Help Print this page 

Document 32009D0965

Title and reference
KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar id-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (notifikata bid-dokument C(2009) 8680) Test b’rilevanza għaż-ŻEE
  • In force
OJ L 341, 22.12.2009, p. 1–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 004 P. 208 - 220

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/965/oj
Multilingual display
Text

22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar id-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità

(notifikata bid-dokument C(2009) 8680)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/965/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li l-kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità, u b’mod partikolari, l-Artikolu 27(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (Nru ERA/REC/XA/01-2009) tas-17 ta’ April 2009,

Billi:

(1)

L-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2008/57/KE jirrikjedi lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea tabbozza dokument ta’ referenza li jagħmel referenza għar-regoli nazzjonali kollha applikati minn Stati Membri biex jibdew jintużaw il-vetturi. Dan id-dokument għandu jkun fih ir-regoli nazzjonali ta’ kull Stat Membru għal kull parametru mniżżel fl-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE u jispeċifika l-grupp imsemmi fl-Artikolu 2 ta’ dak l-Anness li għalih jgħoddu dawn ir-regoli. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu dawk notifikati taħt l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/57/KE, inklużi dawk notifikati wara l-adozzjoni ta’ TSIs (każijiet speċifiċi, punti miftuħa, derogi) u dawk notifikati taħt l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-ewwel verżjoni tad-dokument ta’ referenza għandha tiġi preżentata lill-Kummissjoni mhux iżjed tard mill-1 ta’ Jannar 2010.

(2)

Sabiex ikunu jistgħu jsiru t-tqabbil u r-referenza minn dokument għal ieħor, fir-rigward ta’ parametru partikolari, bejn ir-rekwiżiti li hemm fit-TSIs u dawk li hemm fir-regoli nazzjonali, il-lista ta’ parametri li għandha tiġi vverifikata b’rabta mal-bidu tal-użu ta’ vetturi li ma jikkonformawx mat-TSI, għandha min-naħa l-waħda, tippreserva l-kompatibilità ma’, u tibni fuq ftehim eżistenti bbażat fuq ir-regoli nazzjonali, u min-naħa l-oħra, tirrifletti t-TSIs. Għaldaqstant hu neċessarju li l-lista ta’ parametri jkollha livell ta’ dettall li hu sinifikament ogħla minn dak li hu preżentament rifless fl-Artikolu 1 tal-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE. Hu xieraq li tiġi adottata l-lista dettaljata stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni bħala l-bażi għad-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma bbażati fuq l-opinjoni tal-Kumitat stabbiliti skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE għandu jitfassal fuq il-bażi ta’ lista ta’ parametri stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Għandu jkun fih ukoll, għal kull Stat Membru, xi informazzjoni bażika dwar il-kwadru legali nazzjonali applikabbli għall-bidu tal-użu ta’ vetturi ferrovjarji.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri u lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, kif rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.


ANNESS

Lista ta’ parametri li għandhom jintużaw għall-klassifikazzjoni ta’ regoli nazzjonali fid-Dokument ta’ Referenza msemmi fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2008/57/KE

Ref.

Parametri

Spjegi

1.0

Dokumentazzjoni ġenerali

Dokumentazzjoni ġenerali (inklużi deskrizzjonijiet ta’ vetturi ġodda, rinnovati jew imtejba u informazzjoni dwar l-użu intiż, id-disinn, it-tiswija, it-tħaddim u l-manutenzjoni, fajl tekniku, eċċ.)

1.1

Dokumentazzjoni ġenerali

Dokumentazzjoni ġenerali, deskrizzjoni teknika tal-vetturi, id-disinn tiegħu u l-użu intiż għat-tip ta’ traffiku (ferrovija ta’ distanza twila, vetturi sotto-urbani, servizzi tal-vjaġġaturi, eċċ.) inklużi l-veloċità intiża u l-veloċità tad-disinn massima, inklużi pjanijiet ġenerali, dijagrammi u dejta neċessarja għal reġistri, eż. tul tal-vettura, arranġament tal-fus, spazjar tal-fus, massa għal kull unità, eċċ..

1.2

Struzzjonijiet u rekwiżiti tal-manutenzjoni

 

1.2.1

Struzzjonijiet tal-manutenzjoni

Manwali u fuljetti ta’ manutenzjoni, inklużi rekwiżiti meħtieġa sabiex jinżamm il-livell tas-sikurezza disinn tal-vettura

Kwalunkwe kwalifiċi professjonali jiġifieri ħiliet li huma meħtieġa għall-manutenzjoni tat-tagħmir

1.2.2

Il-fajl tal-ġustifikazzjoni tad-disinn tal-manutenzjoni

 

1.3

Struzzjonijiet u dokumentazzjoni għat-tħaddim

 

1.3.1

Struzzjonijiet għat-tħaddim tal-vetturi f’moduli normali u degradati

 

1.4

Testijiet tal-infrastruttura tal-art, tal-vettura kompluta

 

2.0

Struttura u partijiet mekkaniċi

L-integrità mekkanika u l-interfaċċa bejn il-vetturi (inklużi respinġenti u tagħmir ta’ trazzjoni, passaġġi), is-saħħa tal-istruttura tal-vettura u tal-aċċessorji ta’ ġo fiha (eż. s-sits), il-kapaċità tat-tagħbija, is-sikurezza passiva (inkl. ir-reżistenza ta’ ġewwa u ta’ barra għall-ħabtiet).

2.1

Struttura tal-vettura

 

2.1.1

Saħħa u integrità

Dan il-parametru jkopri eż. rekwiżiti tas-saħħa mekkanika tal-karrozzerija, il-qafas ta’ taħt, is-sistemi tas-sospensjoni, it-tagħmir tal-igganċjar, it-tagħmir li jiknes il-binarji u dak li jnaddafhom mis-silġ. Is-saħħa mekkanika ta’ oġġetti separati ta’ din il-lista bħal karru bir-roti b’tarf ta’ vagun/tagħmir tal-moviment, kaxxa tal-fus, fus, rota u pantografu għandhom jiġu definiti b’mod separat.

