EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0442

2009/442/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta’ Ġunju 2009 li timplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ u mar-rappurtar (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4199) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 148, 11.6.2009, p. 18–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 059 P. 27 - 35

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/08/2019; Imħassar b' 32019D1372

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/442/oj

11.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Ġunju 2009

li timplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ u mar-rappurtar

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4199)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/442/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 21(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2007/2/KE teħtieġ lill-Istati Membri jimmonitorjaw l-implimentazzjoni u l-użu tal-infrastrutturi tagħhom għall-informazzjoni ġeografika u jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti għal dan il-monitoraġġ u dan ir-rappurtar, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista tas-settijiet tad-dejta ġeografika u tas-servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE, miġburin skont it-tema u skont l-Anness, u tas-servizzi tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE, miġburin skont it-tip ta’ servizz, u għandhom jibagħtu dik il-lista lill-Kummissjoni.

(3)

Il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq sett ta’ indikaturi li jkunu kkalkulati abbażi tad-dejta miġbura mill-partijiet ikkonċernati x-xierqa fid-diversi livelli tal-awtoritajiet pubbliċi.

(4)

Id-dejta miġbura biex jiġu kkalkulati l-indikaturi tal-monitoraġġ għandha tingħata lill-Kummissjoni.

(5)

Ir-riżultati tal-monitoraġġ u tar-rappurtar għandhom jingħataw lill-Kummissjoni u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/2/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

IL-KAPITOLU I

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Artikolu 1

Is-suġġett

Din id-Deċiżjoni tistipula regoli ddettaljati dwar il-monitoraġġ min-naħa tal-Istati Membri tal-implimentazzjoni u l-użu tal-infrastrutturi tagħhom għall-informazzjoni ġeografika u għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE.

L-Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet komuni dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista tas-settijiet tad-dejta ġeografika u tas-servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE, miġburin skont it-tema u skont l-Anness, u tas-servizzi tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 11(1) ta’ dik id-Direttiva, miġburin skont it-tip ta’ servizz.

Huma għandhom jibagħtu dik il-lista lill-Kummissjoni u jaġġornawha kull sena.

2.   L-Istati Membri għandhom joqogħdu fuq l-istruttura ta’ koordinazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2007/2/KE sabiex jiġbru d-dejta għall-monitoraġġ u r-rappurtar.

3.   Il-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri għandhom jibagħtu r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2007/2/KE u r-rapport imsemmi fl-Artikolu 21(2) u (3) ta’ dik id-Direttiva lill-Kummissjoni.

4.   Ir-riżultati kollha tal-monitoraġġ u tar-rappurtar għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-Internet jew permezz ta’ kwalunkwe mezz xieraq ieħor tat-telekomunikazzjoni.

IL-KAPITOLU II

IL-MONITORAĠĠ TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REKWIŻITI DWAR IL-METADEJTA

L-Artikolu 3

Il-monitoraġġ tal-eżistenza tal-metadejta

1.   L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw sabiex titkejjel l-eżistenza tal-metadejta għas-settijiet u għas-servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE:

(a)

indikatur ġenerali (MDi1) li jkejjel l-eżistenza tal-metadejta għas-settijiet u għas-servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE;

(b)

l-indikaturi speċifiċi li ġejjin:

(i)

MDi 1.1 li jkejjel l-eżistenza tal-metadejta għas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness I għad-Direttiva 2007/2/KE;

(ii)

MDi 1.2 li jkejjel l-eżistenza tal-metadejta għas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness II għad-Direttiva 2007/2/KE;

(iii)

MDi 1.3 li jkejjel l-eżistenza tal-metadejta għas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness III għad-Direttiva 2007/2/KE;

(iv)

MDi 1.4 li jkejjel l-eżistenza tal-metadejta għas-servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE.

