EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0142

Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta’ Novembru 2009 rigward tagħmir li juża l-gass (Verżjoni kkodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 330, 16.12.2009, p. 10–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 048 P. 3 - 20

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2018; Revokat u sostitwit bi 32016R0426

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/142/oj

16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/10


DIRETTIVA 2009/142/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

rigward tagħmir li juża l-gass

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 90/396/KEE tal-Parlament Ewropew U tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward appliances li jużaw il-gass (3) ġiet emendata (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

L-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-poplu tagħhom fit-territorju tagħhom u, fejn jixraq, ta’ l-annimali domestiċi u l-prodotti marbuta mal-perikli li jinħolqu mill-użu ta’ tagħmir li juża l-gass.

(3)

F’ċerti Stati Membri, dispożizzjonijiet obbligatorji jistabbilixxu b’mod partikulari l-livell ta’ sigurtà meħtieġ mit-tagħmir li juża l-gass billi jispeċifikaw id-disinn, il-karatteristiċi ta’ kif jaħdmu u l-proċeduri ta’ spezzjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet obbligatorji mhux bilfors iwasslu għal livelli differenti ta’ sigurtà minn Stat Membru għall-ieħor iżda minħabba d-differenzi tagħhom, ifixklu l-kummerċ fil-Komunità.

(4)

Kundizzjonijiet differenti rigward it-tipi ta’ gass u l-pressjonijiet tal-provvista huma fis-seħħ fl-Istati Membri. Dawn il-kundizzjonijiet mhumiex armonizzati għaliex is-sitwazzjoni tal-provvista u d-distribuzzjoni ta’ enerġija hija partikulari f’kull Stat Membru.

(5)

Il-liġi tal-Komunità taħseb biex – permezz ta’ deroga minn waħda mir-regoli fundamentali tal-Komunità, speċjalment il-moviment liberu tal-merkanzija - ix-xkiel għall-moviment fil-Komunità minħabba d-differenzi fil-leġislazzjoni nazzjonali marbuta mal-bejgħ tal-prodotti għandu jkun aċċettat sakemm dak ix-xkiel ikun meqjus li hu meħtieġ biex jissodisfa l-ħtiġijiet obbligatorji. Għalhekk, l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni fil-każ preżenti għandha tkun limitata għad-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jissodisfaw kemm il-ħtiġijiet obbligatorji kif ukoll dawk essenzjali rigward is-sigurtà, is-saħħa u l-konservazzjoni ta’ l-enerġija marbuta ma’ tagħmir tal-gass. Dawn il-ħtiġijiet għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet nazzjonali f’dan il-każ minħabba li huma ħtiġijiet essenzjali.

(6)

Iż-żamma jew it-titjib fil-livell ta’ sigurtà milħuq fl-Istati Membri huma wieħed mill-għanijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva u tas-sigurtà kif imfisser mill-ħtiġijiet essenzjali.

(7)

Il-ħtiġijiet essenzjali ta’ sigurtà u saħħa għandhom ikunu osservati biex ikun żgurat li tagħmir li juża l-gass ma jkunx fih periklu. Il-konservazzjoni ta’ l-enerġija hi meqjusa essenzjali. Dawn il-ħtiġijiet għandhom ikunu applikati bil-galbu biex iqisu l-aħħar teknoloġija fil-mument tal-kostruzzjoni.

(8)

Din id-Direttiva għalhekk għandu biss ikun fiha ħtiġijiet essenzjali. Biex tiffaċilita prova ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali, jeħtieġ li jkun hemm normi armonizzati fuq livell Komunitarju, b’mod partikulari, fil-qasam tat-tiswir, it-tħaddim u l-istallazzjoni ta’ tagħmir li juża l-gass biex il-prodotti li jaqblu magħhom jistgħu jitqiesu li jaqblu mal-ħtiġijiet essenzjali. Dawn in-normi armonizzati f’livell Komunitarju huma mfasslin minn korpi privati u jibqgħu testi mhux obbligatorji. Għal dak il-għan il-Kumitat Ewropew ta’ Standardizzazzjoni (CEN), l-Kumitat Ewropew għal Standardizzazzjoni ElettroTeknika (CENELEC) u l-Istititut Ewropew għall-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) huma meqjusa bħala l-korpi kompetenti għall-adozzjoni ta’ normi armonizzati skond il-linji gwida ġenerali għal koperazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u dawk it-tliet korpi ffirmati fit-28 ta’ Marzu 2003 (5). “Norma armonizzata” tfisser speċifikazzjoni teknika (dokument dwar armonizzazzjoni jew normi Ewropej) adottata mis-CEN, is-CENELEC jew l-ETSI jew minn tnejn jew tlieta minn dawk il-korpi wara li jkun inkarigat mill-Kummissjoni skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjeta’ Informatika (6) u l-linji gwida ġenerali għal kooperazzjoni msemmija hawn fuq.

(9)

Il-Kunsill diġà adotta serje ta’ Direttivi maħsubin sabiex ineħħu l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ skond il-prinċipji stabbiliti fir-Risoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għal armonizzazzjoni u standards tekniċi (7); kull waħda minn dawn id-Direttivi tipprovdi għat-twaħħil tal-marka CE. Il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha tal-15 ta’ Ġunju 1989 dwar approċċ globali lejn iċ-ċertifikazzjoni u l-ittestjar (8), ipproponiet li jitfasslu regoli komuni dwar l-immarkar CE b’disinn uniku. Fir-Risoluzzjoni tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar approċċ globali lejn l-evalwazzjoni tal-konformità (9), il-Kunsill approva l-adozzjoni tat-tali approċċ konsistenti bħala prinċipju ta’ gwida fir-rigward ta’ l-użu ta’ l-immarkar “CE”. Iz-zewġ elementi bażiċi ta’ dan l-approċċ il-ġdid li għandhom jiġu applikati huma l-ħtiġijiet essenzjali u l-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità.

(10)

Verifika dwar il-qbil mal-ħtiġijiet tekniċi relevanti hi meħtieġa biex ikun hemm protezzjoni għal min juża t-tagħmir u għal ħaddieħor. Il-proċeduri eżistenti ta’ ċertifikazzjoni jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor. Biex ma jkunx hemm ħafna spezzjonijiet, li fil-fatt huma ta’ xkiel għal-moviment liberu ta’ tagħmir li juża l-gass, għandhom jsiru arranġamenti għall-għarfien reċiproku tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni mill-Istati Membri. Biex ikun faċilitat għarfien reċiproku ta’ proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, għandhom ikunu stabbiliti proċeduri armonizzati tal-Komunità u għandhom jiġu stabbilitil-kriterji biex jinħatru l-korpi responsabbli biex iwettqu dawn il-proċeduri.

(11)

Ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri fit-territorju tagħhom fejn tidħol sigurtà, saħħa u konservazzjoni ta’ l-enerġija koperta bil-ħtiġijiet essenzjali għandha tkun meqjusa fil-klawsola ta’ prevenzjoni li taħseb għal proċedura suffiċjenti tal-Komunità.

(12)

Dawk li għalihom tkun xi deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva għandhom ikunu jafu r-raġunijiet għal deċiżjoni bħal din u r-rimedji legali li jista’ jkollhom.