2.1.2

Kapaċità tat-tagħbija

 

2.1.2.1

Kundizzjonijiet tat-tagħbija u massa differenzjata

 

2.1.2.2

Tagħbija tal-fus u tagħbija tar-roti

Għal roti/fusijiet individwali skont il-kundizzjonijiet tat-tagħbija tal-oġġett 2.1.2.1

2.1.3

Teknoloġija tal-immuntar

 

2.1.4

Irfigħ u ġġakkjar

 

2.1.5

Twaħħil ta’ tagħmir mal-istruttura tal-karozzerija

 

2.1.7

Konnessjonijiet użati bejn partijiet differenti tal-vettura

eż. konnessjoni/sospensjoni bejn il-karrozzerija u karru bir-roti f’tarf ta’ vagun

2.2

Interfaċċi mekkaniċi għal igganċjar tat-Tarf jew igganċjar ta’ Ġewwa

 

2.2.1

Igganċjar awtomatiku

 

2.2.2

Karatteristiċi tal-igganċjar tas-salvataġġ

Għal rekwiżiti operattivi għas-salvataġġ tal-ferroviji ara wkoll 13.1 u 13.3

2.2.3

Igganċjar bil-kamin

 

2.2.4

Respinġenti, igganċjar ta’ ġewwa u komponenti tat-tagħmir ta’ trazzjoni

Inklużi disinn, funzjonalità u karatteristiċi eż. elastiċità tar-respinġenti

2.2.5

Immarkar tar-respinġenti

 

2.2.6

Ganċ tat-trazzjoni

 

2.2.7

Passaġġi

 

2.3

Sikurezza passiva

Inklużi eż. difletturi tal-ostakoli, limitazzjoni tat-tnaqqis tal-veloċità, spazju tar-reżistenza, integrità strutturali taż-żoni okkupati, tnaqqis tar-riskju tad-deraljament u l-irkib żejjed, il-limitazzjoni tal-konsegwenzi li jintlaqat ostaklu fuq il-binarju, aċċessorji tal-intern għas-sikurezza passiva

3

Interazzjoni tal-binarji u daqsijiet (gauging)

Interfaċċi mekkaniċi tal-infrastruttura (inklużi imġiba statika u dinamika, tolleranzi u ffittjar, daqs, tagħmir relatat mar-roti passivi, eċċ.)

3.1

Daqs tal-vettura

Kompatibilità tal-profil tal-vettura mal-infrastruttura u ma’ vetturi oħra (daqs statiku u dinamiku) ibbażati fuq daqs statiku u dinamiku ta’ referenza

3.1.1

Każ speċifiku

każ speċifiku (eż. vetturi li għandhom jinġarru fuq lanċa)

3.2

Dinamiċi tal-vettura

Imġiba dinamika ta’ magni u vaguni ta’ ferrovija inklużi koniċità ekwivalenti, kriterju tal-instabilità, tmejjil, sikurezza kontra d-deraljamenti jew binarji mgħawġa, tagħbija tal-binarji, eċċ.

3.2.1

Sikurezza waqt il-moviment u dinamika

Inkl. tolleranza tal-vettura għal distorzjoni tal-binarji, moviment fuq binarji milwija jew mgħawġa, moviment sigur fuq punti ta’ binarji u binarji traversati, eċċ.

3.2.2

Koniċità ekwivalenti, profil u limiti tar-roti

 

3.2.3

Parametri tal-kompatibilità tat-tagħbija tal-binarji

eż. forza dinamika tar-rota, forza li s-sett tar-roti jagħmel fuq il-binarji (forza kważi statika tar-rota, forza laterali dinamika totali massima, forza gwida kważi statika)

3.2.4

Aċċellerazzoni vertikali

eż. effetti dinamiċi trasmessi fuq gverti tal-pont, inklużi reżonanzi fil-pontijiet

3.3

Karri bir-roti fit-tarf ta’ vagun/tagħmir relatat mar-roti passivi

 

3.3.1

Karri bir-roti fit-tarf ta’ vagun

 

3.3.2

Sett tar-roti (Fus + roti)

Inklużi settijiet tar-roti ta’ daqs varjabbli, l-istruttura tal-fus, eċċ.

3.3.3

Rota

 

3.3.4

Interfaċċa bejn ir-roti/binarju (inklużi lubrikazzjoni tal-flanġ tar-roti u trammil)

Interfaċċa bejn ir-roti/binarji (inklużi lubrikazzjoni tal-flanġ tar-roti, ċaqliq ta’ fuq/interazzjonijiet tar-roti li permezz tagħhom jittiekel il-binarju u rekwiżiti tat-trammil derivanti mit-trazzjoni, ibbrejkar, ditezzjoni tal-ferrovija)

3.3.5

Berings tas-sett tar-roti

 

3.3.6

Raġġ tal-kurvatura minimu, li għandu jiġi negozjat

Valuri u kundizzjonijiet (eż. kowċ igganċjat/mhux igganċjat)

3.3.7

Ilqugħ fuq il-binarji

“protezzjoni ta’ roti minn ostakli fuq il-binarji”

3.4

Limitu ta’ aċċellerazzjoni massima lonġitudinali pożittiva u negattiva

 

4

Ibbrejkjar

Oġġetti relatati mal-ibbrejkjar (inklużi protezzjoni miż-żlieq tar-roti, kontroll tal-ibbrejkjar u prestazzjoni tal-ibbrejkjar f’moduli tas-servizz, emerġenza u parkeġġ)

4.1

Rekwiżiti funzjonali għall-ibbrejkjar tal-ferrovija

eż. awtomatiċità, kontinwità, ineżawribbiltà …

4.2

Rekwiżiti tas-sikurezza għall-ibbrejkjar tal-ferrovija

 

