EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1205

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 tat- 3 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadejta Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 326, 4.12.2008, p. 12–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 058 P. 240 - 258

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 24/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1205/oj

4.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1205/2008

tat-3 ta’ Diċembru 2008

li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadejta

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2007/2/KE tistabbilixxi regoli ġenerali għat-twaqqif ta’ infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea. Billi għall-funzjonament xieraq ta’ dik l-infrastruttura, hemm bżonn li utent ikun jista’ jsib settijiet ta’ dejta u servizzi ġeografiċi u biex jistabbilixxi jekk jistgħux jintużaw u għal liema għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu deskrizzjonijiet fil-forma ta’ metadejta għal dawk is-settijiet ta’ dejta ġeografika u servizzi. Billi din il-metadejta għandha tkun kumpatibbli u utilizzabbli f’kuntest Komunitarju u transkonfinali, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-metadejta użata biex tiddeskrivi s-settijiet ta’ dejta ġeografika u servizzi li jikkorrespondu mat-temi elenkati fl-Anness I, II u III tad-Direttiva 2007/2/KE

(2)

Hija meħtieġa d-definizzjoni ta’ sett ta’ elementi ta’ metadejta biex tkun tista’ tiġi identifikata r-riżorsa ta’ informazzjoni li għaliha nħolqot il-metadejta, il-klassifikazzjoni tagħha u l-identifikazzjoni tal-pożizzjoni ġeografika tagħha u r-referenza temporali, il-kwalità u l-validità, il-konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni fuq l-interoperabbiltà tas-settijiet ta’ dejta ġeografika u servizzi, restrizzjonijiet fuq l-aċċess u l-użu, u organizzazzjoni responsabbli għar-riżorsa. Huma meħtieġa wkoll elementi ta’ metadejta relatati mar-rekord tal-metadejta nnifsu biex isir monitoraġġ ħalli l-metadejta maħluqa tinżamm aġġornata, u biex tiġi identifikata l-organizzazzjoni responsabbli għall-ħolqien u ż-żamma tal-metadejta. Dan huwa s-sett minimu ta’ elementi ta’ metadejta meħtieġ biex jikkonforma mad-Direttiva 2007/2/KE u ma jipprekludix il-possibbilità għall-organizzazzjonijiet biex jiddokumentaw ir-riżorsi ta’ l-informazzjoni b’mod aktar estensiv b’elementi addizzjonali miġjubin minn standards internazzjonali jew prattiċi tax-xogħol fil-komunità tagħhom ta’ interess. Dan lanqas ma jipprekludi l-possibbilità li jiġu adottati linji gwida stabbiliti u miżmumin aġġornati mill-Kummissjoni, partikolarment meta jkun meħtieġ li tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-metadejta.

(3)

Huma meħtieġa struzzjonijiet għall-validazzjoni ta’ metadejta skond id-Direttiva 2007/2/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-moltipliċità mistennija ta’ kull element ta’ metadejta, jiġifieri, jekk il-valuri għal kull element huma dejjem mistennija fir-rekord tal-metadejta, jew jistgħux jiġru darba, jew jiġru aktar minn darba.

(4)

Id-dominju tal-valuri ta’ kull element ta’ metadejta huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-metadejta f’kuntest multilingwi u li dak id-dominju tal-valuri għandu jieħu l-forma ta’ test liberu, dati, kodiċijiet ġejjin minn standards internazzjonali, bħall-kodiċijiet ta’ lingwa, kliem ewlieni ġej minn listi kkontrollati jew teżawri, jew sekwenzi ta’ karattri.

(5)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/2/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħolqien u ż-żamma ta’ metadejta għal settijiet ta’ dejta ġeografika, sensiela ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika u servizzi ta’ dejta ġeografika li jikkorrespondu mat-temi elenkati fl-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2007/2/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/2/KE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima A ta’ l-Anness.

Artikolu 3

Ħolqien u żamma ta’ metadejta

Il-metadejta li tiddeskrivi sett ta’ dejta ġeografika, sensiela ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika jew servizz ta’ dejta ġeografika għandha tinkludi l-elementi ta’ metadejta jew gruppi ta’ elementi ta’ metadejta stabbiliti fit-Taqsima B ta’ l-Anness u għandhom jinħolqu u jinżammu skond ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet C u D tiegħu.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.


ANNESS

REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TA’ METADEJTA

TAQSIMA A

Interpretazzjoni

1.   Għandhom japplikaw t-tifsiriet li ġejjin:

“sekwenza ta’ karattri” tfisser id-dominju tal-valuri ta’ elementi ta’ metadejta mfissra bħala sett ta’ karattri kkunsidrati bħala unità;

“test liberu” ifisser dominju tal-valuri ta’ elementi ta’ metadejta mfissra f’lingwa naturali waħda jew iżjed;

“nisel” tfisser l-istorja ta’ sett ta’ dejta, u ċ-ċiklu ta’ ħajja mill-ġbir u l-kisba sal-kumpilazzjoni u d-derivazzjoni sal-forma kurrenti tiegħu, skond l-EN ISO 19101;

“element ta’ metadejta” ifisser unità separata ta’ metadejta, skond l-EN ISO 19115;

“namespace” tfisser kollezzjoni ta’ ismijiet, identifikata bir-referenza Uniform Resource Identifier (URI), li jintużaw fid-dokumenti ta’ Extensible Markup Language (XML) bħala ismijiet ta’ elementi u ismijiet ta’ attributi;

“kwalità” tfisser it-totalità ta’ karatteristiċi ta’ prodott li jkollha x’taqsam ma’ l-abbilità tiegħu li jissodisfa bżonnijiet espliċiti jew impliċiti, skond l-EN ISO 19101;

“riżorsa” tfisser riżorsa ta’ informazzjoni li għandha referenza diretta jew indiretta għal lokalità jew żona ġeografika speċifika;

“sensiela ta’ sett ta’ dejta ġeografika” tfisser kollezzjoni ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika li għandha l-istess speċifikazzjoni ta’ prodott.

2.   Referenzi għall-validità ta’ settijiet ta’ dejta ġeografiċi għandhom jinftehmu li jirrigwardaw xi waħda minn dawn li ġejjin:

il-medda ta’ spazju u żmien li hija relevanti għad-dejta;

jekk id-dejta ġietx ivverifikata ma’ standard ta’ kejl jew prestazzjoni;

safejn id-dejta hija tajba għall-iskop previst;

meta jkun xieraq, il-validità legali tas-sett tad-dejta ġeografika.

TAQSIMA B

Elementi ta’ metadejta

1.   IDENTIFIKAZZJONI

Għandhom jiġu pprovduti l-elementi ta’ metadejta li ġejjin:

1.1.   Titolu ta’ riżorsa

Dan huwa isem karatteristiku u spiss uniku li bih tkun magħrufa r-riżorsa.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa test liberu.

1.2.   Astratt ta’ riżorsa

Dan huwa sunt narrattiv qasir tal-kontenut tar-riżorsa.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa test liberu.

1.3.   Tip ta’ riżorsa

Dan huwa t-tip ta’ riżorsa li qed jiġi deskritt mill-metadejta.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa ddefinit fit-Taqsima D.