(13)

Din id-Direttiva hija bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VI, Parti B.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, TQEGĦID FIS-SUQ U MOVIMENT LIBERU

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal tagħmir u muntaturi:

Tagħmir iddisinjat apposta għal użu fi proċessi industrijali li jsiru f’postijiet industrijali huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“tagħmir” tfisser tagħmir li juża l-gass użat għal tisjir, tisħin, produzzjoni ta’ ilma sħun, tkessiħ, dawl jew ħasil u li jkollu, fejn jgħodd, temperatura normali ta’ l-ilma li ma taqbiżx il-105 °C. Burners li joħolqu kurrent b’saħħtu u apparat li jsaħħan li jkun mgħammar b’burners bħal dawn għandhom ikunu wkoll meqjusa bħala tagħmir;

(b)

“muntaturi” tfisser apparat tas-sigurtà, apparat li jikkontrolla jew apparat li jirregola u s-sottomuntaturi, barra mill-burners li joħolqu kurrent bis-saħħa u apparat li jsaħħan li jkun mgħammar b’burners bħal dawn, mibjugħa separatament għall-użu ta’ negozju u maħsuba biex ikunu mdaħħla f’tagħmir li jaħdem bil-gass jew magħmula biex jiffurmaw tagħmir bħal dan;

(c)

“karburanti tal-gass” tfisser kull fuel li jinsab fi stat ta’ gass f’temperatura ta’ 15 °C taħt pressjoni ta’ 1 bar.

3.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, tagħmir jingħad li hu “użat b’mod normali” meta jkun:

(a)

imwaħħal sew u li l-ħidma tajba tiegħu hija verifikata regolarment bi qbil ma’ l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(b)

użat b’varjazzjoni normali fil-kwalità tal-gass u bidla normali fil-pressjoni tal-provvista, u

(c)

użat bi qbil mal-għan maħsub jew li hu previst b’mod raġonevoli.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li t-tagħmir jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jiddaħħlu fis-servizz biss jekk, meta jkunu użati b’mod normali, ma jikkompromettux is-sigurtà tal-persuni, ta’ l-annimali domestiċi u tal-proprjetà.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu malajr kemm jista’ jkun lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar it-tibdiliet kollha għat-tipi ta’ gass u l-pressjonijiet ta’ provvista korrispondenti użati fit-territorju tagħhom li jkunu ġew ikkomunikati skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 90/396/KEE.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din l-informazzjoni tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Tagħmir u muntaturi għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali li jgħoddu għalihom imniżżla fl-Anness I.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirristrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ tagħmir li jikkonforma ma’ din id-Direttiva, u li għandu l-immarkar CE previst fl-Artikolu 10.

2.   L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq ta’ muntaturi li jkollhom ċertifikat previst fl-Artikolu 8(4).

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mal-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I ta’ tagħmir u muntaturi meta dawn ikunu jikkonformaw:

(a)

man-normi nazzjonali applikabbli għalihom li jħaddmu n-normi armonizzati li n-numri ta’ riferenza tagħhom kienu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea;

(b)

in-normi nazzjonali applikabbli għalihom sakemm, fl-oqsma koperti b’dawk in-normi, ma jkunux jeżistu normi armonizzati.

2.   L-Istati Membri għandhom jippubblikaw in-numri tar-riferenza tan-normi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1(a).

Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar it-test tan-normi nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1(b) li huma jqisu li jikkonformaw mal-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawn in-normi nazzjonali lill-Istati Membri l-oħra. Skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 6(2), hija għandha tgħarraf lill-Istati Membri b’dawk in-normi nazzjonali li huma preżunti li jikkonformaw mal-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 6

1.   F’każ li xi Stat Membru jew il-Kummissjoni tqis li n-normi msemmija fl-Artikolu 5(1) ma jissodisfawx għal kollox il-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti f’Anness I il-Kummissjoni jew l-Istat Membru konċernat għandu jressaq il-każ lill-kumitat permanenti stabbilit skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KEE, minn hawn ’il quddiem magħruf bħala “il-kumitat”, u jagħti r-raġunijiet tiegħu għal dan.

Il-kumitat għandu jagħti opinjoni mingħajr dewmien.

Fil-kuntest ta’ l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri dwar jekk huwiex meħtieġ jew le li dawn in-normi jiġu irtirati mill-pubblikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 (2).

2.   Meta tirċievi n-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-kumitat.

Meta tirċievi l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahar, tgħarraf lill-Istati Membri jekk in-norma jew normi nazzjonali msemmija għandhomx jibbenefikaw mill-preżunzjoni ta’ konformità. Jekk dan ikun il-każ, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw in-numri ta’ riferenza ta’ dawk in-normi.

Il-Kummissjoni għandha tippubblikhom ukoll fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

1.   F’każ li Stat Membru jikkonsidra li tagħmir li huwa użat b’mod normali li jkollu l- immarkar CE jista’ jikkomprometti s-sigurtà tal-persuni, ta’ l-annimali domestiċi jew tal-proprjetà, huwa għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirtira dak it-tagħmir mis-suq u jipprojbih jew jirristrinġih milli jitqiegħed fis-suq.

L-Istat Membru konċernat għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’kull miżura bħal din, jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, u, b’mod partikulari, jekk in-nuqqas ta’ konformità kienx ġej minn:

(a)

nuqqas li jintlaħqu l-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I, f’każ li t-tagħmir ma jikkorrispondix man-normi msemmija fl-Artikolu 5(1);

(b)

użu mhux korrett tan-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5(1);

(ċ)

difetti fin-normi nfushom msemmija fl-Artikolu 5(1).

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet konċernati kemm jista’ jkun malajr. F’każ li, wara dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni ssib li xi miżura li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 hi ġustifikata, hija għandha mill-ewwel tgħarraf lill-Istat Membru li jkun ħa l-miżura u lill-Istati Membri l-oħra.

F’każ li d-deċiżjoni li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 tkun attribwibbli għal difetti fin-normi, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-partijiet konċernati, għandha tressaq il-każ quddiem il-Kumitat fi żmien xahrejn jekk l-Istat Membru li jkun ħa l-miżuri jkun beħsiebu jżommhom, u għandu jibda l-proċeduri msemmiija fl-Artikolu 6.

3.   F’każ li t-tagħmir li ma jikkonformax ikollu l-immarkar CE, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu azzjoni xierqa kontra kull min waħħal l-immarkar CE u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jkunu infurmati dwar il-progress u r-riżultat ta’ din il-proċedura.

KAPITOLU 2

MEZZI TA’ ĊERTIFIKAZZJONI TA’ KONFORMITÀ

Artikolu 8

1.   Il-mezz ta’ ċertifikazzjoni ta’ konformità ta’ tagħmir fabbrikat f’sensiela għandu jkun:

(a)

l-eżami tat-tip KE msemmi taqsima f’punt 1 ta’ l-Anness II, u

(b)

qabel ma jitqegħdu fis-suq, fuq għażla tal-fabbrikant:

(i)

id-dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip KE msemmija t-taqsima fil-punt 2 ta’ l-Anness II, jew

(ii)

id-dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip KE (garanzija ta’ produzzjoni ta’ kwalità) taqsima msemmija fil-punt 3 ta’ l-Anness II, jew

(iii)

id-dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip KE (garanzija ta’ produzzjoni ta’ kwalità) taqsima msemmija fil-punt 4 ta’ l-Anness II, jew

(iv)

verifika tal-KE kif imsemmija fil-punt 5 ta’ l-Anness II.

2.   Fil-każ ta’ produzzjoni ta’ tagħmir bħala unità waħdanija jew fi kwantitajiet żgħar, il-verifika tal-KE permezz ta’ unità waħdanija, kif imsemmija fil-punt 6 ta’ l-Anness II, tista’ tintgħażel mill-manifattur.

