Faċċata ta’ Customs, Dubaj, Emirati Għarab Magħquda,

Kayed Ahli Building, Jamal Abdul Nasser Road (Parallell ma’ Al Wahda St.), P.O. Box 4840, Sharjah, Emirati Għarab Magħquda

Kumpannija ta’ impriża konġunta bejn IRISL u d-ditta Sharif Shipping Company ibbażata fl-Emirati Għarab Magħquda. Taġixxi f'isem IRISL fl-Emirati Għarab Magħquda waqt li tipprovdi karburant u mħażen, tagħmir, spare parts u tiswija ta’ vapuri. Issa magħrufa bħala Pacific Shipping Company li taġixxi f'isem HDSL.

 

(s)

Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID)

33 Eigth Narenjestan, Artesh Street, PO Box 19635-1116, Tehran, Iran;

Indirizz alternattiv: Third Floor of IRISL's Aseman Tower

Taġixxi f'isem IRISL waqt li twettaq servizzi bl-ingrossa

 

(t)

Santexlines (magħrufa wkoll bħala IRISL China Shipping Company Ltd, magħrufa wkoll bħala Yi Hang Shipping Company)

Suite 1501, Shanghai Zhongrong Plaza, 1088, Pudong(S) road, Shanghai 200122, Shanghai, Ċina

Indirizz alternattiv: F23A-D, Times Plaza No. 1, Taizi Road, Shekou, Shenzhen 518067, Ċina

Santexlines taġixxi f'isem HDSL. Preċedentement magħrufa bħala IRISL China shipping Company, hija aġixxiet f'isem IRISL fiċ-Ċina.

 

(u)

Shipping Computer Services Company (SCSCOL)

No37 Asseman Shahid Sayyad Shirazee sq., Pasdaran ave., P.O. Box 1587553 1351, Tehran, Iran;

No13, 1st Floor, Abgan Alley, Aban ave., Karimkhan Zand Blvd, Tehran 15976, Iran.

Ipposseduta jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f'isem IRISL

 

(v)

Soroush Saramin Asatir (SSA)

No 14 (alt. 5) Shabnam Alley, Fajr Street, Shahid Motahhari Avenue, PO Box 196365-1114, Tehran Iran

Taġixxi f'isem IRISL. Kumpannija tal-ġestjoni ta’ vapuri bbażata f'Teħeran li taġixxi bħala ġestjonarju tekniku għal ħafna mill-bastimenti ta’ SAPID

 

(w)

South Way Shipping Agency Co Ltd

No. 101, Shabnam Alley, Ghaem Magham Street, Tehran, Iran

Ikkontrollata minn IRISL u taġixxi għal IRISL f'portijiet Iranjani waqt li tieħu ħsieb kompiti bħat-tagħbija u l-ħatt.

 

(x)

Valfajr 8th Shipping Line Co. (magħrufa wkoll bħala Valfajr)

Abyar Alley, Corner of Shahid Azodi St. & Karim Khan Zand Ave. Tehran, Iran;

Shahid Azodi St. Karim Khan Zand Zand Ave.,

Abiar Alley. PO Box 4155, Tehran, Iran

Sussidjarja pposseduta 100 % minn IRISL. Hija twettaq trasferimenti bejn l-Iran u l-Istati tal-Golf bħall-Kuwajt, il-Qatar, il-Baħrejn, l-Emirati Għarab Magħquda, u l-Arabja Sawdija Valfajr hija sussidjarja ta’ Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) ibbażata f'Dubaj, li tipprovdi servizzi ta’ laneċ u ta’ kabotaġġ, u kultant twettaq kurrieri ta’ merkanzija u passiġġieri min-naħa għall-oħra tal-Golf Persjan. Valfajr f'Dubaj ipprenotat ekwipaġġi ta’ vapuri, ipprenotat servizzi ta’ bastimenti ta’ provvista, ħejjiet vapuri għall-wasla u t-tluq u għat-tagħbija u l-ħatt f'port. Valfajr tieqaf f'portijiet fil-Golf Persjan u fl-Indja. Minn nofs Ġunju tal-2009, Valfajr ikkondividiet l-istess bini ma’ IRISL f'Port Rasid f'Dubaj, l-Emirati Għarab Magħquda (UAE), u kkondividiet ukoll l-istess bini ma IRISL f'Teħeran, l-Iran.”


Top