EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0475

2008/475/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta’ Ġunju 2008 li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

OJ L 163, 24.6.2008, p. 29–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/11/2009; Imħassar b' 32009R1100

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/475/oj

24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Ġunju 2008

li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

(2008/475/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 tad-19 ta’ April 2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ April 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran. L-Artikolu 15(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li l-Kunsill għandu jistabbilixxi, jirrevedi u jemenda l-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Il-Kunsill iddetermina li ċerti persuni, entitajiet u korpi addizzjonali jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 u li għandhom għalhekk ikunu elenkati fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament għar-raġunijiet individwali u speċifiċi mogħtija,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 għandu jiġi sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 103, 20.4.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 219/2008 (ĠU L 68, 12.3.2008, p. 5).


ANNESS

“ANNESS V

A.   Persuni fiżiċi

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data ta' l-elenkar

1.

Reza AGHAZADEH

DtT: 15.3.1949 Numru tal-Passaport: S4409483 validu 26.4.2000 – 27.4.2010 Maħruġ: Tehran, Numru tal-Passaport Diplomatiku: D9001950, Maħruġ fit-22.1.2008 validu sal-21.1.2013 Post tat-Twelid: Khoy

Kap ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Enerġija Atomika ta' l-Iran (AEOI). L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006).

24.4.2007

2.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Javad DARVISH-VAND

 

Deputat MODAFL għall-Ispezzjoni. Responsabbli għall-faċilitajiet u l-installazzjonijiet kollha tal-MODAFL

24.6.2008

3.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Seyyed Mahdi FARAHI

 

Direttur Maniġerjali ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Industriji tad-Difiża (DIO) li hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006)

24.6.2008

4.

Dr Hoseyn (Hossein) FAQIHIAN

Indirizz ta' l-NFPC: AEOI-NFPD, P.O. Box: 11365-8486, Tehran/Iran

Deputat u Direttur-Ġenerali tal-Kumpannija tal-Produzzjoni u l-Akkwist tal-Karburant Nukleari (NFPC), parti mill-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija nnominata taħt l-UNSCR 1737 (2006). L-NFPC hija involuta f'attivitajiet marbutin ma' l-arrikkiment li l-Iran huwa rikjest jissospendi mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà.

24.4.2007

5.

Inġinier Mojtaba HAERI

 

Deputat MODAFL għall-Industrija. Rwol ta' superviżjoni fuq l-AIO u d-DIO

24.6.2008

6.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ali HOSEYNITASH

 

Kap tad-Dipartiment Ġenerali tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali u involut fit-tfassil tal-politika dwar il-kwistjoni nukleari

24.6.2008

7.

Mohammad Ali JAFARI, IRGC

 

Ikopri rwol ta' kmand fi ħdan l-IRGC

24.6.2008

8.

Mahmood JANNATIAN

 

Deputat Kap ta' l-Organizzazzjoni għall-Enerġija Atomika ta' l-Iran

24.6.2008

9.

Said Esmail KHALILIPOUR

DtT: 24.11.1945, Post tat-Twelid: Langroud

Deputat Kap ta' l-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006).

24.4.2007

10.

Ali Reza KHANCHI

Indirizz ta' l-NRC: AEOI-NRC P.O. Box: 11365-8486 Tehran/Iran; Fax: (+9821) 8021412

Kap taċ-Ċentru għar-Riċerka Nukleari ta' Tehran (TNRC) ta' l-AEOI. L-IAEA għadha tfittex kjarifika mill-Iran dwar esperimenti ta' separazzjoni tal-plutonju mwettqin fit-TNRC, inkluż dwar il-preżenza ta' partiċelli ta' HEU fil-kampjuni ambjentali meħudin mill-Faċilità ta' Karaj għall-Ħażna ta' l-Iskart fejn jinsabu kontenituri użati għall-ħażna ta' miri ta' l-uranju eżawrit f'dawk l-esperimenti. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006).

24.4.2007

11.

Ebrahim MAHMUDZADEH

 

Direttur Maniġerjali ta' l-Industriji Elettroniċi ta' l-Iran

24.6.2008

12.

Brigadier-Ġenerali Beik MOHAMMADLU

 

Deputat MODAFL għall-Provvisti u l-Loġistika

24.6.2008

13.

Anis NACCACHE

 

Amministratur tal-kumpanniji Barzagani Tejarat Tavanmad Saccal; il-kumpannija tiegħu pprovat takkwista beni sensittivi, għall-benefiċċju ta' entitajiet elenkati fir-riżoluzzjoni 1737

24.6.2008

14.