1.4.   Identifikatur tar-riżorsa

L-identifikatur tar-riżorsi jiddefinixxi l-link(s) għar-riżorsa u/jew il-link għall-informazzjoni addizzjonali dwar ir-riżorsa.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta hija sekwenza ta’ karattri, imfissra komunement bħala Uniform Resource Locator (URL) (identifikatur uniformi tar-riżorsa)

1.5.   Identifikatur tar-riżorsa uniku

Valur li jidentifika r-riżorsa b’mod uniku.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa kodiċi ta’ sekwenza ta’ karattri obbligatorju, ġeneralment mogħti mill-proprjetarju tad-dejta, u namespace ta’ sekwenza ta’ karattri li jidentifika b’mod uniku il-kuntest tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni (per eżempju l-proprjetarju tad-dejta).

1.6.   Riżorsa akkoppjata

Jekk ir-riżorsa hija servizz ta’ dejta ġeografika, dan l-element ta’ metadejta jidentifika, meta jkun rilevanti, is-sett(ijiet) ta’ dejta ġeografika mmirata tas-servizz permezz tal-Unique Resource Identifiers (URI) (identifikaturi ta’ riżorsi uniċi) tiegħu(tagħhom).

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa kodiċi ta’ sekwenza ta’ karattri obbligatorju, ġeneralment mogħti mill-proprjetarju tad-dejta, u namespace ta’ sekwenza ta’ karattri li jidentifika b’mod uniku il-kuntest tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni (per eżempju l-proprjetarju tad-dejta).

1.7.   Lingwa tar-riżorsa

Il-lingwa (lingwi) użata(i) fir-riżorsa.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa limitat għal-lingwi ddefiniti fl-ISO 639-2.

2.   KLASSIFIKAZZJONI TA’ DEJTA U SERVIZZI ĠEOGRAFIĊI

2.1.   Kategorija tas-suġġett

Il-kategorija tas-suġġett hija skema ta’ klassifikazzjoni ta’ livell għoli biex tassisti fir-raggruppar u tfittix ibbażat skond is-suġġett ta’ riżorsi ta’ dejta ġeografika.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa ddefinit fit-Taqsima D.2.

2.2.   Tip ta’ servizz ta’ dejta ġeografika

Din hija klassifikazzjoni biex tassisti fit-tfittix ta’ servizzi ta’ dejta ġeografika disponibbli. Servizz speċifiku għandu jiġi kkategorizzat f’kategorija waħda biss.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa ddefinit fit-Taqsima D.3.

3.   KELMA EWLENIJA

Jekk ir-riżorsa hija servizz ta’ dejta ġeografika, għandha tingħata ta’ l-anqas kelma ewlenija waħda mit-Taqsima D.4.

Jekk riżorsa hija sett ta’ dejta ġeografika jew sensiela ta’ sett ta’ dejta ġeografika, għandha tingħata ta’ l-anqas kelma ewlenija waħda mill-General Environmental Multi-lingual Thesaurus (GEMET) [Teżawru Multilingwi Ambjentali Ġenerali] li tiddeskrivi t-tema tad-dejta ġeografika rilevanti kif deskritta fl-Anness I, II jew III tad-Direttiva 2007/2/KE.

Għal kull kelma ewlenija, għandhom jingħataw l-elementi ta’ metadejta li ġejjin:

3.1.   Valur tal-kelma ewlenija

Il-valur tal-kelma ewlenija huwa kelma użata komunement, kelma formalizzata jew frażi użata biex tiddeskrivi s-suġġett. Filwaqt li l-kategorija tas-suġġett mhijiex raffinata għal mistoqsijiet dettaljati, il-kliem ewlieni jgħin biex jonqos it-tfittix għal test sħiħ u jippermetti tfittix tal-kliem ewlieni strutturat.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa test liberu.

3.2.   Vokabularju kkontrollat ta’ oriġini

Jekk il-valur ta’ kelma ewlenija joriġina minn Vokabularju Kkontrollat (Teżawru, Ontoloġija), per eżempju GEMET, għandha tingħata r-referenza tal-Vokabularju Kkontrollat ta’ oriġini.

Din ir-referenza għandha tinkludi ta’ l-anqas it-titolu u data ta’ referenza (data ta’ pubblikazzjoni, data ta’ l-aħħar reviżjoni jew tal-ħolqien) tal-vokabularju kkontrollat ta’ oriġini.

4.   POŻIZZJONI ĠEOGRAFIKA

Il-ħtieġa għall-pożizzjoni ġeografika msemmija fl-Artikolu 11(2)(e) tad-Direttiva 2007/2/KE għandha titfisser permezz tal-kwadru ta’ delimitazzjoni ġeografika ta’ l-element ta’ metadejta.

4.1.   Kwadru ta’ delimitazzjoni ġeografika

Dan huwa d-daqs tar-riżorsa fl-ispazju ġeografiku, mogħti bħala kwadru ta’ delimitazzjoni.

Il-kwadru ta’ delimitazzjoni għandu jitfisser b’lonġitudnijiet għall-punent u għall-lvant u latitudnijiet għan-nofsinnhar u għat-tramuntana fi gradi deċimali, bi preċiżjoni ta’ mill-anqas 2 deċimali.

5.   REFERENZA TEMPORALI

Dan l-element ta’ metadejta jindirizza l-ħtieġa biex ikun hemm informazzjoni fuq id-dimensjoni temporali tad-dejta kif msemmija fl-Artikolu 8(2)(d) tad-Direttiva 2007/2/KE. Għandu jingħata ta’ l-anqas wieħed mill-elementi ta’ metadejta msemmi fil-punti 5.1 sa 5.4.

Id-dominju tal-valuri ta’ l-elementi ta’ metadejta msemmijin fil-punti 5.1 sa 5.4 huwa sett ta’ dati. Kull data għandha tirreferi għal sistema ta’ referenza temporali u għandha titfisser f’forma li hija kumpatibbli ma’ dik is-sistema. Is-sistema ta’ referenza standard għandha tkun il-kalendarju Gregorjan, bid-dati mfissra skond l-ISO 8601.

5.1.   Medda temporali

Il-medda temporali tiddefinixxi l-perjodu ta’ żmien kopert bil-kontenut tar-riżorsa. Dan il-perjodu taż-żmien jista’ jitfisser bħala wieħed min dawn li ġejjin:

data individwali;

intervall ta’ dati mfissrin permezz tad-data tal-bidu u d-data tat-tmiem ta’ l-intervall;

taħlita ta’ dati individwali u intervalli ta’ dati.

5.2.   Data tal-pubblikazzjoni

Din hija d-data ta’ pubblikazjoni tar-riżorsa meta tkun disponibbli, jew id-data tad-dħul fis-seħħ. Jista’ jkun hemm iżjed minn data waħda ta’ pubblikazzjoni.

5.3.   Data ta’ l-aħħar reviżjoni

Din hija d-data ta’ l-aħħar reviżjoni tar-riżorsa, jekk ir-riżorsa ġiet riveduta. M’għandux ikun hemm iżjed minn data waħda ta’ l-aħħar reviżjoni.

5.4.   Data tal-ħolqien

Din hija d-data tal-ħolqien tar-riżorsa. M’għandux ikun hemm iżjed minn data waħda ta’ ħolqien.