4.2.1

Illokkjar tat-trazzjoni/ibbrejkjar

eż. inibizzjoni tat-trazzjoni

4.3

Sistema tal-brejkijiet

Arkitettura rikonoxxuta u standards assoċjati

Referenza għal soluzzjonijiet eżistenti eż. UIC

4.4

Kmand tal-ibbrejkjar

Rekwiżit dwar kmand tal-ibbrejkjar għal kull tip ta’ brejk eż. numru u tip ta’ tagħmir, dewmien permess bejn il-kmand u l-azzjoni fuq il-brejk …

4.4.1

Kmand tal-ibbrejkjar f’każ ta’ emerġenza

 

4.4.2

Kmand tal-ibbrejkjar tas-servizz

 

4.4.3

Kmand tal-ibbrejkjar dirett

 

4.4.4

Kmand tal-ibbrejkjar dinamiku

 

4.4.5

Kmand tal-ibbrejkjar tal-parkeġġ

 

4.5

Prestazzjoni tal-ibbrejkjar

 

4.5.1

Ibbrejkjar f’każ ta’ emerġenza

 

4.5.2

Ibbrejkjar tas-servizz

 

4.5.3

Kalkoli relatati mal-kapaċità termali

 

4.5.4

Ibbrejkjar tal-parkeġġ

 

4.6

Ġestjoni tal-adeżjoni tal-ibbrejkjar

 

4.6.1

Limitu tal-profil tal-adeżjoni tal-binarji mar-roti

 

4.6.2

Sistema tal-protezzjoni miż-żlieq tar-roti

 

4.7

Ħolqien tal-forza tal-ibbrejkjar

Rekwiżit fuq it-tagħmir li joħloq il-forza tal-ibbrejkjar, skont it-tip ta’ brejk

4.7.1

Brejk tal-frizzjoni

Inklużi karatteristiċi materjali eż. għal blokok tal-brejk komposti

4.7.1.1

Blokok tal-brejk

 

4.7.1.2

Diski tal-brejk

 

4.7.1.3

Peds tal-brejkijiet

 

4.7.2

Brejk dinamiku konness mat-trazzjoni

 

4.7.3

Brejk manjetiku tal-binarju

 

4.7.4

Brejk Eddy Current tal-binarju

 

4.7.5

Brejk tal-ipparkjar

 

4.8

Stat tal-brejk u indikazzjoni tad-difett

 

4.9

Rekwiżiti tal-brejk għal skopijiet ta’ salvataġġ

 

5.0

Oġġetti relatati mal-passiġġieri

Faċilitajiet tal-passiġġier u ambjent tal-passiġġier inklużi twieqi u bibien tal-passiġġier u rekwiżiti għal persuni b’mobilità mnaqqsa eċċ.

5.1

Aċċess

Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi eż. għal nies b’mobilità mnaqqsa

5.1.1

Bibien esterni

 

5.1.2

Bibien interni

 

5.1.3

Clearways

 

5.1.4

Turġien u dwal

 

5.1.5

Bidliet fl-għoli tal-art

 

5.1.6

Poġġamani

 

5.1.7

Tagħmir ta’ għajnuna li jgħin lill-passiġġieri jitilgħu fuq il-ferrovija

 

5.2

Twieqi

eż. karatteristiċi mekkaniċi ta’ twieqi u ħġieġ, rekwiżiti għall-emerġenzi

għal karatteristiċi mekkaniċi tal-windskrins ara 9.1.3.1

5.3

Tojlits

Ara 6.2.1.1 għal emissjonijiet tat-tojlit

5.4

Informazzjoni dwar il-passiġġieri

 

5.4.1

Sistema ta’ komunikazzjoni pubblika

 

5.4.2

Sinjali u informazzjoni

Inklużi struzzjonijiet tas-sikurezza għal passiġġieri u immarkar tal-emerġenza għall-passiġġieri

5.5

Sits u arranġamenti speċifiċi għal persuni b’mobilità mnaqqsa

minbarra l-aċċess (kopert b’5.1)

5.6

Faċilitajiet speċifiċi relatati mal-passiġġieri

 

5.6.1

Sistemi ta’ lift

Konformità ma’ regolament tal-KE jew nazzjonali, jekk ikun hemm

5.6.2

Sistemi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kkondizzjonata

eż. kwalità tal-arja interna, rekwiżit fil-każ ta’ nar (skonnessjoni)

5.6.3

Oħrajn

eż. unitajiet għad-distribuzzjoni ta’ xarbiet

6.0

Kundizzjonijiet ambjentali u effetti ajrudinamiċi

Impatt tal-ambjent fuq il-vettura u impatt tal-vettura fuq l-ambjent (inklużi kundizzjonijiet ajrudinamiċi u kemm l-interfaċċa bejn il-vettura u l-parti tal-infrastruttura tal-art tas-sistema ferrovjarja u l-interfaċċa mal-ambjent estern)

6.1

Impatt tal-ambjent fuq il-vettura

 

6.1.1

Kundizzjonijiet ambjentali li jaffetwaw il-vettura

 

6.1.1.1

Altitudni

 

6.1.1.2

Temperatura

 

6.1.1.3

Umdità

eż. miżuri ta’ kontra l-kondensazzjoni u miżuri ta’ kontra l-iffriżar

6.1.1.4

Xita

 

6.1.1.5

Borra, silġ u boċċi tas-silġ

eż. tagħmir li jiknes il-binarji u tagħmir li jnaddafhom mis-silġ, ħiters mingħajr silġ, eċċ

6.1.1.6

Radjazzjoni solari

 

6.1.1.7

Materja kimika u materja f’forma ta’ partikuli

Impatt fuq it-tagħmir tal-vettura u funzjonijiet minħabba kimiċi u oġġetti żgħar fl-arja (eż. saborra)

