EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0976

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad- 19 ta’ Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta’ Netwerk

OJ L 274, 20.10.2009, p. 9–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 044 P. 279 - 288

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 31/12/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/976/oj

20.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 976/2009

tad-19 ta’ Ottubru 2009

li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta’ Netwerk

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2007/2/KE tistabbilixxi regoli ġenerali għat-twaqqif ta’ Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea. L-Istati Membri huma mitluba li jistabbilixxu u jħaddmu netwerk ta’ servizzi għas-settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika li għalihom inħolqu metadejta skont dik id-Direttiva.

(2)

Sabiex ikun assigurat li tali servizzi jkunu kompatibbli u li jkunu jistgħu jintużaw, fuq il-livell Komunitarju, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji minimi ta’ prestazzjoni għal dawk is-servizzi fir-rigward tat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE.

(3)

Sabiex jiġi assigurat li l-awtoritajiet pubbliċi u l-persuni terzi jingħataw il-possibiltà teknika li jgħaqqdu s-settijiet u s-servizzi ta’ dejta ġeografika tagħhom mas-Servizzi ta’ Netwerk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti xierqa għal dawk is-servizzi.

(4)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/2/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi ir-rekwiżiti għat-twaqqif u l-manutenzjoni tas-Servizzi ta’ Netwerk li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE (minn hawn ‘il quddiem imsejħa s-“Servizzi ta’ Netwerk”) u l-obbligi relatati għad-disponibbiltà ta’ dawk is-servizzi għall-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri u l-persuni terzi skont l-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet stabbiliti fil-Parti A tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 (2) għandhom japplikaw.

It-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(1)

Il-“Kapaċità Operattiva Inizjali” tfisser l-abbiltà ta’ Servizz ta’ Netwerk li jipprovdi funzjonalità sħiħa mingħajr ma’ jiggarantixxi kwalità ta’ servizz konformi mar-regoli stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament jew aċċess għas-servizz mill-utenti kollha permezz il-ġeoportal INSPIRE;

(2)

Il-“Prestazzjoni” tfisser il-livell minimu li bih objettiv jiġi kkunsidrat li ntlaħaq li jirrapreżenta l-fatt ta’ kemm tista’ titlesta malajr talba fi ħdan Servizz ta’ Netwerk INSPIRE;

(3)

Il-“Kapaċità” tfisser il-limitu tal-għadd ta’ talbiet ta’ servizz simultanji pprovduti bi prestazzjoni garantita;

(4)

Id-“Disponibbiltà” tfisser il-probabbiltà li Servizz ta’ Netwerk ikun disponibbli;

(5)

Il-“Ħin ta’ reazzjoni” tfisser il-ħin imkejjel fil-pożizzjoni tas-Servizz tal-Istat Membru, li fih l-operazzjoni tas-servizz twassal l-ewwel byte tar-riżultat;

(6)

Ir-“Talba għal servizz” tfisser talba waħda għal operazzjoni waħda ta’ Servizz ta’ Netwerk INSPIRE;

(7)

l-“Element ta’ Metadejta INSPIRE” tfisser element ta’ Metadejta stabbilit f’Parti B tal-Anness għar-Regolamet (KE) Nru 1205/2008;

(8)

“Publikazzjoni” tfisser l-operazzjoni li ddaħħal, tħassar jew taġġorna l-elementi ta’ metadejta INSPIRE għar-riżorsi fis-Servizz ta’ Sejbien;

(9)

Il-“Lingwa Naturali” tfisser lingwa li hija mitkellma, miktuba, jew mitkellma bis-sinjali mill-bnedmin għal skopijiet ġenerali ta’ komunikazzjoni;

(10)

Il-“Ġbir” tfisser operazzjoni li ġġib elementi ta’ metadejta INSPIRE għar-riżorsi minn Servizz ta’ Sejbien ta’ sors u li tippermetti li tinħoloq, titħassar jew tiġi aġġornata l-metadejta ta’ dawn ir-riżorsi fis-Servizz ta’ Sejbien fil-mira;

(11)

Is-“Saff” tfisser unità bażika ta’ informazzjoni ġeografika li tista’ tiġi mitluba bħala mappa minn server skont EN ISO 19128.

Artikolu 3

Rekwiżiti għas-Servizzi ta’ Netwerk

Is-Servizzi ta’ Netwerk għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kwalità tas-servizzi stabbiliti fl-Anness I.