2.   Għal kull sett u servizz tad-dejta ġeografika msemmi fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(1), l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk hemmx metadejta u għandhom jattribwixxu l-valuri li ġejjin lis-sett jew lis-servizz tad-dejta ġeografika:

(a)

il-valur nru 1 f’każ li teżisti l-metadejta;

(b)

il-valur nru 0 f’każ li ma teżisti l-ebda metadejta.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-indikatur ġenerali MDi 1 billi jiddividu l-għadd ta’ settijiet u servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE li għalihom teżisti l-metadejta bl-għadd totali ta’ settijiet u servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dawk l-Annessi.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-indikaturi speċifiċi kif ġej:

(a)

l-għadd ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness I għad-Direttiva 2007/2/KE li għalihom teżisti l-metadejta, diviż bl-għadd totali ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dak l-Anness (MDi 1.1);

(b)

l-għadd ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness II għad-Direttiva 2007/2/KE li għalihom teżisti l-metadejta, diviż bl-għadd totali ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dak l-Anness (MDi 1.2);

(c)

l-għadd ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness III għad-Direttiva 2007/2/KE li għalihom teżisti l-metadejta, diviż bl-għadd totali ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dak l-Anness (MDi 1.3);

(d)

l-għadd ta’ servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE li għalihom teżisti l-metadejta, diviż bl-għadd totali ta’ servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dawk l-Annessi (MDi 1.4);

L-Artikolu 4

Il-monitoraġġ tal-konformità tal-metadejta

1.   L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw sabiex titkejjel il-konformità tal-metadejta tas-settijiet u tas-servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva:

(a)

indikatur ġenerali li jkejjel il-konformità tal-metadejta tas-settijiet u tas-servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva.

(b)

l-indikaturi speċifiċi li ġejjin:

(i)

MDi2.1 li jkejjel il-konformità tal-metadejta tas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness I għad-Direttiva 2007/2/KE mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva;

(ii)

MDi2.2 li jkejjel il-konformità tal-metadejta tas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness II għad-Direttiva 2007/2/KE mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva;

(iii)

MDi2.3 li jkejjel il-konformità tal-metadejta tas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness III għad-Direttiva 2007/2/KE mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva;

(iv)

MDi2.4 li jkejjel il-konformità tal-metadejta tas-servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva.

2.   Għal kull sett u servizz tad-dejta ġeografika msemmi fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk il-metadejta li tikkorrispondi magħhom hijiex konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2007/2/KE u għandhom jattribwixxu l-valuri li ġejjin lis-sett jew lis-servizz tad-dejta ġeografika:

(a)

il-valur nru 1 f’każ li l-metadejta korrispondenti tkun konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2007/2/KE;

(b)

il-valur nru 0 f’każ li l-metadejta korrispondenti ma tkunx konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2007/2/KE.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-indikatur ġenerali MDi2 billi jiddividu l-għadd ta’ settijiet u servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE li l-metadejta dwarhom hija konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva bl-għadd totali ta’ settijiet u servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dawk l-Annessi.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-indikaturi speċifiċi kif ġej:

(a)

l-għadd ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness I għad-Direttiva 2007/2/KE li l-metadejta dwarhom hija konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva, diviż bl-għadd totali ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dak l-Anness (MDi2.1);

(b)

l-għadd ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness II għad-Direttiva 2007/2/KE li l-metadejta dwarhom hija konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2007/2/KE, diviż bl-għadd totali ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dak l-Anness (MDi2.2);

(c)

l-għadd ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness III għad-Direttiva 2007/2/KE li l-metadejta dwarhom hija konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2007/2/KE, diviż bl-għadd totali ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dak l-Anness (MDi2.3);

(d)

l-għadd ta’ servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE li l-metadejta dwarhom hija konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2007/2/KE, diviż bl-għadd totali ta’ servizzi tad-dejta ġeografika (MDi2.4).

IL-KAPITOLU III

IL-MONITORAĠĠ TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REKWIŻITI DWAR L-INTEROPERABBILTÀ TAS-SETTIJIET TAD-DEJTA ĠEOGRAFIKA

L-Artikolu 5

Il-monitoraġġ tal-kopertura ġeografika tas-settijiet tad-dejta ġeografika

1.   L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw sabiex titkejjel il-kopertura ġeografika tas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE:

(a)

indikatur ġenerali (DSi1) li jkejjel kemm mit-territorju tal-Istati Membri huwa kopert mis-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE;

(b)

l-indikaturi speċifiċi li ġejjin:

(i)

DSi 1.1 li jkejjel kemm mit-territorju tal-Istati Membri huwa kopert mis-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness I għad-Direttiva 2007/2/KE;

(ii)

DSi 1.2 li jkejjel kemm mit-territorju tal-Istati Membri huwa kopert mis-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness II għad-Direttiva 2007/2/KE;

(iii)

DSi 1.3 li jkejjel kemm mit-territorju tal-Istati Membri huwa kopert mis-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness III għad-Direttiva 2007/2/KE.