6.   KWALITÀ U VALIDITÀ

Il-ħtiġijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2007/2/KE dwar il-kwalità u l-validità tad-dejta ġeografika għandhom jiġu indirizzati bl-elementi ta’ metadejta li ġejjin:

6.1.   Nisel

Din hija stqarrija fuq l-istorja tal-proċess u/jew il-kwalità globali tas-sett ta’ dejta ġeografika. Meta jkun xieraq tista’ tinkludi stqarrija dwar jekk is-sett ta’ dejta ġiex ivvalidat jew ġietx żgurata l-kwalità, dwar jekk hijiex il-verżjoni uffiċjali (jekk jeżistu diversi verżjonijiet), u jekk għandhiex validità legali.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa test liberu.

6.2.   Riżoluzzjoni ġeografika

Ir-riżoluzzjoni ġeografika tirreferi għal-livell ta’ dettall tas-sett ta’ dejta. Għandha titfisser bħala sett ta’ żero sa ħafna distanzi ta’ riżoluzzjoni (tipikament għal dejta fi grilja u prodotti miġjubin minn immaġnijiet) jew skali ekwivalenti (tipiċi għal mapep jew prodotti dderivati minn mapep).

Skala ekwivalenti ġeneralment titfisser bħala valur ta’ numru sħiħ (integer) li jfisser id-denominatur ta’ l-iskala.

Distanza ta’ riżoluzzjoni għandha titfisser bħala valur numeriku assoċjat ma’ unità ta’ tul.

7.   KONFORMITÀ

Il-ħtiġijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(2)(a) u l-Artikolu 11(2)(d) tad-Direttiva 2007/2/KE dwar il-konformità, u l-grad ta’ konformità, mar-regoli implimentattivi skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE għandhom jiġu indirizzati bl-elementi ta’ metadejta li ġejjin:

7.1.   L-Ispeċifikazzjoni

Din hija referenza għar-regoli implimentattivi adottati skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE jew xi speċifikazzjoni oħra li magħha tikkonforma riżorsa partikolari.

Riżorsa tista’ tikkonforma ma’ aktar minn regola waħda implimentattiva adottata skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE jew speċifikazzjoni oħra.

Din ir-referenza għandha tinkludi ta’ l-anqas it-titolu u data ta’ referenza (data ta’ pubblikazzjoni, data ta’ l-aħħar reviżjoni jew tal-ħolqien) tar-regoli implimetattivi adottati skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE jew ta’ l-ispeċifikazzjoni.

7.2.   Grad

Dan huwa l-grad ta’ konformità tar-riżorsa mar-regoli implimentattivi adottati skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE jew xi speċifikazzjoni oħra.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa ddefinit fit-Taqsima D.5.

8.   RESTRIZZJONI DWAR L-AĊĊESS U L-UŻU

Restrizzjoni dwar l-aċċess u l-użu tista’ tkun waħda jew iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

sett ta’ kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess u l-użu (8.1)

sett ta’ limitazzjonijiet fuq l-aċċess pubbliku (8.2).

8.1.   Kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess u l-użu

Dan l-element ta’ metadejta jiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess u użu ta’ settijiet ta’ dejta u servizzi ġeografiċi, u meta japplika, tariffi korrispondenti kif meħtieġ mill-Artikolu 5(2)(b) u l-Artikolu 11(2)(f) tad-Direttiva 2007/2/KE.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa test liberu.

L-element għandu jkollu valuri. Jekk l-ebda kundizzjoni ma tapplika għall-aċċess u l-użu tar-riżorsa, għandha tintuża “l-ebda kundizzjoni ma tapplika”. Jekk il-kundizzjonijiet mhumiex magħrufin, għandha tintuża “kundizzjonijiet mhumiex magħrufin”.

Dan l-element għandu jipprovdi wkoll informazzjoni fuq kull tariffa meħtieġa għall-aċċess u l-użu tar-riżorsa, jekk japplika, jew issir referenza għall-Uniform Resource Locator (URL) fejn tinstab l-informazzjoni fuq it-tariffi.

8.2.   Limitazzjonijiet fuq l-aċċess pubbliku

Meta l-Istati Membri jillimitaw l-aċċess pubbliku għal settijiet ta’ dejta ġeografika u għal servizzi ta’ dejta ġeografika skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2007/2/KE, dan l-element ta’ metadejta għandu jipprovdi informazzjoni fuq il-limitazzjonijiet u r-raġunijiet għalihom.

Jekk m’hemmx limitazzjonijiet fuq l-aċċess pubbliku, dan l-element ta’ metadejta għandu jindika dak il-fatt.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa test liberu.

9.   L-ORGANIZZAZZJONIJIET RESPONSABBLI GĦALL-ISTABBILIMENT, L-AMMINISTRAZZJONI, IL-MANUTENZJONI U D-DISTRIBUZZJONI TA’ SETTIJIET TA’ DEJTA U SERVIZZI ĠEOGRAFIĊI

Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 5(2)(d) u l-Artikolu 11(2)(g) tad-Direttiva 2007/2/KE, għandhom jiġu pprovduti ż-żewġ elementi ta’ metadejta li ġejjin:

9.1.   Parti responsabbli

Din hija d-deskrizzjoni ta’ l-organizzazzjoni responsabbli għall-istabbiliment, l-amministrazzjoni, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni tar-riżorsa.

Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi:

l-isem ta’ l-organizzazzjoni bħala test liberu,

indirizz ta’ e-mail għall-kuntatt bħala sekwenza ta’ karattri.

9.2.   Rwol tal-parti responsabbli

Dan huwa r-rwol ta’ l-organizzazzjoni responsabbli.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa ddefinit fit-Taqsima D.6.

10.   METADEJTA DWAR METADEJTA

Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2007/2/KE għandhom jiġu pprovduti l-elementi ta’ metadejta li ġejjin:

10.1.   Punt ta’ kuntatt tal-metadejta

Din hija d-deskrizzjoni ta’ l-organizzazzjoni responsabbli għall-ħolqien u l-manutenzjoni tal-metadejta.

Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi:

l-isem ta’ l-organizzazzjoni bħala test liberu;

indirizz ta’ e-mail għall-kuntatt bħala sekwenza ta’ karattri.

10.2.   Data tal-metadejta

Id-data li tispeċifika meta r-rekord tal-metadejta nħoloq jew ġie aġġornat.

Din id-data għandha tkun mfissra f’konformità ma’ l-ISO 8601.

10.3.   Lingwa tal-Metadejta

Din hija l-lingwa li fiha huma mfissra l-elementi ta’ metadejta.

Id-dominju tal-valur ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa limitat għal-lingwi uffiċjali tal-Komunità mfissrin f’konformità ma’ l-ISO 639-2.

TAQSIMA C

Struzzjonijiet fuq il-Moltipliċità u l-Kundizzjonijiet ta’ l-Elementi ta’ Metadejta

Il-metadejta li tiddeskrivi riżorsa għandha tinkludi, fir-rigward ta’ sett ta’ dejta ġeografika jew sensiela ta’ sett ta’ dejta ġeografika, l-elementi ta’ metadejta jew gruppi ta’ elementi ta’ metadejta elenkati fit-Tabella 1 u, fir-rigward ta’ servizz ta’ sett ta’ dejta ġeografika, l-elementi ta’ metadejta jew gruppi ta’ elementi ta’ metadejta elenkati fit-Tabella 2.