Barra minn hekk, kull tip ta’ Servizz ta’ Netwerk għandu jkun konformi ma’ dawn li ġejjin:

(a)

f’dak li jikkonċerna s-Servizzi ta’ Sejbien, ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi speċifiċi stabbiliti fl-Anness II;

(b)

f’dak li jikkonċerna s-Servizzi ta’ Viżjoni, ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi speċifiċi stabbiliti fl-Anness III;

Artikolu 4

Aċċess għas-Servizzi ta’ Netwerk

1.   Mhux aktar tard mid-9 ta’ Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Sejbien u Viżjoni b’kapaċità operattiva inizjali.

2.   Mhux aktar tard mid-9 ta’ Novembru 2011, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Sejbien b’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 326, 4.12.2008, p. 12.


ANNESS I

KWALITÀ TAS-SERVIZZ

Is-Servizzi ta’ Netwerk ta’ persuni terzi magħquda skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/2/KE, ma għandhomx jitqiesu fl-istima tal-kwalità tas-servizz biex jiġi evitat id-deterjorament potenzjali li jseħħ minn fuq ghal iktar l’ isfel.

Il-kriterji dwar il-Kwalità ta’ Servizz li ġejjin li jirrelataw ma’ prestazzjoni, kapaċità u disponibbiltà għandhom jiġu assigurati.

1.   PRESTAZZJONI

Il-ħin ta’ reazzjoni biex tintbagħat ir-reazzjoni inizjali għal talba ta’ Servizz ta’ Sejbien ma għandux ikun aktar minn 3 sekondi f’sitwazzjoni normali.

Għal immaġni ta’ 470 Kilobyte (eż. 800 × 600 pixel b’fond ta’ kulur ta’ 8 bits), il-ħin ta’ reazzjoni biex tintbagħat ir-reazzjoni inizjali għal Talba għal “Get Map” lil servizz ta’ viżjoni ma għandux ikun ta’ aktar minn 5 sekondi f’sitwazzjoni normali.

Sitwazzjoni normali tirrappreżenta perjodi x’ħin ma jkunx hemm l-ogħla domanda. Hija stabbilita bħala d-90 % tal ħin.

2.   KAPAĊITÀ

L-għadd minimu ta’ talbiet li jiġu servuti simultanjament lil Servizz ta’ Sejbien bi prestazzjoni ta’ Kwalità tas-Servizz għandu jkun ta’ 30 kull sekonda.

L-għadd minimu ta’ talbiet ta’ servizz li jiġu servuti simultanjament lil servizz ta’ viżjoni bi prestazzjoni ta’ Kwalità tas-Servizz għandu jkun ta’ 20 kull sekonda.

3.   DISPONIBBILTÀ

Il-probabbiltà li Servizz ta’ Netwerk jkun disponibbli għandha tkun ta’ 99 % tal-ħin.


ANNESS II

SERVIZZI TA’ SEJBIEN

PARTI A

Kriterji tat-Tfittix

Sabiex ikun konformi mas-sett minimu ta’ kriterji tat-tfittix stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Sejbien għandu jgħin biex isir it-tfittix bl-elementi ta’ metadejta INSPIRE imniżżla fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness.

Tabella 1

Il-kriterji minimi ta’ tfittix

L-elementi ta’ metadejta INSPIRE

Il-kliem ewlieni

Kelma Ewlenija

Il-klassifikazzjoni ta’ dejta u servizzi ġeografiċi;

(Għal settijiet ta’ dejta ġeografika u serje ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika)

Kategorija tas-suġġett

Il-klassifikazzjoni ta’ dejta u servizzi ġeografiċi;

(Għal servizzi ta’ dejta ġeografika)

It-tip ta’ servizz ta’ dejta ġeografika

Il-kwalità u l-validità tas-settijiet ta’ dejta ġeografika;

Nisel

Il-kwalità u l-validità tas-settijiet ta’ dejta ġeografika;

Ir-riżoluzzjoni ġeografika

Il-grad ta’ konformità mar-regoli implimentattivi previsti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE

L-ispeċifikazzjoni

Il-grad ta’ konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE

Grad

Il-pożizzjoni ġeografika

Il-kwadru ta’ delimitazzjoni ġeografika

Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika u l-użu tagħhom

Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess u l-użu

Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika u l-użu tagħhom

Il-limitazzjonijiet fuq l-aċċess pubbliku

L-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-ħolqien, l-amministrazzjoni, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta’ settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika;

Il-parti responsabbli

L-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-ħolqien, l-amministrazzjoni, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta’ settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika;

Ir-rwol tal-parti responsabbli

L-elementi ta’ metadejta jew is-sett ta’ elementi INSPIRE li ġejjin għandhom ikunu disponibbli wkoll bħala kriterji ta’ tfittxija:

(a)

It-Titolu tar-Riżorsa;

(b)

Is-sinteżi tar-Riżorsa;

(c)

It-Tip tar-Riżorsa;

(d)

L-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku;

(e)

Ir-Referenza Temporali.