2.   Għas-settijiet tad-dejta ġeografika msemmija fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(1), l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar:

(a)

iż-żona li għandha tkun koperta minn sett tad-dejta ġeografika speċifiku (minn hawn ’il quddiem imsejħa “ż-żona rilevanti”), f’km2;

(b)

iż-żona li hi koperta minn sett tad-dejta ġeografika speċifiku (minn hawn ’il quddiem imsejħa “ż-żona reali”), f’km2.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-indikatur ġenerali DSi1 billi jiddividu l-għadd taż-żoni reali koperti mis-settijiet kollha tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE bl-għadd taż-żoni rilevanti għas-settijiet kollha tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dawk l-Annessi.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-indikaturi speċifiċi kif ġej:

(a)

l-għadd taż-żoni reali koperti mis-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness I għad-Direttiva 2007/2/KE, diviż bl-għadd taż-żoni rilevanti għas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dak l-Anness (DSi1.1);

(b)

l-għadd taż-żoni reali koperti mis-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness II għad-Direttiva 2007/2/KE, diviż bl-għadd taż-żoni rilevanti għas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dak l-Anness (DSi1.2);

(c)

l-għadd taż-żoni reali koperti mis-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness III għad-Direttiva 2007/2/KE, diviż bl-għadd taż-żoni rilevanti għas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dak l-Anness (DSi1.3).

L-Artikolu 6

Il-monitoraġġ tal-konformità tas-settijiet tad-dejta ġeografika

1.   L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw sabiex titkejjel il-konformità tas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva u l-konformità tal-metadejta li tikkorrispondi magħhom mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva:

(a)

indikatur ġenerali (DSi2) li jkejjel il-konformità tas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva u l-konformità tal-metadejta li tikkorrispondi magħhom mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva.

(b)

l-indikaturi speċifiċi li ġejjin:

(i)

DSi2.1 li jkejjel il-konformità tas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness I għad-Direttiva 2007/2/KE mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva u l-konformità tal-metadejta li tikkorrispondi magħhom mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva;

(ii)

DSi2.2 li jkejjel il-konformità tas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness II għad-Direttiva 2007/2/KE mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva u l-konformità tal-metadejta li tikkorrispondi magħhom mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva;

(iii)

DSi2.3 li jkejjel il-konformità tas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness III għad-Direttiva 2007/2/KE mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva u l-konformità tal-metadejta li tikkorrispondi magħhom mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk kull sett tad-dejta ġeografika msemmi fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-Deċiżjoni huwiex konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE u jekk il-metadejta li tikkorrispondi miegħu hijiex konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva, u għandhom jattribwixxu l-valuri li ġejjin lis-sett tad-dejta ġeografika:

(a)

il-valur nru 1 f’każ li s-sett tad-dejta ġeografika jkun konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE u l-metadejta li tikkorrispondi miegħu tkun konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva;

(b)

il-valur nru 0 f’każ li s-sett tad-dejta ġeografika ma jkunx konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE jewinkella f’każ li l-metadejta li tikkorrispondi miegħu ma tkunx konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-indikatur ġenerali DSi2 billi jiddividu l-għadd ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE li huma konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva u li l-metadejta dwarhom hija konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva bl-għadd totali ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dawk l-Annessi.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-indikaturi speċifiċi kif ġej:

(a)

l-għadd ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness I għad-Direttiva 2007/2/KE li huma konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva u li l-metadejta dwarhom hija konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva, diviż bl-għadd totali ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dak l-Anness (DSi2.1);

(b)

l-għadd ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness II għad-Direttiva 2007/2/KE li huma konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva u li l-metadejta dwarhom hija konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva, diviż bl-għadd totali ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dak l-Anness (DSi2.2);

(c)

l-għadd ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Anness III għad-Direttiva 2007/2/KE li huma konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva u li l-metadejta dwarhom hija konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva, diviż bl-għadd totali ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dak l-Anness (DSi2.3).

