EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0048

Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 170, 30.6.2009, p. 1–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 055 P. 213 - 249

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 05/12/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/48/oj

30.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/1


DIRETTIVA 2009/48/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ġunju 2009

dwar is-sikurezza tal-ġugarelli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE tat-3 ta’ Mejju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-sikurezza tal-ġugarelli (3) ġiet adottata fil-kuntest tat-twaqqif tas-suq intern sabiex jiġu armonizzati l-livelli ta’ sikurezza tal-ġugarelli fl-Istati Membri u biex jitneħħew l-ostakli għall-kummerċ fil-ġugarelli bejn l-Istati Membri.

(2)

Id-Direttiva 88/378/KEE hija bbażata fuq il-prinċipji tal-Approċċ il-Ġdid, kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għall-armonizzazzjoni u l-istandards tekniċi (4). Għalhekk, din tistipula biss ir-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza fir-rigward tal-ġugarelli, inklużi r-rekwiżiti partikulari tas-sikurezza rigward il-kwalitajiet fiżiċi u mekkaniċi, il-fjammabilità, il-propjetajiet kimiċi, il-propjetajiet elettriċi, l-iġjene u r-radjuattività. Għalhekk, tistipula biss ir-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza fir-rigward tal-ġugarelli, filwaqt li d-dettalji tekniċi huma adottati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elektroteknika (CENELEC) skont id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjeta’ Informatika (5). Il-konformità mal-istandards armonizzati stabbiliti b’dan il-mod, li n-numru ta’ referenza tagħhom jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tipprovdi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 88/378/KEE. L-esperjenza wriet li dawn il-prinċipji bażiċi ħadmu sewwa fis-settur tal-ġugarelli u għandhom jinżammu.

(3)

L-iżviluppi teknoloġiċi fis-suq tal-ġugarelli, madankollu, qajmu kwistjonijiet ġodda fir-rigward tas-sikurezza tal-ġugarelli u qajmu tħassib min-naħa tal-konsumaturi. Sabiex jitqiesu dawk l-iżviluppi u biex ikun hemm kjarifika fir-rigward tal-qafas li fih il-ġugarelli jkunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq, ċerti aspetti tad-Direttiva 88/378/KEE għandhom jiġu riveduti u mtejba u, fl-interessi taċ-ċarezza, dik id-Direttiva għandha tiġi sostitwita minn din id-Direttiva.

(4)

Il-ġugarelli huma wkoll is-suġġett tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti (6), li tapplika f’mod komplementarju għal leġiżlazzjoni settorjali speċifika.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għal akkreditazzjoni u sorveljanza tas-suq rigward il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti (7) jistipula dispożizzjonijiet orizzonati dwar l-akkreditazzjoni tal-korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità, dwar il-marka CE u dwar il-qafas Komunitarju għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli ta’ prodotti li jidħlu fis-suq Komunitarji, li huma wkoll applikabbli għas-settur tal-ġugarelli.

(6)

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti (8) tipprovdi prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza għall-iskopijiet ta’ leġiżlazzjoni bbażati fuq il-prinċipji tal-Approċċ il-Ġdid. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza ma’ leġiżlazzjoni settorjali oħra dwar il-prodotti, jixraq li ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu allinjati ma’ dik id-Deċiżjoni, sakemm l-ispeċifitajiet settorjali ma jirrikjedux soluzzjoni differenti. Għalhekk, ċerti definizzjonijiet, l-obbligi ġenerali għall-operaturi ekonomiċi, il-preżunzjoni tal-konformità, l-oġġezzjoni formali kontra standards armonizzati, ir-regoli għall-marki CE, ir-rekwiżiti għall-korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità u l-proċeduri ta’ notifika kif ukoll dispożizzjonijiet dwar proċeduri marbuta ma’ prodotti ta’ riskju għandhom jiġu allinjati ma’ dik id-Deċiżjoni.

(7)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-manifatturi u l-awtoritajiet nazzjonali, l-ambitu ta’ din id-Direttiva għandu jiġi ċċarat billi tiġi kkompletata l-lista ta’ prodotti li ma jaqgħux fl-ambitu tagħha, partikolarment fir-rigward ta’ ċerti prodotti ġodda, bħal videogames u periferali.

(8)

Jixraq li jkun hemm ċerti definizzjonijiet ġodda speċifiċi għas-settur tal-ġugarelli sabiex jiffaċilitaw il-fehim u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva.

(9)

Il-ġugarelli li jitqiegħdu fis-suq Komunitarju għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti, u l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-ġugarelli, fir-rigward tal-irwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku, bħas-saħħa u s-sikurezza u l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-ambjent, u biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq Komunitarju.

(10)

L-operaturi ekonomiċi kollha huma mistennija jaġixxu b’mod responsabbli u b’konformità sħiħa mar-rekwiżiti legali applikabbli meta jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli ġugarelli fis-suq.

(11)

L-operaturi ekonomiċi li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li b’kundizzjonijiet normali u bi previżjoni raġonevoli tal-użu, il-ġugarelli li jqiegħdu fis-suq ma jipperikolawx is-sikurezza u s-saħħa tat-tfal u li jagħmlu disponibbli fis-suq dawk il-ġugarelli biss li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti. Din id-Direttiva tipprovdi tqassim ċar u proporzjonat ta’ obbligi li jikkorrispondu mal-funzjoni ta’ kull operatur fil-proċess tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

(12)

Billi ċertu xogħol jista’ jsir mill-manifattur biss, jeħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-manifattur u l-operaturi iktar l isfel fil-katina ta’ distribuzzjoni. Jeħtieġ li jkun hemm ukoll distinzjoni ċara bejn l-importatur u d-distributur, billi l-importatur idaħħal ġugarelli minn pajjiżi terzi fis-suq Komunitarju. L-importatur, għalhekk, għandu jiżgura li dawk il-ġugarelli jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-Komunità.

(13)

Il-manifattur, li jkollu tagħrif dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jesegwixxi l-proċedura kollha tal-evalwazzjoni tal-konformità għall-ġugarelli. L-evalwazzjoni tal-konformità għandha, għalhekk, tibqa’ l-obbligu tal-manifattur biss.

(14)

Jeħtieġ li jiġi assigurat li l-ġugarelli minn pajjiżi terzi li jidħlu fil-Komunità jkunu konformi mar-rekwiżiti Komunitarji applikabbli, u b’mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta’ valutazzjoni adegwati fir-rigward ta’ dawk il-ġugarelli. Għalhekk, għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li l-ġugarelli li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli u biex dawn ma jqiegħdux fis-suq ġugarelli li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw xi riskju. Għall-istess raġuni, għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li jkunu saru l-proċeduri tal-evalwazzjoni tal-konformità u li l-marki u d-dokumentazzjoni magħmulin mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza.

(15)

Fejn id-distributur jagħmel ġugarell disponibbli fis-suq wara li l-ġugarell ikun tqiegħed fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, hu għandu jaġixxi bl-attenzjoni dovuta sabiex jassigura li t-trattament tal-ġugarelli min-naħa tiegħu ma jolqotx ħażin il-konformità tal-prodott. Kemm l-importaturi kif ukoll id-distributuri huma mistennija li jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli meta huma jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli ġugarelli fis-suq.

(16)

Meta jqiegħdu ġugarell fis-suq, importaturi għandhom jindikaw fuq il-ġurgarell isimhom u l-indirizz fejn ikun jista’ jsir kuntatt magħhom. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet meta d-daqs jew in-natura tal-ġugarell ma jippermettux din l-identifikazzjoni. Dawn jinkludu l-każijiet fejn l-importaturi ikollhom jiftħu l-imballaġġ biex jagħmlu isimhom u l-indirizz tagħhom fuq il-prodott.

(17)

Kwalunkwe operatur ekonomiku li jew iqiegħed ġugarell fis-suq taħt ismu jew bit-trademark tiegħu jew jimmodifika ġugarell b’tali mod li tista’ tiġi affettwata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli, għandu jitqies bħala l-manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(18)

Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandu jkollhom aktar x’jaqsmu fix-xogħol tas-sorveljanza tas-suq li jsir minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u għandhom ikunu mħejjija biex jipparteċipaw b’mod attiv, billi jagħtu lil dawk l-awtoritajiet l-informazzjoni kollha neċessarja dwar il-ġugarell ikkonċernat.

(19)

Il-fatt li tkun assigurata t-traċċabilità ta’ ġugarell fil-katina kollha tal-provvista jgħin biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effiċjenti. Sistema effiċjenti ta’ traċċabilità tħaffef ix-xogħol tal-awtoritajiet tas-sorveljanza biex jittraċċjaw lil operaturi ekonomiċi li għamlu ġugarelli mhux konformi disponibbli fis-suq.

(20)

Ċerti rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza li kienu stipulati fid-Direttiva 88/378/KEE għandhom jiġu aġġornati sabiex iqisu l-progress tekniku li seħħ mill-adozzjoni ta’ dik id-Direttiva. Partikolarment, fil-qasam tal-proprjetajiet elettriċi, il-progress tekniku ppermetta li l-limitu ta’ 24 volt stipulat fid-Direttiva 88/378/KEE jinqabeż filwaqt li l-użu sikur tal-ġugarell baqa’ garantit.

(21)

Jeħtieġ ukoll li jiġu adottati rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza ġodda. Sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni mir-riskji kkawżati minn sustanzi kimiċi fil-ġugarelli, l-użu ta’ sustanzi perikolużi, b’mod partikulari sustanzi li huma klassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) u sustanzi allerġeniċi u ċerti metalli, għandu jkun suġġett għal attenzjoni partikulari. Għalhekk, huwa partikolarment neċessarju li jiġu kkompletati u aġġornati dispożizzjonijiet dwar is-sustanzi kimiċi fil-ġugarelli biex jispeċifikaw li l-ġugarelli għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni ġenerali dwar il-kimiċi, partikolarment ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (9). Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom madankollu, jiġu adottati wkoll għar-rekwiżiti partikolari tat-tfal li huma grupp vulnerabbli ta’ konsumaturi. Għalhekk, għandu jkun hemm restrizzjonijiet ġodda fuq sustanzi li huma kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet, dwar il-fwejjaħ fil-ġugarelli, minħabba r-riskji speċjali li dawn is-sustanzi jistgħu jfissru għas-saħħa tal-bniedem. In-nikil fl-azzar li ma jissaddadx wera li hu sikur u, konsegwentement, hu xieraq li jiġi previst li jista’ jintuża fil-ġugarelli.

(22)

Il-valuri ta’ limitu speċifiċi stipulati fid-Direttiva 88/378/KEE għal ċerti sustanzi għandhom ukoll jiġu aġġornati biex iqisu l-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku. Il-valuri ta’ limitu għall-arseniku, il-kadmju, il-romju VI, iċ-ċomb, il-merkurju u l-landa organika, li huma partikolarment tossiċi, u li, għalhekk, m’għandhomx jintużaw intenzjonalment f’dawk il-partijiet tal-ġugarelli li huma aċċessibbli għat-tfal, għandhom jiġu stipulati f’livelli li huma nofs dawk meqjusa bħala sikuri skont il-kriterji tal-Kumitat Xjentifiku relevanti, sabiex ikun żgurat li jkun hemm preżenti traċċi biss li jkunu kompatibbli mal-prattika tajba tal-immanifatturar.

(23)

Il-ġugarelli jew il-partijiet u l-imballaġġ tagħhom, li wieħed jistenna b’mod raġonevoli li jiġu f’kuntatt mal-ikel, għandhom josservaw ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel (10).

(24)

Sabiex tkun żgurata protezzjoni xierqa fil-każ ta’ ġugarelli li jkollhom grad għoli ta’ espożizzjoni, għandu jkun possibbli li jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu valuri speċifiċi ta’ limitu għall-kimiċi użati fil-ġugarelli maħsuba għal tfal ta’ inqas minn 36 xahar u f’ġugarelli oħra maħsuba biex jitqiegħdu fil-ħalq billi jitqiesu r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u d-differenzi bejn il-ġugarelli u l-materjali li jidħlu f’kuntatt mal-ikel.

(25)

Ir-rekwiżiti kimiċi ġenerali u speċifiċi stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom l-għan tal-ħarsien tas-saħħa u tat-tfal minn ċerti sustanzi perikolużi fil-ġugarelli, filwaqt li t-tħassib ambjentali mqajjem mill-ġugarelli huwa indirizzat fil-leġiżlazzjoni dwar l-ambjent li tapplika għall-ġugarelli elettriċi u elettroniċi, partikolarment id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku (11) u d-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (12). Barra minn hekk, kwistjonijiet ambjentali rigward l-iskart huma regolati bid-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 (13), dawk dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ bid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1994 (14) u l-iskart ta’ batteriji u l-akkumulaturi bid-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 (15).

(26)

Is-sistema stabbilita permezz ta’ din id-Direttiva għandha wkoll tħeġġeġ, u f’xi każijiet tiżgura, li sustanzi u materjal perikolużi użati fil-ġugarelli jinbidlu b’sustanzi jew teknoloġiji anqas perikolużi meta jkunu disponibbli alternattivi xierqa li jkunu ekonomikament u teknikament vijabbli.

(27)

Sabiex it-tfal ikunu protetti mir-riskju ta’ telf tas-smigħ ikkawżat minn ġugarelli li jagħmlu ħsejjes, għandhom jiġu stabbiliti standards iktar b’saħħithom u iktar komprensivi sabiex jillimitaw il-valuri massimi kemm għall-ħoss ta’ impuls, kif ukoll għall-ħoss kontinwu li joħorġu minn ġugarelli ta’ dan it-tip. Għalhekk, hu meħtieġ li jiġi stabbilit rekwiżit essenzjali ġdid dwar is-sikurezza fir-rigward tal-ħsejjes minn ġugarelli bħal dawn.

(28)

F’konformità mal-prinċipju tal-prekawzjoni, jixraq li jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza biex ikopru l-perikolu speċifiku potenzjali ppreżentat mill-ġugarelli fl-ikel, billi l-assoċjazzjoni ta’ ġugarell u prodott tal-ikel jista’ jkun il-kawża ta’ fgar li huwa distint mir-riskji ppreżentati mill-ġugarell waħdu u li, għalhekk, mhijiex koperta minn miżuri speċifiċi fil-livell Komunitarju.

(29)

Billi jistgħu jeżistu jew jistgħu jiġu żviluppati ġugarelli li jippreżentaw perikli li mhux koperti minn rekwiżit partikolari tas-sikurezza stipulat f’din id-Direttiva, jeħtieġ li jiġi stabbilit rekwiżit ġenerali tas-sikurezza bħala bażi legali għat-teħid tal-azzjoni kontra ġugarelli bħal dawn. F’dan ir-rigward is-sikurezza tal-ġugarelli għandha tiġi deċiża b’referenza għall-użu intenzjonat tal-prodott, filwaqt li jitqies l-użu prevedibbli, billi wieħed iżomm f’moħħu l-imġiba normali tat-tfal li ġeneralment ma joqogħdux attenti daqs l-utent adult medju. Meta riskju ma jkunx jista’ jiġi mminimizzat biżżejjed bid-disinn jew bis-salvagwardji, ir-riskju residwu jista’ jiġi indirizzat permezz tal-informazzjoni dwar il-prodott diretti lejn is-superviżuri, b’kunsiderazzjoni tal-kapaċità tagħhom li jitrattaw ir-riskju residwu. Skont il-metodi ta’ rikonoxximent għall-evalwazzjoni tar-riskju, mhux xieraq li l-informazzjoni lis-superviżuri jew in-nuqqas ta’ storja dwar l-inċidenti jintużaw bħala sostituti għat-titjib fid-disinn.