Biex ikun permess is-sejbien ta’ riżorsi permezz ta’ taħlita ta’ kriterji ta’ tfittxija, l-operaturi loġiċi u dawk ta’ tqabbil għandhom jiġu appoġġjati.

Biex ikun permess is-sejbien ta’ riżorsi bbażat fuq il-pożizzjoni ġeografika tar-riżorsa, l-operatur ġeografiku mniżżel fit-Tabella 2 għandu jiġi appoġġjat.

Tabella 2

L-isem tal-operatur

Il-proprjetà

L-intersezzjonijiet

Jirrikjedi li l-element ta’ metadejta INSPIRE “Kwadru ta’ Delimitazzjoni Ġeografika” jagħmel intersezzjoni ta’ Żona ta’ Interess definita

PARTI B

L-operazzjonijiet

1.   LISTA TA’ OPERAZZJONIJIET

Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Sejbien għandu jipprovdi l-operazzjonijiet imniżżlin fit-Tabella 3 ta’ dan l-Anness.

Tabella 3

Il-ħidma

Ir-rwol

“Get Discovery Service Metadata”

Jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizz u jispjega l-kapaċitajiet tas-servizz.

“Discover Metadata”

L-operazzjoni Discover Metadata tippermetti talbiet għal elementi ta’ metadejta INSPIRE ta’ riżorsi msejsa fuq talba li ssir mis-Servizz ta’ Sejbien fil-mira.

Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Sejbien għandu jappoġġja l-operazzjonijiet imniżżlin fit-Tabella 4 ta’ dan l-Anness.

Tabella 4

Il-ħidma

Ir-rwol

Publish Metadata

L-operazzjoni Publish Metadata tippermetti li jsir editjar tal-elementi ta’ metadejta INSPIRE għar-riżorsi fis-Servizz ta’ Sejbien (mekkaniżmi ta’ metadejta li jġibu jew jagħtu). Editjar ifisser li ddaħħal, tħassar jew taġġorna

Link Discovery Service

Il-funzjoni Link Discovery Service tippermetti d-dikjarazzjoni tad-disponibbiltà ta’ Servizz ta’ Sejbien għas-Sejbien ta’ riżorsi permezz tas-Servizz ta’ Sejbien tal-Istat Membru filwaqt li r-riżorsa ta’ metadejta tinżamm fil-lokalità tas-sid

Il-parametri tat-talba u tar-reazzjoni ta’ kull operazzjoni jikkompletaw l-ispjegazzjoni ta’ kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjoni teknika tas-Servizz ta’ Sejbien.

2.   OPERAZZJONI “GET DISCOVERY SERVICE METADATA”

2.1.   Talba għal “Get Discovery Service Metadata”

2.1.1.   Parametri għat-talba għal “Get Discovery Service Metadata”

Il-parametru għat-talba għal “Get Discovery Service Metadata” jindika l-lingwa naturali għall-kontenut tar-Reazzjoni għal “Get Discovery Service Metadata

2.2.   Reazzjoni għal “Get Discovery Service Metadata”

Ir-Reazzjoni għal “Get Discovery Service Metadata” għandha jkollha s-settijiet ta’ parametri li ġejjin:

Il-Metadejta ta’ Servizz ta’ Sejbien,

Il-Metadejta tal-Operazzjonijiet,

Il-lingwi.

2.2.1.   Parametri tal-Metadejta ta’ Servizz ta’ Sejbien

Il-parametri tal-Metadejta ta’ Servizz ta’ Sejbien għandhom tal-anqas ikollhom l-elementi ta’ metadejta INSPIRE tas-Servizz ta’ Sejbien.

2.2.2.   Parametri tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet

Il-parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet jipprovdu l-metadejta dwar l-operazzjonijiet implimentati mis-Servizz ta’ Sejbien. Dawn il-parametri ta’ metadejta għandhom jispjegaw kull operazzjoni. Dan jinkludi tal-anqas dan li ġej:

(1)

jindika d-disponibbiltà tal-mekkaniżmu li jiġbed, tal-mekkaniżmu li jagħti jew tat-tnejn, għall-Metadejta tal-Publikazzjoni;

(2)

jispjega kull operazzjoni, u jinkludi tal-anqas spjegazzjoni tad-dejta li tpartet u l-indirizz tan-netwerk.

