EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0569

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 569/2008 tat- 12 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament Nru 11 dwar l-abolizzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea

OJ L 161, 20.6.2008, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 007 P. 112 - 112

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/569/oj

20.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 161/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 569/2008

tat-12 ta’ Ġunju 2008

li jemenda r-Regolament Nru 11 dwar l-abolizzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea

L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 75(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Billi:

Ir-regoli Komunitarji meħtieġa skond l-Artikolu 75 tat-Trattat sabiex jiġu aboliti ċerti tipi ta’ diskriminazzjoni, rigward it-trasport fuq l-art fi ħdan il-Komunità, kienu ġew stipulati fir-Regolament Nru 11 (2). Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fuq in-negozji, dak ir-Regolament għandu jiġi ssimplifikat billi jiġu eliminati r-rekwiżiti skaduti u mhux meħtieġa u, b’mod partikolari, ir-rekwiżit li tinżamm, fuq il-karta, ċerta informazzjoni li, bħala riżultat tal-progress tekniku, issa hi disponibbli fis-sistemi tal-kontabbiltà tat-trasportaturi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Nru 11 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 5 għandu jitħassar;

(2)

l-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-parargafu 1, għandhom jitħassru l-ħames u s-sitt inċiżi;

(b)

fil-paragrafu 2, għandha titħassar it-tielet sentenza;

(c)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit bit-test segwenti:

“3.   Fejn dokumenti eżistenti bħal noti tal-konsenja jew kwalunkwe dokument ieħor tat-trasport jagħtu d-dettalji kollha speċifikati fil-paragrafu 1 u, flimkien mas-sistemi tar-reġistrazzjoni u kontabbiltà tat-trasportaturi, jippermettu li ssir verifika sħiħa tar-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport, sabiex il-forom ta’ diskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 75(1) tat-Trattat jistgħu b'hekk jiġu aboliti jew evitati, it-trasportaturi ma għandhomx ikunu meħtieġa jintroduċu dokumenti ġodda.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 12 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)  ĠU C 175, 27.7.2007, p. 37.

(2)  ĠU 52, 16.8.1960, p. 1121/60. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3626/84 (ĠU L 335, 22.12.1984, p. 4) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kap. 07, Vol. 001, p. 218).


Top