(30)

Sabiex ikunu promossi iktar il-kundizzjonijiet sikuri għall-użu tal-ġugarelli, hemm il-ħtieġa li d-dispożizzjonijiet dwar it-twissijiet fuq il-ġugarelli jiġu supplimentati. Sabiex ikun evitat l-użu ħażin tat-twissijiet biex ir-rekwiżiti applikabbli għas-sikurezza jiġu evitati, ħaġa li ġrat b’mod partikolari fil-każ tat-twissija li tiddikjara li l-ġugarell mhux xieraq għat-tfal ta’ taħt is-36 xahar, hu neċessarju li jkun previst b’mod espliċitu li t-twissijiet previsti għal ċerti kategoriji ta’ ġugarelli ma jistgħux jintużaw jekk dawk jikkontradixxu l-użu intenzjonat tal-ġugarell.

(31)

Il-marka CE, li tindika l-konformità ta’ ġugarell, hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi l-evalwazzjoni tal-konformità f’sens wiesa’. Prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE għandhom jiġu stipulati f’din id-Direttiva.

(32)

Huwa kruċjali li kemm il-manifatturi u kemm l-utenti jkunu jafu b’mod ċar li bit-twaħħil tal-marka CE mal-ġugarell il-manifattur ikun qed jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha applikabbli u li l-manifattur ikun qed jieħu r-responsabbiltà kollha għalih.

(33)

Il-marka CE għandha tkun l-unika marka ta’ konformità li tindika li l-ġugarell ikun konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-armonizzazzjoni. Madankollu, jistgħu jiġu wżati marki oħra sakemm dawn jgħinu biex itejbu l-protezzjoni tal-konsumatur u ma jkunux koperti bil-leġiżlazzjoni Komunitarja ta’ armonizzazzjoni.

(34)

Jixraq li jiġu stabbiliti regoli dwar it-twaħħil tal-marka CE li jiżguraw biżżejjed viżibilità għall-marka sabiex tiffaċilita s-sorveljanza tas-suq tal-ġugarelli.

(35)

Sabiex ikun żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikuraezza, jeħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri xierqa għall-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu segwiti mill-manifattur. Biex jiġu sodisfatti l-obbligi legali tal-manifattur bil-għan li tittejjeb is-sikurezza tal-ġugarelli, f’din id-Direttiva għandu jiġi inkluż obbligu espliċitu biex titwettaq analiżi tal-perikli varji li l-ġugarell jista’ jippreżenta, li għas-sustanzi kimiċi jinkludi evalwazzjoni tal-possibilità tal-preżenza ta’ sustanzi projbiti jew ristretti fil-ġugarelli, u l-manifatturi għandhom ikunu obbligati jżommu din il-valutazzjoni tas-sikurezza fid-dokumentazzjoni teknika sabiex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jagħmlu ħidmiethom b’mod effiċjenti. Il-kontroll fil-produzzjoni interna bbażat fuq ir-responsabbiltà tal-manifattur stess għall-valutazzjoni tal-konformità kien biżżejjed fil-każijiet fejn segwa l-istandards armonizzati, li n-numru ta’ referenza tagħhom ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u li jkopru r-rekwiżiti ta’ sikurezza kollha għall-ġugarell. Fil-każijiet fejn dawn l-istandards armonizzati ma jeżistux, il-ġugarell għandu jintbagħat għal verifika minn parti terza, f’dan il-każ eżami tat-tip tal-KE. L-istess prinċipju għandu japplika jekk dawn l-istandards jew wieħed minnhom ikunu ġew ippubblikati b’restrizzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew il-manifattur ma jkunx segwa dawn l-istandards għal kollox jew segwihom parzjalment biss. Il-manifattur għandu jibgħat il-ġugarell għal eżami tat-tip tal-KE fil-każijiet fejn iqis li n-natura, id-disinn, il-binja jew l-iskop tal-ġugarell jinneċessitaw verifika minn parti terza.

(36)

Billi jinħtieġ livell għoli b’mod uniformali ta’ rendiment mill-korpi li jwettqu l-valutazzjoni tal-konformità fil-Komunità u billi dawn il-korpi kollha għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom fl-istess livell u f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu jixtiequ li jiġu notifikati sabiex jipprovdu servizzi ta’ evalwazzjoni tal-konformità skont din id-Direttiva.

(37)

Sabiex ikun żgurat livell konsistenti ta’ kwalità fir-rendiment tal-valutazzjoni tal-konformità tal-ġugarell, jeħtieġ mhux biss li jiġu konsolidati r-rekwiżiti li għandhom jissodisfaw il-korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità li jixtiequ jiġu notifikati, imma wkoll, b’mod parallel, li jkunu stabbiliti r-rekwiżiti li għandhom jissodisfaw l-awtoritajiet li jinnotifikaw u korpi oħra involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u fil-monitoraġġ ta’ korpi notifikati.

(38)

Meta l-evidenza xjentifika disponibbli ma tkunx biżżejjed biex tippermetti stima eżatta tar-riskju, l-Istati Membri, meta jkunu qed jadottaw miżuri skont din id-Direttiva, għandhom japplikaw il-prinċipju ta’ prekawzjoni, li huwa prinċipju tal-liġi Komunitarja deskritt inter alia fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2000 filwaqt li jiġu kkunsidrati b’mod xieraq ir-regoli u l-prinċipji l-oħra stipulati f’din id-Direttiva, bħall-moviment liberu tal-beni u l-presunzjoni tal-konformità.

(39)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jikkumplimenta u jsaħħaħ il-qafas eżistenti għas-sorveljanza tas-suq ta’ prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-armonizzazzjoni, inklużi l-ġugarelli. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq għall-ġugarelli bi qbil ma’ dak ir-Regolament. Bi qbil ma’ dak ir-Regolament, l-applikazzjoni tiegħu ma timpedixxix lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq milli jieħdu miżuri ta’ sorveljanza iktar speċifiċi kif previst fid-Direttiva 2001/95/KE. Barra minn hekk, f’din id-Direttiva għandhom jiġu inklużi xi miżuri speċifiċi dwar il-possibilità li awtorità tas-sorveljanza tas-suq titlob informazzjoni minn korp notifikat u li tagħtih istruzzjonijiet, sabiex jissaħħu l-possibilitajiet li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jaġixxu fil-każ ta’ ġugarelli koperti minn ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE.

(40)

Id-Direttiva 88/378/KEE diġà tipprovdi għal proċedura ta’ salvagwardja li tippermetti lill-Kummissjoni li teżamina l-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru kontra ġugarelli li jqis li mhux konformi. Biex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura tal-klawsola ta’ salvagwardja, bil-għan li ssir aktar effiċjenti u applikata b’mod uniformi u biex jintużaw il-ħiliet esperti li jistgħu jinkisbu mill-Istati Membri.

(41)

Is-sistema eżistenti għandha tkun ikkumplimentata bi proċedura li tħalli partijiet interessati li jkunu infurmati b’miżuri meħuda għal ġugarelli li jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni jew kwistjonijiet ta’ protezzjoni ta’ interess pubbliku. Għandha tħalli awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju minn qabel dwar dawk il-prodotti.

(42)

F’każ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru ma jkunx hemm ħtieġa li l-Kummissjoni tinvolvi lilha nnifisha aktar.

(43)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (16).

(44)

Partikolarment, għandha tiġi konferita s-setgħa fuq il-Kummissjoni sabiex tadatta r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-propjetajiet kimiċi f’ċerti każijiet definiti sewwa u tagħti eżenzjonijiet mill-projbizzjoni ta’ sustanzi CMR f’ċerti każijiet kif ukoll tadatta d-diċitura tat-twissijiet speċifiċi għal ċerti kategoriji ta’ ġugarelli. Minħabba li dawk il-miżuri għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u ġew mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn iridu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(45)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tal-assigurazzjoni ta’ prodotti difettużi (17) tapplika inter alia għal ġugarelli li ma jkunux konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja ta’ armonizzazzjoni. Il-manifatturi u l-importaturi li jqiegħdu ġugarelli li ma jkunux konformi fis-suq Komunitarju huma responsabbli għad-danni skont dik id-Direttiva.

(46)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali applikabbli għall-ksur ta’ din ir-Direttiva. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(47)

Sabiex il-manifatturi tal-ġugarelli u operaturi ekonomiċi oħra jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva, jeħtieġ li jkun stabbilit perjodu tranżizzjonali ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva li matulhom il-ġugarelli li jkunu konformi mad-Direttiva 88/378/KEE jistgħu jitqiegħdu fis-suq. Fil-każ tar-rekwiżiti kimiċi, dan il-perjodu għandu jkun ta’ erba’ snin sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati l-istandards armonizzati li huma meħtieġa għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.

(48)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, primarjament li jiġi żgurat livell għoli tal-ġugarelli bl-għan li jkunu żgurati s-saħħa u s-sikurezza għat-tfal filwaqt li jkun garantit it-tħaddim tas-suq intern billi jiġu stabbiliti rekwiżiti armonizzati ta’ sikurezza għall-ġugarelli u rekwiżiti minimi għas-sorveljanza tas-suq, ma jistgħax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba fl-iskala u l-effett tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipju ta’ sussidarjeta stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk il-miri,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistipula regoli dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, u dwar il-moviment ħieles tagħhom fil-Komunità.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal prodotti mfassla jew maħsuba, esklussivament jew le, għall-użu fil-logħob minn tfal taħt l-14-il sena, (minn hawn il quddiem imsejjħa “ġugarelli”).

Il-prodotti elenkati fl-Anness I ma jitqisux bħala ġugarelli għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dawn il-ġugarelli li ġejjin:

(a)

tagħmir tal-plejgrawnd intiż għal użu pubbliku;

(b)

magni tal-logħob awtomatiċi, kemm jekk imħaddma bil-flus u kemm jekk le, intiżi għall-użu pubbliku;

(c)

vetturi tal-logħob mgħammra b’magni tal-kombustjoni;

(d)

ferroviji tal-logħob li jaħdmu bl-istim; u

(e)

wdab u żbandoli.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

(1)

“isir disponibbli fis-suq” tfisser kull provvista ta’ ġugarell għal distribuzzjoni, konsum jew użu fis-suq Komunitarju waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas u kemm jekk le;

(2)

“tqegħid fis-suq” tfisser ġugarell isir disponibbli għall-ewwel darba mis-suq Komunitarju;

(3)

“manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura ġugarell jew li tara li jkun iddisinjat u manifatturat ġugarell, u li tqiegħed dak il-ġugarell fis-suq taħt isimha jew bit-trademark tagħha;

(4)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur sabiex taġixxi f’ismu relattivament għal kompiti speċifiċi;

(5)

“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità, li tagħmel ġugarell minn pajjiż terz disponibbli fis-suq Komunitarju;

(6)

“distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta’ provvista, li tagħmel ġugarell disponibbli fis-suq;

(7)

“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentanti awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(8)

“standard armonizzat” tfisser standard adottat minn wieħed mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 98/34/KE fuq il-bażi ta’ talba magħmula mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva;

(9)

“leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Komunità” tfisser kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja li tarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti;

(10)

“akkreditament” għandha wkoll it-tifsira mogħtija lilha mir-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(11)

“valutazzjoni ta’ konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti speċifikati relatati ma’ ġugarell ġewx sodisfatti;

(12)

“korp tal-evalwazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ evalwazzjoni tal-konformità inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, l-attestazzjoni u l-ispezzjoni;

(13)

“teħid lura” tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura ġugarell li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari.

(14)

“irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex ma tħallix li ġugarell fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;

(15)

“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jassiguraw il-konformità ta’ prodotti mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja ta’ armonizzazzjoni u sabiex jassiguraw, fir-rigward ta’ prodotti, li dawn ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza jew kwalunkwe aspett ieħor ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku;

(16)

“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li l-ġugarell ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja ta’ armonizzazzjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;

(17)

“prodott funzjonali” tfisser prodott li jaħdem u jintuża fl-istess mod bħal prodott, appliance jew installazzjoni intiża għall-użu mill-adulti, u jista’ jkun mudell bi skala iżgħar ta’ prodott, appliance jew installazzjoni ta’ dan it-tip;

(18)

“ġugarell funzjonali” tfisser ġugarell li jaħdem u jintuża fl-istess mod bħal prodott, appliance jew installazzjoni intiża għall-użu mill-adulti, u jista’ jkun mudell bi skala iżgħar ta’ prodott, appliance jew installazzjoni ta’ dan it-tip;

(19)

“ġugarell għal ġo l-ilma” tfisser ġugarell maħsub għall-użu f’ilma baxx li hu kapaċi jġorr jew isostni tifel jew tifla fl-ilma;

(20)

“veloċità tad-disinn” tfisser il-veloċità potenzjali rappreżentattiva tat-tħaddim li tiġi ddeterminata mid-disinn tal-ġugarell;

(21)

“ġugarell ta’ attività” tfisser ġugarell għall-użu domestiku li l-istruttura tal-appoġġ tiegħu tibqa’ fil-post meta tkun qed issir l-attività u li hu maħsub biex tifel jew tifla jwettqu kwalunkwe waħda minn dawn l-attivitajiet: jiddendlu, jaqbżu, jitbandlu, jiżżerżqu, jitilgħu u jinżlu, jduru, jimxu fuq żaqqhom jew jitkaxkru, jew kwalunkwe kumbinazzjoni minnhom;

(22)

“ġugarell kimiku” tfisser ġugarell maħsub għall-ittrattar dirett ta’ sustanzi u taħlitiet kimiċi u għall-użu b’mod xieraq skont l-età taħt is-superviżjoni tal-adulti;

(23)

“logħba fuq bord li għandha x’taqsam max-xamm” tfisser ġugarell li l-għan tiegħu huwa li jassisti lit-tfal biex jitgħallmu jagħrfu l-irwejjaħ u t-togħmiet differenti;

(24)

“kitt kożmetiku” tfisser ġugarell li l-għan tiegħu huwa li jgħin lit-tfal jitgħallmu jagħmlu prodotti bħall-fwejjaħ, is-sapun, il-kremi, ix-xampujiet, is-sapun tal-banju, it-tleqqijiet, il-lipsticks, mejkapp ieħor, it-tooth-paste u l-conditioners;

(25)

“logħba tat-tegħim” tfisser logħba li l-iskop tagħha jkun li jippermetti lit-tfal li jagħmlu ħlewwiet jew ikel li jkun fih l-użu ta’ ingredjenti tal-ikel bħall-ħelu, il-likwidi, it-trab u l-aromi;

(26)

“ħsara” tfisser korriment fiżiku jew kwalunkwe ħsara oħra lis-saħħa, inkluża ħsara għas-saħħa fuq terminu ta’ żmien twil;

(27)

“periklu” tfisser sors potenzjali ta’ ħsara;

(28)

“riskju” tfisser ir-rata probabbli li jkun hemm periklu li jikkawża l-ħsara u l-grad ta’ severità tal-ħsara;

(29)

“maħsuba għall-użu minn” tfisser li ġenitur jew superviżur jista’ b’mod raġjonevoli jassumi li ġugarell kien maħsub għall-użu minn tfal tal-età msemmija.

KAPITOLU II

L-OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMICI

Artikolu 4

L-obbligi tal-manifatturi

1.   Meta jqiegħdu l-ġugarelli tagħhom fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawn jkunu ġew imfassla u manifatturati skont ir-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Anness II.

2.   Il-manifatturi għandhom iħejju d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa skont l-Artikolu 21 u jwettqu jew ikunu diġà wettqu l-proċedura applikabbli tal-evalwazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 19.

Fejn ikun intwera li ġugarell ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli skont dik il-proċedura, il-manifatturi għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE, kif imsemmi fl-Artikolu 15 u jwaħħlu l-marka CE kif inhu stipulat fl-Artikolu 17(1).

3.   Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformita tal-KE għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-ġugarell ikun tqiegħed fis-suq.