3.   Wara li jintemmu l-proċeduri li għalihom jirreferu l-paragrafi 1 (b) u 2, l- immarkar CE għandha titwaħħal ma’ tagħmir konformi bi qbil ma’ l-Artikolu 10.

4.   Il-mezz ta’ ċertifikazzjoni ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi applikat fil-każ ta’ muntaturi ħlief għat-twaħħil ta’ l-immarkar CE u, fejn jixraq, it-tfassil tad-dikjarazzjoni ta’ konformità.

Għandu jinħareġ ċertifikat li jiddikjara l-konformità tal-muntaturi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom u li jindika l-karatteristiċi tagħhom u kif għandhom jiddaħħlu fit-tagħmir jew jiġu mibnija biex ikun hemm konformità mal-ħtiġijiet essenzjali li japplikaw għal tagħmir lest stabbiliti fl-Anness I.

Iċ-ċertifikat għandu jingħata mal-muntatura.

5.   Fejn it-tagħmir ikun kopert minn Direttivi oħra li jieħdu ħsieb aspetti oħra u li jispeċifikaw it-twaħħil ta’ l-immarkar CE, dan ta’ l-aħħar għandu jindika li at-tagħmir ikun preżunt ukoll li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi.

Iżda, fejn waħda jew aktar minn dawn id-Direttivi tippermetti lill-manifattur, waqt perjodu ta’ transizzjoni, li jagħżel liema arranġamenti japplika, l-immarkar CE għandu jindika konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi applikati mill-manifattur biss. F’dan il-każ, id-dettalji tad-Direttivi applikati, kif pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom jingħataw fid-dokumenti, notifiki jew struzzjonijiet meħtieġa mid-Direttivi u li jakkumpanjaw lil dan it-tagħmir.

6.   Ir-reġistri u l-korrispondenza marbuta mal-mezzi ta’ ċertifikazzjoni ta’ konformità għandhom jinħarġu bl-ilsien/ilsna uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp responsabbli biex jagħmel dawn il-proċeduri jew b’ilsien aċċettat minnu.

Artikolu 9

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi li huma nnominaw sabiex iwettqu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 8 flimkien mal-kompiti speċifiċi li dawn il-korpi ġew nominati sabiex iwettqu u n-numri ta’ identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha, għall-informazzjoni, tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, lista ta’ dawk il-korpi u n-numru ta’ identfikazzjoni assenjati lilhom, u għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata.

2.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji mniżżla fl-Anness V għal evalwazzjoni tal-korpi li għandhom ikunu notifikati.

Korpi li jissodisfaw il-kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti fin-normi armonizzati applikabbli għandhom jitqiesu li jkunu ssodisfaw il-kriterji mniżżla f’dak l-Anness.

3.   Stat Membru li jkun innotifika korp għandu jirtira l-approvazzjoni jekk isib li dak il-korp ma baqax jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness V. Huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra minnufih dwarhom.

KAPITOLU 3

IMMARKAR CE

Artikolu 10

1.   L-immarkar CE u l-iskrizzjonijiet imniżżla fl-Anness III għandhom jitwaħħlu b’mod viżibbli, jinqraw malajr u f’forma li ma titħassarx mat-tagħmir jew ma’ plakka ta’ informazzjoni mwaħħla miegħu. Il-plakka ta’ informazzjoni għandha tkun magħmula b’tali mod li ma tkunx tista’ terġa’ tintuża.

2.   It-twaħħil ta’ mmarkar fuq it-tagħmir li jaf iqarraq b’terzi persuni fejn jidħol it-tifsir u l-forma ta’ l-immarkar CE għandu jiġi projbit. Tista’ titwaħħal kull marka oħra mat-tagħmir jew mal-pjanċa tad-data sakemm il-visibilità u l-leġibilità ta’ l-immarkar CE ma jkunux b’hekk imnaqqsa.

Artikolu 11

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7:

(a)

fejn Stat Membru jistabbilixxi li l-marka CE ġiet imwaħħla bla raġuni, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jkun obbligat li jagħmel il-prodott konformi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-immarkar CE u li jwaqqaf il-ksur skond il-kondizzjonijiet imposti minn dak l-Istat Membru;

(b)

fejn in-nuqqas ta’ konformità jissokta, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jirristrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tat-tagħmir konċernat jew li jiżgura li jitneħħa mis-suq skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7.

KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 12

Kull deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva li tinkludi restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ xi tagħmir għandu jiddikjara r-raġunijiet eżatti li fuqhom hi bbażata. Għandu jkun mgħarraf mingħajr dewmien lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tkun taf ukoll x’inhuma r-rimedji legali li jagħtuh il-liġijiet li hemm fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat u ż-żmien stipulat għal dawk ir-rimedji.

Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar it-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 14

Id-Direttiva 90/396/KEE, kif emendata mid-Direttiva mniżżla fl-Anness VI, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VI, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 15

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell it-30 ta’ Novembru 2009

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  ĠU C 151, 17.6.2008, p. 12.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2009 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2009 ...

(3)  ĠU L 196, 26.7.1990, p. 15.

(4)  Ara l-Anness VI, Parti A.

(5)  ĠU C 91, 16.4.2003, p. 7.

(6)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(7)  ĠU C 136. 4.6.1985, p. 1.

(8)  ĠU C 231, 8.9.1989, p. 3 u ĠU C 267, 19.10.1989, p. 3.

(9)  ĠU C 10, 16.1.1990, p. 1.


ANNESS I

ĦTIĠIJIET ESSENZJALI

RIMARKA PRELIMINARI

L-obbligi li jiġu mill-ħtiġijiet essenzjali għal tagħmir f’dan l-Anness jgħoddu wkoll għal muntaturi fejn jeżisti r-riskju korrispondenti.

1.   KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI

1.1.   It-tagħmir għandu jkun iddisinjat u magħmul b’tali mod li jaħdem b’mod sigur u ma joħloqx perikolu għall-persuni, l-annimali domestiċi jew proprjetà meta użat b’mod normali kif imfisser fl-Artikolu 1(3) ta’ din id-Direttiva.

1.2.   Meta jitqiegħed fis-suq, it-tagħmir kollu għandu:

jkun akkumpanjat minn istruzzjonijiet tekniċi għal min iwaħħlu,

jkun akkumpanjat minn istruzzjonijiet dwar l-użu u dwar kif jiġi mantnut, maħsuba għal min jużah,

jġorr l-avviżi xierqa ta’ twissija, li għandhom jidhru wkoll fuq l-imballaġġ.

L-istruzzjonijiet u l-avviżi ta’ twissija għandhom ikunu bl-ilsien jew ilsna uffiċjali ta’ l-Istati Membri destinatarji.

1.2.1.

L-istruzzjonijiet tekniċi maħsuba għal min iwaħħlu għandu jkollhom l-istruzzjonijiet kollha għall-istallazzjoni, l-aġġustar u l-manutenzjoni meħtieġa biex ikun żgurat li dawk il-ħidmiet jitwettqu sew u li t-tagħmir ikun użat b’mod sigur. B’mod partikulari, l-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw:

it-tip ta’ gass użat,

il-pressjoni tal-provvista tal-gass użat,

l-ammont ta’ arja friska meħtieġa:

għall-provvista tal-kombustjoni ta’ l-arja,

biex tkun evitata l-formazzjoni ta’ taħlitiet ta’ gass perikoluż mhux maħruq għal tagħmir li ma jkollux l-apparat li għalih jirreferi l-punt 3.2.3,

il-kundizzjonijiet biex jitferrxu l-prodotti ta’ kombustjoni,

għal burners li joħolqu kurrent bis-saħħa u apparat li jsaħħan maħsub li jkun armat b’burners bħal dawn, il-karatteristiċi tagħhom, il-ħtiġijiet biex ikunu armati, biex jgħinu fil-qbil mal-ħtiġijiet essenzjali li jgħoddu għal tagħmir lest u, fejn jixraq, il-lista tat-taħlitiet rakkomandati mill-manifattur.