IL-KAPITOLU IV

IL-MONITORAĠĠ TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REKWIŻITI DWAR IS-SERVIZZI TAN-NETWERK

L-Artikolu 7

Il-monitoraġġ tal-aċċessibbiltà tal-metadejta permezz tas-servizzi ta’ sejbien

1.   L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw sabiex titkejjel l-aċċessibbiltà tal-metadejta tas-settijiet u tas-servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE permezz tas-servizzi ta’ sejbien imsemmija fl-Artikolu 11(1)(a) ta’ dik id-Direttiva:

(a)

indikatur ġenerali (NSi1) li jkejjel kemm huwa possibbli li wieħed ifittex, permezz tas-servizzi ta’ sejbien, settijiet u servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE abbażi tal-metadejta li tikkorrispondi magħhom;

(b)

l-indikaturi speċifiċi li ġejjin:

(i)

NSi1.1 li jkejjel kemm huwa possibbli li wieħed ifittex, permezz tas-servizzi ta’ sejbien, settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE abbażi tal-metadejta li tikkorrispondi magħhom;

(ii)

NSi1.2 li jkejjel kemm huwa possibbli li wieħed ifittex, permezz tas-servizzi ta’ sejbien, servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE abbażi tal-metadejta li tikkorrispondi magħhom.

2.   Għal kull sett u servizz tad-dejta ġeografika msemmi fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(1), l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk hemmx servizz ta’ sejbien u għandhom jattribwixxu l-valuri li ġejjin lis-sett jew lis-servizz tad-dejta ġeografika:

(a)

il-valur nru 1 f’każ li jeżisti servizz ta’ sejbien;

(b)

il-valur nru 0 f’każ li ma jeżisti l-ebda servizz ta’ sejbien.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-indikatur ġenerali NSi1 billi jiddividu l-għadd ta’ settijiet u servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE li għalihom jeżisti servizz ta’ sejbien bl-għadd totali ta’ settijiet u servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dawk l-Annessi.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-indikaturi speċifiċi kif ġej:

(a)

l-għadd ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE li għalihom jeżisti servizz ta’ sejbien, diviż bl-għadd totali ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dawk l-Annessi (NSi1.1);

(b)

l-għadd ta’ servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE li għalihom jeżisti servizz ta’ sejbien, diviż bl-għadd totali ta’ servizzi tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dawk l-Annessi (NSi1.2).

L-Artikolu 8

Il-monitoraġġ tal-aċċessibbiltà tas-settijiet tad-dejta ġeografika permezz tas-servizzi ta’ viżjoni (“view services”) u ta’ tniżżil (“download services”)

1.   L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw sabiex titkejjel l-aċċessibbiltà tas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE permezz tas-servizzi ta’ viżjoni u ta’ tniżżil imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) u (c) ta’ dik id-Direttiva:

(a)

indikatur ġenerali (NSi2) li jkejjel kemm huwa possibbli li wieħed jara u jniżżel, permezz tas-servizzi ta’ viżjoni u ta’ tniżżil, settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE;

(b)

l-indikaturi speċifiċi li ġejjin:

(i)

NSi2.1 li jkejjel l-aċċessibbiltà tas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE permezz tas-servizzi ta’ viżjoni;

(ii)

NSi2.2 li jkejjel l-aċċessibbiltà tas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE permezz tas-servizzi ta’ tniżżil.

2.   Għal kull sett tad-dejta ġeografika msemmi fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(1), l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk hemmx servizz ta’ viżjoni jew ta’ tniżżil, jew jekk hemmx it-tnejn li huma, u għandhom jattribwixxu l-valuri li ġejjin lis-sett tad-dejta ġeografika:

(a)

il-valur nru 1 f’każ li jeżisti servizz ta’ viżjoni u l-valur nru 0 f’każ li ma jeżistix dan it-tip ta’ servizz;

(b)

il-valur nru 1 f’każ li jeżisti servizz ta’ tniżżil u l-valur nru 0 f’każ li ma jeżistix dan it-tip ta’ servizz;

(c)

il-valur nru 1 f’każ li jeżisti kemm servizz ta’ viżjoni kif ukoll servizz ta’ tniżżil u l-valur nru 0 f’każ li ma jeżistix mill-inqas wieħed minnhom.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-indikatur ġenerali NSi2 billi jiddividu l-għadd ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE li għalihom jeżistu kemm is-servizz ta’ viżjoni kif ukoll dak ta’ tniżżil bl-għadd totali ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dawk l-Annessi (NSi2).