6.1.2

Effetti ajrudinamiċi fuq il-vettura

Impatti ajrudinamiċi fuq it-tagħmir u l-funzjonijiet tal-vettura

6.1.2.1

Effetti tar-riħ fid-direzzjoni traversa għal dik tal-ivvjaġġar

Impatt fuq it-tagħmir tal-vettura u funzjonijiet minħabba r-riħ fid-direzzjoni traversa għal dik tal-ivvjaġġar

6.1.2.2

Varjazzjoni massima tal-pressjoni fil-mini

Impatt fuq it-tagħmir tal-vetturi u funzjonijiet minħabba bidliet ta’ malajr fil-pressjoni tal-ambjent

6.2

Impatt tal-vettura fuq l-ambjent

 

6.2.1

Emissjonijiet kimiċi u ta’ materja f’forma ta’ partikuli

Limiti għal emissjonijiet kimiċi u ta’ materja f’forma ta’ partikuli mill-vettura

6.2.1.1

Emissjonijiet tat-tojlit

Emissjonijiet tat-tojlit fl-ambjent ta’ barra

6.2.1.2

Emissjonijiet tal-gass tal-egżost

Emissjonijiet tal-gass tal-egżost fl-ambjent ta’ barra

6.2.2

Limiti għal emissjonijiet tal-istorbju

Limiti għal emissjonijiet tal-istorbju mill-vettura għall-ambjent ta’ barra

6.2.2.1

Impatt tal-istorbju minn barra

Impatt tal-istorbju minn barra kkawżat mill-vettura fuq l-ambjent ta’ barra mis-sistema ferrovjarja

6.2.2.2

Impatt tal-istorbju x’ħin il-ferrovija tkun wieqfa

Impatt tal-istorbju meta l-ferrovija tkun wieqfa kkawżat mill-vettura fuq l-ambjent ta’ barra mis-sistema ferrovjarja

6.2.2.3

Impatt tal-istorbju x’ħin il-ferrovija tistartja

Impatt tal-istorbju x’ħin il-ferrovija tistartja kkawżat mill-vettura fuq l-ambjent ta’ barra mis-sistema ferrovjarja

6.2.2.4

Impatt tal-istorbju mal-moviment

Impatt tal-istorbju mal-moviment tal-ferrovija kkawżat mill-vettura fuq l-ambjent ta’ barra mis-sistema ferrovjarja

6.2.3

Limiti tal-impatt tat-tagħbijiet ajrudinamiċi

Limiti tal-impatt tat-tagħbijiet ajrudinamiċi kkawżat mill-vettura fuq partijiet oħra tas-sistema ferrovjarja u fuq l-ambjent

6.2.3.1

Skossi ta’ pressjoni mill-parti ta’ quddiem tal-ferrovija

Effett ta’ skossi ta’ pressjoni kkawżati mill-parti ta’ quddiem tal-ferrovija mal-infrastruttura tal-art

6.2.3.2

Impatt ajrudinamiku fuq il-passiġġieri/materjali fuq il-pjattaforma

Impatt ajrudinamiku fuq il-passiġġieri/materjali fuq il-pjattaforma inkluż metodi tal-valutazzjoni u kundizzjoniet tat-tagħbija operattivi

6.2.3.3

Impatt ajrudinamiku fuq il-ħaddiema tal-binarju

Disturbanza ajrudinamika għal ħaddiema tal-binarju

6.2.3.4

Ġbir u rimi ta’ saborra fi proprjetà li tinsab fil-viċin

 

7.0

Twissija esterna, funzjonijiet tal-immarkar u rekwiżiti tal-integrità tas-softwer

Twissijiet esterni, funzjonijiet tal-immarkar u integrità tas-softwer, eż. funzjonijiet relatati mas-sikurezza b’impatt fuq l-imġiba tal-ferrovija inklużi vaguni tal-ferrovija

7.1

Integrità tas-softwer imħaddma għal funzjonijiet relatati mas-sikurezza

eż. Integrità ta’ softwer ta’ vagun tal-ferrovija

7.2

Identifikazzjoni viżiva u li tinstema’ tal-vettura u funzjonijiet tat-twissija

 

7.2.1

Immarkar tal-vettura

 

7.2.2

Dwal esterni

 

7.2.2.1

Dwal ta’ quddiem

 

7.2.2.2

Dwal tal-immarkar tal-pożizzjoni

 

7.2.2.3

Dwal ta’ wara

 

7.2.2.4

Kontrolli tad-dwal

 

7.2.3

Ħorn tat-twissija

 

7.2.3.1

Tonijiet tal-ħorn tat-twissija

 

7.2.3.2

Livelli ta’ pressjoni akustika tal-ħorn tat-twissija

Barra l-kabina – Għal livell tal-ħsejjes interni, ara 9.2.1.2

7.2.3.3

Ħornijiet ta’ twissija, protezzjoni

 

7.2.3.4

Ħorn ta’ twissija, kontroll

 

7.2.3.5

Verifika tal-livelli ta’ pressjoni akustika tal-ħorn tat-twissija

 

7.2.4

Brekits

eż. rekwiżiti għal sinjali ta’ wara: dwal, bnadar, eċċ.