1.2.2.

L-istruzzjonijiet dwar l-użu u l-manutenzjoni maħsuba għal min jużah għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintuża b’sigurtà, u għandhom b’mod partikulari jiġbdu l-attenzjoni ta’ min jużah dwar xi restrizzjonijiet fl-użu.

1.2.3.

L-avviżi ta' twissija dwar it-tagħmir u dwar l-imballaġġ tiegħu għandhom b’mod ċar juru t-tip ta’ gass użat, il-pressjoni tal-provvista tal-gass u xi restrizzjonijiet dwar l-użu, b’mod partikulari restrizzjoni li biha t-tagħmir jista’ jitwaħħal biss f’żoni fejn hemm ventilazzjoni biżżejjed.

1.3.   Muntaturi maħsuba biex ikunu parti minn tagħmir għandhom ikunu ddisinjati u magħmula b’tali mod li jaqdu sew l-għan tagħhom meta jkunu mdaħħla skont l-istruzzjonijiet dwar l-istallazzjoni.

L-istruzzjonijiet dwar l-istallazzjoni, l-aġġustar, il-ħidma u l-manutenzjoni għandhom ikunu mehmuża mal-muntaturi kkonċernati.

2.   MATERJAL

2.1.

Il-materjal għandu jkun addattat għall-għan maħsub u għandu jkun jiflaħ il-kundizzjonijiet tekniċi, kimiċi u termali li se jkun probabbli espost għalihom.

2.2.

Il-komponenti tal-materjal li huma importanti għas-sigurtà għandhom ikunu garantiti mill-manifattur jew minn min jissupplixxi t-tagħmir.

3.   DISINN U KOSTRUZZJONI

3.1.   Ġenerali

3.1.1.

It-tagħmir għandu jkun magħmul b’tali mod li, meta użat b’mod normali, ma jkunx hemm instabbilità, tibdil, ksur jew użu li jista’ jtellef is-sigurtà.

3.1.2.

Il-kondensazzjoni li tinħoloq meta jinxtegħel u/jew waqt l-użu m’għandhiex taffettwa s-sigurtà ta’ tagħmir.

3.1.3.

It-tagħmir għandu jkun iddisinjat u magħmul b’tali mod li jnaqqas ir-riskju ta’ splużjoni f’każ ta’ ħruq ta’ oriġini esterna.

3.1.4.

It-tagħmir għandu jkun magħmul b’tali mod li l-ilma u l-penetrazzjoni mhux mixtieqa ta’ l-arja fiċ-ċirkwit tal-gass ma sseħħx.

3.1.5.

Fil-każ ta’ bidla normali fl-enerġija awżiljarja, it-tagħmir għandu jibqa' jaħdem b’mod sigur.

3.1.6.

Bidla mhux normali jew nuqqas ta’ enerġija awżiljari jew il-ġbir tagħha m’għandux iwassal għal sitwazzjoni mhux sigura.

3.1.7.

It-tagħmir għandu jkun iddisinjat u magħmul b’tali mod li jbiegħed il-perikli kkawżati mill-elettriku. Fil-qasam fejn japplika, il-konformità mal-miri ta’ sigurtà fil-każ ta’ perikli tad-dawl stabbiliti fid-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tkun ekwivalenti għas-sodisfazzjon ta’ din il-ħtieġa.

3.1.8.

Il-partijiet kollha taħt pressjoni tat-tagħmir għandhom jifilħu għal strapazz mekkaniku u termali li jkunu esposti għalihom mingħajr ma ssir deformità li taffettwa s-sigurtà.

3.1.9.

It-tagħmir għandu jkun iddisinjat u magħmul b’tali mod li meta apparat ta’ sigurtà, kontroll jew regolatorju ma jaħdimx sewwa, dan ma jwassalx għal sitwazzjoni mhux sigura.

3.1.10.

Jekk tagħmir ikollu apparat ta’ sigurtà u kontroll, il-ħidma ta’ l-apparat ta’ sigurtà ma tridx tkun imxejna minn dak ta’ l-apparat li jikkontrolla.

3.1.11.

Għandhom ikunu protetti b’mod xieraq il-partijiet kollha tat-tagħmir li huma ssettjati jew aġġustati fl-istadju tal-manifattura u li m’għandhomx jitbagħbsu minn min jużahom jew minn min jinstallahom.

3.1.12.

Lievi u apparat ieħor li jikkontrolla u jissettja għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar u mogħtija struzzjonijiet kif suppost biex ma jkunux imħaddma ħażin. Id-disinn tagħhom għandu jsir b’tali mod li tkun eskluża manipulazzjoni aċċidentali.

3.2.   Ħruġ ta’ gass mhux maħruq

3.2.1.

It-tagħmir għandu jkun magħmul b’tali mod li r-rata tal-ħruġ tal-gass ma tkunx perikoluża.

3.2.2.

It-tagħmirgħandu jkun magħmul b’tali mod li l-ħruġ tal-gass meta jinxtegħel u meta jinxtegħel mill-ġdid u wara li tintefa l-fjamma jkun limitat ħalli tkun evitata l-akkumulazzjoni perikoluża ta’ gass mhux maħruq fit-tagħmir.

3.2.3.

It-tagħmir maħsub biex jintuża ġewwa u fi kmamar għandu jkollhom imwaħħal magħhom apparat speċjali li jevita l-akkumulazzjoni perikoluża ta’ gass mhux maħruq f’dawk il-postijiet jew kmamar.

It-tagħmirli ma jkollux dak l-apparat għandu jintuża biss f’żoni fejn hemm biżżejjed ventilazzjoni biex ma jkunx hemm akkumulazzjoni perikoluża ta’ gass mhux maħruq.

L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw fit-territorju tagħhom kundizzjonijiet ta’ spazju biżżejjed għall-ventilazzjoni għall-istallazzjoni tat-tagħmirbħal dan, billi jitqiesu l-karatteristiċi marbuta miegħu.

It-tagħmirgħal kċejjen kbar u t-tagħmir imħaddem bil-gass li jkun fih komponenti tossiċi għandu jkollu l-apparat imsemmi qabel.

3.3.   Meta jinxtegħel

It-tagħmir għandu jkun magħmul b’tali mod, li meta użat b’mod normali:

jinxtegħel u jerġa' jinxtegħel malajr,

ikun żgurat li jinxtegħlu kollha.

3.4.   Kombustjoni

3.4.1.

It-tagħmir għandu jkun magħmul b’tali mod, li meta użat b’mod normali, l-istabbilità tal-fjamma tkun żgurata u l-prodotti ta’ kombustjoni ma jkunx fihom konċentrazzjonijiet mhux aċċettati li huma ta’ ħsara għas-saħħa.

3.4.2.

It-tagħmir għandu jkun magħmul b’tali mod li, meta jintuża b’mod normali, ma jkunx hemm ħruġ aċċidentali tal-prodotti ta’ kombustjoni.

3.4.3.

It-tagħmir ikkonnettjat ma’ pajp biex toħroġ il-kombustjoni ta’ prodotti għandu jkun magħmul b’tali mod li f’kundizzjonijiet ta’ kurrent mhux normali ma jkunx hemm ħruġ tal-prodotti ta’ kombustjoni f’ammont perikoluż fil-kamra konċernata.