2.2.3.   Parametru tal-lingwi

Għandhom jiġu pprovduti żewġ parametri tal-lingwi:

il-parametru ta’ Reazzjoni tal-Lingwa li jindika l-lingwa naturali użata fil-parametri tar-Reazzjoni għal “Get Discovery Service Metadata”;

il-parametru tal-lingwi Appoġġjati li fih ikun hemm il-lista tal-lingwi naturali appoġġjati mis-servizz tas-Sejbien.

3.   OPERAZZJONI TAL-METADEJTA TAS-SEJBIEN

3.1.   Talba tal-Metadejta tas-Sejbien

Din it-Talba tal-Metadejta tas-Sejbien fiha dawn il-parametri li ġejjin:

Il-Lingwa;

It-Talba.

3.1.1.   Parametru tal-Lingwa

Il-parametru tal-Lingwa jindika l-lingwa naturali mitluba għall-kontenut tas-Reazzjoni tal-Metadejta tas-Sejbien

3.1.2.   Parametru tat-Talba

Il-parametru tat-Talba għandu jkun fih it-taħlita ta’ kriterji ta’ tfittix kif speċifikata fil-parti A.

3.2.   Ir-Reazzjoni tal-Metadejta tas-Sejbien

3.2.1.   Parametru tar-Reazzjoni tal-Metadejta tas-Sejbien

Il-parametru tar-Reazzjoni tal-Metadejta tas-Sejbien għandu jkun fih tal-anqas l-elementi ta’ metadejta INSPIRE ta’ kull riżorsa li taqbel mat-talba.

4.   OPERAZZJONI TAL-METADEJTA TAL-PUBBLIKAZZJONI

Il-funzjoni tal-Metadejta tal-Publikazzjoni tippermetti l-pubblikazzjoni tal-elementi ta’ metadejta INSPIRE għar-riżorsi fis-Servizz ta’ Sejbien. Iż-żewġ alternattivi huma:

Il-mekkaniżmu li jagħti: jippermetti li jsir editjar tal-elementi ta’ metadejta INSPIRE tar-riżorsi aċċessibli mis-Servizz ta’ Sejbien,

Il-Mekkaniżmu li jġib: Jippermetti lis-Servizz ta’ Sejbien ta’ Stat Membru li jġib l-elementi ta’ metadejta INSPIRE ta’ riżorsi minn pożizzjoni remota.

Għandha tiġi appoġġjata, mill-anqas, waħda mill-alternattivi imniżżla hawn fuq.

4.1.   Mekkaniżmu li Jagħti

4.1.1.   Talba tal-Metadejta tal-Editjar

4.1.1.1.   Parametru tar-Rikjesta tal-Metadejta tal-Editjar

Il-parametru tat-Talba tal-Metadejta tal-Editjar jipprovdi l-informazzjoni kollha mitluba biex jiddaħħlu, jiġu aġġornati, jew jitħassru mis-Servizz ta’ Sejbien l-elementi ta’ metadejta INSPIRE tar-riżorsi.

4.2.   Mekkaniżmu li Jġib

4.2.1.   Talba tal-Metadejta tal-Ġabra

4.2.1.1.   Parametru tat-Talba tal-Metadejta tal-Ġabra

Il-parametru tat-Talba tal-Metadejta tal-Ġabra jipprovdi kull informazzjoni dwar il-lokazzjoni remota meħtieġa biex jinkisbu r-riżorsi ta’ metadejta disponibbli. Hu għandu jinkludi, tal-anqas, l-elementi ta’ metadejta INSPIRE tas-servizz iddedikat għad-dejta ġeografika.

5.   OPERAZZJONI TAS-SERVIZZ TA’ SEJBIEN MAGĦQUD

L-operazzjoni tas-Servizz ta’ Sejbien Magħqud jippermetti d-dikjarazzjoni tad-disponibbiltà ta’ Servizz ta’ Sejbien konformi ma’ dan ir-Regolament, għas-Sejbien ta’ riżorsi permezz tas-Servizz ta’ Sejbien tal-Istat Membru filwaqt li tinżamm ir-riżorsa ta’ metadejta fil-lokalità tas-sid.

