EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0106

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/106/KE tal- 14 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman

OJ L 212, 15.8.2009, p. 42–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 037 P. 77 - 79

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/106/oj

15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/42


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/106/KE

tal-14 ta’ Awwissu 2009

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha.

Billi:

(1)

Sabiex jitjieb il-moviment ħieles tal-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili fi ħdan il-Komunità, id-Direttiva 2001/112/KE stipulat dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-produzzjoni, il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-prodotti kkonċernati. Dawk ir-regoli għandhom jiġu adattati għal progress tekniku u għandhom jieħdu inkonsiderazzjoni l-iżvillupi fi standards internazzjonali rilevanti, partikolarment l-Istandards Codex għal meraq tal-frott u nektars (Codex Stan 247-2005) li ġie adottat mill-Kummissjoni Codex Alimentarius waqt it-tmienja u għoxrin sessjoni tagħha tal-4 – 9 ta’ Lulju 2005 u l-Kodiċi ta’ Prattika tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-meraq tal-frott (European Fruit juice Association (AIJN)).

(2)

L-Istandard tal-Codex jistabbilixxi b’mod partikolari fatturi tal-kwalità u rekwiżiti tat-tikettar għal meraq tal-frott u prodotti simili. Il-kodiċi ta’ prattika tal-AIJN jistabbilixxi ukoll il-fatturi tal-kwalità għal meraq tal-frott minn konċentrat u jintuża internazzjonalment bħala standard ta’ referenza għall-awtoregolamentazzjoni fl-industrija tal-meraq tal-frott. Id-Direttiva 2001/112/KE għandha tiġi kkonformata ma’ dawn l-istandards, safejn huwa possibbli.

(3)

Dan l-Istandard tal-Codex jistipula li prodott magħmul mir-rikostituzzjoni tal-konċentrat tal-meraq tal-frott huwa deskritt bħala “meraq tal-frott minn konċentrat”. Ir-rekwiżit tat-tikkettar korrispondenti f’livell tal-Komunità għandu jagħmel użu ukoll minn termini li huma rikonoxxuti internazzjonalment. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fit-tikkettar fl-Istati Membri kollha, il-verżjonijiet lingwistiċi għandhom jiġu modifikati kif meħtieġ biex tinżamm konformità mal-kliem użat fil-Codex.

(4)

L-Istandard tal-Codex u l-kodiċi ta’ prattika tal-AIJN jistabbilixxu valuri minimi ta’ gradazzjoni Brix għal lista ta’ meraq tal-frott minn konċentrat; minħabba li dawn il-valuri jiffaċilitaw l-ittestjar għar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità, huma għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni fil-każijiet fejn ikunu jikkorrispondu mal-valuri ta’ referenza li jintużaw fil-Komunità.

(5)

Id-Direttiva 2001/112/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2001/112/KE qed tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 6, il kliem “magħmul b’konċentrat(i)” u “magħmul parzjalment b’konċentrat(i)”, għandhom jinbidlu bil-kliem “minn konċentrat(i)” u “parzjalment minn konċentrat(i)” rispettivament.

(2)

Fl-Anness I fit-Taqsima I, (Definizzjonijet) paragrafu 1, punt (b), it-tieni inċiż jibidel b’dan li ġej:

“Il-karatteristiċi organolettiċi u analitiċi tal-prodotti miksuba b’dan il-mod għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk ta’ meraq ta’ tip medju miksub minn frott tal-istess tip fi ħdan it-tifsira tal-punt (a). Il-livelli Brix minimi għal meraq tal-frott mill-konċentrat huma indikati fl-Anness V.”

(3)

Għandu jiżdied l-Anness V, kif ġie stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Sal-1 ta’ Jannar 2011, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b’din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodi ta’ kif għandha ssir din ir-riferenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 58.


ANNESS

“ANNESS V

Isem Komuni tal-Frotta

Isem botaniku

Valuri minimi tal-grad Brix għal meraq tal-frott rikostitwit minn puré tal-frott

Tuffieħ (*)

Malus domestica Borkh.

11,2

Berquq (**)

Prunus armeniaca L.

11,2

Banana (**)

Musa sp.

21,0

Ribes (*)

Ribes nigrum L.

11,6

Għeneb (*)

Vitis vinifera L. or hybrids thereof

Vitis labrusca L. jew ibridi tiegħu

15,9

Grejpfrut (*)

Citrus x paradise Macfad.

10,0

Gwava (**)

Psidium guajava L.

9,5

Lumi (*)

Citrus limon (L.) Burm.f.

8,0

Mango (**)

Mangifera indica L.

15,0

Larinġ (*)

Citrus sinensis (L.) Osbeck

11,2

Passion Fruit (*)

Passiflora edulis Sims

13,5

Ħawħ (**)

Prunus persica (L.) Batsch var. persica

10,0

Lanġas (**)

Pyrus communis L.

11,9

Ananas (*)

Ananas comosus (L.) Merr.

12,8

Lampun (*)

Rubus idaeus L.

7,0

Ċirasa Qarsa (*)

Prunus cerasus L.

13,5

Frawli (*)

Fragaria x ananassa Duch.

7,0

Mandolin (*)

Citrus reticulata Blanco

11,2

Jekk xi meraq minn konċentrat jiġi mmanifatturat minn xi frotta li mhix imsemmija fil-lista ta’ hawn fuq, il-livell minimu Brix tal-meraq rikostitwit għandu jkun l-istess bħal-livell Brix tal-meraq kif estratt mill-meraq użat biex isir il-konċentrat.

Għal dawk il-prodotti mmarkati b’asterisk (*) li jiġu prodotti bħala meraq, tiġi ddeterminata d-densità relattiva minima tal-meraq f’temperatura ta’ 20 °C mal-ilma f’temperatura ta’ 20 °C.

Għal dawk il-prodotti mmarkati b’żewġ asterisks (**), li jiġu prodotti bħala puré, jiġi ddeterminat biss qari Brix minimu li ma jkunx ikkorreġut (mingħajr korrezzjoni bl-aċidu).

Fil-każ tar-ribes, gwava, mango u passion fruit, il-valuri minimi tal-grad Brix japplikaw biss għal meraq tal-frott rikostitwit u puré tal-frott rikostitwit prodotti fil-Komunità.”


Top