Dawk l-elementi ta’ metadejta jew gruppi ta’ elementi ta’ metadejta għandhom ikunu skond il-moltipliċità mistennija u l-kundizzjonijiet relatati stabbiliti fit-Tabella 1 u t-Tabella 2.

Meta ma tiġi mfissra l-ebda kundizzjoni fir-rigward ta’ element ta’ metadejta partikolari, dak l-element għandu jkun obbligatorju.

It-tabelli jagħtu l-informazzjoni li ġejja:

l-ewwel kolonna fiha r-referenza għall-paragrafu fit-Taqsima B ta’ l-Anness li tiddefinixxi l-element ta’ metadejta jew grupp ta’ elementi ta’ metadejta;

it-tieni kolonna fiha l-isem ta’ l-element ta’ metadejta jew grupp ta’ elementi ta’ metadejta;

it-tielet kolonna tispeċifika l-moltipliċità ta’ element ta’ metadejta. L-espressjoni tal-moltipliċità ssegwi n-notazzjoni tal-Unified Modelling Language (UML) għall-moltipliċità, fejn:

1 ifisser li f’sett ta’ riżultati, għandu jkun hemm dan l-element ta’ metadejta darba biss,

1..* ifisser li għandu jkun hemm ta’ l-anqas darba dan element f’sett ta’ riżultati,

0..1 jindika li l-preżenza ta’ l-element ta’ metadejta f’sett ta’ riżultati hija kondizzjonali imma tista’ tiġri darba biss,

0..* jindika li l-preżenza ta’ l-element ta’ metadejta f’sett ta’ riżultati hija kondizzjonali imma l-element ta’ metadejta jista’ jiġri darba jew iżjed,

meta l-moltipliċità hija 0..1 jew 0..*, il-kundizzjoni tiddefinixi meta l-elementi ta’ metadejta jkunu obbligatorji,

ir-raba’ kolonna fiha stqarrija kondizzjonali f’każ li l-moltipliċità ta’ l-element ma tapplikax għat-tipi kollha ta’ riżorsi. L-elementi kollha huma obbligatorji f’ċirkustanzi oħrajn.

Tabella 1

Metadejta għal settijiet ta’ dejta ġeografika u sensiela ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika

Referenza

Elementi ta’ metadejta

Moltipliċità

Kundizzjoni

1.1

Titolu ta’ riżorsa

1

 

1.2

Astratt ta’ riżorsa

1

 

1.3

Tip ta’ riżorsa

1

 

1.4

Identifikatur tar-riżorsa

0..*

Obbligatorja jekk l-URL hija disponibbli biex tinkiseb aktar informazzjoni fuq ir-riżorsa, u/jew aċċess għal servizzi relatati.

1.5

Identifikatur tar-riżorsa uniku

1..*

 

1.7

Lingwa tar-riżorsa

0..*

Obbligatorja jekk ir-riżorsa tinkludi informazzjoni testwali.

2.1

Kategorija tas-suġġett

1..*

 

3

Kelma Ewlenija

1..*

 

4.1

Kwadru ta’ delimitazzjoni ġeografika

1..*

 

5

Referenza temporali

1..*

 

6.1

Nisel

1

 

6.2

Riżoluzzjoni ġeografika

0..*

Obbligatorja għal settijiet ta’ dejta u sensiela ta’ settijiet ta’ dejta jekk skala ekwivalenti jew distanza ta’ riżoluzzjoni jistgħu jiġu speċifikati.

7

Konformità

1..*

 

8.1

Kundizzjonijiet għall-aċċess u l-użu

1..*

 

8.2

Limitazzjonijiet fuq l-aċċess pubbliku

1..*

 

9

Organizzazzjoni responsabbli

1..*

 

10.1

Punt ta’ kuntatt tal-metadejta

1..*

 

10.2

Data tal-metadejta

1

 

10.3

Lingwa tal-Metadejta

1

 


Tabella 2

Metadejta għal servizzi ta’ dejta ġeografika

Referenza

Element ta’ metadejta

Moltipliċità

Kundizzjoni

1.1

Titolu ta’ riżorsa

1

 

1.2

Astratt ta’ riżorsa

1

 

1.3

Tip ta’ riżorsa

1

 

1.4

Identifikatur tar-riżorsa

0..*

Obbligatorja jekk ir-rabta mas-servizz hija disponibbli.

1.6

Riżorsa akkoppjata

0..*

Obbligatorja jekk ir-rabta mas-settijiet ta’ dejta li fuqhom jopera s-servizz huma disponibbli.

2.2

Tip ta’ servizz ta’ dejta ġeografika

1

 

3

Kelma Ewlenija

1..*

 

4.1

Kwadru ta’ delimitazzjoni ġeografika

0…*

Obbligatorja għal servizzi b’daqs ġeografiku espliċitu

5

Referenza temporali

1..*

 

6.2

Riżoluzzjoni ġeografika

0..*

Obbligatorja meta jkun hemm restrizzjoni fuq ir-riżoluzzjoni ġeografika għal dan is-servizz.

7

Konformità

1..*

 

8.1

Kundizzjonijiet għall-aċċess u l-użu

1..*

 

8.2

Limitazzjonijiet fuq l-aċċess pubbliku

1..*

 

9

Organizzazzjoni responsabbli

1..*

 

10.1

Punt ta’ kuntatt tal-metadejta

1..*

 

10.2

Data tal-metadejta

1

 

10.3

Lingwa tal-Metadejta

1

 

TAQSIMA D

Dominji tal-valuri

Meta jkun speċifikat fid-deskrizzjoni ta’ l-elementi ta’ metadejta fit-Taqsima B, id-dominji tal-valuri deskritti fit-Taqsima D.1 sa D.6 għandhom jintużaw bil-moltipliċità mfissra fit-Tabella 1 u t-Tabella 2 tat-Taqsima C.

Fir-rigward ta’ dominju partikolari, kull valur huwa ddefinit bi:

identifikatur numeriku;

isem testwali għall-bnedmin li jista’ jiġi tradott fil-lingwi differenti tal-Komunità;

isem newtrali fil-lingwa għall-kompjuters (il-valur imfisser bejn il-parentesi);

deskrizzjoni jew definizzjoni fakoltattiva.

1.   TIP TA’ RIŻORSA

1.1.   Sensiela ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika (series).

1.2.   Sett ta’ dejta ġeografika (dataset)

1.3.   Servizzi ta’ dejta ġeografika (services)

2   KATEGORIJI TAS-SUĠĠETT SKOND L-EN ISO 19115

2.1.   Biedja (farming)

Trobbija ta’ l-annimali u/jew kultivazzjoni tal-pjanti.

Din il-kategorija tapplika għat-tema dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE Anness III(9) Faċilitajiet agrikoli u ta’ l-akkwakultura.

2.2.   Bijota (biota)

Flora u/jew fawna f’ambjent naturali.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness III(17) Reġjuni bijoġeografiċi, Anness III(18) Ħabitats naturali u l-bijotopi, Anness III(19) Distribuzzjoni ta’ l-ispeċi.

2.3.   Konfini (boundaries)

Deskrizzjonijiet ta’ l-art legali.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness I(4) Unitajiet amministrattivi, Anness III(1) Unitajiet statistiċi.