3.4.4.

It-tagħmir domestiku indipendenti li jsaħħan li m’għandux pajp għad-duħħan u heaters ta’ l-ilma li jsaħħnu mill-ewwel li m’għandhomx pajp ma jridux joħolqu, fil-kamra jew fl-ispazju fejn ikunu, konċentrazzjoni ta’ monosssidu tal-karbonju li tista’ toħloq perikolu għal saħħet in-nies li jkunu esposti, billi jitqies it-tul prevedibbli ta’ kemm idumu esposti.

3.5.   Użu bis-sens ta’ l-enerġija

It-tagħmirgħandu jkun magħmul b’tali mod li jiżgura l-użu bis-sens ta’ l-enerġija, u jirrifletti l-kwalità u jqisu l-aspetti ta’ sigurtà.

3.6.   Temperaturi

3.6.1.

Partijiet ta’ tagħmir li huma maħsuba biex jitqiegħdu qrib l-art jew xi wċuh ma jridux jilħqu temperaturi li jkunu ta’ perikolu fiż-żona tal-madwar.

3.6.2.

It-temperatura tal-wiċċ tal-pumijiet u tal-lievi tat-tagħmir maħsuba biex jintmessu ma jridux ikunu ta’ perikolu għal min jużahom.

3.6.3.

It-temperaturi tal-wiċċ tal-partijiet esterni tat-tagħmir maħsuba għall-użu domestiku, ħlief għall-uċuh jew il-partijiet li huma assoċjati mat-tfigħ ta’ sħana, meta jaħdmu ma jridux ikunu ta’ perikolu għal min jużahom u b’mod partikulari għat-tfal, li għalihom għandu jitqies iż-żmien ta’ reazzjoni.

3.7.   Oġġetti ta’ l-ikel u ilma użati għal finijiet sanitarji

Bla ħsara għar-regoli tal-Komunità f'dan il-qasam, materjal u komponenti użati fil-bini ta’ tagħmir, li jistgħu jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel jew ilma użati għal finijiet sanitarji, m’għandhomx itellfu l-kwalità tagħhom.


(1)  ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10.


ANNESS II

IL-PROĊEDURA GĦAL ĊERTIFIKAZZJONI TA’ KONFORMITÀ

1.   L-EŻAMI TAT-TIP TAL-KE

1.1.   L-eżami tat-tip tal-KE huwa dik il-parti tal-proċedura li biha l-korp notifikat jivverifika u jiċċertifika li tagħmir, rappreżentattiv tal-produzzjoni maħsuba, jilħaq id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jgħoddu għalih.

1.2.   L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip għandha ssir mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità b’korp wieħed notifikat.

1.2.1.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni ssir mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu,

dikjarazzjoni miktuba li l-applikazzjoni ma saritx ma’ xi korp ieħor notifikat,

id-dokumentazzjoni tad-disinn, kif deskritt fl-Anness IV.

1.2.2.

Il-manifattur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korp notifikat it-tagħmir, rappreżentattiv tal-produzzjoni maħsuba, minn hawn ‘il quddiem magħrufa bħala “tip”. Il-korp notifikat jista’ jitlob iktar kampjuni tat-tip jekk ikun meħtieġ għall-programm tat-test.

It-tip jista’ wkoll ikopri varjazzjonijiet tal-prodott dejjem jekk dawk il-varjazzjonijiet ma jkollhomx karatteristiċi differenti fejn jidħlu t-tipi ta’ riskju.

1.3.   Il-korp notifikat għandu:

1.3.1.

jeżamina d-dokumentazzjoni ta’ disinn u jivverifika li t-tip kien manifatturat f’konformità mad-dokumentazzjoni tad-disinn u jidentifika l-elementi li kienu ddisinjati fi qbil mad-dispożizzjonijiet applikabbli tan-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5 u l-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva;

1.3.2.

jagħmel, jew ikun għamel, l-eżamijiet xierqa u/jew it-testijiet biex ikun verifikat jekk is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jissodisfawx il-ħtiġijiet essenzjali fejn in-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5 ma jkunux ġew applikati;

1.3.3.

jagħmel, jew ikun għamel, l-eżamijiet xierqa u/jew it-testijiet biex ikun verifikat jekk in-normi applikabbli kienux applikati b’mod effettiv meta l-manifattur ikun għażel li jagħmel hekk, b’hekk jiżgura konformità mal-ħtiġijiet essenzjali.

1.4.   F’każ li t-tip jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih ir-riżultat ta’ l-eżami, il-kundizzjonijiet, jekk hemm, għall-validità tiegħu u l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat u, jekk relevanti, deskrizzjonijiet tal-ħidma tiegħu. Elementi tekniċi relevanti bħal tpinġijiet u disinji għandhom ikunu annessi maċ-ċertifikat.

1.5   Il-korp notifikat għandu jgħarraf lill-korpi l-oħra notifikati mill-ewwel bil-ħruġ taċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tipu xi żidiet mat-tip imsemmi kif għalih jirreferi l-punt 1.7. Huma jistgħu jiksbu kopja taċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u/jew iż-żidiet tiegħu u wara talba raġjonevoli jistgħu jiksbu kopja ta’ l-Annessi taċ-ċertifikat u r-rapporti dwar l-eżamijiet u t-testijiet li saru.

1.6.   Korp notifikat li ma jaċċettax li joħroġ jew jirtira ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip għandu jgħarraf lill-Istat Membru li notifikah u lill-korpi l-oħra notifikati b’dan, u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

1.7.   L-applikant għandu jgħarraf lill-korp notifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip dwar il-modifiki kollha li saru lit-tip approvat li jistgħu jaffettwaw il-konformità mal-ħtiġijiet essenzjali.

Modifiki għat-tip approvat għandu jkollhom approvazzjoni addizzjonali mill-korp notifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip fejn bidliet bħal dawn jaffettwaw konformità mal-ħtiġijiet essenzjali jew il-kundizzjonijiet preskritti għall-użu tat-tagħmir. Din l-approvazzjoni miżjuda għandha tingħata fil-forma ta’ żieda maċ-ċertifikat oriġinali tal-KE ta’ l-eżami tat-tip.

2.   DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MAT-TIP KE

2.1.

Id-dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip hi dik il-parti tal-proċedura li biha l-manifattur jiddikjara li t-tagħmir ikkonċernat huwa f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u jissodisfa l-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva li jgħoddu għalih. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull tagħmir u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tista’ tkopri waħda jew aktar mit-tagħmir u għandha tinżamm mill-manifattur. L-immarkar CE għandu jiġi akkumpanjat min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp responsabbli għall-investigazzjonijiet b’mod każwali stabbiliti fil-punt 2.3.

2.2.

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-proċess ta’ manifattur, inklużi l-ispezzjoni u l-ittestjar tal-prodott finali, iwassal għall-omoġenjità tal-produzzjoni u konformità tat-tagħmir mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva li tgħodd għalihom. Korp notifikat, magħżul mill-manifattur, għandu jagħmel spezzjonijiet kif ġie ġie fuq it-tagħmir imfisser fil-punt 2.3.

2.3.

