EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0603

2009/603/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta’ Awwissu 2009 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tal-produtturi ta' batteriji u ta' akkumulaturi skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2009) 6054) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 206, 8.8.2009, p. 13–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 054 P. 211 - 213

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2015; Imħassar b' 32013L0056

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/603/oj

8.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Awwissu 2009

li tistabbilixxi r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tal-produtturi ta' batteriji u ta' akkumulaturi skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 6054)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/603/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (1), u b'mod partikolari, l-Artikolu 17 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/66/KE tipprovdi għar-reġistrazzjoni ta' produtturi ta' batteriji u akkumulaturi. Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti rekwiżiti proċedurali li jkunu applikabbli mal-Komunità kollha sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn lil dawn il-produtturi.

(2)

Hu xieraq li tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandhom jipprovdu l-produtturi ta' batteriji u akkumulaturi meta japplikaw għar-reġistrazzjoni, filwaqt li tiġi evitata kwalunkwe ripetizzjoni tal-istess rekwiżiti relatati ma' proċeduri oħra ta' reġistrazzjoni.

(3)

Kwalunkwe ħlas ta' reġistrazzjoni għandu jkun ibbażat fuq l-ispiża u maħdum proporzjonalment sabiex jiġu evitati spejjeż amministrattivi bla bżonn lill-produtturi kkonċernati.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni

Ir-reġistrazzjoni tal-produtturi ta' batteriji u akkumulaturi għandha ssir mal-awtoritajiet nazzjonali jew mal-organizzazzjonijiet ta' responsabilità ta' produtturi nazzjonali awtorizzati mill-Istati Membri, minn hawn ’il quddiem imsejħin korpi tar-reġistrazzjoni, bil-miktub jew elettronikament.

Din il-proċedura ta' reġistrazzjoni tista' tkun parti minn proċedura oħra ta' reġistrazzjoni ta' produttur.

Il-produtturi ta' batteriji u akkumulaturi se jkollhom bżonn biss li jirreġistraw darba fi Stat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji u l-akkumulaturi fis-suq tal-Istat Membru għall-ewwel darba fuq bażi professjonali, u għandhom jiġu provduti b'numru ta' reġistrazzjoni meta sseħħ ir-reġistrazzjoni.

Artikolu 2

Informazzjoni li trid tingħata mill-produtturi

Il-produtturi ta' batteriji u akkumulaturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness lill-korpi ta' reġistrazzjoni.

Għall-iskop tar-reġistrazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 il-produtturi ta' batteriji u akkumulaturi mhux se jkunu obbligati li jipprovdu l-ebda informazzjoni oħra għajr dik imniżżla fl-Anness.

Artikolu 3

Id-drittijiet tar-reġistrazzjoni

Il-korpi tar-reġistrazzjoni jistgħu japplikaw dritt ta' reġistrazzjoni fuq il-kundizzjoni li dawn huma abbażi tal-ispiża u proporzjonati.

Il-korpi tar-reġistrazzjoni li japplikaw id-drittijiet ta’ reġistrazzjoni għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bil-metodoloġija li tintuża biex jiġi kkalkulat il-prezz tad-drittijiet.

Artikolu 4

Bidla fid-dejta tar-reġistrazzjoni

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fil-każ li tinbidel id-dejta provduta minn produtturi skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni, il-produtturi għandhom jinfurmaw b’dan lill-korpi ta' reġistrazzjoni rilevanti tagħhom mhux aktar tard minn xahar wara l-bidla.

Artikolu 5

It-tneħħija tar-reġistrazzjoni

Meta l-produtturi ma jibqgħux aktar produtturi fi Stat Membru, huma għandhom ineħħu r-reġistrazzjoni billi jinfurmaw il-korp ta' reġistrazzjoni rilevanti tagħhom b’dan.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.


ANNESS

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA GĦAR-REĠISTRAZZJONI

1.

L-isem tal-produttur u l-ismijiet tad-ditti (jekk disponibbli) li taħthom joperaw fl-Istat Membru.

2.

L-indirizz(i) tal-produttur: Il-kodiċi postali u l-lokalità, l-isem tat-triq u n-numru, il-pajjiż, il-URL, in-numru tat-telefon, kif ukoll il-persuna ta’ kuntatt, in-numru tal-feks u l-indirizz tal-email tal-produttur, jekk huma disponibbli.

3.

Indikazzjoni tat-tip ta' batteriji u akkumulaturi imqiegħda fis-suq mill-produttur: batteriji u akkumulaturi li jistgħu jinġarru, batteriji u akkumulaturi industrijali, jew batteriji u akkumulaturi awtomotivi.

4.

L-informazzjoni dwar kif il-produttur jissodisfa r-responsabilitajiet tiegħu: bi skema individwali jew kollettiva.

5.

Data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.

6.

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inkluż in-numru tat-taxxa Ewropew jew in-numru tat-taxxa nazzjonali tal-produttur (mhux obbligatorju).

7.

Id-dikjarazzjoni li tistabbilixxi li l-informazzjoni imniżżla hija vera.


Top