2.4.   Klimatoloġija / Meteoroloġija / Atmosfera (climatologyMeteorologyAtmosphere)

Proċessi u fenomeni ta’ l-atmosfera.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness III(13) Kundizzjonijiet atmosferiċi, Anness III(14) Karatteristiċi ġeografiċi meteoroloġiċi.

2.5.   Ekonomija (economy)

Attivitajiet ekonomiċi, kundizzjonijiet u impjieg.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness III(20) Riżorsi ta’ enerġija, Anness III(21) Riżorsi minerali.

2.6.   Elevazzjoni (elevation)

Għoli 'l fuq jew 'l isfel mil-livell tal-baħar.

Din il-kategorija tapplika għat-tema ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejja: Anness II(1) Elevazzjoni.

2.7.   Ambjent (environment)

Riżorsi ambjentali, protezzjoni u konservazzjoni.

Din il-kategorija tapplika għat-tema ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejja: Anness I(9) Siti protetti.

2.8.   Informazzjoni ġeoxjentifka (geoscientificInformation)

Informazzjoni dwar ix-xjenzi tad-dinja.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness III(3) Ħamrija, Anness II(4) Ġeoloġija, Anness III(12) Żoni ta’ riskju naturali.

2.9.   Saħħa (health)

Saħħa, servizzi tas-saħħa, ekoloġija umana, u sigurtà.

Din il-kategorija tapplika għat-tema ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejja: Anness III(5) Is-saħħa u s-siġurtà tal-bniedem.

2.10.   Mapep bażiċi b’immaġnijiet / Kopertura tad-dinja (imageryBaseMapsEarthCover)

Mapep bażiċi.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness II(3) Orthoimagery, Anness II(2) Kopertura ta’ l-art.

2.11.   Intelliġenza / Militari (intelligenceMilitary)

Bażijiet militari, strutturi, attivitajiet.

Din il-kategorija ma tapplikax speċifikament għall-ebda tema ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE.

2.12.   Ilmijiet interni (inlandWaters)

Karatteristiċi ta’ l-ilmijiet interni, sistemi ta’ dranaġġ u l-karatteristiiċi tagħhom.

Din il-kategorija tapplika għat-tema ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejja: Anness I(8) Idrografija.

2.13.   Lokalità (location)

Informazzjoni u servizzi pożizzjonali.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness I(3) Ismijiet ġeografiċi, Anness I(5) Indirizzi.

2.14.   Oċeani (oceans)

Karatterisitiċi ta’ korpi ta’ ilma salmastru (bl-esklużjoni ta’ ilmijiet interni).

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness III(16) Reġjuni tal-baħar, Anness III(15) Karatteristiċi ġeografiċi oċeanografiċi.

2.15.   Ippjanar / Katast (planningCadastre)

Informazzjoni użata għal azzjonijiet xierqa għall-użu futur ta’ l-art.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness I(6) Pakketti katastali, Anness III(4) Użu ta’ l-art, Anness III(11) Amministrazzjoni ta’ żoni/restrizzjoni/żoni regolati u unitajiet ta’ rapportar.

2.16.   Soċjetà (society)

Karatteristiċi ta’ soċjetà u kultura.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness III(10) Distribuzzjoni tal-popolazzjoni – demografija.

2.17.   Bini (structure)

Bini mill-bniedem.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness III(2) Bini, Anness III(8) Faċilitajiet ta’ produzzjoni u industrijali, Anness III(7) Faċilitajiet ta’ monitoraġġ ambjentali.

2.18.   Trasport (transportation)

Mezzi u għajnuniet għall-ġarr ta’ persuni u/jew oġġetti.

Din il-kategorija tapplika għat-tema ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejja: Anness I(7) Networks tat-trasport.

2.19.   Utilitajiet / Komunikazzjoni (utilitiesCommunication)

Enerġija, sistemi ta’ l-ilma u ta’ l-iskart u infrastruttura u servizzi tal-komunikazzjoni.

Din il-kategorija tapplika għat-tema ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejja: Anness III(6) Servizzi ta’ utilità u tal-gvern.

3   TIP TA’ SERVIZZ TA’ DEJTA ĠEOGRAFIKA

3.1.   Servizz ta’ sejbien (discovery)

Servizzi li jagħmlu possibbli t-tfittix ta’ settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika abbażi tal-kontenut tal-metadejta korrispondenti u l-wiri tal-kontenut tal-metadejta.

3.2.   Servizz ta’ viżjoni (view)

Servizz ta’ viżjoni li jagħmilha possibbli, bħala minimu, li jintwerew, jiġu nnavvigati, isir zooming 'il barra u 'l ġewwa, isir panning, jew jitqiegħdu fuq xulxin settijiet ta’ dejta ġeografika li jistgħu jkunu viżibbli u li jintwerew l-informazzjoni ta’ spjega u kwalunkwe kontenut rilevanti tal-metadejta.

3.3.   Servizz ta’ download (download)

Servizz li jippermetti li kopji ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika, jew partijiet minn tali settijiet jitniżżlu mill-Internet u, fejn prattikabbli jkun hemm aċċess dirett għalihom.

3.4.   Servizz ta’ trasformazzjoni (transformation)

Servizz ta’ trasformazzjoni, li jippermetti li settijiet ta’ dejta ġeografika jiġu trasformati bil-għan li tinkiseb l-interoperabbiltà.

3.5.   Servizz ta’ Dejta Ġeografika Invoke (invoke)

Servizz li jippermetti li jiġu ddefiniti kemm l-inputs tad-dejta u l-outputs tad-dejta mistennija mis-servizz ġeografiku u fluss tax-xogħol jew katina ta’ servizz li jikkombinaw servizzi multipli. Jippermetti wkoll li jiġi ddefinit l-interface ta’ servizz web estern tal-fluss tax-xogħol jew katina ta’ servizz.

3.6.   Servizzi oħrajn (other)

4   KLASSIFIKAZZJONI TA’ SERVIZZI TA’ DEJTA ĠEOGRAFIKA

Il-kliem ewlieni huwa bbażat fuq it-tassonomija ta’ servizzi ġeografiċi ta’ l-EN ISO 19119. Din it-tassonomija hija organizzata f’kategoriji, is-subkategoriji jiddefinixxu d-dominju tal-valuri tal-klassifikazzjoni tas-servizzi ta’ dejta ġeografika.

100   Servizzi ta’ interazzjoni umana ġeografiċi (humanInteractionService)

Din il-kategorija tikkomprendi s-subkategoriji li ġejjin:

101.

Werrej tal-katalogi (humanCatalogueViewer)

Servizz tal-klijent li jippermetti utent li jinteraġixxi ma’ katalogu biex isib, jibbrawsja u jamministra metadejta dwar dejta ġeografika jew servizzi ġeografiċi.

102.

Werrej ġeografiku (humanGeographicViewer)

Servizz tal-klijent li jippermetti utent li jara kollezzjoni jew kopertura tal-karatteristiċi waħda jew iżjed.

103.

Werrej ġeografiku ta’ l-ispreadsheet (humanGeographicSpreadsheetViewer)

Servizz tal-klijent li jippermetti utent li jinteraġixxi ma’ oġġetti ta’ dejta multipli u biex jintalbu kalkoli bħal spreadsheet aritmetika imma estiża għad-dejta ġeografika.

104.

