Help Print this page 

Document 32010L0061

Title and reference
Direttiva tal-Kummissjoni 2010/61/UE tat- 2 ta’ Settembru 2010 li tadatta għall-ewwel darba l-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi għall-progress tekniku u xjentifiku Test b’relevanza għaż-ŻEE
  • In force
OJ L 233, 3.9.2010, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 023 P. 74 - 75

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/61/oj
Multilingual display
Text

3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/27


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/61/UE

tat-2 ta’ Settembru 2010

li tadatta għall-ewwel darba l-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi għall-progress tekniku u xjentifiku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness I, it-Taqsima I.1, l-Anness II, it-Taqsima II.1 u l-Anness III, it-Taqsima III.1. għad-Direttiva 2008/68/KE jirreferu għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferroviji u b’passaġġi interni kif iddefinit fl-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet internazzjonali jiġu aġġornati kull sentejn. Konsegwentement, il-verżjonijiet emendati ta’ dawn il-ftehimiet għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2011, b’perjodu tranżizzjonali sat-30 ta’ Ġunju 2011.

(3)

L-Anness I, it-Taqsima I.1, l-Anness II, it-Taqsima II.1 u l-Anness III, it-Taqsima III.1 għad-Direttiva 2008/68/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan:

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2008/68/KE

L-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:

1.

Fl-Anness I, it-Taqsima G.1 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“I.1.   ADR

Fl-Annessi A u B għall-ADR, kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, huwa mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ tiġi ssostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’ kif xieraq.”

2.

Fl-Anness II, it-Taqsima II.1 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“II.1.   RID

L-Anness għar-RID, li jidher fl-Appendiċi C għall-COTIF, kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, huwa mifhum illi ‘Stat Kontraenti fir-RID’ hija ssostitwita bi ‘Stat Membru’ kif xieraq.”

3.

Fl-Anness III, it-Taqsima III.1 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“III.1.   ADN

Fir-Regolamenti annessi għall-ADN, kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, kif ukoll l-Artikoli 3(f), 3(h), 8(1), 8(3) tal-ADN, huwa mifhum illi ‘parti kontraenti’ hija ssostitwita bi ‘Stati Membri’ kif xieraq.”

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


Top