4.   Il-manifatturi għandhom jaraw li jkollhom f’posthom proċeduri biex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi. Tibdil fid-disinn jew il-karatteristiċi tal-ġugarelli u tibdil fl-istandards armonizzati li b’referenza għalihom ikun dikjarat li jkun hemm konformità ta’ ġugarell għandhom jitqiesu adegwatament.

Fejn hu meqjus xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn ġugarell, il-manifatturi għandhom, jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, jagħmlu testijiet ta’ kampjun ta’ ġugarelli mqiegħda fis-suq, jinvestigaw u jekk ikun il-bżonn, iżommu reġistru ta’ tilwim, ta’ ġugarelli li mhumiex konformi kif ukoll ta’ ġbir lura ta’ ġugarelli u jżommu lid-distributuri informati bi kwalunkwe monitoraġġ bħal dak.

5.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-ġugarelli tagħhom ikollhom in-numru tat-tip, tal-lott, tas-serje jew tal-mudell jew element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jew, jekk id-daqs jew natura tal-ġugarell ma tagħmilx dan possibbli, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja l-ġugarell.

6.   Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-ġugarell jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-ġugarell. L-indirizz għandu jindika punt wieħed fejn il-manifattur jista’ jkun ikkuntattjat.

7.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-ġugarell ikollu miegħu istruzzjonijiet u informazzjoni dwar sikurezza b’lingwa jew b’lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

8.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li ġugarell li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti dwar l-armonizzazzjoni, għandhom immedjatament jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-ġugarell isir konformi, biex jirtirawh mis-suq jew jeħduh lura, skont il-każ. Barra minn dan, meta l-ġugarell ikun jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-Istati Membri li fihom huma jkunu għamlu l-ġugarell disponibbli dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikulari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

9.   Il-manifatturi, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, għandhom jagħtu lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità tal-ġugarell, b’lingwa li tista’ tiftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni meħuda biex ikunu eliminati r-riskji mill-ġugarelli li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 5

Rappreżentanti awtorizzati

1.   Manifattur, permezz ta’mandat bil-miktub, jista’ jaħtar rappreżentant awtorizzat.

2.   L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u t-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika jistgħu ma jifformawx parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

3.   Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-ħidmiet speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mill-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat għall-inqas li jagħmel dan li ġej:

(a)

li jżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni ta’ awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-ġugarell ikun tqiegħed fis-suq;

(b)

fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, li jipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi ppruvata l-konformità ta’ ġugarell;

(c)

li jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, dwar kull azzjoni meħuda biex ikunu eliminati riskji ta’ ġugarelli koperti mill-mandat.

Artikolu 6

L-obbligi tal-importaturi

1.   L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq tal-Komunità dawk il-ġugarelli li huma konformi biss.

2.   Qabel ma jqiegħdu ġugarell fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura xierqa tal-evalwazzjoni tal-konformità mill-manifattur.

Huma għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-ġugarell ikollu l-marka meħtieġa tal-konformità u li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun osserva r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(5) u (6).

Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li ġugarell ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10 u fl-Anness II, huwa m’għandux iqiegħed il-ġugarell fis-suq sakemm il-ġugarell ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta ġugarell jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-ġugarell jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-ġugarell.

4.   L-importaturi għandhom jiżguraw li l-ġugarell ikollu miegħu istruzzjonijiet u informazzjoni dwar sikurezza b’lingwa jew b’lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

5.   L-importaturi għandhom jiżguraw li waqt li ġugarell ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Anness II.

6.   Meta jitqies xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn ġugarell, l-importaturi għandhom, biex jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, jagħmlu testijiet ta’ kampjun ta’ ġugarelli mqiegħda fis-suq, jinvestigaw u, jekk ikun il-bżonn, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ ġugarelli li mhumiex konformi u ta’ ġbir lura ta’ ġugarelli, u għandhom iżommu lid-distributuri infurmati bi kwalunkwe monitoraġġ bħal dak.

7.   Importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li ġugarell li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti dwar l-armonizzazzjoni, għandhom immedjatament jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-ġugarell isir konformi, biex jirtirawh mis-suq jew isejjħulu lura, skont il-każ. Barra minn hekk, meta l-ġugarell ikun fih riskju, l-importaturi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-ġugarell disponibbli dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikulari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva li tkunu ttieħdet.

8.   Importaturi, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-ġugarell ikun tqiegħed fis-suq, għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha.

9.   L-importaturi, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, għandhom jagħtuha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità tal-ġugarell, b’lingwa li tista’ tiftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex ikunu eliminati r-riskji mill-ġugarelli li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 7

Obbligi tad-Distributuri

1.   Meta jagħmlu ġugarell disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu b’attenzjoni kif imiss fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli.

2.   Qabel ma jagħmlu ġugarell disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-ġugarelli jkollhom il-marka jew il-marki meħtieġa tal-konformità, jiġifieri li jkunu akkumpanjati mid-dokumenti meħtieġa kif ukoll minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar sikurezza f’lingwa li tista’ tiftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarin oħra fl-Istat Membru li fih il-prodott se jkun disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu osservaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(5) u (6) u l-Artikolu 6(3) rispettivament.

Fejn distributur iqis jew għandu raġuni biex jemmen li ġugarell ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10 u fl-Anness II, huwa ma għandux iqiegħed il-ġugarell fis-suq sakemm il-ġugarell isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti. Barra minn hekk, fejn prodott jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur, kif ukoll lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, dwar dan.

3.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li waqt li ġugarell ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Anness II.

4.   Distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li ġugarell li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni Komunitarja relevanti, għandhom jiżguraw li jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-ġugarell isir konformi jew li jirtirawh mis-suq u jittieħed lura minn utenti aħħarin, skont il-każ. Barra minn hekk, meta l-ġugarell jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-ġugarell disponibbli dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikulari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

5.   Id-distributuri għandhom, wara li ssirilhom talba minn awtorità kompetenti nazzjonali, jagħtu lil dik l-awtorità, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità tal-ġugarell. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba ta’ din tal-aħħar, dwar kull azzjoni li tkun ittieħdet biex ikun evitat riskju mill-ġugarelli li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 8

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

Importatur jew distributur għandu jkun meqjus bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun suġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 4 fejn hu jqiegħed ġugarell fis-suq f’ismu jew bit-trademark tiegħu jew jimmodifika ġugarell li diġà tqiegħed fis-suq b’mod li tista’ tiġi effettwata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli.

Artikolu 9

Identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi

Operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

(a)

kull operatur ekonomiku li jkun għamillhom provvista ta’ ġugarell;

(b)

kull operatur ekonomiku li lilu jkunu għamlu provvista ta’ ġugarell.

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-ġugarell ikun tpoġġa fuq is-suq, fil-każ tal-manifattur, u għal perijodu ta’ 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-ġugarell, fil-każ ta’ operaturi ekonomiċi oħra.

KAPITOLU III

KONFORMITÀ TAL-GUGARELLI

Artikolu 10

Rekwiżiti tas-Sikurezza Essenzjali

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha metħieġa biex jiżguraw li l-ġugarelli ma jitqiegħdux fis-suq sakemm ma jikkonformawx mar-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza stipulati, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżit ġenerali tas-sikurezza, fil-paragrafu 2, u f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti partikolari tas-sikurezza, fl-Anness II.

2.   Il-ġugarelli, inklużi l-kimiki li fihom, ma għandhomx jipperikolaw is-sikurezza jew is-saħħa ta’ min jużahom jew ta’ terzi persuni meta jintużaw kif suppost jew b’mod prevedibbli, billi titqies dejjem l-imġiba normali tat-tfal.

Għandha titqies partikolarment l-abbiltà tal-utenti u, fejn ikun xieraq, tas-superviżuri tagħhom, b’mod partikolari, fil-każ ta’ ġugarelli li, ikunu maħsuba biex jintużaw minn tfal taħt it-tliet snin jew minn gruppi ta’ etajiet speċifikati oħra.

It-tikketti mwaħħlin skont l-Artikolu 11(2) u l-istruzzjonijiet dwar l-użu li jkun hemm mal-ġugarelli għandhom jattiraw l-attenzjoni tal-utenti jew tas-superviżuri tagħhom lejn ir-riskji u perikli inerenti ta’ ħsara involuti fl-użu tal-ġugarelli u l-modi kif jevitawhom.

3.   Il-ġugarelli mqiegħda fis-suq għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza matul il-perjodu ta’ użu prevedibbli u normali tagħhom.

Artikolu 11

Twissijiet

1.   Fejn ikun xieraq għal użu sikur, it-twissijiet li jsiru għall-iskopijiet tal-Artikolu 10(2) għandhom jispeċifikaw il-limitazzjonijiet xierqa għall-utenti, skont il-Parti A tal-Anness V.

Fir-rigward tal-kategoriji ta’ ġugarelli elenkati fil-Parti B tal-Anness V, it-twissijiet stipulati hemm għandhom jintużaw. It-twissijiet stipulati f’punti minn 2 sa 10 tal-Parti B tal-Anness V għandhom jintużaw kif spjegat fihom stess.

Il-ġugarelli ma għandux ikollhom twissija speċifika waħda jew iktar minn dawk stabbiliti fil-Parti B tal-Anness V jekk dik it-twissija jikkontradixxi l-użu intenzjonat tal-ġugarell, kif determinat mill-funzjoni, dimensjoni u karatteristiċi tiegħu.

2.   Il-manifattur għandu jimmarka t-twissijiet b’mod viżibbli, faċilment leġibbli u li jinftiehem malajr u korrett fuq il-ġugarell, jew fuq tikketta mwaħħla jew fuq l-imballaġġ u, jekk ikun il-każ, fuq l-istruzzjonijiet għall-użu li jkunu mal-ġugarell. Ġugarelli żgħar li jinbiegħu mingħajr imballaġġ għandhom ikollhom twissijiet xierqa mwaħħla magħhom.

It-twissijiet għandhom ikunu preċeduti mill-kelma “Twissija” jew “Twissijiet”, skont il-każ.

Twissijiet, li jiddeterminaw id-deċiżjoni ta’ xiri ta’ ġugarell, bħal dawk li jispeċifikaw l-etajiet minimi u massimi għall-utenti u t-twissijiet applikabbli l-oħra stipulati f’Anness V, għandhom jidhru fuq il-pakkett li jasal għand il-konsumatur jew inkella jkunu jidhru b’mod ċar għal konsumatur qabel ix-xiri, inkluż meta x-xiri jsir on-line.

3.   B’konformità mal-Artikolu 4(7), Stat Membru jista’, fit-territorju tiegħu, jistipula li dawk it-twissijiet u l-istruzzjonijiet ta’ sikurezza għandhom jinkitbu b’lingwa jew lingwi li jkunu jinftiehmu b’mod faċli mill-konsumaturi, kif determinat minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 12

Ċaqliq ħieles

L-Istati Membri ma għandhomx iwaqqfu milli jitqiegħdu fis-suq fit-territorju tagħhom ġugarelli li jissodisfaw din id-Direttiva.

Artikolu 13

Preżunzjoni tal-konformità

Ġugarelli li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom stabbiliti fl-Artikolu 10 u l-Anness II.

Artikolu 14

Oġġezzjoni formali kontra standard armonizzat

1.   Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li standard armonizzat ma jissodisfax għal kollox ir-rekwiżiti li jkopri u li huma stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Anness II, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, u jippreżentaw il-każ tagħhom. Il-Kumitat għandu, wara li jkun ikkonsulta lill-entitajiet rilevanti Ewropej ta’ standardizzazzjoni, jagħti l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

2.   Fid-dawl tal-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tippubblika, li ma tippubblikax, li tippubblika b’mod ristrett, li tħalli, li tħalli b’mod ristrett jew li tirtira r-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-korp Ewropew ta’ standardizzazzjoni kkonċernat u, jekk ikun meħtieġ, titlob li jkunu riveduti l-istandards armonizzati kkonċernati.

Artikolu 15

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE

1.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE għandha tiddikjara li l-osservanza tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Anness II intweriet.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE bħala minimu għandu jkollha l-elementi speċifikati fl-Anness III ta’ din id-Direttiva u l-moduli relevanti imniżżla fl-Anness II għadd-Deċiżjoni 768/2008/KE u għandha tiġi kontinwament aġġornata. Din għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stipulat fl-Anness III għal din id-Direttiva. Għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istati Membri li fis-swieq tagħhom il-ġugarell ikun tqiegħed jew magħmul disponibbli.

3.   Meta jagħmel id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-ġugarell.

Artikolu 16

Prinċipji ġenerali tal-marka CE

1.   Il-ġugarelli li jitqiegħdu fis-suq għandhom ikollhom il-marka CE.

2.   Il-markatura CE għandha tkun suġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

3.   L-Istati Membri għandhom jassumu li l-ġugarelli li jkollhom il-marka CE jkunu konformi ma’ din id-Direttiva.

4.   Ġugarelli li ma jkollhomx il-marka CE jew li ma jkunux konformi b’mod ieħor mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jistgħu jintwerew u jiġu użati fil-fieri kummerċjali u l-wirjiet, sakemm ikunu akkumpanjati minn sinjal li jindika biċ-ċar li l-ġugarelli mhumiex konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u li mhux se jitpoġġew fis-suq tal-Komunità Ewropea qabel ma jsiru konformi.

Artikolu 17

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE

1.   Il-marka CE għandha titwaħħal b’mod viżibbli, leġibbli u b’mod li ma tkunx tista’ titħassar, jew fuq il-ġugarell jew fuq it-tikketta mwaħħla jew fuq l-imballaġġ. Fil-każ ta’ ġugarelli żgħar u ġugarelli magħmula minn partijiet żgħar, il-marka CE tista’ titwaħħal ukoll fuq tikketta jew ma’ fuljett li jkun hemm magħhom. Jekk, fil-każ ta’ ġugarelli mibjugħa fuq il-bank, dan ma jkunx teknikament possibbli u bil-kundizzjoni li l-preżentazzjoni fuq il-bank tkun oriġinarjament ġiet użata bħala imballaġġ għall-ġugarell, il-marka CE tista’ titwaħħal mal-preżentazzjoni fuq il-bank.

Jekk il-marka CE ma tkunx tidher minn barra l-imballaġġ, għandha għallinqas titwaħħal fuq l-imballaġġ.

2.   Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-ġugarell jitqiegħed fis-suq. Jista’ jkollha wkoll piktogramma jew kull marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali.

KAPITOLU IV

IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 18

Evalwazzjonijiet tas-sikurezza

Qabel ma jqiegħdu ġugarell fis-suq, il-manifatturi għandhom iwettqu analiżi tal-perikli fiżiċi, mekkaniċi, elettriċi, radjoattivi u dawk marbuta mal-fjammabbiltà u l-iġjene li l-ġugarell jista’ jippreżenta u jagħmlu valutazzjoni tal-espożizzjoni potenzjali għalihom.

Artikolu 19

Il-proċeduri applikabbli ta’ valutazzjoni tal-konformità

1.   Qabel ma jqiegħdu ġugarell fis-suq, il-manifatturi għandhom jużaw il-proċeduri tal-evalwazzjoni tal-konformità identifikati fil-paragrafi 2 u 3 li juru li dak il-ġugarell jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stipulati fl-Artikolu 10 u l-Anness II.

2.   Jekk il-manifattur ikun applika l-istandards armonizzati, li n-numru ta’ referenza tagħhom ikun ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jkopru r-rekwiżiti essenzjali kollha ta’ sikurezza għall-ġugarell, il-manifattur għandu juża l-proċedura ta’ kontroll intern tal-produzzjoni kif stipulat fil-Modulu A tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

3.   Il-ġugarell għandu jintbagħat ukoll għal eżami tat-tip tal-KE kif imsemmi fl-Artikolu 20 flimkien mal-proċedura tal-konformità tat-tip stipulata fil-Modulu C tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta ma jeżistux l-istandards armonizzati, li n-numru ta’ referenza tagħhom ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jkopru r-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ sikurezza għall-ġugarell;

(b)

meta l-istandards armonizzati imsemmijin fil-punt (a) jeżistu iżda l-manifattur ma jkunx applikahom jew ikun applikahom biss parzjalment;

(c)

meta wieħed jew aktar mill-istandards armonizzati imsemmijin fil-punt (a) ikun ġie ppubblikat b’restrizzjoni;

(d)

meta l-manifattur iqis li l-natura, id-disinn, il-binja jew l-iskop tal-ġugarell jinneċessitaw verifika minn parti terza.

