EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1186

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1186/2007 ta’ l- 10 ta’ Ottubru 2007 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi taxxa fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib fir-rigward tad-distinzjoni bejn bejgħ dirett u konsenji għar-Rumanija u l-Bulgarija

OJ L 265, 11.10.2007, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2008; Impliċitament imħassar minn 32007R1234

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1186/oj

11.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 265/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1186/2007

ta’ l-10 ta’ Ottubru 2007

li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi taxxa fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib fir-rigward tad-distinzjoni bejn bejgħ dirett u konsenji għar-Rumanija u l-Bulgarija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (1), u b'mod partikolari s-sitt subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003, ir-Rumanija u l-Bulgarija bagħtu lill-Kummissjoni ċ-ċifri dwar konsenji u bejgħ dirett għall-2006.

(2)

Skond dawk iċ-ċifri u wara l-eżami li sar mill-Kummissjoni, huwa xieraq li d-distinzjoni bejn konsenji u bejgħ dirett tkun aġġustata kif stipulat fil-punt (f) tat-tabella ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 għar-Rumanija u l-Bulgarija.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1788/2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(4)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-punt (f) ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003, it-tabella hija emendata kif ġej:

(1)

ir-ringiela għall-Bulgarija għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

Kwantitajiet ta' referenza għall-konsenji, tunnellati

Kwantitajiet ta' referenza għall-bejgħ dirett, tunnellati

“Il-Bulgarija

889 000

90 000 ”

(2)

ir-ringiela għar-Rumanija għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

Kwantitajiet ta' referenza għall-konsenji, tunnellati

Kwantitajiet ta' referenza għall-bejgħ dirett, tunnellati

“Ir-Rumanija

1 251 000

1 806 000 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 336/2007 (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 43).


Top