5.1.   Rikjesta tas-Servizz ta’ Sejbien Magħqud

5.1.1.   Parametru tar-Rikjesta tas-Servizz ta’ Sejbien Magħqud

Il-parametru tar-Rikjesta tas-Servizz ta’ Sejbien Magħqud għandu jipprovdi kull informazzjoni dwar is-Servizz ta’ Sejbien tal-Awtorità Pubblika jew ta’ Parti Terza konformi ma’ dan ir-Regolament, li jippermetti lis-Servizz ta’ Sejbien tal-Istat Membru li jġib riżorsi Metadejta bbażati fuq taħlita ta’ kriterji ta’ tfittix mis-Serivizz ta’ Sejbien tal-Awtorità Pubblika jew ta’ Parti Terza u jgħaqqadhom ma’ riżorsi Metadejta oħrajn.


ANNESS III

SERVIZZI TA’ VIŻJONI

PARTI A

L-operazzjonijiet

1.   LISTA TA’ OPERAZZJONIJIET

Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Viżjoni għandu jipprovdi l-operazzjonijiet imniżżlin fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness.

Tabella 1

L-operazzjoni

Ir-rwol

“Get View Service Metadata”

Jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizz u jispjega l-kapaċitajiet tas-servizz.

Get Map

Iwassal mappa li fiha jkun hemm l-informazzjoni ġeografika u tematika li tkun ġejja minn dejtasets ġeografiċi disponibbli. Din il-mappa hija immaġni ġeo-referenzjata.

Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ viżjoni għandu jappoġġja l-operazzjonijiet imniżżlin fit-Tabella 2 ta’ dan l-Anness.

Tabella 2

L-operazzjoni

Ir-rwol

Is-Servizz Magħqud ta’ Viżjoni

Jippermetti lil Awtorità Pubblika jew Parti Terza li tiddikjara Servizz ta’ viżjoni għal wiri tar-riżorsi tagħha permezz ta’ Servizz ta’ Viżjoni ta’ Stat Membru filwaqt li tinżamm il-kapaċità ta’ wiri mill-pożizzjoni tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza.

Il-parametri tat-talba u tar-reazzjoni ta’ kull operazzjoni jikkompletaw l-ispjegazzjoni ta’ kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjoni teknika tas-Servizz ta’ Viżjoni.

2.   OPERAZZJONI “GET VIEW SERVICE METADATA”

2.1.   Talba għal “Get View Service Metadata”

2.1.1.   Parametri ta’ talba għal “Get View Service Metadata”

Il-parametru ta’ rikjesta għal “Get View Service Metadata” jindika l-lingwa naturali rikjesta għall-kontenut tar-Reazzjoni għal “Get View Service Metadata

2.2.   Parametri għar-reazzjoni għal “Get View Service Metadata”

Ir-Reazzjoni għal “Get View Service Metadata” għandha jkollha s-settijiet ta’ parametri li ġejjin:

Il-Metadejta ta’ Servizz ta’ Viżjoni,

Il-Metadejta tal-Operazzjonijiet,

Il-lingwi,

Il-Metadejta ta’ Saffi.

2.2.1.   Parametri tal-Metadejta ta’ Servizz ta’ Viżjoni

Il-parametri tal-Metadejta ta’ Servizz ta’ Viżjoni għandhom tal-anqas ikollhom l-elementi ta’ metadejta INSPIRE tas-Servizz ta’ Viżjoni.

2.2.2.   Parametri tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet

Il-parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet jispjega l-operazzjonijiet tas-Servizz ta’ viżjoni u fih għandu jkun hemm, tal-anqas, spjegazzjoni tad-dejta li tpartet u l-indirizz tan-netwerk ta’ kull operazzjoni.

2.2.3.   Parametri tal-Lingwi

Għandhom jiġu pprovduti żewġ parametri tal-lingwi:

il-parametru ta’ Reazzjoni tal-Lingwa li jindika l-lingwa naturali użata fil-parametri ta’ Metadejta ta’ Servizz ta’ Reazzjoni,

il-parametru tal-lingwi Appoġġati li fih ikun hemm il-lista tal-lingwi naturali appoġġati minn dan is-servizz ta’ Viżjoni.

2.2.4.   Parametri ta’ Metadejta ta’ Saffi

L-elementi tal-metadejta imniżżla fit-tabella 3 għandhom ikunu pprovduti għal kull saff.