4.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-indikaturi speċifiċi kif ġej:

(a)

l-għadd ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE li għalihom jeżisti servizz ta’ viżjoni, diviż bl-għadd totali ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dawk l-Annessi (NSi2.1);

(b)

l-għadd ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE li għalihom jeżisti servizz ta’ tniżżil, diviż bl-għadd totali ta’ settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin f’dawk l-Annessi (NSi2.2).

L-Artikolu 9

Il-monitoraġġ tal-użu tas-servizzi tan-netwerk

1.   L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw sabiex jiġi mmonitorjat l-użu tas-servizzi tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE:

(a)

indikatur ġenerali (NSi3) li jkejjel l-użu tas-servizzi kollha tan-netwerk;

(b)

l-indikaturi speċifiċi li ġejjin:

(i)

NSi3.1 li jkejjel l-użu tas-servizzi ta’ sejbien;

(ii)

NSi3.2 li jkejjel l-użu tas-servizzi ta’ viżjoni;

(iii)

NSi3.3 li jkejjel l-użu tas-servizzi ta’ tniżżil;

(iv)

NSi3.4 li jkejjel l-użu tas-servizzi ta’ trasformazzjoni;

(v)

NSi3.5 li jkejjel l-użu tas-servizzi ta’ sejħan (“invoke services”).

2.   Għal kull servizz tan-netwerk imsemmi fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(1), l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar l-għadd ta’ talbiet annwali għas-servizzi.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-indikatur ġenerali NSi3 billi jiddividu l-għadd totali tal-għadd ta’ talbiet annwali għas-servizzi għas-servizzi kollha tan-netwerk bl-għadd ta’ servizzi tan-netwerk.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-indikaturi speċifiċi kif ġej:

(a)

l-għadd ta’ talbiet annwali għas-servizzi kollha ta’ sejbien, diviż bl-għadd ta’ servizzi ta’ sejbien(NSi3.1);

(b)

l-għadd ta’ talbiet annwali għas-servizzi kollha ta’ viżjoni, diviż bl-għadd ta’ servizzi ta’ viżjoni (NSi3.2);

(c)

l-għadd ta’ talbiet annwali għas-servizzi kollha ta’ tniżżil, diviż bl-għadd ta’ servizzi ta’ tniżżil (NSi3.3);

(d)

l-għadd ta’ talbiet annwali għas-servizzi kollha ta’ trasformazzjoni, diviż bl-għadd ta’ servizzi ta’ trasformazzjoni (NSi3.4);

(e)

l-għadd ta’ talbiet annwali għas-servizzi kollha ta’ sejħan, diviż bl-għadd ta’ servizzi ta’ sejħan (NSi3.5).

L-Artikolu 10

Il-monitoraġġ tal-konformità tas-servizzi tan-netwerk

1.   L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw sabiex titkejjel il-konformità tas-servizzi tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva:

(a)

indikatur ġenerali (NSi4) li jkejjel il-konformità tas-servizzi kollha tan-netwerk mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2007/2/KE;

(b)

l-indikaturi speċifiċi li ġejjin:

(i)

NSi4.1 li jkejjel il-konformità tas-servizzi ta’ sejbien mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2007/2/KE;

(ii)

NSi4.2 li jkejjel il-konformità tas-servizzi ta’ viżjoni mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2007/2/KE;

(iii)

NSi4.3 li jkejjel il-konformità tas-servizzi ta’ tniżżil mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2007/2/KE;

(iv)

NSi4.4 li jkejjel il-konformità tas-servizzi ta’ trasformazzjoni mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2007/2/KE;

(v)

NSi4.5 li jkejjel il-konformità tas-servizzi ta’ sejħan mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2007/2/KE.