Artikolu 20

Eżami tat-tip tal-KE

1.   L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip tal-KE, ir-riżultat ta’ dak l-eżami u l-ħruġ ta’ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE għandhom isiru skont il-proċeduri stipulati fil-Modulu B stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

L-eżami tat-tip tal-KE għandu jsir bil-mod speċifikat fil-paragrafu 2, it-tieni inċiż, tal-Modulu B.

Barra minn dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-KE għandha tinkludi deskrizzjoni tal-ġugarell u indikazzjoni tal-post tal-manifattura, inkluż l-indirizz.

3.   Meta korp tal-valutazzjoni tal-konformità notifikat skont l-Artikolu 22 (minn hawn il quddiem “korp notifikat”), iwettaq eżami tat-tip tal-KE, dan għandu jevalwa, jekk ikun il-każ flimkien mal-manifattur, l-analiżi mwettqa mill-manifattur skont l-Artikolu 18 dwar il-perikli li l-ġugarell jista’ jippreżenta.

4.   Iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE għandu jinkludi referenza għal din id-Direttiva, stampa bil-kulur u deskrizzjoni ċara tal-ġugarell, inkluż id-dimensjonijiet, u lista tat-testijiet imwettqa b’referenza għar-rapport tat-test rilevanti.

Iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE għandu jiġi rivedut fi kwalunkwe żmien meta jkun hemm bżonn, partikolarment fil-każ ta’ modifika fil-proċess ta’ manifattura, fil-materji primi jew il-komponenti tal-ġugarell u, fi kwalunkwe każ, kull ħames snin.

Iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE għandu jiġi rtirat jekk il-ġugarell ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Anness II.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati ma jagħtux ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE lil ġugarelli li lilhom jkun ġie miċħud jew irtirat ċertifikat.

5.   Id-dokumentazzjoni teknika u l-korrispondenza marbuta mal-proċeduri tal-eżami tat-tip tal-KE għandhom jitfasslu f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f’lingwa aċċettabbli għall-korp.

Artikolu 21

Id-dokumentazzjoni teknika

1.   Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 4(2) għandha jkun fiha d-data jew id-dettalji rilevanti kollha tal-mezzi użati mill-manifattur biex jiżgura li l-ġugarelli jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stipulati fl-Artikolu 10 u fl-Anness II u, partikolarment, għandha jkun fiha d-dokumenti elenkati fl-Anness IV.

2.   Id-dokumentazzjoni teknika għandha titfassal f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, soġġetta għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 20(5).

3.   Wara rikjesta motivata mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru, il-manifattur għandu jipprovdi traduzzjoni tal-partijiet rilevanti tad-dokumentazzjoni teknika fil-lingwa ta’ dak l-Istat Membru.

Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq titlob id-dokumentazzjoni teknika jew traduzzjoni ta’ partijiet minnha minn manifattur, din tista’ tistabbilixxi data ta’ skadenza għal dan li għandha tkun ta’ 30 jum sakemm ma tkunx ġustifikata skadenza iqsar minħabba riskju serju u immedjat.

4.   Jekk il-manifattur ma josservax l-obbligi previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista’ tirrikjedi li jsir test minn korp notifikat għas-spejjeż tiegħu fi żmien perjodu speċifikat sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-istandards armonizzati u r-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza.

KAPITOLU V

NOTIFIKA TA’ KORPI TA’ L-EVALWAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 22

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi awtorizzati li jagħmlu xogħol ta’ terzi fl-evalwazzjoni tal-konformità taħt l-Artikolu 20.

Artikolu 23

Awtoritajiet ta’ notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità ta’ notifika li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u tesegwixxi l-proċeduri meħtieġa għall-evalwazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva u għall-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, inklużi l-konformità mal-Artikolu 29.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom isiru minn korp tal-akkreditazzjoni nazzjonali tagħhom, skont it-tifsira ta’ u kif hemm imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

3.   Fejn l-awtorità tan-notifika tiddelega, jew b’mod ieħor tafda l-evalwazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmijin fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 24(1) sa (5). Barra minn dan, dak il-korp għandu jkollu arranġamenti biex jagħmel tajjeb għar-reponsabbiltajiet li jiġu mill-attivitajiet tiegħu.

4.   L-awtorità tan-notifika għandha terfa’ r-responsabilità kollha għall-ħidma li tkun twettqet mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 24

Rekwiżiti fir-rigward ta’ awtoritajiet tan-notifika

1.   Awtoritajiet tan-notifika għandhom ikunu stabbiliti b’mod li ma jkunx hemm kunflitti ta’ interess ma’ korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità.

2.   Awtoritajiet tan-notifika għandhom ikunu organizzati u jitmexxew b’mod li jkunu salvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħhom.

3.   Awtoritajiet tan-notifika għandhom ikunu organizzati b’tali mod li kull deċiżjoni dwar in-notifika tal-korp tal-evalwazzjoni tal-konformità tittieħed minn persuna jew persuni differenti minn dawk li jkunu għamlu l-evalwazzjoni.

4.   Awtoritajiet tan-notifika ma għandhomx joffru jew jagħmlu xogħol li jagħmlu korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità jew servizzi ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

5.   Awtoritajiet tan-notifika għandhom jissalvagwardjaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jkunu kisbu.

6.   Awtoritajiet tan-notifika għandu jkollhom numru biżżejjed ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħhom biex jagħmlu x-xogħol tagħhom sewwa.

Artikolu 25

Obbligu ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet tan-notifika

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri nazzjonali tagħhom għall-evalwazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, u dwar kull bdil li jkun hemm f’dik l-informazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament.

Artikolu 26

Rekwiżiti fir-rigward ta’ awtoritajiet tan-notifika

1.   Għall-finijiet tan-notifika skont din id-Direttiva, korp tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu jħares ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 11.

2.   Korpi tal-evalwazzjoni tal-konformita’ għandhom ikunu stabbiliti skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollhom personalità ġuridika.

3.   Korp tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-ġugarell li jevalwa.

Korp li hu parti minn assoċjazzjoni tal-kummerċ jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-forniment, l-armar, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ ġugarelli li hu tevalwa, jista’, sakemm l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kwalunkwe konflitt ta’ interess ikunu murija, jkun ikkunsidrat bħala tali korp.

4.   Korp tal-evalwazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell ta’ meniġment tiegħu u l-persunal responsabbli biex jagħmlu xogħlijiet tal-evalwazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjaturi, il-manifatturi, il-fornituri, l-istallaturi, ix-xerrejja, is-sidien, l-utenti jew dawk li jagħmlu manutenzjoni tal-ġugarelli li huma jevalwaw, u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jeskludi l-użu ta’ ġugarelli evalwati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp tal-evalwazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ ġugarelli bħal dawn għal skopijiet personali.

Korp tal-evalwazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-amministrazzjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex jagħmlu xogħlijiet tal-evalwazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikollhom x’jaqsmu direttament fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-istallazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-ġugarelli, jew jirrappreżentaw lill-partijiet li jkunu qed jagħmlu dawk l-attivitajiet. Huma m’għandhomx jieħdu sehem f’ebda attività li tista’ tkun f’konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew integrità tagħhom relattivament għall-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

Korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-subappaltaturi tagħhom ma jippreġudikawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tal-evalwazzjoni tal-konformità tagħhom.

5.   Korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom jagħmlu l-attivitajiet tal-evalwazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tentazzjonijiet, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tal-evalwazzjoni tal-konformità, speċjalment rigward persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

6.   Korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità għandhom ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħlijiet kollha tal-evalwazzjoni tal-konformità assenjati lilhom mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 u li rigward liema jkunu ġew notifikati, kemm jekk dawk ix-xogħlijiet isiru mill-korp tal-evalwazzjoni tal-konformità innifsu u kemm jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull żmien u għal kull proċedura tal-evalwazzjoni tal-konformità u għal kull tip jew kategorija ta’ ġugarelli li dwarhom ikun notifikat, korp tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu il-neċessitajiet li ġejjin:

(a)

persunal b’konoxxenza teknika u esperjenza suffiċjenti u adatta biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità;

(b)

deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li bi qbil magħhom titwettaq l-evalwazzjoni tal-konformità, waqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta’ riproduzzjoni ta’ dawk il-proċeduri. Hu għandu jkollu l-politiki u l-proċeduri xierqa li jiddistingwu bejn ħidmiet li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;

(c)

proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet li jikkunsidraw id-daqs ta’ impriża, tas-settur li fiha topera, tal-istruttura tagħha, tal-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija konċernata tal-ġugarell u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.

Korp tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex jagħmel ix-xoghlijiet tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet tal-evalwazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet meħtieġa.

7.   Il-persunal responsabbli biex jagħmel l-attivitajiet tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu jkollu:

(a)

taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb li jkopri l-attivitajiet kollha tal-evalwazzjoni tal-konformità skont l-ambitu rilevanti li għalih il-korp tal-evalwazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;

(b)

tagħrif sodisfaċenti dwar ir-rekwiżiti tal-evalwazzjonjiet li huwa jagħmel u awtorità adegwata li twettaq dawk l-evalwazzjonijiet;

(c)

tagħrif sewwa u għarfien tar-rekwiżiti essenzjali, tal-istandards armonizzati applikabbli u tal-liġijiet Komunitarji rilevanti ta’ armonizzazzjoni u tar-regolamenti ta’implimentazzjoni tagħhom;

(d)

il-kapaċità meħtieġa biex jifformula ċ-ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-evalwazzjonijiet ikunu saru.

8.   L-imparzjalità tal-korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità, tal-persunal tal-ogħla livell ta’ meniġment u tal-evalwazzjoni tagħhom għandha tkun żgurata.

Ir-rimunerazzjoni tal-ogħla uffiċjali tal-meniġment u tal-persunal ta’ korp tal-evalwazzjoni tal-konformità ma għandhiex tkun tiddependi mill-għadd ta’ evalwazzjonijiet li jkunu saru jew mir-riżultati ta’ dawk l-evalwazzjonijiet.

9.   Korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità għandhom jaraw li tinħarġilhom polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà jekk ir-responsabbilta ma jeħodhiex l-Istat Membru skont il-liġijiet nazzjonali, jew l-Istat Membru nnifsu jkun direttament responsabbli għall-evalwazzjoni tal-konformità.

10.   Il-persunal ta’ korp tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jkunu qed iwettqu x-xogħlijiet tagħhom skont l-Artikolu 20 jew skont kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħal lil dak l-Artikolu fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-attivitajiet ikunu qed isiru. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom ikunu protetti.

11.   Korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew li jiżguraw li l-persunal tagħhom tal-evalwazzjoni jkunu jafu, bl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u tal-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korpi notifikati stabbilit skont l-Artikolu 38, u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.

Artikolu 27

Preżunzjoni tal-konformità

Fejn korp tal-evalwazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti bl-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huwa għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 28

Oġġezzjoni formali kontra standards armonizzati

Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jkollhom oġġezzjoni formali kontra l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 27, għandu japplika l-Artikolu 14.

Artikolu 29

Sussidjarji ta’ u subappalti minn korpi notifikati

1.   Fejn korp innotifikat jagħti b’subappalt xogħlijiet speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-evalwazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-subappaltatur jew is-sussidjarju josservaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26 u għandhom jinfurmaw lill-awtorità tan-notifiki skont il-każ.

2.   Korpi nnotifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà sħiħa tax-xogħlijiet li jkunu saru mis-subappaltaturi jew is-sussidjarji, kull meta jiġu stabbiliti.

3.   L-attivitajiet jistgħu jiġu subappaltati jew imwettqa minn sussidjarju biss meta jkun hemm qbil mal-klijent.

4.   Korpi nnotifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika d-dokumenti rilevanti dwar l-evalwazzjoni tal-kwalifiki tas-subappaltatur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont l-Artikolu 20.

Artikolu 30

Talba għal notifika

1.   Korp tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu jissottometti talba għal notifika skont din id-Direttiva lill-awtorità tan-notifiki tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

2.   It-talba msemmija fil-paragrafu 1għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-evalwazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-evalwazzjoni tal-konformità u mill-ġugarell jew ġugarelli li għalihom dak il-korp jistqarr li huwa kompetenti, kif ukoll b’ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, jekk ikun hemm, mogħti minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni li jafferma li l-korp tal-evalwazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26 ta’ din id-Direttiva.

3.   Jekk il-korp tal-evalwazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jkunx jista’ joħroġ ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, huwa għandu jinnotifika lill-awtorità tan-notifika bix-xhieda dokumentata kollha meħtieġa għal verifika, rikonoxximent u monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26.

Artikolu 31

Proċedura tan-notifika

1.   L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lil korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26.

2.   L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jinnotifikaw il-korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-mezz elettroniku ta’ notifika żviluppat u mħaddem mill-Kummissjoni.

3.   In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet tal-evalwazzjoni tal-konformità, il-modulu jew moduli tal-evalwazzjoni tal-konformità u l-ġugarell jew il-ġugarelli kkonċernati u l-affermazzjoni rilevanti tal-kompetenza.

4.   Fejn notifika ma tkunx ibbażata fuq iċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 30(2), l-awtorità ta’ notifika għandha tagħti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri x-xhieda dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp tal-evalwazzjoni tal-konformità kif ukoll l-arranġamenti li saru sabiex ikun żgurat li dak il-korp ikun sorveljat b’mod regolari u jkompli jissodisfa r-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 26.

5.   Il-korp ikkonċernat jista’ jagħmel l-attivitajiet ta’ korp tan-notifika biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimgħatejn min-notifika fejn ikun intuża ċertifikat ta’ akkreditazzjoni jew fi żmien xahrejn min-notifika meta ma tkunx intużat akkreditazzjoni.

Korp tali biss għandu jitqies bħala korp notifikat għal-finijiet ta’ din id-Direttiva.

6.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom ikunu notifikati jekk ikun hemm tibdil rilevanti fin-notifika.

Artikolu 32

Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil kull korp notifikat.

Hija għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni wieħed anki fejn l-istess korp ikun notifikat skont diversi atti Komunitarji.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika l-lista tal-korpi notifikati skont din id-Direttiva, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni li jkunu ġew allokati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew notifikati.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 33

Tibdil fin-notifika

1.   Fejn awtorità tan-notifiki taċċerta ruħha jew tkun mgħarrfa li korp notifikat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifiki għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika skont il-każ, skont kemm ikun gravi n-nuqqas li jintlaħqu dawk ir-rekwiżiti jew li jkunu ssodisfati dawk l-obbligi. Hija għandha tgħarraf minnufih b’dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, skont il-każ.

2.   Fil-każ li tkun limitata, sospiża jew irtirata n-notifika jew fejn il-korp notifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru tan-notifika kkonċernat għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp jew ikunu pproċessati minn korp ieħor notifikat jew jibqgħu disponibbli għall-awtoritajiet tan-notifika u dawk tas-sorveljanza tas-suq, jekk jitolbuh.

Artikolu 34

Sfida għall-kompetenza ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju jew issir taf b’dubju dwar il-kompetenza ta’ korp notifikat jew li korp notifikat għadux konformi mar-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jkollu.

2.   L-Istat Membru li jinnotifika għandu jagħti lill-Kummissjoni, meta titlobhielu, l-informazzjoni kollha marbuta mal-bażi għan-notifika jew dwar jekk il-korp ikkonċernat jibqax jitqies kompetenti.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.