8.0

Sistemi ta’ provvista tal-enerġija u ta’ kontroll abbord

Sistemi ta’ propulsjoni, ta’ provvist tal-enerġija u tal-kontroll abbord flimkien mal-interfaċċa tal-vettura għall-infrastruttura tal-provvista tal-enerġija flimkien mal-kompatibilità elettromanjetika (l-aspetti kollha)

8.1

Rekwiżiti għal prestazzjoni tat-trazzjoni

 

8.1.1

Aċċellerazzjoni residwa b’veloċità massima

 

8.1.2

Kapaċità tat-trazzjoni residwa f’modulu degradat

 

8.1.3

Limiti tar-rekwiżiti ta’ adeżjoni tar-roti/binarji tat-trazzjoni

 

8.2

Speċifikazzjoni funzjonali u teknika relatata mal-interfaċċa bejn il-vettura u s-sottosistema tal-elettriku

 

8.2.1

Speċifikazzjoni funzjonali u teknika relatata mal-provvista tal-elettriku

 

8.2.1.1

Provvista tal-elettriku

 

8.2.1.2

Impedenza bejn il-pantografu u r-roti

 

8.2.1.3

Vultaġġ u frekwenza ta’ provvista tal-elettriku tal-linja tal-kuntatt fl-għoli

 

8.2.1.4

Rkupru tal-enerġija

 

8.2.1.5

Qawwa Elettrika massima u kurrent massimu li huma permessibbli li jinġibdu minn linja tal-kuntatt fl-għoli

Inkl. kurrent massimu meta wieqaf

8.2.1.6

Fattur tal-qawwa elettrika

 

8.2.1.7

Disturbanzi fis-sistema tal-enerġija

 

8.2.1.7.1

Karatteristiċi armoniċi u vultaġġ żejjed relatat fil-linja tal-kuntatt fl-għoli

 

8.2.1.7.2

Effetti tal-kontenut DC fil-provvista AC

 

8.2.1.8

Protezzjoni elettrika

eż. għażla ta’ sistema tal-protezzjoni abbord u tal-protezzjoni tas-sottostazzjon

8.2.2

Parametri funzjonali u tad-disinn tal-pantografu

 

8.2.2.1

Disinn ġenerali tal-pantografu

 

8.2.2.2

Ġeometrija tal-parti ta’ fuq tal-pantografu

 

8.2.2.3

Forza statika tal-kuntatt tal-pantografu

 

8.2.2.4

Forza tal-kuntatt tal-pantografu (inklużi effetti tal-imġiba dinamika u effetti ajrudinamiċi)

Inkl. il-kwalità tal-qbid ta’ kurrent

8.2.2.5

Firxa ta’ ħidma tal-pantografi

 

8.2.2.6

Kapaċità tal-kurrent

 

8.2.2.7

Arranġament tal-pantografi

 

8.2.2.8

Iżolament tal-pantografu mill-vettura

 

8.2.2.9

Tniżżil tal-pantografu

 

8.2.2.10

Ċirkolazzjoni minn taqsimiet ta’ separazzjoni ta’ phases

 

8.2.2.11

Ċirkolazzjoni minn taqsimiet ta’ separazzjoni ta’ sistemi

 

8.2.3

Parametri funzjonali u disinn tal-istrixxa tal-kuntatt

 

8.2.3.1

Ġeometrija tal-istrixxa tal-kuntatt

 

8.2.3.2

Materjal tal-istrixxa tal-kuntatt

 

8.2.3.3

Valutazzjoni tal-istrixxa tal-kuntatt.

 

8.2.3.4

Ditezzjoni ta’ ksur fl-istrixxa tal-kuntatt

 

8.2.3.5

Kapaċità ta’ trasport ta’ kurrent

 

8.3

Provvista tal-enerġija elettrika u sistema tat-trazzjoni

 

8.3.1

Kejl tal-konsum tal-enerġija

 

8.3.2

Konfigurazzjoni taċ-ċirkwit elettriku ewlieni

 

8.3.3

Komponenti ta’ vultaġġ għoli

 

8.3.4

Ertjar

 

8.4

Kompatibilità elettromanjetika

Il-kompatibilità elettromanjetika bejn il-provvista tal-elettriku u s-sistema tal-kontroll abbord u:

partijiet oħra tal-provvista tal-enerġija elettrika u s-sistema tal-kontroll abbord l-istess vettura;

vetturi oħra;

l-infrastruttura tal-art tas-sistema ferrovjarja;

l-ambjent ta’ barra.

8.4.1

Kompatibilità elettromanjetika mal-provvista tal-elettriku u s-sistema tal-kontroll abbord

Il-kompatibilità elettromanjetika bejn il-partijiet tal-provvista tal-elettriku u sistema tal-kontroll abbord

8.4.2

Kompatibilità elettromanjetika mas-sinjalar u n-netwerk tat-telekomunikazzjonijiet

Il-kompatibilità elettromanjetika bejn il-provvista tal-elettriku u s-sistema tal-kontroll abbord u mas-sinjalar u n-netwerk tat-telekomunikazzjonijiet tal-infrastruttura tal-art

8.4.3

Kompatibilità elettromanjetika ma’ vetturi oħra u mal-infrastruttura tal-art tas-sistema ferrovjarja

Il-kompatibilità elettromanjetika bejn il-provvista tal-elettriku u sistema tal-kontroll abbord u vetturi oħra u l-infrastruttura tal-art tas-sistema ferrovjarja minbarra n-netwerk tas-sinjalar u tat-telekomunikazzjonijiet

8.4.4

Kompatibilità elettromanjetika mal-ambjent

Il-kompatibilità elettromanjetika bejn il-provvista tal-elettriku u sistema tal-kontroll abbord u l-ambjent ta’ barra mis-sistema ferrovjarja (inklużi nies fil-viċinanza, passiġġieri, xufiera/persunal)

8.5

Protezzjoni kontra perikli elettriċi

 

8.6

Rekwiżiti ta’ sistemi tad-diżil u sisteni oħra ta’ trazzjoni termali

 

8.7

Sistemi li jirrikjedu miżuri ta’ sorveljanza u protezzjoni speċjali

 

8.7.1

Tankijiet u sistemi tal-pajpijiet għal likwidi li jaqbdu

Rekwiżiti speċjali għal tankijiet u sistemi tal-pajpijiet għal likwidi li jaqbdu (inklużi fjuwils)

8.7.2

Sistemi ta’ reċipjenti tal-pressjoni/tagħmir tal-pressjoni

 

8.7.3

Installazzjonijiet ta’ kaldarun tal-fwar

 

8.7.4

Sistemi tekniċi f’atmosferi potenzjalment splussivi

Rekwiżiti speċjali għal sistemi tekniċi f’atmosferi potenzjalment splussivi (eż. gass likwidu, gass naturali u sistemi mħaddma bil-batterija, inkluża protezzjoni tat-tank tat-trasformatur)

8.7.5

Ditetturi tal-jonizzazzjoni

 

8.7.6

Sistemi tal-provvista u l-kontroll idrawliċi/pnewmatiċi

Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi, eż. provvista tal-arja kumpressata, kapaċità, tip, firxa tat-temperatura, nixxiefa tal-arja (torrijiet), indikaturi tal-punt tan-nida, iżolament, karatteristiċi tad-dħul tal-arja, indikaturi tad-difetti, eċċ.