Tabella 3

Elementi ta’ metadejta

L-ispjegazzjoni

It-Titolu ta’ Riżorsa

It-titlu tas-saff, użat għall-komunikazzjoni tal-bniedem, għall-preżentazzjoni tas-saff, eż. f’menù

Is-Sinteżi tar-Riżorsa;

Is-sinteżi ta’ saff

Kelma Ewlenija

Kliem ewlieni addizzjonali

Kwadru ta’ Delimitazzjoni Ġeografika

Ir-rettangolu minimu ta’ delimitazzjoni fis-Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati appoġġjati taż-żona koperta mis-Saff

L-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku;

L-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku tar-riżorsa użata biex jinħoloq is-saff

Il-parametri speċifiċi tas-saff imniżżla fit-tabella 4 għandhom ikunu provduti għal kull saff.

Tabella 4

Il-parametru

L-ispjegazzjoni

L-isem

L-isem armonizzat tas-saff

Is-Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati

Il-lista tas-Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati li fiha huwa disponibbli s-saff

L-istili

Il-lista tal-istili ta’ rendiment disponibbli għas-saff

Stil jkun magħmul minn titolu u Identifikatur Uniku

URL tat-tifsir

Il-pożizzjoni tat-tifsir għal kull stil, lingwa u pari ta’ dimensjoni

Pari ta’ Dimensjoni

Jindika l-pari ta’ assi ta’ żewġ dimensjonijiet appoġġjati għas-settijiet ta’ dejta ġeografika multidimensjonali u s-serje ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika

3.   OPERAZZJONI TA’ “GET MAP”

3.1.   Talba “Get Map”

3.1.1.   Parametri ta’ talba għal “Get Map”

Il-parametri ta’ Talba għal “Get Map” imniżżlin fit-Tabella 5 għandhom jiġu pprovduti

Tabella 5

Il-parametru

L-ispjegazzjoni

Is-Saffi

Il-lista tal-ismijiet tas-saffi li għandhom jiġu inklużi fil-mappa

L-istili

Il-lista tal-istili li għandhom jintużaw għal kull saff

Is-Sistema ta’ Referenza ta’ Koordinati

Is-Sistema ta’ Referenza ta’ Koordinati tal-mappa

Kwadru ta’ delimitazzjoni

L-4 Koordinati tal-kantunieri tal-mappa ta’ żewġ dimensjonijiet għall-par ta’ Dimensjoni magħżul u fis-Sistema ta’ Referenza ta’ Koordinati magħżula

Il-wisà tal-immaġni

Il-wisà tal-immaġni f’pixels

L-għoli tal-immaġni

L-għoli tal-immaġni f’pixels

Il-format tal-immaġni

Il-format tal-ħruġ tal-immaġini

Il-lingwa

Il-lingwa li għandha tintuża għar-reazzjoni

Par ta’ Dimensjoni

L-assi ta’ żewġ dimensjonijiet li għandhom jintużaw għall-mappa Pereżempju dimensjoni ġeografika u ħin

4.   OPERAZZJONI TAS-SERVIZZ MAGĦQUD TA’ VIŻJONI

4.1.   Talba tas-Servizz Magħqud ta’ Viżjoni

4.1.1.   Parametri tat-Talba tas-Servizz Magħqud ta’ Viżjoni

Il-Parametru tat-Talba tas-Servizz Magħqud ta’ Viżjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar is-Servizz ta’ Viżjoni tal-Awtorità Pubblika jew tat-Terza Persuna konformi ma’ dan ir-Regolament, li jippermetti lis-Servizz ta’ Viżjoni tal-Istat Membru biex iġib mappa mis-Servizz ta’ Viżjoni tal-Awtorità Pubblika jew tat-Terza Persuna u jgħaqqadha ma’ mapep oħrajn.

PARTI B

Karattersitiċi oħra

Is-Servizz ta’ Viżjoni għandu jkollu dawn il-karatteristiċi li ġejjin.

1.   Is-Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati

Is-saffi għandhom jintwerew flimkien billi tintuża sistema ta’ referenza ta’ Koordinati waħda u s-Servizz ta’ Viżjoni għadu jappoġġja, tal-anqas, is-Sistemi ta’ Referenzi ta’ Koordinati fl-Anness I, punt 1 tad-Direttiva 2007/2/KE

2.   Il-Format tal-Immaġni

Is-Servizz ta’ Viżjoni għandu jappoġġja, tal-anqas, wieħed minn dawn il-formati tal-immaġni li ġejjin:

il-format tal-“Portable Network Graphics” (PNG);

il-“Graphics Interchange Format” (GIF), mingħajr kompressjoni.


Top