4.   Fejn il-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax jew ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti għan-notifika, hija għandha tgħarraf b’dan lill-Istat Membru kif xieraq u titolbu jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż id-denotifika, jekk ikun meħtieġ.

Artikolu 35

Obbligi ta’ operazzjonijiet għal korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-evalwazzjonijiet tal-konformità skont il-proċedura tal-evalwazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Artikolu 20.

2.   Il-valutazzjonijiet ta’ konformità għandhom isiru b’mod proporzjonat biex jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom filwaqt li jqisu sew id-daqs ta’ impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-ġugarell ikkonċernat u n-natura ta’ massa jew ta’ serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

B’dan il-mod huma għandhom madankollu jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni rikjest biex il-ġugarell ikun konformi ma’ din id-Direttiva.

3.   Fejn korp notifikat isib li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Anness II jew fi standards armonizzati korrispondenti ma ġewx osservati mill-manifattur, huwa għandu jesiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi xierqa u ma għandux jagħti ċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE kif imsemmi fl-Artikolu 20(4).

4.   Fejn waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara li jkun diġà nħareġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE, korp notifikat isib li ġugarell ma jkunx għadu konformi, il-korp notifikat għandu jesiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira iċ-ċerifikat tal-eżami tat-tip tal-KE jekk ikun meħtieġ.

5.   Fejn ma jitteħdux miżuri korrettivi jew ma jkollhomx l-effett mixtieq, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE, skont il-każ.

Artikolu 36

Obbligu ta’ informazzjoni għall-korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jinfurmaw lill-awtorità tan-notifika b’dan li ġej:

(a)

kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE;

(b)

kull ċirkostanza li taffettwa l-ambitu u l-kundizzjonijiet tan-notifika;

(c)

kull talba għal tagħrif li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet tal-evalwazzjoni tal-konformità;

(d)

jekk issir talba, l-attivitajiet tal-evalwazzjoni tal-konformità magħmulin skont l-ambitu tan-notifika tagħhom u kull attività oħra magħmula, inklużi attivitajiet trans-konfinali u ta’ subappalt.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jagħtu lill-korpi oħra notifikati skont din id-Direttiva li jkunu qed jagħmlu attivitajiet simili li jkopru l-istess ġugarelli, tagħrif rilevanti fuq kwistjonijiet marbutin ma’ riżultati negattivi tal-evalwazzjoni tal-konformità u, jekk jintalbu, dawk pożittivi.

Artikolu 37

Skambji ta’ esperjenza

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għal politika tan-notifiki.

Artikolu 38

Koordinazzjoni ta’ korpi notifikati

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi notifikati skont din id-Direttiva u li dawn jiġu implimentati u jitħaddmu f’forma ta’ grupp jew gruppi settorjali ta’ korpi notifikati.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-korpi notifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dak jew dawk il-grupp jew gruppi, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti nominati.

KAPITOLU VI

OBBLIGI U SETGHAT TAL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 39

Prinċipju ta’ prekawzjoni

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jieħdu miżuri kif stipulat f’din id-Direttiva, u b’mod partikulari dawk imsemmija fl-Artikolu 40, għandhom iqisu l-prinċipju ta’ prekawzjoni kif xieraq.

Artikolu 40

Obbligu ġenerali għall-organizzazzjoni tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu s-sorveljanza skont l-Artikoli 15 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-ġugarelli mqiegħda fis-suq. Barra minn dawn l-Artikoli, għandu japplika l-Artikolu 41 ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 41

Struzzjonijiet lill-korp notifikat

1.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jitolbu lil korp notifikat biex jipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE li dak il-korp ikun ħareġ jew irtira, jew li jkun marbut ma’ kwalunkwe rifjut li jinħareġ iċ-ċertifikat, inkluż ir-rapporti tat-testijiet u d-dokumentazzjoni teknika.

2.   Jekk awtorità tas-sorveljanza tas-suq issib li ġugarell ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10 u fl-Anness II, hija għandha, skont il-każ, tagħti struzzjonijiet lill-korp notifikat biex jirtira ċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE fir-rigward ta’ dawn il-ġugarelli.

3.   Fejn ikun meħtieġ, u partikolarment fil-każijiet speċifikati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(4), l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tagħti struzzjonijiet lill-korp notifikat biex jirrevedi ċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE.

Artikolu 42

Proċeduri dwar ġugarelli li jkunu ta’ riskju fil-livell nazzjonali

1.   Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 765/2008/KE jew fejn ikollhom raġuni biżżejjed biex jaħsbu li prodott kopert minn din id-Direttiva jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, huma għandhom, flimkien mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, iwettqu evalwazzjoni dwar il-ġugarell ikkonċernat li tkun tkopri r-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi relevanti għandhom jikkoperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq.

Fejn, tul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-ġugarell ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi kollha xierqa biex il-ġugarell isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jirtira l-ġugarell mis-suq jew li jieħdu lura fi żmien raġjonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu.

L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw b’dan lil korp notifikat relevanti.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas tal-konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzzjoni u bl-azzjonijiet li esiġew lill-operatur ekonomiku li jieħu.

3.   L-operatur ekonomiku relevanti għandu jiżgura li jittieħdu azzjonijiet korrettivi kollha xierqa fir-rigward ta’ ġugarelli li dak l-operatur ikun qiegħed fis-suq Komunitarju.

4.   Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jieħux azzjoni korrettiva adegwata, fiż-żmien imsemmi fit-tieni sotto-paragrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu miżuri provviżorji xierqa biex jipprojbixxu jew jillimitaw li l-ġugarell ikun disponibbli fis-swieq nazzjonali tagħhom jew jirtiraw il-ġugarell mis-suq jew jittieħed lura.

Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, b’dawk il-miżuri.

5.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandu jkollha d-dettalji disponibbli kollha, l-aktar dwar it-tagħrif neċessarju għall-identifikazzjoni tal-ġugarell mhux konformi, l-oriġini tal-ġugarell, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u tar-riskju li jkun hemm, in-natura u t-tul tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku relevanti. B’mod partikulari, l-awtoritajiet tas-sorvelja tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas tal-konformità jkunx dovut għal waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

il-ġugarell ma jissodisfax ir-rekwiżiti marbuta mas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew;

(b)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati li l-Artikolu 13 jirreferi għalihom għaliex jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.

6.   L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull miżura adottata u kull informazzjoni addizzjonali fuq in-nuqqas tal-konformità tal-ġugarell ikkonċernat għad-dispożizzjoni tagħhom, u, jekk ma jkunx hemm qbil fuq il-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.   Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni jew minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda mill-Istat Membru fir-rigward tal-ġugarell ikkonċernat, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-ġugarell ikkonċernat, bħall-irtirar tal-ġugarell mis-suq, mingħajr dewmien.

Artikolu 43

Proċedura ta’ salvagwardja Komunitarja

1.   Fejn, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42(3) u (4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali ta’ Stat Membru jew fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżura nazzjonali tkun kontra d-dritt Komunitarju, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti u għandha tagħmel valutazzjoni tal-miżura nazzjonali.

Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lil operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti.

2.   Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ġugarell mhux konformi jkun irtirat mis-suq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-miżura.

3.   Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas tal-konformità tal-ġugarell ikun attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati, kif imsemmi fl-Artikolu 42(5)(b), il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korp jew korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej relevanti u għandha tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE. Dak il-Kumitat għandu jikkonsulta mal-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej relevanti u jagħti l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

Artikolu 44

Skambju ta’ informazzjoni – Sistema Komunitarja ta’ Informazzjoni Rapida

Jekk miżura msemmija fl-Artikolu 42(4) tkun tip ta’ miżura rikjesta skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 li għandha tiġi notifikata mis-Sistema Komunitarja ta’ Skambji Rapidi ta’ Informazzjoni, ma jkunx meħtieġ li ssir notifika separata skont l-Artikolu 42(4) ta’ din id-Direttiva, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

in-notifika mis-Sistema Komunitarja ta’ Skambji Rapidi ta’ Informazzjoni tindika li n-notifika tal-miżura hija rikjesta wkoll minn din id-Direttiva;

(b)

l-evidenza ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikolu 42(5) tkun mehmuża mis-Sistema Komunitarja ta’ Skambji Rapidi ta’ Informazzjoni.

Artikolu 45

Nuqqas ta’ konformità formali

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 42, meta Stat Membru jsib waħda minn dawn is-sitwazzjonijet, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti ma jkomplix bin-nuqqas ikkonċernat fir-rigward tal-konformità:

(a)

li l-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 16 jew 17;

(b)

li l-marka CE ma tkunx twaħħlet;

(c)

li d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE ma tkunx saret;

(d)

li d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE ma tkunx saret b’mod korrett;

(e)

li d-dokumentazzjoni teknika mhix disponibbli jew mhix kompleta.

2.   Meta n-nuqqas tal-konformità msemmi fil-paragrafu 1 jissokta, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jillimita jew jipprojbixxi li l-ġugarell ikun jista’ jinkiseb mis-suq jew jiżgura li jittieħed lura jew ikun irtirat mis-suq.

KAPITOLU VII

IL-PROCEDURI TAL-KUMITAT

Artikolu 46

L-emendi u l-miżuri implimentattivi

1.   Il-Kummissjoni tista’, għall-iskopijiet li tadattahom għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, temenda dawn li ġejjin:

(a)

Anness I;

(b)

il-Punti 11 u 13 tal-Parti III tal-Anness II;

(c)

l-Anness V.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 47(2).

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta valuri ta’ limitu speċifiċi għal kimiċi użati fil-ġugarelli maħsuba għal tfal ta’ taħt is-36 xahar jew f’ġugarelli oħra maħsuba biex jitqegħdu fil-ħalq billi jitqiesu r-rekwiżiti ta’ ppakkjar għall-ikel hekk kif deskritti fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u l-miżuri relatati speċifiċi għal materjali partikolari, u d-differenzi bejn il-ġugarelli u l-materjali li jidħlu f’kuntatt mal-ikel. Il-Kummissjoni għandha temenda l-Appendiċi C tal-Anness II ta’ din id-Direttiva b’konsegwenza ta’ dan. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 47(2).

3.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi dwar l-użu fil-ġugarelli ta’ sustanzi jew taħlitiet li huma kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, tal-kategoriji mniżżlin fit-Taqsima 5 tal-Appendiċi B tal-Anness II u li jkunu ġew evalwati mill-Kumitat Xjentifiku relevanti, u tista’ temenda l-Appendiċi A tal-Anness II skont dan. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 47(2).

Artikolu 47

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita ta’ kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, u għandhom jitqiesu wkoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI SPEĊIFIĊI

Artikolu 48

Rappurtar

Sal-20 ta’ Lulju 2014 u kull ħames snin minn hemm il quddiem, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Dak ir-rapport għandu jkun fih evalwazzjoni tal-qagħda li tirrigwarda s-sikurezza tal-ġugarelli u tal-effettività ta’ din id-Direttiva kif ukoll preżentazzjoni tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq imwettqa minn dak l-Istat Membru.

Il-Kummissjoni għandha tfassal u tippubblika sinteżi tar-rapporti nazzjonali.

Artikolu 49

Trasparenza u kunfidenzjalità

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni jadottaw miżuri skont din id-Direttiva, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tat-trasparenza u l-kunfidenzjalità pprovduti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2001/95/KE.

Artikolu 50

Motivazzjoni tal-miżuri

Kull miżura meħuda skont din id-Direttiva li tipprojbixxi jew tillimita t-tqegħid fis-suq ta’ ġugarell, jew tirtira jew issejjaħ lura mis-suq ġugarell, għandha tindika r-raġunijiet eżatti li fuqhom tkun ibbażata.

Miżura bħal din għandha tiġi nnotifikati mingħajr dewmien lill-parti kkonċernata, li fl-istess ħin għandha tkun infurmata wkoll dwar ir-rimedji legali disponibbli fil-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u l-limiti ta’ żmien marbuta ma’ dawk ir-rimedji.

Artikolu 51

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli tal-penali għall-operaturi ekonomiċi, li jistgħu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu implimentati.

Il-pieni previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jiżdiedu jekk l-operatur ekonomiku rilevanti preċedentement wettaq ksur simili ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli sal-20 ta’ Lulju 2011, u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 52

Applikazzjoni tad-Direttivi 85/374/KEE u 2001/95/KE

1.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għad-Direttiva 85/374/KEE.

2.   Id-Direttiva 2001/95/KE għandha tapplika għal ġugarelli skont l-Artikolu 1(2) tagħha.

Artikolu 53

Perjodi tranżitorji

1.   L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu t-tqegħid fis-suq ta’ ġugarelli li jkunu konformi mad-Direttiva 88/378/KEE u li tqiegħdu fis-suq qabel l-20 ta’ Lulju 2011.

2.   Minbarra dak li jinsab imniżżel fl-ewwel paragrafu, l-Istati Membri ma jistgħux jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta’ ġugarelli li jkunu konformi mar-rekwiżiti kollha ta’ din id-Direttiva minbarra dawk imniżżla fil-Parti III tal-Anness II, sakemm dawn il-ġugarelli jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti mniżżla fil-Parti 3 tal-Anness II tad-Direttiva 88/378/KEE u jkunu tqiegħdu fis-suq qabel l-20 ta’ Lulju 2013.

Artikolu 54

Traspożizzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-20 ta’ Jannar 2011. Huma jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri b’effett mill-20 ta’ Lulju 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza tali meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 55

Revoka

Id-Direttiva 88/378/KEE, ħlief l-Artikolu 2(1) u l-Parti 3 tal-Anness II, hija revokata b’effett mill-20 ta’ Lulju 2011. L-Artikolu 2(1) u l-Parti 3 tal-Anness II, għandhom jiġu revokati b’effett l-20 ta’ Lulju 2013.

Referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 56

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 57

Indirizzi

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

Š. FÜLE


(1)  L-Opinjoni tat-18 ta’ Settembru 2008 (OJ C 77, 31.3.2009, p. 8).

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2009.

(3)  ĠU L 187, 16.7.1988, p. 1.

(4)  ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.

(5)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(6)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(7)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(8)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

(9)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(10)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(11)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(12)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(13)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.

(14)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.

(15)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.

(16)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(17)  ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29.


ANNESS I

Lista ta’ prodotti li, b’mod partikolari, mhumiex meqjusa bħala ġugarelli fil-kuntest ta’ din id-direttiva

(kif imsemmija fl-Artikolu 2(1))

1.

Oġġetti dekorattivi għall-festi u ċ-ċelebrazzjonijiet

2.

Prodotti għal kollezzjonisti, sakemm il-prodott jew l-imballaġġ tiegħu jkollu indikazzjoni viżibbli u leġġibbli li hu intiż għal kollezzjonisti ta’ 14-il sena jew iktar. Eżempji ta’ din il-kategorija huma:

(a)

mudelli dettaljati u bi skala preċiża,

(b)

kitts għall-armar ta’ mudelli bi skala preċiża,

(c)

pupi folkoristiċi u dekorattivi u oġġetti oħra simili,

(d)

mudelli storiċi ta’ ġugarelli; u

(e)

riproduzzjonijiet ta’ armi tan-nar ta’ veru,

3.

Tagħmir tal-isport, inklużi roller skates, inline skates u skateboards intiżi għal tfal b’massa korporea ta’ iktar minn 20 kg

4.

Roti li l-għoli massimu tas-sit ma jkunx aktar minn 435 mm, imkejjel bħala d-distanza vertikali mill-art sal-parti ta’ fuq tas-sit, bis-sit f’pożizzjoni orizzontali u s-sedil aġġustat għall-aktar pożizzjoni baxxa possibbli

5.