9.0

Faċilitajiet tal-persunal, interfaċċi u ambjent

Il-faċilitajiet abbord, interfaċċi, kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent tal-persunal (inklużi kabini tax-xufiera u interfaċċi tax-xufier/magna)

9.1

Disinn tal-kabina tax-xufier

 

9.1.1

Disinn tal-kabina

 

9.1.1.1

Disinn intern

eż. disponibbiltà tal-ispazju, arranġament tal-kabina u rekwiżiti ergonomiċi

9.1.1.2

Ergonomija tal-bank tax-xufier

 

9.1.1.3

Sit tax-xufier

 

9.1.1.4

Mezzi għall-iskambju ta’ dokumenti bejn ix-xufiera

 

9.1.1.5

Faċilitajiet oħra għall-kontroll tat-tħaddim tal-ferrovija

 

9.1.2

Aċċess għall-kabina tax-xufier

 

9.1.2.1

Aċċess, ħruġ u bibien

 

9.1.2.2

Ħarġiet tal-emerġenza mill-kabina tax-xufier

 

9.1.3

Windskrin fil-kabina tax-xufier

 

9.1.3.1

karatteristiċi mekkaniċi

 

9.1.3.2

karatteristiċi ottiċi

 

9.1.3.3

tagħmir

eż. tneħħija tas-silġ, tneħħija tal-fwar, tagħmir tat-tindif esterni, eċċ.

9.1.3.4

viżibilità ta’ quddiem

 

9.2

Kundizzjonijiet tax-xogħol

 

9.2.1

Kundizzjonijiet ambjentali

 

9.2.1.1

Sistemi tat-tisħin, ventilazzjoni, u tal-arja kkondizzjonata fil-kabini tax-xufier

 

9.2.1.2

Storbju fil-kabini tax-xufier

Inkluż livell tal-ħorn ta’ ġewwa l-kabina

9.2.1.3

Tidwil fil-kabini tax-xufier

 

9.2.2

Oħrajn

 

9.3

Interfaċċa tax-xufier/tal-magna

Tagħmir fil-kabina tax-xufier għas-superviżjoni u l-kontroll tat-tħaddim sigur tal-ferrovija

9.3.1

Interfaċċa tax-xufier/tal-magna

 

9.3.1.1

indikazzjoni tal-veloċità

reġistrazzjoni tal-veloċità koperta bil-punt 9.6

9.3.1.2

unità tad-displej u skrins tax-xufier

 

9.3.1.3

Kontrolli u indikaturi

 

9.3.2

Superviżjoni tax-xufier

Funzjoni tal-kontroll tal-attività tax-xufier eż. viġilanza

9.3.3

vista ta’ wara u tal-ġenb

 

9.4

Immarkar u tikkettjar fil-kabini tax-xufier

Displej statika tal-informazzjoni bażika għax-xufier

9.5

Tagħmir u faċilitajiet oħra abbord għall-persunal

 

9.5.1

Faċilitajiet abbord għall-persunal

 

9.5.1.1

Aċċess tal-persunal għat-tagħmir tal-igganċjar/tal-ħall ta’ igganċjar

 

9.5.1.2

Tarġiet esterni u poġġamani għall-użu mill-persunal tal-ferrovija

 

9.5.1.3

Faċilitajiet tal-ħżin għall-użu mill-persunal

 

9.5.1.4

Faċilitajiet oħra

 

9.5.2

Bibien tal-aċċess għall-persunalu u l-merkanzija

bibien mgħammra b’tagħmir tas-sikurezza biex ikun jista’ jinfetaħ biss minn persunal, inkluż dak inkariġat mill-forniment tal-ikel u x-xorb

9.5.3

Għodod abbord u tagħmir li jinġarr

eż. tagħmir meħtieġ minn xufier jew persunal f’sitwazzjoni ta’ emerġenza

9.5.4

Sistemi tal-komunikazzjoni li tinstema’

eż. għal komunikazzjoni bejn

l-ekwipaġġ tal-ferrovija,

l-ekwipaġġ tal-ferrovija u nies ġewwa/barra l-ferrovija

9.6

Tagħmir tar-reġistrazzjoni

għall-iskop tas-sorveljanza tal-imġiba tax-xufier u tal-ferrovija

9.8

Funzjoni tal-kontroll mill-bogħod

 

10

Sikurezza kontra n-nirien u evakwazzjoni

 

10.1

Sikurezza kontra n-nirien

 

10.1.1

Il-kunċett ta’ protezzjoni kontra n-nirien

 

10.1.1.1

Klassifikazzjoni tal-vetturi/Kategoriji ta’ nirien

 

10.1.2

Miżuri ta’ protezzjoni kontra n-nirien

 

10.1.2.1

Miżuri ta’ protezzjoni ġenerali għal vetturi

 

10.1.2.2

Miżuri ta’ protezzjoni kontra n-nirien għal tipi speċifiċi ta’ vetturi

eż. rekwiżiti għal ferroviji tal-merkanzija jew ferroviji tal-passiġġieri dwar kapaċità tal-moviment, protezzjoni tax-xufiera, eċċ…