Spezzjonijiet ta’ tagħmir fil-post għandhom isiru fuq bażi każwali mill-korp notifikat f’intervalli ta’ sena jew inqas. Għadd biżżejjed ta’ tagħmir għandu jiġi eżaminat u għandhom jsiru testijiet xierqa kif imfisser fin-normi applikabbli li għalihom jirreferi l-Artikolu 5 jew għandhom jsiru testijiet ekwivalenti biex jiżguraw konformità mal-ħtiġijiet essenzjali korrispondenti ta’ din id-Direttiva. Il-korp notifikat għandu f’kull każ jiddeċiedi jekk dawn it-testijiet jeħtiġux isiru kollha jew parti minnhom. Meta waħda jew aktar mit-tagħmir ma jkunux aċċettati, il-korp notifikat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex ma jsirx bejgħ tagħhom.

3.   DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MAT-TIP KE (garanzija tal-kwalità tal-produzzjoni)

3.1.

Id-dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip (garanzija tal-produzzjoni ta’ kwalità) hi dik il-proċedura li biha manifattur li jissodisfa l-obbligi tiegħu fil-punt 3.2 jiddikjara li t-tagħmir ikkonċernat huwa f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u jissodisfa l-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalih. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull prodott u jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. Din id-dikjarazzjoni ta’ konformità tista’ tkopri waħda jew aktar mit-tagħmir u għandha tinżamm mill-manifattur. L-immarkar CE għandu jiġi akkumpanjat min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għas-sorveljanza tal-KE.

3.2.

Il-manifattur għandu japplika sistema ta’ kwalità li tiżgura konformità tat-tagħmir mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u mal-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva li jgħoddu għalih. Il-manifattur ikun soġġett għal sorveljanza KE kif speċifikat fil-punt 3.4.

3.3.   Sistema ta’ kwalità

3.3.1.

Il-manifattur għandu jitfa’ applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità għand il-korp notifikat tal-għażla tiegħu għat-tagħmir imsemmi.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

rabta biex iwettaq l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta’ kwalità kif approvata,

rabta biex iżomm is-sistema ta’ kwalità approvata biex jiżgura li tibqa’ tixraq u tkun effettiva,

dokumentazzjoni marbuta mat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip.

3.3.2.

L-elementi kollha, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u loġiku fil-forma ta’ miżuri, proċeduri u struzzjonijiet miktuba. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tagħti lok għal interpretazzjoni uniformi tal-programmi ta’ kwalità, pjanijiet, manwali u reġistri. Hija għandu jkun fiha, b’mod partikulari, deskrizzjoni adegwata ta’:

il-miri kwalitattivi, l-istruttura organizzattiva u r-responsabbiltajiet ta’ tmexxija u tal-poteri tagħhom rigward il-kwalità tat-tagħmir,

il-proċessi ta’ manifattura, kontroll tal-kwalità u tekniċi ta’ garanzija ta’ kwalità u azzjonijiet sistematiċi li ser jintużaw,

l-eżamijiet u t-testijiet li se jsiru qabel, matul u wara l-manifattura u l-frekwenza li biha se jsiru,

il-metodu ta’ kif tintlaħaq is-sorveljanza tal-kwalità meħtieġa tat-tagħmir u t-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.3.

Il-korp notifikat għandu jeżamina u jevalwa s-sistema ta’ kwalità biex jiddeċiedi jekk tissodisfax il-ħtiġijiet li għaliha jirreferi l-punt 3.3.2. Huwa se jippresumi konformità ma’ dawn il-ħtiġijiet fejn jidħlu sistemi ta’ kwalità li jimplimentaw in-norma armonizzata korrispondenti.

Hu għandu jgħarraf id-deċiżjoni tiegħu lill-manifattur u jinforma lill-korpi l-oħra notifikati dwarha. In-notifika lill-manifattur għandu jkun fiha r-riżultati ta’ l-eżami, l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat u d-deċiżjoni raġjonevoli ta’ evalwazzjoni fil-każ tat-tagħmir ikkonċernat.

3.3.4.

Il-manifattur għandu jżomm mgħarraf lill-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità dwar l-aġġornament tas-sistema ta’ kwalità fejn jidħlu bidliet miġjuba minn, per eżempju, teknoloġiji ġodda u kunċetti ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jeżamina l-modifiki proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità modifikata taqbilx mad-dispożizzjonijiet relevanti jew jekk hemmx bżonn li terġa’ tkun evalwata. Hu għandu jgħarraf lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha r-riżultati ta’ l-ispezzjoni u d-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni raġjonata.

3.3.5.

Korp notifikat li jirtira l-approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandu jgħarraf lill-korpi l-oħra notifikati, u jagħti raġunijiet għad-deċiżjoni.

3.4.   Sorveljanza KE

3.4.1.

L-iskop tas-sorveljanza KE huwa biex ikun żgurat li l-manifattur jaqdi sew l-obbligi li ġġib magħha s-sistema ta’ kwalità approvata.

3.4.2.

Il-manifattur għandu jippermetti lill-korp notifikat biex jagħmel spezzjonijiet fil-post tal-manifattura, spezzjonar, ittestjar u ħażna u għandu jagħtih l-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikulari:

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

ir-reġistri ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjonijiet u nformazzjoni dwar testijiet, informazzjoni kalibrata, rapporti dwar kwalifiki ta’ l-impjegati konċernati.

3.4.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel spezzjoni ta’ l-inqas darba kull sentejn biex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema approvata ta’ kwalità u għandu jagħti rapport ta’ l-ispezzjoni lill-manifattur.

3.4.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mingħajr avviż għand il-manifattur. Waqt dawn iż-żjarat, il-korp notifikat jista’ jagħmel it-testijiet fuq tagħmir jew iġiegħelhom isiru. Hu għandu jagħti lill-manifattur rapport ta’ l-ispezzjoni u, jekk jixraq, rapport tat-test.

3.4.5.

Il-manifattur jista’ jekk jintalab, jagħti r-rapport tal-korp notifikat.

4.   DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAT-TIP KE (garanzija ta’ kwalità tal-prodott)

4.1.   Id-dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip KE (garanzija tal-kwalità tal-prodott) hi dik il-parti tal-proċedura li biha l-manifattur li jissodisfa l-obbligi tiegħu fil-punt 4.2 jiddikjara li t-tagħmir ikkonċernat huwa f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u jissodisfa l-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva li jgħoddu għalih. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull prodott u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. Din id-dikjarazzjoni tista’ tkopri waħda jew aktar mit-tagħmir u għandha tinżamm mill-manifattur. L-immarkar CE għandu jkun akkumpanjat min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għas-sorveljanza tal-KE.

4.2.   Il-manifattur għandu japplika sistema ta’ kwalità approvata għall-ispezzjoni finali tat-tagħmir u t-testijiet, kif speċifikat fil-punt 4.3, u jkun soġġett għal sorveljanza KE kif speċifikat fil-punt 4.4.

4.3.   Sistema ta’ kwalità

4.3.1.

Skond din il-proċedura, il-manifattur għandu jitfa’ applikazzjoni għal approvazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità għand il-korp notifikat tal-għażla tiegħu għat-tagħmir imsemmi.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

rabta biex iwettaq l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta’ kwalità kif approvata,

rabta biex iżomm is-sistema ta’ kwalità approvata biex jiżgura li tibqa’ tixraq u tkun effettiva,

id-dokumentazzjoni marbuta mat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip.

4.3.2.

Bħala parti mis-sistema ta’ kwalità, kull tagħmir għandu jkun eżaminat u għandhom jitwettqu testijiet xierqa kif stabbiliti fin-norma (normi) applikabbli msemmija fl-Artikolu 5 jew testijiet ekwivalenti biex jivverifikaw il-konformità tiegħu mal-ħtiġijiet essenzjali marbuta miegħu msemmija f’din id-Direttiva.