Roti, skuters u mezzi oħra tat-trasport intiżi għall-isport jew li huma intiżi li jintużaw għall-ivvjaġġar fuq toroq pubbliċi jew mogħdijiet pubbliċi

6.

Vetturi li jaħdmu bl-elettriku li huma intiżi għall-użu fl-ivvjaġġar fuq toroq pubbliċi, mogħdijiet pubbliċi, jew fuq il-bankini tagħhom

7.

Tagħmir akkwatiku intiż biex jintuża fl-ilma fond u tagħmir għat-tagħlim tal-għawm mit-tfal, bħal swim seats u għajnuniet għall-għawm

8.

Puzzles b’iktar minn 500 biċċa

9.

Gannijiet u pistoli li jużaw il-gass ikkumpressat, bl-eċċezzjoni ta’ gannijiet tal-ilma u pistoli tal-ilma, u qwas (għall-vleġeġ) li jkunu itwal minn 120 ċm

10.

Logħob tan-nar, inkluż percussion caps li mhux iddisinjati speċifikament bħala ġugarelli

11.

Prodotti u logħob li jużaw missili bil-ponta, bħal settijiet tad-darts bil-ponot metalliċi

12.

Prodotti edukattivi funzjonali, bħal fran tal-elettriku, ħadid tal-mogħdija jew prodotti funzjonali oħra mħaddma f’vultaġġ nominali ta’ iktar minn 24 volt u li jinbiegħu esklussivament għal skopijiet ta’ tagħlim taħt superviżjoni adulta

13.

Prodotti intiżi għall-użu bi skopijiet edukattivi fl-iskejjel u f’kuntesti pedagoċiċi oħra taħt is-sorveljanza ta’ edukatur adult, bħal tagħmir tax-xjenza

14.

Tagħmir elettroniku, bħal kompjuters personali u game consoles, użati għall-aċċess ta’ softwer interattiv u l-periferali assoċjati tagħhom, jekk it-tagħmr elettroniku jew il-periferali assoċjati ma jkunx imfassal b’mod speċifiku għat-tfal u mmirat għalihom u jkollu valur ta’ logħob fih innifsu, bħal kompjuters personali ddisinjati speċjalment, tastieri, joy sticks jew roti tas-sewqan għal użu għal-logħob elettroniku

15.

Softwer interattiv, intiż għad-divertiment, bħal logħob tal-kompjuter u l-mezzi ta’ ħżin tagħhom, bħal CDs

16.

Gażażi tat-trabi

17.

Bozoz għat-tfal

18.

Transformers elettriċi għall-ġugarelli

19.

Aċċessorji tal-moda għat-tfal, li mhumiex maħsuba għall-użu fil-logħob


ANNESS II

REKWIŻITI ESSENZJALI TAS-SIKUREZZA

I.   Il-Kwalitajiet fiżiċi u mekkaniċi

1.

Ġugarelli u l-partijiet tagħhom u, fil-każ ta’ ġugarelli mwaħħla, il-partijiet li jitwaħħlu, għandu jkollhom is-saħħa mekkanika meħtieġa u, fejn jixraq, l-istabbiltà biex jifilħu għall-istress li jkunu esposti għalih waqt l-użu mingħajr ma jitkissru jew jitgħaffġu bir-riskju li joħolqu korriment fiżiku.

2.

Truf, ponot ħerġin, ħbula, kejbils u qfieli aċċessibbli fuq il-ġugarelli għandhom ikunu ddisinjati u prodotti b’tali mod li r-riskji ta’ korriment fiżiku meta t-tfal jiġu f’kuntatt magħhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun.

3.

Il-ġugarelli għandhom ikunu ddisinjati u prodotti b’tali mod li ma joħolqu l-ebda riskju jew inkella joħolqu l-inqas riskju possibbli inerenti mal-użu tagħhom li jista’ jinħoloq miċ-ċaqliq tal-partijiet tagħhom.

4.

(a)

Il-ġugarelli u l-partijiet tagħhom ma għandhomx jippreżentaw riskju ta’ strangolazzjoni.

(b)

Il-ġugarelli u l-partijiet tagħhom ma jistgħux jippreżentaw xi riskju ta’ asfissija billi jingħalaq il-fluss tal-arja bħala riżultat ta’ imblukkar estern tal-passaġġ tal-arja għall-ħalq jew għall-imnieħer.

(c)

Il-ġugarelli u l-partijiet tagħhom għandu jkollhom dimensjonijiet li ma joħolqu l-ebda riskju ta’ asfissija permezz tal-għeluq tal-fluss tal-arja bħala riżultat tal-imblukkar intern tal-passaġġ tal-arja minn oġġetti li jitqegħdu fil-ħalq jew fil-farinġi jew fuq id-daħla għall-passaġġi l-baxxi tal-arja.

(d)

Il-ġugarelli, li huma intiżi b’mod ċar biex jintużaw minn tfal taħt is-36 xahar, u l-partijiet komponenti tagħhom, u kull parti tal-ġugarelli li tinqala’, għandhom ikunu ta’ tali qisien li ma jkunux jistgħu jinbelgħu jew jidħlu mill-imnifsejn. Dan japplika wkoll għal ġugarelli oħra intiżi biex jitpoġġew fil-ħalq, u għall-partijiet komponenti tagħhom u kull parti minnhom li tinqala’.

(e)

L-imballaġġ li jkunu fih il-ġugarelli għall-bejgħ fil-ħwienet ma għandux jippreżenta riskju ta’ strangolazzjoni jew affissija kkawżat mill-imblukkar estern tal-passaġġ tal-arja mal-ħalq jew l-imnieħer.

(f)

Il-ġugarelli li jkunu ġo prodotti tal-ikel jew imħallta ma’ prodott tal-ikel għandu jkollhom l-imballaġġ tagħhom stess. Dan l-imballaġġ, kif jiġu fornut, għandu jkollu qisien li ma jippermettux li jinbelgħa u/jew li jidħol mill-imnifsejn.

(g)

L-imballaġġ tal-ġugarelli, hekk kif imniżżel fil-punti (e) u (f), li huwa sferiku, forma ta’ bajda jew ellissojdali, u kwalunkwe parti li tinqala’ ta’ dan l-imballaġġ jew ta’ imballaġġ ċilindriku tal-ġugarelli bit-truf imdawrin, għandu jkollu dimensjonijiet li ma jippermettux li huwa joħloq imblukkar tal-passaġġ tal-arja meta jitqiegħed fil-ħalq jew fil-farinġi jew meta jitpoġġa fuq id-daħla tal-passaġġi t’isfel tal-arja.

(h)

Ġugarelli marbuta sewwa ma’ prodott tal-ikel fil-waqt tal-konsum, b’tali mod li l-prodott tal-ikel ikun jeħtieġ jiġi kkunsmat qabel ma jkun hemm aċċess dirett għall-ġugarell, għandhom ikunu projbiti. Il-partijiet tal-ġugarelli li jkunu marbuta b’mod ieħor mal-ikel għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti mniżżla fil-punti (c) u(d).

5.

Ġugarelli ta’ ġo l-ilma għandhom ikunu ddisinjati u prodotti b’tali mod li jnaqqsu kemm jista’ jkun, filwaqt li jqisu l-użu rakkomandat tal-ġugarell, kull riskju li l-ġugarell ma jżommx f’wiċċ l-ilma u li ma jibqax jiflaħ lit-tifel/tifla.

6.

Ġugarelli li tista’ tidħol fihom u li għalhekk ikollhom spazju magħluq għal min jidħol fihom għandu jkollhom mezz minn fejn l-utenti intiżi jkunu jistgħu joħorġu malajr minn ġewwa.

7.

Ġugarelli li jmexxu lil min jużahom għandhom, kemm jista’ jkun, ikun fihom sistema ta’ brejk adattata għat-tip ta’ ġugarell u li tiflaħ għall-enerġija kinetika ġenerata minnu. Sistema bħal din għandha tkun faċli biex min jużaha jħaddimha mingħajr periklu li jittajjar jew iweġġa’ l-utent u kif ukoll lil terzi persuni.

Il-veloċità massima tad-disinn ta’ ġugarelli li jistgħu jintrikbu u li jaħdmu bl-elettriku għandha tkun limitata biex jitnaqqas ir-riskju ta’ korriment kemm jista’ jkun.

8.

Il-forma u l-kompożizzjoni ta’ projettili u l-enerġija kinetika li jistgħu jiġġenernaw meta jiġu sparati minn ġugarell iddisinjat għal dak l-iskop għandhom ikunu tali li, meta tqis il-karatteristika tal-ġugarell, ma jkunx hemm riskju ta’ korriment fiżiku għal min jużah jew għal terzi persuni.

9.

Il-ġugarelli għandhom ikunu prodotti b’tali mod li jiżguraw li:

(a)

it-temperatura massima u minima ta’ xi wiċċ aċċessibbli ma tikkaġunax korriment meta jintmess; u

(b)

likwidi u gassijiet li jkun hemm fil-ġugarell ma jilħqux temperaturi jew pressjonijiet li huma tali li l-ħruġ tagħhom mill-ġugarell, għajr għal raġunijiet essenzjali biex jaħdem sew il-ġugarell, jistgħu jikkaġunaw ħruq, tixwit jew korriment fiżiku ieħor.

10.

Ġugarelli li huma ddisinjati biex jagħmlu l-ħsejjes għandhom ikunu ddisinjati u prodotti b’tali mod f’termini ta’ valuri massimi għall-ħoss ta’ impuls u għall-ħoss kontinwu, li ħoss li joħroġ minnhom ma jagħmilx ħsara lis-smigħ tat-tfal.

11.

Ġugarelli tal-attività għandhom ikunu prodotti b’tali mod li jitnaqqas ir-riskju ta’ tgħaffiġ jew qbid ta’ partijiet tal-ġisem jew qbid ta’ ħwejjeġ u ta’ waqgħa, impatt u għarqa kemm jista’ jkun. B’mod partikolari, kull wiċċ ta’ ġugarell bħal dan li jkun aċċessibbli għal tifel jew tifla wieħed jew iktar sabiex jilgħabu fuqu għandu jkun iddisinjat sabiex ikun jiflaħ il-piż tagħhom.

II.   Fjammabilità

1.

Il-ġugarelli ma għandhomx ikollhom element perikoluż li jista’ jaqbad fl-ambjent tat-tfal. Għandhom ikunu magħmulin minn materjali li jissodisfaw waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma jaqbdux jekk ikunu esposti direttament għal fjamma jew spark jew sors potenzjali ieħor tan-nar;

(b)

ma jeħdux in-nar faċilment (il-fjamma tintefa malli l-kawża tan-nar tispiċċa);

(c)

jekk jieħdu n-nar, jaqbdu bil-mod u jkollhom rata baxxa fit-tifrix tal-fjamma;

(d)

irrispettivament mill-kompożizzjoni kimika tal-ġugarell, jiġu ddisinjati sabiex b’mod mekkaniku l-proċess ta’ kombustjoni jiġi ttardjat;

Materjal kombustibbli bħal dan ma għandux joħloq riskju li jqabbad materjal ieħor użat fil-ġugarell.

2.

Ġugarelli li, minħabba raġunijiet essenzjali għat-tħaddim tagħhom, fihom sustanzi jew taħlitiet konformi mal-kriterji ta’ klassifikazzjoni mfissra fl-ewwel Taqsima tal-Appendiċi B, b’mod partikolari materjal u apparat għal esperimenti tal-kimika, armar ta’ mudelli, forom tal-plastik jew taċ-ċeramika, enamelling, fotografija jew attivitajiet simili, ma għandux ikun fihom sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jaqbdu f’każ ta’ telf ta’ komponenti volatili li ma jaqbdux.

3.

Il-ġugarelli għajr percussion caps tal-logħob ma għandhomx ikunu esplussivi jew ikollhom elementi jew sustanzi li jistgħu jisplodu meta jintużaw kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2).

4.

Ġugarelli u, b’mod partikulari, logħbiet u ġugarelli kimiċi, ma għandux ikun fihom sustanzi jew taħlitiet:

(a)

li, meta jitħalltu flimkien, jistgħu jisplodu minħabba reazzjoni kimika jew minħabba t-tisħin;

(b)

li jistgħu jisplodu meta jitħalltu ma’ sustanzi ossidanti; jew

(c)

li jkun fihom komponenti volatili li jaqbdu fl-arja u li jistgħu jiffurmaw taħlita ta’ fwar/arja li taqbad jew tkun splussiva.

III.   Kwalitajiet kimiċi

1.

Il-ġugarelli għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati b’tali mod b’tali mod li ma jkunx hemm riskji ta’ effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem minħabba espożizzjoni għal sustanzi jew taħlitiet kimiċi li l-ġugarelli jkunu magħmula minnhom jew ikunu fihom, meta l-ġugarelli jintużaw kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2).

Il-ġugarelli għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni relevanti tal-Komunità marbuta ma’ ċerti kategoriji ta’ prodotti jew ta’ restrizzjonijiet għal ċerti sustanzi u taħlitiet.

2.

Ġugarelli li huma nnifishom huma sustanzi jew taħlitiet għandhom jikkonformaw ukoll mad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta’ sustanzi perikolużi (1), ukoll id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (2) u r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (3), skont kif applikabbli, dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta’ ċerti sustanzi u taħlitiet.

3.

Mingħajr ħsara għar-restrizzjonijiet imsemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 1, is-sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), tal-kategorija 1 A, 1B jew 2 taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 m’għandhomx jintużaw fil-ġugarelli, ġo komponenti ta’ ġugarelli jew ġo partijiet distinti mikro-strutturalment tal-ġugarelli.

4.

B’deroga mill-punt 3, sustanzi jew taħlitiet klasifikati bħala CMR tal-kategoriji mniżżla fit-Taqsima 3 tal-Appendiċi B jistgħu jintużaw fil-ġugarelli, ġo komponenti ta’ ġugarelli jew ġo partijiet distinti mikro-strutturalment tal-ġugarelli sakemm tiġi sodisfatta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawn is-sustanzi u taħlitiet jinsabu f’konċentrazzjonijiet individwali li jkunu daqs jew iżgħar mill-konċentrazzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-atti legali Komunitarji msemmija fit-Taqsima 2 tal-Appendiċi B għall-klassifikazzjoni tat-taħlitiet li jkun fihom dawn is-sustanzi;

(b)

dawn is-sustanzi u taħlitiet mhumiex aċċessibbli għat-tfal fl-ebda forma, inkluż permezz tan-nifs, meta l-ġugarell jintuża kif specifikat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2);

(c)

deċiżjoni skont l-Artikolu 46(3) tkun ittieħdet biex is-sustanza jew taħlita u l-użu tagħha, u s-sustanza jew taħlita u l-użi permessi tagħha jkunu ġew elenkati fl-Appendiċi A.

Dik id-deċiżjoni tista’ tittieħed jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(i)

l-użu tas-sustanza jew taħlita jkun ġie evalwat mill-Kumitat Xjentifiku rilevanti u nstab li ma fihx perikolu, partikolarment fid-dawl tal-espożizzjoni;

(ii)

ma hemmx sustanzi jew taħlitiet alternattivi xierqa disponibbli, kif dokumentati f’analiżi tal-alternattivi, u

(iii)

is-sustanza jew taħlita mhijiex projbita għal użi f’artikli tal-konsumaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

l-Kummissjoni għandha tqabbad lill-Kumitat Xjentifiku biex jevalwa mill-ġdid dawk is-sustanzi jew it-taħlitiet hekk kif jinqala’ tħassib dwar is-sikurezza tagħhom u għallinqas darba kull ħames snin mid-data li fiha tkun ittieħdet deċiżjoni skont l-Artikolu 46(3).

5.