Editur tas-servizzi (humanServiceEditor)

Servizz tal-klijent li jippermetti utent jikkontrolla servizzi ta’ l-ipproċessar ġeografiċi.

105.

Editur tad-definizzjoni ta’ katina (humanChainDefinitionEditor)

Jipprovdi interazzjoni għal servizz ta’ definizzjoni ta’ katina.

106.

Maniġer tal-workflow enactment(humanWorkflowEnactmentManager)

Jipprovdi interazzjoni għal utent b’servizz ta’ workflow enactment.

107.

Editur ta’ karatteristiċi ġeografiċi (humanGeographicFeatureEditor)

Werrej ġeografiku li jippermetti utent jinteraġixxi mad-dejta tal-karatteristiċi.

108.

Editur ta’ simboli ġeografiċi (humanGeographicSymbolEditor)

Servizz ta’ klijent li jippermetti lil bniedem li jagħżel u jamministra libreriji ta’ simboli.

109.

Editur tal-ġeneralizzazzjoni ta’ karatteristiċi (humanFeatureGeneralizationEditor)

Servizz ta’ klijent li jippermetti li utent jimmodifika l-karatteristiċi kartografiċi ta’ karatterisitika jew kollezzjoni ta’ karatteristiċi billi tiġi ssimplifikata l-viżwalizzazzjoni tagħha filwaqt li jinżammu l-elementi ewlenin tagħha – l-ekwivalenti ġeografiku ta’ simplifikazzjoni.

110.

Werrej ta’ l-istruttura tad-dejta ġeografika (humanGeographicDataStructureViewer)

Servizz ta’ klijent li jippermetti utent li jaċċedi għal parti ta’ sett ta’ dejta biex jara l-istruttura interna.

200   Mudell ġeografiku/servizz ta’ amministrazzjoni ta’ informazzjoni (infoManagementService)

Din il-kategorija tikkomprendi s-subkategoriji li ġejjin:

201.

Servizz ta’ aċċess għal karatteristiċi (infoFeatureAccessService)

Servizz li jipprovdi klijent b’aċċess għal u amministrazzjoni ta’ ħażna ta’ karatteristiċi.

202.

Servizz ta’ aċċess għal mappa (infoMapAccessService)

Servizz li jipprovdi klijent b’aċċess għall-grafika ġeografika, jiġifieri stampi ta’ dejta ġeografika.

203.

Servizz ta’ aċċess għall-kopertura (infoCoverageAccessService)

Servizz li jipprovdi klijent aċċess għal u amministrazzjoni ta’ ħażna ta’ kopertura.

204.

Servizz ta’ deskrizzjoni ta’ sensuri (infoSensorDescriptionService)

Servizz li jipprovdi d-deskrizzjoni ta’ sensur ta’ kopertura, inkluż il-lokalità u l-orjentazzjoni tas-sensur, kif ukoll il-karatteristiċi ġeometriċi, dinamiċi u radjumetriċi tas-sensur għall-finijiet ta’ ġeo-ipproċessar.

205.

Servizz ta’ aċċess għall-prodotti (infoProductAccessService)

Servizz li jipprovdi aċċess għal u amministrazzjoni ta’ ħażna ta’ prodotti ġeografiċi.

206.

Servizz ta’ tipi ta’ karatterisitiċi (infoFeatureTypeService)

Servizz li jipprovdi klijent b’aċċess għal u amministrazzjoni ta’ ħażna ta’ definizzjonijiet ta’ tipi ta’ karatterisitiċi.

207.

Servizz ta’ katalogu (infoCatalogueService)

Servizz li jipprovdi servizzi ta’ sejbien u amministrazzjoni fuq ħażna ta’ metadejta dwar eżempji.

208.

Servizz ta’ reġistru (infoRegistryService)

Servizz li jipprovdi aċċess għall-ħażna ta’ metadejta dwar tipi.

209.

Servizz ta’ direttorju ġeografiku (infoGazetteerService)

Servizz li jipprovdi aċċess għal direttorju ta’ eżempji ta’ klassi jew klassijiet ta’ fenomeni fid-dinja reali li jkollhom xi informazzjoni dwar il-pożizzjoni.

210.

Servizz ta’ amministrazzjoni ta’ ordnijiet (infoOrderHandlingService)

Servizz li jipprovdi klijent bil-kapaċità li jiġu ordnati prodotti minn provditur.

211.

Servizz ta’ ordnijiet permanenti (infoStandingOrderService)

Servizz ta’ amministrazzjoni ta’ ordni li jippermetti lil utent li jitlob li prodott fuq żona ġeografika jitqassam meta jkun disponibbli.

300   Servizzi ta’ fluss tax-xogħol/amministrazzjoni ta’ ħidmiet ġeografiċi (taskManagementService)

Din il-kategorija tikkomprendi s-subkategoriji li ġejjin:

301.

Servizz ta’ definizzjoni ta’ katina (chainDefinitionService)

Servizz ta’ definizzjoni ta’ katina biex ikun jista’ jiġi esegwit servizz ta’ workflow enactment.

302.

Servizz ta’ workflow enactment (workflowEnactmentService)

Is-servizz ta’ workflow enactment jinterpreta katina u jikkontrolla l-istanzazzjoni ta’ servizzi u attivitajiet ta’ sekwenzjar.

303.

Servizz ta’ abbonament (subscriptionService)

Servizz biex jippermetti lil klijenti jirreġistraw għan-notifikazzjoni dwar ġrajjiet.

400   Servizzi ta’ pproċessar ġeografiku – ġeografiku (spatialProcessingService)

Din il-kategorija tikkomprendi s-subkategoriji li ġejjin:

401.

Servizz ta’ konverżjoni ta’ koordinati (spatialCoordinateConversionService)

Servizz għal bdil ta’ koordinati minn sistema waħda ta’ koordinati għal sistema ta’ koordinati oħra li hija relatata ma’ l-istess datum.

402.

Servizz ta’ trasformazzjoni ta’ koordinati (spatialCoordinateTransformationService)

Servizz għal bdil ta’ koordinati minn sistema ta’ referenza ta’ koordinati bbażata fuq datum wieħed għal sistema ta’ referenza ta’ koordinati bbażati fuq datum ieħor.

403.

Servizz ta’ konverżjoni ta’ kopertura/vettur (spatialCoverageVectorConversionService)

Servizz biex tinbidel ir-rappreżentazzjoni ġeografika minn skema ta’ kopertura għal skema ta’ vettur, jew viċi versa.

404.

Servizz ta’ konverżjoni ta’ koordinati ta’ immaġni (spatialImageCoordinateConversionService)

Servizz ta’ trasformazzjoni ta’ koordinati jew konverżjoni ta’ koordinati biex tinbidel is-sistema ta’ referenza ta’ koordinati għal immaġni.

405.

Servizz ta’ rettifika (spatialRectificationService)

Servizz għat-trasformazzjoni ta’ immaġni fi projezzjoni parallela perpendikulari u għalhekk ta’ skala kostanti.

406.

Servizz ta’ Ortorettifika (spatialOrthorectificationService)

Servizz ta’ rettifika li jneħħi l-inklinazzjoni ta’ immaġni u l-ispostament minnħabba l-elevazzjoni ta’ l-art.

407.