2.   Għal kull servizz tan-netwerk imsemmi fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk huwiex konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2007/2/KE u għandhom jattribwixxu l-valuri li ġejjin lis-servizz tan-netwerk:

(a)

il-valur nru 1 f’każ li s-servizz tan-netwerk ikun konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2007/2/KE;

(b)

il-valur nru 0 f’każ li s-servizz tan-netwerk ma jkunx konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2007/2/KE.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-indikatur ġenerali NSi4 billi jiddividu l-għadd ta’ servizzi tan-netwerk li huma konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2007/2/KE bl-għadd totali ta’ servizzi tan-netwerk.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-indikaturi speċifiċi kif ġej:

(a)

l-għadd ta’ servizzi ta’ sejbien li huma konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2007/2/KE, diviż bl-għadd totali ta’ servizzi ta’ sejbien (NSi4.1);

(b)

l-għadd ta’ servizzi ta’ viżjoni li huma konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2007/2/KE, diviż bl-għadd totali ta’ servizzi ta’ viżjoni (NSi4.2);

(c)

l-għadd ta’ servizzi ta’ tniżżil li huma konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2007/2/KE, diviż bl-għadd totali ta’ servizzi ta’ tniżżil (NSi4.3);

(d)

l-għadd ta’ servizzi ta’ trasformazzjoni li huma konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2007/2/KE, diviż bl-għadd totali ta’ servizzi ta’ trasformazzjoni (NSi4.4);

(e)

l-għadd ta’ servizzi ta’ sejħan li huma konformi mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2007/2/KE, diviż bl-għadd totali ta’ servizzi ta’ sejħan (NSi4.5).

L-Artikolu 11

It-tagħrif li għandu jintbagħat

1.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu t-tagħrif li ġej lill-Kummissjoni:

(a)

il-valuri tal-indikaturi ġenerali u speċifiċi kollha, f’perċentwali;

(b)

in-numeraturi u d-denominaturi tal-indikaturi ġenerali u speċifiċi kollha;

(c)

id-dejta miġbura skont l-Artikoli 3(2), 4(2), 5(2), 6(2), 7(2), 8(2), 9(2) u 10(2).

2.   Ir-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2007/2/KE għandhom ikunu marbutin mal-monitoraġġ imwettaq matul sena kalendarja, u għandhom ikunu ppubblikati sal-15 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara. Għalhekk, ir-riżultati għandhom ikunu aġġornati tal-inqas kull sena.

Ir-riżultati marbutin mal-monitoraġġ imwettaq fis-sena 2009 għandhom ikopru l-perjodu mid-data msemmija fl-Artikolu 18 sa tmiem dik is-sena.

IL-KAPITOLU V

IR-RAPPURTAR

L-Artikolu 12

Il-koordinazzjoni u l-assigurazzjoni tal-kwalità

1.   F’dak li għandu x’jaqsam mal-koordinazzjoni, id-deskrizzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 21(2)(a) tad-Direttiva 2007/2/KE għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

l-isem, it-tagħrif tal-kuntatt, ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-punt tal-kuntatt tal-Istat Membru;

(b)

l-isem, it-tagħrif tal-kuntatt, ir-rwol u r-responsabbiltajiet, l-iskema ta’ organizzazzjoni tal-istruttura ta’ koordinazzjoni li tappoġġa l-punt tal-kuntatt tal-Istat Membru;

(c)

deskrizzjoni tar-relazzjoni mal-partijiet terzi;

(d)

analiżi ġenerali tal-prattiki u tal-proċeduri ta’ ħidma tal-korp ta’ koordinazzjoni;

(e)

kummenti dwar il-proċess ta’ monitoraġġ u ta’ rrappurtar.

2.   F’dak li għandu x’jaqsam mal-organizzazzjoni tal-assigurazzjoni tal-kwalità, id-deskrizzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 21(2)(a) tad-Direttiva 2007/2/KE għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-proċeduri tal-assigurazzjoni tal-kwalità, inkluża ż-żamma tal-infrastruttura tat-tagħrif ġeografiku;

(b)

analiżi tal-problemi tal-assigurazzjoni tal-kwalità li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp tal-infrastruttura tat-tagħrif ġeografiku, filwaqt li jitqiesu l-indikaturi ġenerali u speċifiċi;

(c)

deskrizzjoni tal-miżuri li ttieħdu biex titjieb l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-infrastruttura;

(d)

f’każ fejn ġie stabbilit mekkaniżmu ta’ ċertifikazzjoni, deskrizzjoni ta’ dak il-mekkaniżmu.