B’deroga mill-punt 3, sustanzi jew taħlitiet kklasifikati bħala CMR tal-kategoriji mniżżla fit-Taqsima 4 tal-Appendiċi B jistgħu jintużaw fil-ġugarelli, ġo komponenti ta’ ġugarelli jew ġo partijiet distinti mikro-strutturalment tal-ġugarelli sakemm:

(a)

dawn is-sustanzi u taħlitiet jinsabu f’konċentrazzjonijiet individwali li jkunu daqs jew iżgħar mill-konċentrazzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-atti legali Komunitarji msemmija fit-Taqsima 2 tal-Appendiċi B għall-klassifikazzjoni tat-taħlitiet li jkun fihom dawn is-sustanzi; jew

(b)

dawn is-sustanzi u taħlitiet mhumiex aċċessibbli għat-tfal fl-ebda forma, inkluż permezz tan-nifs, meta l-ġugarell jintuża kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2); jew

(c)

deċiżjoni skont l-Artikolu 46(3) tkun ittieħdet biex tippermetti li s-sustanza jew taħlita u l-użu tagħha, u s-sustanza jew taħlita u l-użi permessi tagħha jkunu ġew elenkati fl-Appendiċi A.

Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(i)

l-użu tas-sustanza jew taħlita jkun ġie evalwat mill-Kumitat Xjentifiku rilevanti u nstab li ma fihx perikolu, partikolarment fid-dawl tal-espożizzjoni; u

(ii)

is-sustanza jew it-taħlita mhumiex projbiti għal użi f’artikli tal-konsumatrui skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

l-Kummissjoni għandha tqabbad lill-Kumitat Xjentifiku biex jevalwa mill-ġdid dawk is-sustanzi jew il-preparazzjonijiet hekk kif jinqala’ tħassib dwar is-sikurezza tagħhom u għallinqas darba kull ħames snin mid-data li fiha tkun ittieħdet deċiżjoni skont l-Artikolu 46(3).

6.

Il-Punti 3, 4 u 5 m’għandhomx japplikawx għan-nikel fl-azzar li ma jissaddadx.

7.

Il-Punti 3, 4 u 5 ma għandhomx japplikawx għal materjali li jkunu konformi mal-valuri ta’ limitu speċifiċi imniżżla fl-Appendiċi C, jew, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jitniżżlu, iżda mhux iktar mill-20 ta’ Lulju 2017, għal materjali koperti minn u li jkunu konformi ma’ dispożizzjonijiet għal materjali li jidħlu f’kuntatt mal-ikel stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u l-miżuri speċifiċi relatati għal materjali partikolari.

8.

Mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-punti 3 u 4, in-nitrosamini u s-sustanzi nitrosabbli għandhom ikunu pprojbiti għall-użu fil-ġugarelli maħsuba għall-użu mit-tfal ta’ taħt is-36 xahar jew f’ġugarelli oħra maħsuba biex jitqegħdu fil-ħalq, jekk il-migrazzjoni tas-sustanzi tkun daqs jew ogħla minn 0,05 mg/kg għan-nitrosamini u 1 mg/kg għas-sustanzi nitrosabbli.

9.

Il-Kummissjoni għandha b’mod sistematiku u regolari tevalwa jekk hemmx sustanzi perikolużi fil-materjali fil-ġugarelli. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom iqisu r-rapporti ta’ entitajiet ta’ kontroll tas-suq u t-tħassib espress mill-Istati Membri u minn dawk interessati.

10.

Kożmetiċi tal-logħob, bħall-kożmetiċi tal-logħob għall-pupi, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kompożizzjoni u t-tikkettar stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-prodotti kożmetiċi (4).

11.

Il-ġugarelli ma għandux ikun fihom dawn il-fwejjaħ allerġeniċi li ġejjin:

Nru

Isem il-fwieħa allerġenika

Numru CAS

(1)

Żejt tal-Alanroot (Inula helenium)

97676-35-2

(2)

Allylisothiocyanate

57-06-7

(3)

Benzyl cyanide

140-29-4

(4)

4 tert-Butylphenol

98-54-4

(5)

Żejt tal-Chenopodium

8006-99-3

(6)

Cyclamen alcohol

4756-19-8

(7)

Diethyl maleate

141-05-9

(8)

Dihydrocoumarin

119-84-6

(9)

2,4-Dihydroxy-3-methylbenzaldehyde

6248-20-0

(10)

3,7-Dimethyl-2-octen-1-ol (6,7-Dihydrogeraniol)

40607-48-5

(11)

4,6-Dimethyl-8-tert-butylcoumarin

17874-34-9

(12)

Dimethyl citraconate

617-54-9

(13)

7,11-Dimethyl-4,6,10-dodecatrien-3-one

26651-96-7

(14)

6,10-Dimethyl-3,5,9-undecatrien-2-one

141-10-6

(15)

Diphenylamine

122-39-4

(16)

Ethyl acrylate

140-88-5

(17)

Weraq tat-tin, frisk u preparazzjonijiet

68916-52-9

(18)

trans-2-Heptenal

18829-55-5

(19)

trans-2-Hexenal diethyl acetal

67746-30-9

(20)

trans-2-Hexenal dimethyl acetal

18318-83-7

(21)

Hydroabietyl alcohol

13393-93-6

(22)

4-Ethoxy-phenol

622-62-8

(23)

6-lsopropyl-2-decahydronaphthalenol

34131-99-2

(24)

7-Methoxycoumarin

531-59-9

(25)

4-Methoxyphenol

150-76-5

(26)

4-(p-Methoxyphenyl)-3-butene-2-one

943-88-4

(27)

1-(p-Methoxyphenyl)-1-penten-3-one

104-27-8

(28)

Methyl trans-2-butenoate

623-43-8

(29)

6-Methylcoumarin

92-48-8

(30)

7-Methylcoumarin

2445-83-2

(31)

5-Methyl-2,3-hexanedione

13706-86-0

(32)

Żejt tal-għeruq tal-Costus (Saussurea lappa Clarke)

8023-88-9

(33)

7-Ethoxy-4-methylcoumarin

08.05.87

(34)

Hexahydrocoumarin

700-82-3

(35)

Balsam tal-Peru, mhux raffinat (Tnixxija ta’ Myroxylonpereirae pereirae (Royle) Klotzsch)

8007-00-9

(36)

2-Pentylidene-cyclohexanone

25677-40-1

(37)

3,6,10-Trimethyl-3,5,9-undecatrien-2-one

1117-41-5

(38)

Żejt tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth)

02.12.24

(39)

Musk ambrette (4-tert-Butyl-3-methoxy-2,6-dinitrotoluene)

83-66-9

(40)

4-Phenyl-3-buten-2-one

122-57-6

(41)

Amyl cinnamal

122-40-7

(42)

Amylcinnamyl alcohol

101-85-9

(43)

Benzyl alcohol

100-51-6

(44)

Benzyl salicylate

118-58-1

(45)

Cinnamyl alcohol

104-54-1

(46)

Cinnamal

104-55-2

(47)

Citral

5392-40-5

(48)

Coumarin

91-64-5

(49)

Eugenol

97-53-0

(50)

Geraniol

106-24-1

(51)

Hydroxy-citronellal

107-75-5

(52)

Hydroxy-methylpentylcyclohexenecarboxaldehyde

31906-04-4

(53)

Isoeugenol

97-54-1

(54)

Estratti tal-Oakmoss

90028-68-5

(55)

Estratti tat-Treemoss

90028-67-4

Madankollu, il-preżenza ta’ traċċi ta’ dawn il-fwejjaħ għandha tkun permessa bil-kundizzjoni li din il-preżenza ma tkunx tista’ tiġi evitata fuq livell tekniku taħt prassi ta’ manifattura tajba u ma tkunx aktar minn 100 mg/kg.

Barra minn hekk, l-ismijiet tal-fwejjaħ allerġeniċi li ġejjin għandhom jiġu elenkati fuq il-ġugarell, fuq tikketta mwaħħla, fuq l-imballaġġ jew f’fuljett li jakkompanja l-ġugarell, jekk jiżdiedu ma’ ġugarell, bħala tali, f’konċentrazzjonijiet li jisbqu l-100 mg/kg fil-ġugarell jew il-komponenti tiegħu:

Nru

Isem il-fwieħa allerġenika

Numru CAS

(1)

Anisyl alcohol

105-13-5

(2)

Benzyl benzoate

120-51-4

(3)

Benzyl cinnamate

103-41-3

(4)

Citronellol

106-22-9

(5)

Farnesol

4602-84-0

(6)

Hexyl cinnamaldehyde

101-86-0

(7)

Lilial

80-54-6

(8)

d-Limonene

5989-27-5

(9)

Linalool

78-70-6

(10)

Methyl heptine carbonate

111-12-6

(11)

3-methyl-4-(2,6,6-trimethyl-2-cyclohexen-1-yl)-3-buten-2-one

127-51-5

12.

L-użu tal-fwejjaħ inklużi fil-punti 41 sa 55 tal-lista inkluża fl-ewwel paragrafu tal-punt 11 kif ukoll tal-fwejjaħ inklużi fil-punti 1 sa 11 tal-lista inkluża fit-tielet paragrafu ta’ dak il-punt għandu jkun permessi f’logħbiet fuq bord li għandhom x’jaqsmu max-xamm, fil-kitts kożmetiċi u f’logħbiet marbuta mat-tegħim, sakemm:

(i)

dawk il-fwejjaħ ikunu ttikkettati b’mod ċar fuq l-imballaġġ, u sakemm l-imballaġġ ikun fih it-twissija stabbilita fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness V;

(ii)

jekk ikun applikabbli, il-prodotti li jsiru mit-tfal skont l-istruzzjonijiet ikunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 76/768/KEE; u

(iii)

jekk ikun applikabbli, dawk il-fwejjaħ ikunu konformi mal-leġislazzjoni rilevanti dwar l-ikel.

Tali logħbiet fuq bord li għandhom x’jaqsmu max-xamm, kitts kożmetiċi u logħbiet marbuta mat-tegħim m’għandhomx jintużaw mit-tfal li ta’ taħt is-36 xahar u għandhom ikunu konformi mal-punt 1 tal-Parti B tal-Anness V.

13.

Mingħajr ħsara għall-punti 3, 4 u 5, il-limiti migratorji li ġejjin, minn ġugarelli jew komponenti ta’ ġugarelli ma għandhomx jinqabżu:

Elementi

mg/kg

f’materjal tal-ġugarell niexef, fraġli, flessibbli jew f’għamla ta’ trab

mg/kg

f’materjal tal-ġugarell likwidu jew li jwaħħal

mg/kg

f’materjal tal-ġugarell li jkun inbarax minn fuqu

Aluminju

5 625

1 406

70 000

Antimonju

45

11,3

560

Arseniku

3,8

0,9

47

Barju

4 500

1 125

56 000

Boron

1 200

300

15 000

Kadmju

1,9

0,5

23

Kromju (III)

37,5

9,4

460

Kromju (VI)

0,02

0,005

0,2

Kobalt

10,5

2,6

130

Ram

622,5

156

7 700

Ċomb

13,5

3,4

160

Manganiż

1 200

300

15 000

Merkurju

7,5

1,9

94

Nikil

75

18,8

930

Selenju

37,5

9,4

460

Stronzju

4 500

1 125

56 000

Landa

15 000

3 750

180 000

Landa organika

0,9

0,2

12

Żingu

3 750

938

46 000

Dawn il-valuri ta’ limitu ma għandhomx japplikawx għal ġugarelli jew komponenti ta’ ġugarelli li, minħabba l-aċċessibilità, il-funzjoni, il-volum jew il-massa tagħhom, jeskludu b’mod ovvju kwalunkwe periklu li t-tfal issoffuhom, jibilgħuhom jew ikollhom kuntatt fit-tul mal-ġilda tagħhom meta jużawhom kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2).

IV.   Kwalitajiet elettriċi

1.

Il-ġugarelli ma għandhomx jaħdmu b’elettrikuta’ vultaġġ nominali li jisboq l-24 volt ta’ kurrent dirett (DC) jew il-vultaġġ ta’ kurrent alternanti (AC) ekwivalenti, u l-partijiet aċċessibbli tagħhom ma għandhomx jisbqu l-24 volt DC jew il-vultaġġ AC ekwivalenti.

Il-vultaġġi interni ma għandhomx jisbqu l-24 volt DC jew il-vultaġġ AC ekwivalenti sakemm ma jkunx żgurat li t-taħlita tal-vultaġġ u l-kurrent iġġenerata ma twassalx għal xi riskju jew xokk elettriku li jagħmel il-ħsara, anki meta l-ġugarell ikun inkiser.

2.

Partijiet minn ġugarelli li huma marbuta ma’, jew għandhom ċans li jiġu f’kuntatt ma’, sors ta’ elettriku li kapaċi joħloq xokk, flimkien mal-kejbils jew kondutturi oħra li minnhom jgħaddi l-elettriku lejn dawk il-partijiet, għandhom ikunu iżolati sew u protetti mekkanikament biex iħarsu mir-riskju ta’ xokk bħal dan.

3.

Il-ġugarelli elettriċi għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li jiżguraw li t-temperaturi massimi milħuqa mill-uċuh kollha direttament aċċessibbli ma jkunux tali li jikkaġunaw ħruq meta jintmessu.

4.

F’kundizzjonijiet prevedibbli ta’ ħsara, il-ġugarelli għandhom jipprovdu protezzjoni mill-perikli elettriċi li jirriżultaw mis-sors tal-enerġija elettrika.

5.

Il-ġugarelli elettriċi għandhom jipprovdu ħarsien adegwat mir-riskju tan-nar.

6.

Il-ġugarelli elettriċi għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati f’tali mod li l-kampi elettriċi, manjetiċi u elettromanjetiċi u radjazzjonijiet oħra maħluqa mit-tagħmir, ikunu limitati sal-punt meħtieġ għat-tħaddim tal-ġugarell, u għandhom jaħdmu f’livell sikur f’konformità mal-aħħar avvanzi tat-teknoloġija rikonoxxuti fuq livell ġenerali, u b’kunsiderazzjoni tal-miżuri Komunitarji speċifiċi.

7.

Ġugarelli li għandhom sistema ta’ kontroll elettronika għandhom jitfasslu u jiġu mmanifatturati b’tali mod li l-ġugarell jaħdem mingħajr periklu anki meta s-sistema elettronika tibda taħdem ħażin jew tieqaf taħdem minħabba falliment fis-sistema nnifisha jew minħabba fattur estern.

8.

Il-ġugarelli għandhom jitfasslu u manifatturati b’tali mod li ma jippreżentaw ebda periklu għas-saħħa jew riskju ta’ korriment lill-għajnejn jew il-ġilda minn lejżers, diodes li jitfgħu d-dawl jew kwalunkwe tip ieħor ta’ radjazzjoni.

9.

It-transformer elettriku għal ġugarell ma għandux ikun parti integrali tal-ġugarell.

V.   L-Iġjene

1.

Il-ġugarelli għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-iġjene u l-indafa ħalli jevitaw kull riskju ta’ infezzjoni, mard jew kontaminazzjoni.

2.

Ġugarell maħsub għall-użu minn tfal taħt it-tliet snin għandu jkun iddisinjat u manifatturat b’tali mod li jkun jista’ jitnaddaf. Ġugarell tad-drapp, għal dan il-għan, għandu jkun jista’ jinħasel, ħlief jekk ikun fiħ mekkaniżmu li jista’ jiġrilu l-ħsara jekk jinħasel billi jiddaħħal fl-ilma. Il-ġugarell għandu jissodisfa r-rekwiżiti tas-sikurezza wkoll wara li jitnaddaf skont dan il-punt u l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

VI.   Radjoattività

Il-ġugarelli għandhom jikkonformaw mal-miżuri kollha rilevanti adottati skont il-Kapitolu III tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Atomika Ewropea.


