EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0894R(01)

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE tat- 30 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal għamara tal-injam ( ĠU L 320, 5.12.2009 )

OJ L 209, 17.8.2011, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/894/corrigendum/2011-08-17/oj

17.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/62


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal għamara tal-injam

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 320, tal-5 ta’ Diċembru 2009 )

F'paġna 28, Kriterju 3:

minflok:

“(e)   Emissjonijiet ta’ formaldehyde minn materja prima mhux ittrattata tal-injam

Materjali b’bażi ta’ njam huma permessi biss f’biċċa għamara jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejin:

(i)

Chipboard: l-emissjoni ta’ formaldehyde miċ-chipboard fl-istat primarju tagħhom, jiġifieri qabel ma jinħadmu bil-magni jew jinksew, ma għandhiex taqbeż 50 % tal-valur massimu li jippermetti li tiġi kklassifikata bħala E1skont l-istandard EN 312.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant u/jew il-fornitur tiegħu għandhom jipprovdu evidenza li l-materjali b’bażi ta’ njam jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit skont l-istandard Ewropew EN 312-1.

(ii)

Fiberboard: Il-formaldehyde imkejjel fi kwalunkwe fiberboard ma għandux jaqbeż 50 % tal-valur massimu li jippermetti li jiġi kklassifikat bħala ta’ kwalita ta’ klassi A skont EN 622-1. Madankollu, il-fiberboards ikklassifikati bħala Klassi A ser jiġu aċċettati jekk ma jirrappreżentawx aktar minn 50 % tal-injam u l-materjali b’bażi ta’ njam totali użati fil-prodott.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant u/jew il-fornitur tiegħu għandhom jipprovdu evidenza li l-materjali b’bażi ta’ njam jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit skont l-istandard Ewropew EN 622-1.”;

aqra:

“(e)   Emissjoni ta’ formaldehyde minn materjali b’bażi tal-injam mhux ittrattati u fl-istat naturali

Materjali b’bażi tal-injam huma permessi biss f’biċċa għamara jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejin:

(i)

Chipboard [Particleboard]: L-emissjoni ta’ formaldehyde miċ-chipboard [particleboard] fl-istat naturali tagħhom, jiġifieri qabel ma jinħadmu bil-magni jew jinksew, ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-valur massimu li jippermettilha tiġi kklassifikata bħala E1 skont l-istandard EN 312.

(ii)

Fibreboard: L-emissjoni ta’ formaldehyde mill-fibreboard(s) fl-istat naturali tagħhom, jiġifieri qabel ma jinħadmu bil-magni jew jinksew, ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-valur massimu li jippermettilhom jiġu kklassifikati bħala E1 skont l-istandard EN 622-1. Madanakollu, il-fibreboard(s) klassifikati bħala Klassi E1 se jiġu aċċettati jekk ma jirrappreżentawx aktar minn 50 % tal-injam u l-materjali b’bażi tal-injam totali użati fil-prodott.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant u/jew il-fornitur tiegħu għandhom jagħtu evidenza li l-materjali b’bażi tal-injam jirrilaxxaw anqas minn 4 mg/100 g skont EN 120 (il-metodu ta’ perforazzjoni) jew anqas minn 0,062 mg/m3 skont EN 717-1 (il-metodu “chamber”). Barra minn hekk għandha tingħata dikjarazzjoni li ġiet stabbilita sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika skont EN 312 jew EN 622-1.”.

F’paġna 29, Kriterju 4

minflok:

“(c)   Formaldehyde

L-emissjonijiet ta’ formaldehyde minn sustanzi u preparazjonijiet għat-trattament tal-wiċċ li jilliberaw il-formaldehyde għandhom ikunu anqas minn 0,05 ppm.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant u/jew il-fornitur tiegħu għandhom jipprovdu dikjarazzjoni li r-rekwiżiti ta’ hawn fuq ġew issodisfati, flimkien mal-informazzjoni dwar il-formolazzjoni tat-trattament tal-wiċċ (pereżempju dokumenti ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza tal-materjali).”;

aqra:

“(c)   Formaldehyde

Emissjonijiet ta’ formaldehyde minn sustanzi u preparazjonijiet għat-trattament tal-wiċċ li jilliberaw il-formaldehyde għandhom ikunu anqas minn 0,062 mg/m3.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant u/jew il-fornitur tiegħu għandhom jipprovdu dikjarazzjoni li r-rekwiżit ta’ hawn fuq ġie ssodisfat, flimkien mal-informazzjoni dwar il-formolazzjoni tat-trattament tal-wiċċ (pereżempju Dokumenti ta’ Informazzjoni dwar is-Sikurezza) jew riżultati ta’ testijiet li juru evidenza li l-valur massimu tal-emissjoni ta’ formaldehyde ma jissuperax il-limitu dikjarat (ibbażat fuq l-istandard EN 717-1).”.


Top