L-elementi kollha, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u loġiku fil-forma ta’ miżuri, proċeduri u struzzjonijiet miktuba. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tagħti lok għal interpretazzjoni uniformi tal-programmi ta’ kwalità, pjanijiet, manwali u reġistri.

Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandu jkun fiha, b’mod partikulari, deskrizzjoni adegwata ta’:

il-miri kwalitattivi, l-istruttura organizzattiva u r-responsabbiltajiet tat-tmexxija u tal-poteri tiegħu rigward il-kwalità tat-tagħmir,

l-ispezzjonijiet u t-testijiet għandhom jsiru wara l-manifattura,

il-metodu ta’ kif tkun ivverifikata l-ħidma effettiva tas-sistema ta’ kwalità.

4.3.3.

Il-korp notifikat għandu jeżamina u jevalwa s-sistema ta’ kwalità biex jiddeċiedi jekk tissodisfax il-ħtiġijiet li għalihom jirreferi l-punt 4.3.2. Huwa se jippresumi konformità ma’ dawn il-ħtiġijiet fejn jidħlu sistemi ta’ kwalità li jimplimentaw n-norma armonizzata korrispondenti. Hu għandu jgħarraf id-deċiżjoni tiegħu lill-manifattur u jinforma lill-korpi l-oħra notifikati dwarha. In-notifika lill-manifattur għandu jkun fiha r-riżultati ta’ l-eżami, l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat u d-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni raġjonata fil-każ tat-tagħmir ikkonċernat.

4.3.4.

Il-manifattur għandu jżomm mgħarraf lill-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità dwar xi tibdil fis-sistema ta’ kwalità miġjub minn, per eżempju, teknoloġiji ġodda u kunċetti ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jeżamina l-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità emendata tissodisfax id-dispożizzjonijiet relevanti jew jekk hemmx bżonn li terġa’ tkun evalwata. Hu għandu jgħarraf lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha r-riżultati ta’ l-ispezzjoni u d-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni raġjonata.

4.3.5.

Korp notifikat li jirtira l-approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandu jgħarraf lill-korpi l-oħra notifikati li għamel hekk, u jagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

4.4.   Sorveljanza KE

4.4.1.

L-iskop tas-sorveljanza KE huwa biex ikun żgurat li l-manifattur jissodisfa sew l-obbligi li ġġib magħha s-sistema ta’ kwalità approvata.

4.4.2.

Il-manifattur għandu jagħti aċċess lill-korp notifikat biex jagħmel spezzjonijiet fil-post ta’ l-ispezzjoni, ittestjar u ħażna u għandu jagħtih l-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikulari:

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

il-files tal-kwalità bħal rapporti ta’ spezzjonijiet u informazzjoni dwar testijiet, informazzjoni kalibrata, rapporti dwar il-kwalifiki ta’ l-impjegati konċernati.

4.4.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel spezzjoni ta’ l-inqas darba kull sentejn biex jiżgura li l-manifattur qed iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità approvata u għandu jagħti rapport ta’ l-ispezzjoni lill-manifattur.

4.4.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mingħajr avviż għand il-manifattur. Waqt dawn iż-żjarat, il-korp notifikat jista’ jagħmel testijiet fuq it-tagħmir jew iġiegħelhom isiru. Hu għandu jagħti lill-manifattur rapport ta’ l-ispezzjoni u, jekk jixraq, rapport tat-test.

4.4.5.

Il-manifattur jista’, jekk jintalab, jagħti r-rapport tal-korp notifikat.

5.   VERIFIKA TAL-KE

5.1.   Il-verifika tal-KE hija l-proċedura li biha manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità jiżgura u jiddikjara li t-tagħmir soġġett għad-disposizzjonijeit tal-punt 3 huwa f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE u jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih.

5.2.   Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura jiżgura l-konformità tat-tagħmir mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE u mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalih. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull prodott u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. Id-dikjarazzjoni tista’ tkopri tagħmir wieħed jew akar identifikat u għandha tinżamm mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fi ħdan il-Komunità.

5.3.   Il-korp notifikat għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa sabiex jikkontrolla l-konformità tat-tagħmir mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva permezz ta’ eżami u ttestjar ta’ kull tagħmir, kif speċifikat fil-punt 5.4 jew permezz ta’ eżami u ttestjar tat-tagħmir fuq bażi ta’ statistika, kif speċifikat fil-punt 5.5, skond l-għażla tal-manifattur.

5.4.   Verifika permezz ta’ kontroll u ttestjar ta’ kull tagħmir

5.4.1.

It-tagħmir kollu għandu jiġi eżaminat individwalment u għandhom isiru testijiet xierqa, kif stabbilit fl-istandard(s) relevanti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, jew testijiet ekwivalenti, sabiex tiġi vverifikata l-konformità tiegħu mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE u l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalih.

5.4.2.

Il-korp notifikat għandu jwaħħal, jew jikkawża t-twaħħil ta’, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu fuq kull prodott u għandu jifformola ċertifikat ta’ konformità bil-miktub dwar it-testijiet imwettqa. Iċ-ċertifikat ta’ konformità jista’ jkopri tagħmir wieħed jew aktar.

5.4.3.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiżgura li jkun jista’ jissupplixxi ċ-ċertifikati ta’ konformità tal-korp notifikat meta mitluba.

5.5.   Verifika statistika

5.5.1.

Il-manifatturi għandhom jippreżentaw it-tagħmir immanifatturat fil-forma ta’ lottijiet uniformi u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex il-proċess ta’ manifattura jiżgura l-uniformità ta’ kull lott prodott.

5.5.2.

Il-kontroll statistiku huwa kif ġej:

It-tagħmir huwa soġġett għal kontroll statistiku skond l-attribwiti. Għandhom jiġu miġbura f’lottijiet li jingħarfu li jikkonsistu f’unitajiet ta’ mudell wieħed immanifatturat taħt l-istess kondizzjonijiet. Lott jiġi eżaminat f’intervalli każwali. It-tagħmir li jikkostitwixxi kampjun jiġi eżaminat individwalment u għandhom jiġu mwettqa testijiet xierqa jew testijiet ekwivalenti, kif stabbilit fl-istandard(s) rispettivi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, sabiex jiġi determinat jekk il-lott għandux jiġi aċċettat jew imwarrab.

Għandha tiġi applikata sistema ta’ teħid ta’ kampjuni bil-karatteristiċi li ġejjin:

livell ta’ kwalità li jikkorrispondi għal probabilità ta’ aċċettazzjoni ta’ 95 %, b’persentaġġ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ bejn 0,5 u 1,5 %,

limitu ta’ kwalità li jikkorrespondi għal probabilità ta’ aċċettazzjoni ta’ 5 %, b’persentaġġ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ bejn 5 u 10 %,

5.5.3.

Fejn jiġu aċċettati lottijiet, il-korp notifikat għandu jwaħħal, jew jikkawża t-twaħħil ta’, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu fuq kull prodott u għandu jifformola ċertifikat ta’ konformità bil-miktub li jirrelata mat-testijiet imwettqa. It-tagħmir kollu fil-lott jista' jitqiegħed fis-suq għajr dawk il-prodotti mill-kampjun li nstabu li ma kinux f’konformità.

Fejn lott jiġi rifjutat, il-korp notifikat għandu jieħu miżuri xierqa sabiex jimpedixxi t-tqegħid fuq is-suq ta’ dak il-lott. Fl-eventwalita ta’ rifjut frekwenti ta’ lottijiet il-korp notifikat jista’ jissospendi l-verifika statistika.