(1)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(2)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

(3)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

Appendiċi A

Lista ta’ sustanzi CMR u l-użijiet permessi tagħhom skont il-punti 4, 5 u 6, tal-Parti III tal-Anness II

Sustanza

Klassifikazzjoni

Użu Permess

Nikil

CMR 2

F’Azzar ma jsaddadx (Stainless Steel)

Appendiċi B

KLASSIFIKAZZJONI TA’ SUSTANZI U TAĦLITIET

Bħala riżultat taż-żmien magħżul għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fl-Unjoni Ewropea, hemm modi ekwivalenti ta’ kif issir referenza għal klassifikazzjoni partikulari li għandhom jintużaw f’waqtiet differenti.

1.   Kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ sustanzi u taħlitiet għall-għanijiet tal-punt 2 tal-Parti II

A.

Kriterji li għandhom jiġu applikati mill-20 ta’ Lulju 2011 sal-31 ta’ Mejju 2015:

Sustanzi

s-sustanza tissodisfa l-kriterji għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu jew kategoriji li ġejjin imniżżla fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:

(a)

klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;

(b)

klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra barra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;

(c)

klassi ta’ periklu 4.1;

(d)

klassi ta’ periklu 5.1.

Taħlitiet

It-taħlita hija perikoluża fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 67/548/KEE;

B.

Kriterji li għandhom jiġu applikati mill-1 ta’ Ġunju 2015:

s-sustanza jew taħlita tissodisfa l-kriterji għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu jew kategoriji li ġejjin imniżżla fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:

(a)

klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;

(b)

klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra barra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;

(c)

klassi ta’ periklu 4.1;

(d)

klassi ta’ periklu 5.1.

2.   Attijiet legali Komunitarji li jirregolaw l-użu ta’ ċerti sustanzi għall-għanijiet tal-punti 4(a) u 5(a) tal-Parti III

Mill-20 ta’ lulju 2011 sal-31 ta’ Mejju 2015, il-konċentrazzjonijiet rilevanti għall-klassifikazzjoni ta’ taħlitiet li jkun fihom is-sustanzi għandhom ikunu dawk stabbiliti skont id-Direttiva 1999/45/KE.

Mill-1 ta’ Ġunju 2015, il-konċentrazzjonijiet rilevanti għall-klassifikazzjoni ta’ taħlitiet li jkun fihom is-sustanzi għandhom ikunu dawk stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

3.   Kategoriji ta’ sustanzi u taħlitiet ikklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni għall-għanijiet tal-punt 4 tal-Parti III

Sustanzi

Il-punt 4 tal-Parti III jikkonċerna sustanzi kklassifikati bħala CMR kategorija 1 A u 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Taħlitiet

Mill-20 ta’ Lulju 2011 sal-31 ta’ Mejju 2015, il-punt 4 tal-Parti III ikkonċerna taħlitiet ikklassifikati bħala CMR kategorija 1 u 2 skont id-Direttiva 1999/45/KE u id-Direttiva 67/548/KEE kif ikun applikabbli.

Mill-1 ta’ Ġunju 2015, il-punt 4 tal-Parti III jikkonċerna taħlitiet ikklassifikati bħala CMR kategorija 1 A u 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

4.   Kategoriji ta’ sustanzi u taħlitiet ikklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni għall-għanijiet tal-punt 5 tal-Parti III

Sustanzi

Il-punt 5 tal-Parti III jikkonċerna sustanzi kklassifikati bħala CMR kategorija 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Taħlitiet

Mill-20 ta’ Lulju 2011 sal-31 ta’ Mejju 2015, il-punt 5 tal-Parti III jikkonċerna taħlitiet ikklassifikati bħala CMR kategorija 3 skont id-Direttiva 1999/45/KE u id-Direttiva 67/548/KEE kif ikun applikabbli.

Mill-1 ta’ Ġunju 2015, il-punt 5 tal-Parti III jikkonċerna taħlitiet ikklassifikati bħala CMR kategorija 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

5.   Kategoriji ta’ sustanzi u taħlitiet ikklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni għall-għanijiet tal-Artikolu 46(3)

Sustanzi

L-Artikolu 46(3) jikkonċerna sustanzi kklassifikati bħala CMR kategorija 1 A, 1B u 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Taħlitiet

Mill-20 ta’ Lulju 2011 sal-31 ta’ Mejju 2015, l-Artikolu 46(3) jikkonċerna taħlitiet ikklassifikati bħala CMR kategorija 1, 2 u 3 skont id-Direttiva 1999/45/KE u id-Direttiva 67/548/KEE kif ikun applikabbli.

Mill-1 ta’ Ġunju 2015, l-Artikolu 46(3) jikkonċerna taħlitiet klassifikati bħala CMR kategorija 1 A, 1B u 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Appendiċi C

Valuri ta’ limitu speċifiċi għall-kimiċi użati fil-ġugarelli maħsuba għall-użu minn tfal ta’ taħt is-36 xahar jew f’ġugarelli oħra maħsuba biex jitqiegħdu fil-ħalq adottati skont l-Artikolu 46(2)


ANNESS III

ID-DIKJARAZZJONI KE TAL-KONFORMITÀ

1.

Nru … (identifikazzjoni unika tal-ġugarell(i))

2.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu:

3.

Din id-dikjarazzjoni tal-konformità qed tinħareg taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur:

4.

L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tal-ġugarell li tippermetti t-traċċabilità). Għandha tinkludi xbieha bil-kulur ta’ ċarezza suffiċjenti biex ikun jista’ jiġi identifikat il-ġugarell.

5.

L-għan tad-dikjarazzjoni deskritt fil-punt 4 huwa f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Komunità:

6.

Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti li ntużaw, jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet li b’relazzjoni għalihom qed tiġi ddikjarata l-konformità:

7.

Fejn ikun applikabbli il-korp notifikat … (isem, numru) … wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent) … u ħareġ iċ-ċertifikat:

8.

Informazzjoni addizzjonali:

Iffirmata għal u f’isem:

(post u data tal-ħruġ)

(isem, kariga) (firma)


ANNESS IV

DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 21 għandu jkun fiha, partikolarment, skont kif rilevanti għall-evalwazzjoni:

(a)

deskrizzjoni dettaljata tad-disinn u l-manifattura, inkluża lista ta’ komponenti u materjali użati fil-ġugarell kif ukoll id-dokumenti tad-dejta dwar is-sikurezza marbuta mal-kimiċi użati, li jridu jiġu miksuba mill-fornituri tal-kimiċi;

(b)

l-evalwazzjoni(jiet) tas-sikurezza mwettqa skont l-Artikolu 18;

(c)

deskrizzjoni tal-proċedura tal-evalwazzjoni tal-konformità segwita;

(d)

kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE;

(e)

l-indirizzi tal-postijiet tal-manifattura u l-ħżin;

(f)

kopji tad-dokumenti li l-manifattur ikun ta lill-korp notifikat, jekk kien il-każ;

(g)

rapporti tat-testijiet u deskrizzjoni tal-mezzi li bihom il-manifattur żgura l-konformità tal-produzzjoni mal-istandards armonizzati, jekk il-manifattur segwa l-proċedura ta’ kontroll intern tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2); u

(h)

kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE, deskrizzjoni tal-mezzi li bihom il-manifattur ikun żgura l-konformità tal-produzzjoni mat-tip tal-prodott kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE, u kopji tad-dokumenti li l-manifattur bagħat lill-korp notifikat, jekk il-manifattur issottometta l-ġugarell għal eżami tat-tip tal-KE u segwa l-proċedura tal-konformità tat-tip imsemmija fl-Artikolu 19(3).


ANNESS V

TWISSIJIET

(kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 11)

PARTI A

TWISSIJIET ĠENERALI

Il-limitazzjonijiet tal-utent imsemmijin fl-Artikolu 11(1) għandhom jinkludu għallinqas l-età minima jew massima tal-utent u, fejn ikun il-każ, l-abbiltajiet tal-utenti, il-piż massimu jew minimu tal-utenti, u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-ġugarell jintuża biss taħt superviżjoni adulta.

PARTI B

TWISSIJIET SPEĊIFIĊI U INDIKAZZJONIJIET TA’ PREKAWZJONIJIET LI GĦANDHOM JITTIEĦDU META JINTUŻAW ĊERTI KATEGORIJI TA’ ĠUGARELLI

1.   Ġugarelli mhux maħsuba għall-użu minn tfal taħt it-tliet snin

Ġugarelli li jistgħu jkunu perikolużi għal tfal taħt it-tliet snin għandu jkollhom twissija bħal: “Mhux adattat għal tfal taħt is-36 xahar” jew “Mhux adattat għal tfal taħt it-tliet snin” jew twissija fil-forma tal-istampa li ġejja:

Image

Dawn it-twissijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn indikazzjoni qasira, li tista’ tidher fl-istruzzjonijiet għall-użu, tal-periklu speċifiku li jitlob din il-prekawzjoni.

Dan il-punt ma għandux japplika għal ġugarelli li, minħabba l-funzjoni, id-daqsijiet, il-karatteristiċi jew il-kwalitajiet, jew minħabba raġunijiet oħra validi, huma biċ-ċar mhux tajbin għal tfal taħt it-tliet snin.

2.   Ġugarelli ta’ attività

Ġugarelli ta’ attività għandu jkollhom it-twissija li ġejja:

“Għal użu domestiku biss”.

Ġugarelli ta’ attività marbuta ma’ travu trasversali kif ukoll ġugarelli oħra ta’ attività, fejn xieraq, għandu jkollhom magħhom l-istruzzjonijiet li jiġbdu l-attenzjoni lejn il-ħtieġa biex regolarment isiru spezzjonijiet u manutenzjoni tal-partijiet prinċipali (molol, twaħħil, irbit, eċċ.), u jindikaw li, jekk dawn l-ispezzjonijiet ma jsirux, il-ġugarell jista’ jikkawża waqgħa jew qlib ta’ taħt fuq.

L-istruzzjonijiet għandhom jingħataw ukoll biex il-ġugarell jintrama sew, u jindikaw dawk il-partijiet li jistgħu jkunu ta’ periklu jekk jitwaħħlu ħażin. Għandha tingħata informazzjoni speċifika dwar wiċċ xieraq li fuqu għandu jitqiegħed il-ġugarell.

3.   Ġugarelli funzjonali

Ġugarelli ta’ attività għandu jkollhom it-twissija li ġejja:

“Għandu jintuża biss taħt is-superviżjoni diretta ta’ adult”.

Barra minn hekk, dawn il-ġugarelli għandhom ikollhom struzzjonijiet li jgħidu kif jaħdem il-ġugarell kif ukoll il-prekawzjonijiet li għandu jieħu min jużah, bit-twissija li jekk ma jitteħdux dawn il-prekawzjonijiet, min jużah ikun espost għal perikli - li għandhom ikunu speċifikati - normalment assoċjati mal-apparat jew il-prodott li tiegħu l-ġugarell ikun mudell skalat jew imitazzjoni. Għandu jkun indikat ukoll li l-ġugarell għandu jinżamm ‘il bogħod minn tfal ta’ taħt ċerta età - li għandha tkun speċifikata mill-manifattur.

4.   Ġugarelli kimiċi

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Komunità dwar il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar ta’ ċerti sustanzi jew taħlitiet, l-istruzzjonijet dwar l-użu ta’ ġugarelli li fihom sustanzi jew taħlitiet li jkunu inerentement perikolużi għandhom ikollhom twissija dwar in-natura perikoluża ta’ dawn is-sustanzi jew taħlitiet u indikazzjoni tal-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu minn min jużahom biex jevita l-perikli marbuta magħhom, li għandhom ikunu speċifikati b’mod konċiż skont it-tip ta’ ġugarell. L-ewwel għajnuna li għandha tingħata fil-każ ta’ inċidenti serji kkawżati mill-użu ta’ dan it-tip ta’ ġugarell għandha tissemma wkoll. Għandu jkun indikat ukoll li l-ġugarell għandu jinżamm ‘il bogħod minn tfal ta’ taħt ċerta età - li għandha tkun speċifikata mill-manifattur.

Barra l-istruzzjonijiet li għalihom hemm provdut fl-ewwel subparagrafu, il-ġugarelli kimiċi għandhom ikollhom fuqhom it-twissija li ġejja fuq l-imballaġġ tagħhom:

“Mhux adattat għal tfal taħt (*) snin. Għall-użu taħt superviżjoni ta’ adult”

Partikolarment, dawn li ġejjin jitqiesu bħala ġugarelli kimiċi: settijiet tal-kimika, embedding sets tal-plastik, workshops żgħar għaċ-ċeramika, l-enamelling jew il-fotografija u ġugarelli simili li jwasslu għal reazzjoni kimika jew alterazzjoni simili tas-sustanzi waqt l-użu.

5.   Skates, roller skates, online skates, skateboards, skuters u roti tal-logħob għat-tfal

Fejn dawn il-ġugarelli jitqiegħdu għall-bejgħ bħala ġugarelli għandhom ikollhom fuqhom it-twissija:

“Għandu jintlibes tagħmir protettiv. Ma għandux jintuża fit-traffiku”.

(Barra minn hekk, l-istruzzjonijiet għall-użu għandhom ikun fihom tfakkira li l-ġugarell għandu jintuża b’kawtela, minħabba li jeħtieġ ħila kbira, biex ikunu evitati waqgħat jew ħabtiet li jikkaġunaw weġgħat lil min jużah jew lil terzi persuni. Għandha tingħata wkoll indikazzjoni dwar it-tagħmir protettiv rakkomandat (elmi, ingwanti, pads għall-irkobbtejn, pads għal minkbejn, eċċ.).

6.   Ġugarelli tal-ilma

Il-ġugarelli tal-ilma għandhom iġorru t-twissija li ġejja:

“Biex jintuża’ biss f’ilma fejn lit-tifel/tifla jkun jilħaqlu/jilħqilha u taħt superviżjoni ta’ adult”.

7.   Ġugarelli fl-ikel

Il-ġugarelli li jkunu ġo l-ikel jew imħallta mal-ikel għandhom iġorru t-twissija li ġejja:

“Ġugarell ġewwa. Hija rakkomandata s-superviżjoni ta’ adult”.

8.   Imitazzjonijiet ta’ maskri u elmi protettivi

L-imitazzjonijiet ta’ maskri u elmi protettivi għandu jkollhom it-twissija li ġejja:

“Dan il-ġugarell ma jagħtix protezzjoni”.

9.   Ġugarelli maħsuba biex jiddendlu min-naħa għall-oħra ta’ benniena, kott jew pram permezz ta’ spag, ħbula, lastku jew ċineg

Ġugarelli maħsuba biex jiddendlu min-naħa għall-oħra ta’ benniena, kott jew pram permezz ta’ spag, ħbula, lasktu jew ċineg għandu jkollhom it-twissija li ġejja fuq l-imballaġġ tal-konsumatur, li għandha tkun immarkata b’mod permanenti fuq il-ġugarell:

“Sabiex it-tfal ma jweġgħux minħabba tħabbil, warrab dan il-ġugarell meta t-tifel jibda jipprova jitla fuq idejh u fuq irkupptejh f’pożizzjoni mbajja.”

10.   L-imballaġġ għall-fwejjaħ li jinsabu f’logħbiet fuq bord li għandhom x’jaqsmu max-xamm, f’kitts kożmetiċi u f’logħbiet marbuta mat-tegħim

L-imballaġġ għall-fwejjaħ li jinsabu f’logħbiet fuq bord li għandhom x’jaqsmu max-xamm, f’kitts kożmetiċi u f’logħbiet marbuta mat-tegħim li jkun fihom il-fwejjaħ inklużi fil-punti 39 sa 55 tal-lista inkluża fl-ewwel paragrafu tal-punt 11 tal-Parti III tal-Anness II kif ukoll tal-fwejjaħ inklużi fil-punti 1 sa 11 tal-lista inkluża fit-tielet paragrafu ta’ dak il-punt għandu jkollhom it-twissija li ġejja:

“Fih fwejjaħ li jistgħu jikkawżaw allerġiji”.


(*)  Age to be specified by the manufacturer.


Top