10.1.2.3

Protezzjoni tal-kabina tax-xufier

 

10.1.2.4

Ostakli kontra n-nirien

 

10.1.2.5

Karatteristiċi tal-materjali

 

10.1.2.6

Ditekters tan-nirien

 

10.1.2.7

Tagħmir għall-estinzjoni ta’ nirien

 

10.2

Emergenza

 

10.2.1

Ħruġ tal-emerġenza għall-passiġġieri

 

10.2.2

Informazzjoni, tagħmir u aċċess għal servizzi tas-salvataġġ

 

10.2.3

Allarm tal-passiġġieri

 

10.2.4

Tidwil f’każ ta’ emerġenza

 

10.3

Miżuri addizzjonali

 

11

Servicing

Faċilitajiet u interfaċċi abbord għal servicing

11.1

Faċilitajiet tat-tindif tal-ferrovija

 

11.1.1

Faċilitajiet tat-tindif estern tal-ferrovija

eż. tindif estern permezz ta’ impjant tal-ħasil

11.1.2

Tindif intern tal-ferrovija

 

11.2

Faċilitajiet tal-għoti tal-fjuwil mill-ġdid lill-ferrovija

 

11.2.1

Sistemi tar-rimi tal-ilma tal-iskart

Inkluża interfaċċa għal sistema ta’ rimi tal-emissjonijiet tat-tojlit

11.2.2

Sistema tal-provvista tal-ilma

Konformità ma’ regolamenti sanitarji

11.2.3

Faċilitajiet oħra tal-provvista

eż. rekwiżiti speċjali għall-istabilizzazzjoni tal-ferroviji

11.2.4

Interfaċċa għal tagħmir tal-għoti tal-fjuwil mill-ġdid għal magni u vaguni tal-ferrovija mhux elettriċi

eż. żennuni użati għal fjuwils tad-diżil u fjuwils oħra

12.0

Kmand u sinjalar tal-kontroll abbord

It-tagħmir kollu neċessarju abbord li jiżgura sikurezza u għall-kmand u l-kontroll tal-movimenti tal-ferroviji awtorizzati għall-ivvjaġġar fuq in-netwerk u l-effetti tiegħu fuq l-infrastruttura tal-art tas-sistema ferrovjarja

12.1

Sistema tar-radju abbord

 

12.1.1

Sistema tar-radju NON GSM-R

 

12.1.2

Sistema tar-radju kompatibbli ma’ GSM-R

 

12.1.2.1

Messaġġi tat-test

Rekwiżiti speċifiċi għal messaġġi tat-test (eż. f’każ ta’ emerġenza)

12.1.2.2

Trasmissjoni ‘l quddiem tas-sejħiet

Rekwiżiti u kundizzjonijiet li jirregolaw it-trasmissjoni ‘l quddiem tas-sejħiet

12.1.2.3

Sejħiet permezz tar-radju

Rekwiżiti u kundizzjonijiet li jirregolaw is-sejħiet permezz tar-radju

12.1.2.4

Rekwiżiti relatati mar-radju tal-kabina

jiġifieri rekwiżiti oħra mandatorji relatati mar-radju tal-kabina li m’humiex mandatorji mit-TSI

12.1.2.5

Għażla tan-netwerk b’attivazzjoni esterna

 

12.1.2.6

Funzjonijiet ġenerali relatati mar-radju

jiġifieri funzjonijiet ġenerali oħra nazzjonali mandatorji li huma relatati mar-radju u li m’humiex mandatorji mit-TSI

12.1.2.7

Funzjonalità tal-MMI tal-kontrollur primarju

Rekwiżiti oħra mibgħuta lejn il-mobbli tal-kabina li ġejjin mill-funzjonalità tal-MMI tal-kontrollur

12.1.2.8

Użu ta’ oġġetti li jinġarru fl-idejn bħal radju mobbli tal-kabina

Bħala radju primarju jew ta’ riserva

12.1.2.9

Kapaċità ta’ GSMR abbord

eż. rekwiżit għal kapaċità tal-iswiċċjar tal-pakketti

12.1.2.10

Interfaċċa GSM-R-ETCS

eż. sinkronizzazzjoni tal-ID tal-ferrovija

12.1.2.11

Interkonessjoni u roaming bejn netwerks GSM-R

applikabbli sal-ħruġ mill-ġdid tal-mira Eirene matul l-2010

12.1.2.12

Qsim ta’ fruntieri

applikabbli sal-ħruġ mill-ġdid tal-mira Eirene matul l-2010

12.1.2.13

GPRS u ASCI

Koperti b’talba għall-bidla; l-ebda bidla fir-regoli nazzjonali m’hi mistennija.

12.1.2.14

Interfaċċa bejn it-tagħmir tas-sikurezza tax-xufier, it-tagħmir ta’ ta’ viġilanza, u l-immuntar abbord GSM-E tal-magni u l-vaguni tal-ferrovija

applikabbli sal-ħruġ mill-ġdid tal-mira Eirene matul l-2010

12.1.2.15

Speċifikazzjoni tat-test għal tagħmir mobbli tal-GSM-R

li għandha tingħalaq b’żidiet mal-ispeċifikazzjonijiet Eirene

12.1.2.16

Għażla tan-neterk dirett/awtomatiku

 

12.1.2.17

Reġistrazzjoni u dereġistrazzjoni

 

12.1.2.18

Ġestjoni tal-Verżjoni GSM-R

Ma għadux punt pendenti – kopert mill-Proċedura tal-Aġenzija –għandu jitneħħa minn punti pendenti fit-TSI. L-ebda regoli nazzjonali m’huma mistennija

12.2

Sinjalar abbord

 

12.2.1

Sistemi tas-sinjalar nazzjonali abbord

Sistemi tal-kontroll u tat-twissija inkluż eż. “funzjoni tal-ibbrejkjar taż-żona f’każ ta’ emerġenza” u rekwiżiti nazzjonali oħra għall-protezzjoni tal-ferrovija

12.2.2

Kompatibilità ta’ sistema tas-sinjalar mal-bqija tal-ferrovija

Kompatibilitàta’ tagħmir tas-sinjalar ma’ sistemi oħra abbord ferrovija eż. brejkijiet, forza tat-trazzjoni, eċċ.