Il-manifattur jista’, taħt ir-responsabbilità tal-korp notifikat, iwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan ta’ l-aħħar waqt il-proċess ta’ manifattura.

5.5.4.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiżgura li jkun jistà jissupplixxi ċ-ċertifikati ta’ konformità tal-korp notifikat fuq talba.

6.   VERIFIKA TA’ L-UNITÀ TAL-KE

6.1.

Il-verifika ta’ l-unità tal-KE hija l-proċedura li biha l-manifattur jew r-rappreżenant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità jiżgura u jiddikkjara li t-tagħmir ikonċernat, li ġie fornut biċ-ċertifikat li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalih. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jwaħħal l-immarkar CE mat-tagħmir u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub li huwa għandu jżomm.

6.2.

Il-korp notifikat għandu jeżamina t-tagħmir u jesegwixxi t-testijiet xierqa, jinnota d-dokumentazzjoni tad-disinn sabiex jiżgura l-konformità tiegħu mal-ħtiġiet essenzjali ta’ din id-Direttiva.

Il-korp notifikat għandu jwaħħal, jew jikkawża t-twaħħil ta’, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu mat-tagħmir approvat u għandu jifformola ċertifikat ta’ konformità bil-miktub konċernat mat-testijiet imwettqa.

6.3.

L-għan tad-dokumentazzjoni teknika relatata mad-disinn tat-tagħmir, kif hemm referenza għalih fl-Anness IV, huwa li jippermetti li tiġi stmata l-konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u sabiex jiġu mifhuma d-disinn, manifattura u operazzjoni tat-tagħmir.

Id-dokumentazzjoni tad-disinn li hemm referenza għaliha fl-Anness IV għandha tkun disponibbli lill-korp notifikat.

6.4.

Jekk il-korp notifikat iħoss li huma meħtieġa, l-eżamijiet u t-testijiet jistgħu jsiru wara l-istallazzjoni tat-tagħmir.

6.5.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiżgura li jkun jista’ jissupplixxi ċ-ċertifikati ta’ konformità tal-korp notifikat meta mitluba.


ANNESS III

IMMARKAR CE U ISKRIZZJONIJIET

1.

L-immarkar CE huwa magħmul mill-inizjali “CE” kif muri hawn taħt:

Image

L-immarkar KE għandu jiġi segwit min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni.

2.

It-tagħmir jew il-pjanċa tad-data tiegħu għandu jkollu l-immarkar CE flimkien ma’ l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

l-isem tal-manifattur jew is-simbolu ta’ identifikazzjoni,

l-isem tad-ditta tat-tagħmir,

it-tip ta’ provvista ta’ l-elettriku użat, jekk applikabbli,

il-kategorija tat-tagħmir,

l-aħħar żewġ figuri tas-sena li fiha twaħħal l-immarkar CE.

L-informazzjoni meħtieġa għall-għanijiet ta’ installazzjoni tista’ tiġi miżjuda skond in-natura tat-tagħmir.

3.

Jekk il-marka CE tiġi mċekkna jew imkabbra, il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn gradwat ta’ hawn fuq għandhom jiġu rispettati.

Il-komponenti varji ta’ l-immarkar CE għandu jkollhom sostanzjalment l-istess dimensjoni vertikali li ma tistax tkun anqas minn 5 mm.


ANNESS IV

DOKUMENTAZZJONI TAD-DISINN

Id-dokumentazzjoni tad-disinn għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja, sakemm ikun meħtieġ mill-korp notifikat għal evalwazzjoni:

deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir,

disinni ta’ kunċett u tpinġijiet ta’ manifattura u disinji ta’ komponenti, sub-assemblies, ċirkwiti,

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex jinftiehem dan ta’ hawn fuq, inkluż it-tħaddim tat-tagħmir,

lista tan-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5, applikati kollha jew parti minnhom, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu l-ħtiġijiet essenzjali fejn in-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5 ma jkunux ġew applikati,

rapporti tat-test,

manwali għall-istallazzjoni u għall-użu.

Fejn jixraq, id-dokumentazzjoni tad-disinn għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

attestati marbuta ma’ l-apparat inkorporat fit-tagħmir,

attestati u ċertifikati marbuta mal-metodi ta’ manifattura u/jew spezzjoni u/jew sorveljanza tat-tagħmir,

xi dokument ieħor li jgħin lill-korp notifikat biex itejjeb l-evalwazzjoni tiegħu.


ANNESS V

KRITERJI MINIMI GĦALL-EVALWAZZJONI TA’ KORPI NOTIFIKATI

Il-korpi notifikati nnominati mill-Istati Membri għandhom jilħqu l-kundizzjonijiet minimi li ġejjin:

disponibbiltà ta’ persuni u tal-mezzi u l-apparat meħtieġ;

kompetenza teknika u integrità professjonali tal-persuni;

indipendenza, biex isiru t-testijiet, jitħejjew rapporti, jinħarġu ċertifikati u ssir is-sorveljanza li għaliha hemm dispożizzjoni f’din id-Direttiva, ta’ uffiċjali tat-tmexxija u tekniċi fir-rigward taċ-ċrieki kollha, il-gruppi jew in-nies direttament jew indirettament marbuta mal-qasam tat-tagħmir,

żamma tas-sigriet professjonali mill-impjegati,

pussess tal-liċenzja ta’ responsabbiltà ċivili sakemm dik ir-responsabbiltà ma tkunx koperta mill-Istat skond il-liġi nazzjonali.

It-twettiq tal-kundizzjonijiet fl-ewwel żewġ inċiżi għandu jkun perjodikament verifikat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jew tal-korpi nominati mill-Istati Membri.


ANNESS VI

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emenda tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 14)

Direttiva tal-Kunsill 90/396/KEE

(ĠU L 196, 26.7.1990, p. 15)

 

Direttiva tal-Kunsill 93/68/KEE

(ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1)

Artikolu 10 biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 14)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

90/396/KEE

30 ta’ Ġunju 1991

1 ta’ Jannar 1992

93/68/KEE

30 ta’ Ġunju 1994

1 ta’ Jannar 1995


ANNESS VII

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 90/396/EEC

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1), kliem introduttorju

Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(1), l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 1(2)(a) u (b)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2)(d)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(3)

Artikolus 2(1)

Artikolus 2(1)

Artikolu 2(2), l-ewwel u t-tieni sentenzi

Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(2), it-tielet sentenza

Artikolu 2(2), it-tieni subpargrafu

Artikoli 3 u 4

Artikoli 3 u 4

Artikolu 5(1)(a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(1)(a)

Artiklu 5(1)(a), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 5(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(2), it-tielet sentenza

Artikolu 5 (2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 6(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(2), it-tieni sentenza

Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(2), it-tielet sentenza

Artikolu 6(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8(1)(a)

Artikolu 8(1)(a)

Artikolu 8(1)(b), kliem tal-bidu

Artikolu 8(1)(b), kliem tal-bidu

Artikolu 8(1)(b), l-ewwel sar-raba' inċiż

Artikolu 8(1)(b)(i) sa (iv)

Artikolu 8(2) u (3)

Artikolu 8(2) u (3)

Artikolu 8(4), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 8(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(4), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 8(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 8(5)(a)

Artikolu 8(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(5)(b)

Artikolu 8(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(6)

Artikolu 8(6)

Artikoli 9 sa 12

Artikoli 9 sa 12

Artikolu 13

Artikolu 14(1) u (2)

Artikolu 14(3)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Annessi I sa V

Annessi I sa V

Anness VI

Anness VII


Top