Servizz ta’ aġġustament tal-mudell ta’ ġeometrija tas-sensur (spatialSensorGeometryModelAdjustmentService)

Servizz li jaġġusta l-mudelli ta’ ġeometrija tas-sensur biex ikun hemm tqabbil aħjar ta’ l-immaġni ma’ immaġnijiet oħrajn u/jew pożizzjonijiet ta’ l-art magħrufin.

408.

Servizz tal-konverżjoni tal-mudell ta’ ġeometrija ta’ l-immaġni (spatialImageGeometryModelConversionService)

Servizz li jikkonverti l-mudelli ta’ ġeometrija tas-sensur f’mudell ta’ ġeometija tas-sensur differenti imma ekwivalenti.

409.

Servizz ta’ subsettjar (spatialSubsettingService)

Servizz li joħroġ dejta minn input minn reġjun ġeografiku kontinwu jew skond il-lokalità/pożizzjoni ġeografika jew bil-koordinati ta’ grilja.

410.

Servizz ta’ kampjunatura (spatialSamplingService)

Servizz li joħroġ dejta minn input bl-użu ta’ skema ta’ kamjunatura konsistenti jew bil-lokalità ġeografika jew bil-koordinati ta’ grilja.

411.

Servizz ta’ bdil ta’ tiling (spatialTilingChangeService)

Servizz li jibdel it-tiling ta’ dejta ġeografika.

412.

Servizz tal-kejl tad-dimensjonijiet (spatialDimensionMeasurementService)

Servizz biex jiġu kkomputati d-dimensjonijiet ta’ oġġetti viżibbli f’immaġni jew ġeodejta oħra.

413.

Servizzi ta’ manipulazzjoni ta’ karatteristiċi (spatialFeatureManipulationService)

Reġistrazzjoni ta’ karatteristika ma’ oħra, immaġni jew sett ta’ dejta jew sett ta’ koordinati oħra; korrezzjoni għaċ-ċaqliq relattiv, differenzi fir-rotazzjoni, differenzi fl-iskala, u differenzi fil-perspettiva. Dan is-servizz jivverifika li l-karatteristiċi kollha fil-Kollezzjoni ta’ Karatteristiċi huma konsistenti topoloġikament skond ir-regoli ta’ topoloġija tal-Kollezzjoni ta’ Karatteristiċi, u jidentifika u/jew jikkorreġi kull inkonsistenza li tinstab.

414.

Servizz ta’ tqabbil ta’ karatteristiċi (spatialFeatureMatchingService)

Servizz li jiddetermina liema karatteristiċi u porzjonijiet ta’ karatteristiċi jirrappreżentaw l-istess entità fid-dinja reali minn sorsi ta’ dejta multipli, eż., tqabbil tat-trufijiet u tqabbil ikkombinat limitat.

415.

Servizz ta’ ġeneralizzazzjoni ta’ karatterisitċi (spatialFeatureGeneralizationService)

Servizz li jnaqqas il-varjazzjoni ġeografika f’kollezzjoni ta’ karatteristiċi biex tiżdied l-effettività ta’ komunikazzjoni billi jkun hemm azzjoni kontra l-effetti mhux mixtieqa tat-tnaqqis ta’ dejta.

416.

Servizz tad-determinazzjoni tar-rotta (spatialRouteDeterminationService)

Servizz biex jiddetermina l-aħjar mogħdija bejn żewġ punti speċifikati bbażat fuq il-parametri ta’ input u proprjetajiet li hemm fil-Kollezzjoni ta’ Karatteristiċi.

417.

Servizz ta’ pożizzjonar (spatialPositioningService)

Servizz ipprovdut minn apparat li jipprovdi l-pożizzjoni biex juża, jikseb u jinterpreta bla ambigwità informazzjoni fuq il-pożizzjoni, u jiddetermina jekk ir-riżultati jħarsux il-ħtiġijiet ta’ l-użu.

418.

Servizz ta’ analiżi ta’ prossimità (spatialProximityAnalysisService)

Mogħti pożizzjoni u karatteristika ġeografika, isib l-oġġetti kollha b’sett partikolari ta’ attributi li jinsabu f’distanza speċifikata mill-utenti ta’ pożizzjoni jew karattersitika.

500   Servizzi ta’ pproċessar ġeografiku – tematiku (thematicProcessingService)

Din il-kategorija tikkomprendi s-subkategoriji li ġejjin:

501.

Servizz ta’ kalkolu ta’ ġeoparametri (thematicGoparameterCalculationService)

Servizz biex ikun hemm riżultati kwantitattivi orjentati għall-applikazzjoni li ma jkunux disponibbli mid-dejta mhux ipproċessata nnifisha.

502.

Servizz ta’ klassifikazzjoni tematika (thematicClassificationService)

Servizz għall-klassifikazzjoni ta’ reġjuni ta’ dejta ġeografika bbażat fuq attributi tematiċi.

503.

Servizz ta’ ġeneralizzazzjoni ta’ karatteristiċi (thematicFeatureGeneralizationService)

Servizz li jiġġeneralizza tipi ta’ karatteristiċi f’kollezzjoni ta’ karatterisitiċi biex tiżdied l-effettività ta’ komunikazzjoni billi jkun hemm azzjoni kontra l-effetti mhux mixtieqa tat-tnaqqis ta’ dejta.

504.

Servizz ta’ subsettjar (thematicSubsettingService)

Servizz li joħroġ dejta minn input ibbażat fuq valuri ta’ parametru.

505.

Servizz ta’ għadd ġeografiku (thematicSpatialCountingService)

Servizz li jgħodd il-karatteristiċi ġeografiċi.

506.

Servizz ta’ bdil ta’ rilevament (thematicChangeDetectionService)

Servizz biex isib id-differenzi bejn żewġ settijiet ta’ dejta li jirrappreżentaw l-istess żona ġeografika fi żminijiet differenti.

507.

Servizzi ta’ estrazzjoni ta’ informazzjoni ġeografika (thematicGeographicInformationExtractionService)

Servizzi li jappoġġaw l-estrazzjoni ta’ informazzjoni tal-karatteristiċi u ta’ l-art minn immaġnijiet miġbura u skannjati mill-bogħod.

508.

Servizz ta’ l-ipproċessar ta’ l-immaġni (thematicImageProcessingService)

Servizz għall-bdil ta’ valuri ta’ attributi tematiċi ta’ immaġni bl-użu ta’ funzjonijiet matematiċi.

509.

Servizz ta’ ġenerazzjoni ta’ riżoluzzjoni mnaqqsa (thematicReducedResolutionGenerationService)

Servizz li jnaqqas ir-riżoluzzjoni ta’ immaġni.

510.

Servizzi għall-manipulazzjoni ta’ immaġni (thematicImageManipulationService)

Servizzi għall-manipulazzjoni tal-valuri ta’ dejta f’immaġnijiet: bdil ta’ valuri tal-kulur u tal-kuntrast, l-applikazzjoni ta’ diversi filtri, manipulazzjoni ta’ riżoluzzjoni ta’ l-immaġni, tneħħija tal-ħoss, “striping”, korrezzjonijiet sistematiċi-radjumetriċi, attenwazzjoni atmosferika, tibdil fl-illuminazzjoni tax-xena, eċċ.

511.