Brigadier-Ġenerali Mohammad NADERI

 

Kap ta' l-Organizzazjoni ta' l-Industriji Ajruspazzjali (AIO), l-AIO ħadet sehem fi programmi sensittivi Iranjani

24.6.2008

15.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Mostafa Mohammad NAJJAR

 

Ministru tal-MODAFL, responsabbli għall-programmi militari kollha, inklużi programmi ta' missili ballistiċi

24.6.2008

16.

Dr Javad RAHIQI

DtT: 21.4.1954, Post tat-Twelid: Mashad

Kap taċ-Ċentru għat-Teknoloġija Nukleari ta' Esfahan ta' l-AEOI. Din tissorvelja l-impjant għall-konverżjoni ta' l-uranju f'Esfahan. L-Iran huwa rikjest mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà biex jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Dawn jinkludu l-ħidma kollha ta' konverżjoni ta' l-uranju. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006).

24.4.2007

17.

Kontro-Ammirall Mohammad SHAFI’I RUDSARI

 

Deputat MODAFL għall-Koordinazzjoni

24.6.2008

18.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ali SHAMSHIRI

 

Deputat MODAFL għall-Kontro-Intelligence, responsabbli għas-sigurtà tal-persunal u l-Installazzjonijiet tal-MODAFL

24.6.2008

19.

Abdollah SOLAT SANA

 

Direttur Maniġerjali tal-Faċilità għall-Konverżjoni ta' l-Uranju (UCF) f'Esfahan. Din hija l-faċilità li tipproduċi l-materja prima (UF6) għall-faċilitajiet ta' arrikkiment f'Natanz. Fis-27 ta' Awwissu 2006, Solat Sana rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu.

24.4.2007

20.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ahmad VAHIDI

 

Deputat Kap tal-MODAFL

24.6.2008


B.   Persuni, Entitajiet u Korpi Legali

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data ta' l-elenkar

1.

Organizzazjoni ta' l-Industriji Ajruspazzjali, AIO

AIO, 28 Shian 5, Lavizan, Tehran

L-AIO tissorvelja l-produzzjoni Iranjana tal-missili, inkluż il-Grupp Industrijali Shahid Hemmat, il-Grupp Industrijali Shahid Bagheri u l-Grupp Industrijali Fajr, li kollha kienu msemmija fl-UNSCR 1737 (2006). Il-kap ta' l-AIO u żewġ uffiċjali anzjani oħrajn kienu wkoll msemmija fl-UNSCR 1737 (2006)

24.4.2007

2.

Industriji ta' l-Armamenti

Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO (Organizzazzjoni ta' l-Industriji tad-Difiża).

24.4.2007

3.

Organizzazjoni Ġeografika tal-Forzi Armati

 

Ivvalutata li tipprovdi data ġeospazzjali għall-programm tal-Missili Ballistiċi

24.6.2008

4.

Bank Melli, Melli Bank Iran u kull fergħa u sussidjarja tiegħu, inklużi

Ferdowsi Avenue, PO Box 11365-171, Tehran

Jipprovdi jew jipprova jipprovdi sostenn finanzjarju lil kumpanniji li huma involuti fi jew li jakkwistaw merkanzija għall-programmi nukleari u missilistiċi ta' l-Iran (AIO, SHIG, SBIG, AEOI, Kumpannija Novin Energy, Kumpannija Mesbah Energy, Kumpannija Kalaye Electric u DIO). Il-Bank Melli jagħmilha ta' faċilitatur għall-attivitajiet sensittivi ta' l-Iran. Huwa ffaċilita bosta akkwisti ta' materjal sensittiv għall-programmi nukleari u missilistiċi ta' l-Iran. Huwa pprova firxa ta' servizzi finanzjarji f'isem entitajiet marbuta ma' l-industriji nukleari u missilistiċi ta' l-Iran, inkluż il-ftuħ ta' ittri ta' kreditu u ż-żamma tal-kontijiet. Bosta mill-kumpanniji t'hawn fuq issemmew fl-UNSCR 1737 u 1747.

24.6.2008

(a)

Melli Bank plc

London Wall, 11th floor, Londra EC2Y 5EA, Renju unit

(b)

Bank Melli Iran Zao

Number 9/1, Ulitsa Mashkova, Moska, 130064, Russja

5.

Ċentru tat-Teknoloġija tad-Difiża u r-Riċerka Xjentifika (DTSRC) – magħruf ukoll bl-isem ta' l-Istitut tar-Riċerka Edukattiva/Moassese Amozeh Va Tahgiaghati (ERI/MAVT Co.)

Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran

Responsabbli għar-R&Ż. Sussidjarja tad-DIO. Id-DTSRC jittratta ħafna mill-akkwisti għad-DIO.

24.4.2007

6.

Industriji Elettroniċi Iran

P. O. Box 18575-365, Tehran, Iran

Sussidjarja kompletament ta' proprjetà tal-MODAFL (u għaldaqstant organizzazzjoni li tagħmel parti mill-istress grupp bħall-AIO, l-AvIO u d-DIO). Ir-rwol tagħha hu li timmanifattura komponenti elettroniċi għas-sistema Iranjana ta' l-armi.

24.6.2008

7.

Forza ta' l-Ajru IRGC

 

Tħaddem l-inventarju ta' l-Iran tal-missili ballistiċi ta' firxa qasira u medja. Il-kap tal-forza ta' l-ajru IRGC issemma fl-UNSCR 1737.

24.6.2008

8.

Organizzazzjoni ta' Kostruzzjoni Khatem-ol Anbiya

Number 221, North Falamak-Zarafshan Intersection, 4th Phase, Shahkrak-E-Ghods, Tehran 14678, Iran

Grupp ta' kumpanniji ta' proprjetà ta' l-IRGC. Juża r-riżorsi ta' inġinerija ta' l-IRGC għall-kostruzzjoni u jaġixxi bħala kuntrattur ewlieni fi proġetti ewlenin inkluż il-bini ta' mini, ivvalutat li jappoġġa l-programmi ta' missili ballistiċi u l-programmi nukleari Iranjani.

24.6.2008

9.

Università Malek Ashtar

 

Marbuta mal-Ministeru tad-Difiża, fl-2003 ħolqot programm ta' taħriġ dwar il-missili, f'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-AIO.

24.6.2008

10.

Industriji Marittimi

Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO.

24.4.2007

11.

Grupp ta' Industriji Mekkaniċi

 

Ħa sehem fil-produzzjoni ta' komponenti għall-programm ballistiku.

24.6.2008

12.

Ministeru tad-Difiża u Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL)

West side of Dabestan Street, Abbas Abad District, Tehran

Responsabbli għall-programmi ta' riċerka, żvilupp u manifattura għar-riċerka ta' l-Iran, inkluż appoġġ għall-programmi missilistiċi u nukleari

24.6.2008

13.

Ministeru ta' l-Esportazzjoni tal-Loġistika għad-Difiża (MODLEX)

P. O. Box 16315-189, Tehran, Iran

Huwa t-taqsima tal-MODAFL marbuta ma' l-esportazzjoni, u l-aġenzija użata għall-esportazzjoni ta' armi lesti fi transazzjonijiet bejn stati. Skond l-UNSCR 1747 (2007) il-MODLEX m'għandhiex tkun involuta f'kummerċ.

24.6.2008

14.

Manifattura ta' Makkinarju 3M Mizan

 

Kumpannija fittizja ta' l-AIO, li tieħu sehem f'akkwisti fil-qasam ballistiku.

24.6.2008

15.

Kumpannija tal-Produzzjoni u l-Akkwist ta' Karburant Nukleari (NFPC)

AEOI-NFPD, P.O. Box: 11365-8486, Tehran / Iran

Id-Diviżjoni tal-Produzzjoni ta' Karburant Nukleari (NFPD) ta' l-AEOI hija responsabbli għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam taċ-ċiklu tal-karburant nukleari inklużi: l-esplorazzjoni ta' l-uranju, ix-xogħol fil-minjieri, it-tħin, il-konverżjoni u l-ġestjoni ta' skart nukleari. In-NFPC hija s-suċċessur ta' l-NFPD, il-kumpannija sussidjarja taħt l-AEOI li tmexxi r-riċerka u l-iżvilupp fiċ-ċiklu tal-karburant nukleari inkluż il-konverżjoni u l-arrikkiment

24.4.2007

16.

Industriji Kimiċi Parchin

 

Ħadmet fuq tekniċi ta' propulsjoni għall-programm ballistiku Iranjan

24.6.2008

17.

Grupp ta' Industriji Speċjali

Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO.

24.4.2007

18.

Organizzazzjoni ta' Akkwist Statali (SPO)

 

Jidher li l-SPO tiffaċilita l-importazzjoni ta' armi sħaħ. Jidher li hija sussidjarja tal-MODAFL

24.6.2008”


Top