L-Artikolu 13

Kontribut għat-tħaddim u l-koordinazzjoni tal-infrastruttura

Id-deskrizzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 21(2)(b) tad-Direttiva 2007/2/KE għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

analiżi ġenerali tad-diversi partijiet interessati li qed jagħtu kontribut lill-implimentazzjoni tal-infrastruttura tat-tagħrif ġeografiku skont it-tipoloġija li ġejja: l-utenti, il-produtturi tad-dejta, il-fornituri tas-servizzi, il-korpi ta’ koordinazzjoni;

(b)

deskrizzjoni tar-rwol tad-diversi partijiet interessati fl-iżvilupp u fiż-żamma tal-infrastruttura tat-tagħrif ġeograiku, inkluż ir-rwol tagħhom fil-koordinazzjoni tal-ħidmiet, fil-forniment tad-dejta u tal-metadejta, u fil-ġestjoni, l-iżvilupp u l-ospitar tas-servizzi;

(c)

deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri ewlenin li ttieħdu sabiex jiġi ffaċilitat it-tqassim tas-settijiet u tas-servizzi tad-dejta ġeografika bejn l-awtoritajiet pubbliċi u deskrizzjoni ta’ kif tjieb it-tqassim minħabba fihom;

(d)

deskrizzjoni ta’ kif jikkooperaw il-partijiet interessati;

(e)

deskrizzjoni tal-aċċess għas-servizzi permezz tal-portal ġeografiku msejjaħ “Inspire”, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2007/2/KE.

L-Artikolu 14

L-użu tal-infrastruttura tat-tagħrif ġeografiku

It-tagħrif dwar l-użu tal-infrastruttura tat-tagħrif ġeografiku msemmija fl-Artikolu 21(2)(c) tad-Direttiva 2007/2/KE għandu jkopri dan li ġej:

(a)

l-użu tas-servizzi tad-dejta ġeografika tal-infrastruttura tat-tagħrif ġeografiku, filwaqt li jitqiesu l-indikaturi ġenerali u speċifiċi;

(b)

l-użu tas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE mill-awtoritajiet pubbliċi, b’attenzjoni partikulari għall-eżempji tajbin fil-qasam tal-politika ambjentali;

(c)

jekk ikunu disponibbli, provi dwar l-użu tal-infrastruttura tat-tagħrif ġeografiku mill-pubbliku inġenerali;

(d)

eżempji tal-użu transkonfinali u tal-isforzi mwettqin sabiex titjieb il-konsistenza transkonfinali tas-settijiet tad-dejta ġeografika li jikkorrispondu mat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE;

(e)

kif is-servizzi ta’ trasformazzjoni qed jintużaw sabiex tinkiseb l-interoperabbiltà tad-dejta.

L-Artikolu 15

L-arranġamenti dwar it-tqassim tad-dejta

Id-deskrizzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 21(2)(d) tad-Direttiva 2007/2/KE għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

analiżi ġenerali tal-arranġamenti dwar it-tqassim tad-dejta li nħolqu, jew li qed jinħolqu bejn l-awtoritajiet pubbliċi;

(b)

analiżi ġenerali tal-arranġamenti dwar it-tqassim tad-dejta li nħolqu, jew li qed jinħolqu bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji, inklużi eżempji tal-arranġamenti dwar it-tqassim tad-dejta għal sett partikulari tad-dejta ġeografika;

(c)

lista ta’ dak li qed ixekkel it-tqassim tas-settijiet u tas-servizzi tad-dejta ġeografika bejn l-awtoritajiet pubbliċi u bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji, kif ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li qed jittieħdu sabiex jingħeleb dan ix-xkiel.

L-Artikolu 16

L-aspetti tal-ispejjeż u tal-benefiċċji

Id-deskrizzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 21(2)(e) tad-Direttiva 2007/2/KE għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

stima tal-ispejjeż li joħorġu mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE;

(b)

eżempji tal-benefiċċji li jkunu ġew innutati, inklużi eżempji tal-effetti pożittivi dwar it-tħejjija tal-politika, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni, l-eżempji ta’ servizzi mtejba għaċ-ċittadini kif ukoll eżempji ta’ kooperazzjoni transkonfinali.

L-Artikolu 17

L-aġġornament tar-rapporti

Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2007/2/KE għandu jkopri t-tliet snin kalendarji ta’ qabel is-sena tar-rapport.

IL-KAPITOLU VI

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

L-Artikolu 18

L-applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-5 ta’ Ġunju 2009.

L-Artikolu 19

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.


Top