Servizzi biex tiftiehem l-immaġni (thematicImageUnderstandingService)

Servizzi li jipprovdu rilevament tal-bidla ta’ immaġni awomatikament, differenzjar ta’ immaġni reġistrata, analiżi u wiri ta’ sinjifikat-ta’-differenza, u differenzjar skond iż-żona u skond il-mudell.

512.

Servizzi ta’ sinteżi ta’ immaġni (thematicImageSynthesisService)

Servizzi għall-ħolqien jew għat-trasformazzjoni ta’ immaġnijiet bl-użu ta’ mudelli ġeografiċi bbażati fuq il-kompjuter, trasformazzjonijiet ta’ perspettiva, u manipulazzjonijiet ta’ karatteristiċi ta’ immaġni għat-titjib ta’ viżibbilità, biex ir-riżoluzzjoni tkun aktar akuta, u/jew biex jitnaqqsu l-effetti tal-kopertura tas-sħab jew taċ-ċpar.

513.

Manipulazzjoni ta’ l-immaġni multi-band (thematicMultibandImageManipulationService)

Servizzi li jimmodifikaw immaġni bl-użu ta’ bands multipli ta’ l-immaġni.

514.

Servizz ta’ rilevament ta’ l-oġġett (thematicObjectDetectionService)

Servizz biex oġġetti fid-dinja reali jiġu rilevati f’immaġni.

515.

Servizz ta’ geoparsing (thematicGeoparsingService)

Servizz ta’ skannjar ta’ dokumenti b’testi għal referenzi bbażati fuq il-lokalità, bħall-isem ta’ post, indirizzi, kodiċijiet postali, eċċ, bi preparazzjoni għall-bidla għal servizz ta’ geocoding.

516.

Servizz ta’ geocoding (thematicGeocodingService)

Servizz biex jiżdiedu r-referenzi ta’ test ibbażati fuq il-lokalità b’koordinati ġeografiċi (jew xi referenza ġeografika oħra).

600   Servizzi ta’ pproċessar ġeografiku – temporali (temporalProcessingService)

Din il-kategorija tikkomprendi s-subkategoriji li ġejjin:

601.

Servizz ta’ trasformazzjoni ta’ sistema ta’ referenza temporali (temporalReferenceSystemTransformationService)

Servizz biex jinbidlu l-valuri ta’ eżempji temporali minn sistema ta’ referenza waħda għal sistema ta’ referenza temporali oħra.

602.

Servizz ta’ subsettjar (temporalSubsettingService)

Servizz ta’ estrazzjoni ta’ dejta minn input f’intervall kontinwu bbażat fuq valuri ta’ pożizzjoni temporali.

603.

Servizz ta’ kampjunatura (temporalSamplingService)

Servizz ta’ estrazzjoni ta’ dejta minn input bl-użu ta’ skema ta’ kampjunatura konsistenti bbażata fuq valuri ta’ pożizzjoni temporali.

604.

Servizz ta’ analiżi ta’ prossimità temporali (temporalProximityAnalysisService)

Minħabba intervall jew ġrajja temporali, dan is-servizz jinkludi l-oġġetti kollha b’sett ta’ attributi partikolari li jinsabu f’intervall speċifikat mill-utent, mill-intervall jew ġrajja.

700   Servizzi ta’ pproċessar ġeografiku – metadejta (metadejtaProcessingService)

Din il-kategorija tikkomprendi s-subkategoriji li ġejjin:

701.

Servizz ta’ kalkolu ta’ statistika (metadejtaStatisticalCalculationService)

Servizz biex tiġi kkalkulata l-istatistika ta’ sett ta’ dejta.

702.

Servizzi ta’ annotazzjoni ġeografika (metadejtaGeographicAnnotationService)

Servizzi biex tiżdied informazzjoni anċillari f’immaġni jew karatteristika f’Kollezjoni ta’ Karatteristiċi.

800   Servizzi ta’ komunikazzjoni ġeografika (comService)

Din il-kategorija tikkomprendi s-subkategoriji li ġejjin:

801.

Servizz ta’ kodifikazzjoni (comEncodingService)

Servizz li jipprovdi implimentazzjoni ta’ regola ta’ kodifikazzjoni u jipprovdi interface għall-funzjonalità ta’ kodifikazzjoni u dekodifikazzjoni.

802.

Servizz ta’ trasferiment (comTransferService)

Servizz li jipprovdi implimentazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment wieħed jew iżjed, li jippermetti t-trasferiment ta’ dejta bejn sistemi ta’ informazzjoni ddistribwita fuq mezzi ta’ komunikazzjoni off-line u on-line.

803.

Servizz ta’ kompressjoni ġeografika (comGeographicCompressionService)

Servizz li jikkonverti porzjonijiet ġeografiċi ta’ kollezzjoni ta’ karatteristiċi fi u minn forma kompressa.

804.

Servizz ta’ konverżjoni ta’ format ġeografiku (comGeographicFormatConversionService)

Servizz li jikkonverti minn format ta’ dejta ġeografika wieħed għal format ieħor.

805.

Servizz ta’ messaġġi (comMessagingService)

Servizz li jħalli lil utenti multipli jaraw, jikkummentaw fuq, u jitolbu editjar ta’ kollezzjonijiet ta’ karatteristiċi simultanjament.

806.

Amministrazzjoni mill-bogħod ta’ fajls u ta’ fajls esegwibbli (comRemoteFileAndExecutableManagement)

Servizz li jipprovdi aċċess għal ħażna sekondarja ta’ karatteristiċi ġeografiċi daqslikieku kienet lokali għall-klijent.

5   GRAD TA’ KONFORMITÀ

5.1.   Tikkonforma (conformant)

Ir-riżorsa tikkonforma għal kollox ma’ l-ispeċifikazzjoni ċċitata.

5.2.   Ma tikkonformax (notConformant)

Ir-riżorsa ma tikkonformax ma’ l-ispeċifikazzjoni ċċitata.

5.3.   Mhux ivvalutata (notEvaluated)

Il-konformità għadha ma ġietx ivvalutata.

6   RWOL TAL-PARTI RESPONSABBLI

6.1.   Provditur ta’ riżorsa (resourceProvider)

Parti li tissupplixxi r-riżorsa.

6.2.   Kustodju (custodian)

Il-parti li taċċetta r-responsabbilità għad-dejta u tiżgura kura u manutenzjoni xierqa tar-riżorsa.

6.3.   Sid (owner)

Parti li hija s-sid tar-riżorsa.

6.4.   Utent (user)

Parti li tuża r-riżorsa.

6.5.   Distributur (distributor)

Parti li tiddistribwixxi r-riżorsa.

6.6.   Oriġinatur (originator)

Parti li ħolqot ir-riżorsa

6.7.   Punt ta’ kuntatt (pointOfContact)

Parti li tista’ tiġi kkuntattjata biex jinkiseb tagħrif dwar ir-riżorsa jew l-akkwist tagħha.

6.8.   Investigatur Ewlieni (principalInvestigator)

Parti ewlenija responsabbli għall-ġbir ta’ informazzjoni u biex issir ir-riċerka.

6.9.   Proċessur (processor)

Parti li pproċessat id-dejta b’mod li r-riżorsa ġiet mmodifikata.

6.10.   Pubblikatur (publisher)

Parti li ppubblikat r-riżorsa.

6.11.   Awtur (author)

Parti li kienet l-awtriċi tar-riżorsa.


Top