12.2.3

Kompatibilità ta’ magni u vaguni tal-ferrovija mal-infrastruttura tal-binarji

Kompatibilitàeż. ma’ sistemi tad-ditezzjoni tal-infrastruttura tal-art jew ditekters tal-kaxxa tal-Fus Sħun, għall-kompatibilità elettromanjetika ara 8.4.2

12.2.3.1

Relazzjoni bejn id-distanza tal-fus u d-dijametru tar-roti

 

12.2.3.2

Spazju mingħajr metall madwar ir-roti

 

12.2.3.3

Massa tal-metall ta’ vettura

 

12.2.4

Sistema tas-sinjalar tal-kabina ETCS

 

12.2.4.1

Awakening

għandha tiġi riżolta fil-Linja Bażi 3

12.2.4.2

Kategoriji ta’ ferroviji

għandha tiġi riżolta fil-Linja Bażi 3

12.2.4.3

Rekwiżiti tal-prestazzjoni għal tagħmir GSM-R abbord relatati mal-kwalità tas-servizz

Kwalità tas-servizz ta’ GSM-R meħtieġa għal ETCS

12.2.4.4

Użu ta’ moduli ETCS

Rekwiżiti għall-użu tal-moduli ETCS li jaffetwaw l-awtorizzazzjoni tal-vetturi, differenti minn dawk fit-TSIs

12.2.4.5

Rekwiżiti ETCS meta l-vettura tkun misjuqa minn barra l-kabina

Rekwiżiti differenti minn jew li jikkunflittaw mat-TSIs fir-rigward tas-sewqan barra l-kabina eż. kontroll tar-radju mill-persunal ta’ fuq l-art meta tkun qed tiċċaqlaq il-ferrovija

12.2.4.6

Funzjonalità tal-intersezzjoni fuq l-istess livell

għandha tiġi riżolta fil-Linja Bażi 3

12.2.4.7

Marġini tas-sikurezza tal-ibbrejkjar

għandhom jiġu riżolti fil-Linja Bażi 3

12.2.4.8

Rekwiżiti tal-Affidabbiltà - Disponibbiltà – Sikurezza

għandhom jiġu riżolti bir-reviżjoni TSI

12.2.4.9

Bords indikaturi

Rekwiżiti mibgħuta lill-vettura sabiex tiżgura l-viżibiltà tal-bords (eż. separazzjoni tar-raġġ tad-dawl, viżibilità mill-kabina) solvuti parzjalment f’2.3.0d u għandhom jiġu riżolti fil-Linja Bażi 3

12.2.4.10

Aspetti ergonomiċi tad-DMI (l-interfaċċa xufier/magna)

għandhom jiġu riżolti fil-Linja Bażi 3

12.2.4.11

Valuri ETCS ta’ elementi varjabbli kontrollati barra l-UNISIG — Manwali

għandhom jiġu riżolti fil-Linja Bażi 3

12.2.4.12

Rekwiżiti tal-Konformità KM

għandhom jiġu riżolti fil-Linja Bażi 3

12.2.4.13

Rekwiżiti għal iffittjar minn qabel ta’ tagħmir ETCS abbord

Ma għadux punt pendenti – kopert bil-Kapitolu 7 maqbul mill-RISC ta’ Marzu 2009 – se jitneħħa mill-verżjoni li jmiss tat-TSI. M’huma mistennija l-ebda regoli nazzjonali.

12.2.4.14

Ġestjoni tal-Verżjoni tal-ETCS

Ma għadux punt pendenti – koperta bil-Proċedura tal-Aġenzija – ugħandu jitneħħa mill-punti pemdenti fit-TSI. M’huma mistennija l-ebda regoli nazzjonali.

12.2.4.15

Speċifikazzjoni ta’ elementi varjabbli tal-ETCS

li għandhom jiġu riżolti fil-Linja Bażi 3

12.2.4.16

Interfaċċa RBC – RBC

se jkun kopert fil-punt 2.3.0d, u l-ispeċifikazzjoni tat-test għandha tiġi rrakkomandata mir-RISC f’Ġunju 2009

12.2.4.17

Rekwiżiti oħra fuq lokomotivi u unitajiet multipliċi

 

12.2.4.18

Funzjonalità u interfaċċi ta’ sistemi tal-protezzjoni tal-persunal għas-sistema tas-sinjalar

għandhom jiġu riżolti fil-Linja Bażi 3

12.2.4.19

Interfaċċa bi brejk tas-servizz

għandhom jiġu riżolti mir-reviżjoni TSI CCS

13

Rekwiżiti operattivi speċifiċi

Rekwiżiti speċifiċi fuq vetturi għal operazzjonijiet (inklużi modulu degradat, rkupru tal-vetturi, eċċ)

13.1

Oġġetti speċifiċi abbord

 

13.2

Saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol

 

13.3

Dijagramma tal-irfigħ u struzzjonijiet għas-salvataġġ

Salvataġġ, irfigħ u rerailing

14

Oġġetti relatati mal-merkanzija

Rekwiżiti u ambjent speċifiċi għall-merkanzija (inklużi faċilitajiet meħtieġa speċifikament għal oġġetti perikolużi)

14.1

Restrizzjonijiet tad-disinn, l-operazzjoni u l-manutenzjoni għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi

eż. rekwiżiti li ġejjin minn RID, regoli nazzjonali jew regolamenti oħra għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi

14.2

Faċilitajiet speċifiċi għat-trasport tal-merkanzija

 

14.3

Bibien u faċilitajiet tat-tagħbija

 


Top